105
QAFAS TA’ EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ ID-DIRETTIVA 2010/63/EU DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-ANNIMALI LI JINTUŻAW GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI Nieħdu ħsieb l-annimali għal xjenza aħjar © Novo Nordisk għall-Ambjent

Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

QAFAS TA’ EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ

ID-DIRETTIVA 2010/63/EU DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-ANNIMALILI JINTUŻAW GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI

Nieħdu ħsieb l-annimali għal xjenza aħjar

© N

ovo

Nor

disk

għall-Ambjent

Page 2: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

1

L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal

skopijiet xjentifiċi

Dokument ta’ ħidma dwar l-iżvilupp ta’ qafas komuni ta’ edukazzjoni u

taħriġ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont id-Direttiva

- Jissostitwixxi d-dokument ta’ kunsens tat-18-19 ta’ Settembru 2013 -

Brussell, 19-20 ta’ Frar 2014

Il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti sabiex jiġi żviluppat qafas ta’

edukazzjoni u taħriġ komuni għall-UE li jissodisfa r-rekwiżiti skont l-Artikoli 23 u 24 tad-

Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi. L-

Istati Membri kollha u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati ewlenin kienu mistiedna

jinnominaw esperti sabiex jieħdu sehem fil-ħidma. Il-Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti ltaqa’ fit-

22-23 ta’ Frar u fid-19-20 ta’ Settembru 2012, u fit-3-4 ta’ Lulju 2013.

L-għanijiet tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti kienu li jiġi żviluppat qafas komuni li jiffaċilita l-

issodisfar tar-rekwiżiti għall-kompetenza ta’ dawk kollha involuti fl-użu u l-kura tal-annimali

għal skopijiet xjentifiċi u l-moviment liberu tal-persunal.

Dan id-dokument huwa frott il-ħidma li saret fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti

(inklużi dawk dwar l-Evalwazzjoni tal-Proġett/Valutazzjoni Retrospettiva1 u l-Ispezzjoni u l-

Infurzar2), id-diskussjonijiet mal-Istati Membri, kif ukoll il-kontribut legali tal-Kummissjoni.

Ġie approvat mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva

2010/63/UE waqt il-laqgħa tagħhom tad-19-20 ta’ Frar 2014 bl-eċċezzjoni tal-Appendiċi V3.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà:

Dan li ġej huwa maħsub bħala gwida li tassisti lill-Istati Membri u lil dawk milquta

mid-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet

xjentifiċi sabiex jaslu għal fehim komuni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva u

sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħha. Il-kummenti kollha għandhom jitqiesu

fil-kuntest ta’ din id-Direttiva 2010/63/UE. Id-dokument jipprovdi xi suġġerimenti dwar

kif ir-rekwiżiti tad-Direttiva jistgħu jiġu ssodisfati. Il-kontenut tad-dokument ma

jimponix obbligi addizzjonali lil hinn minn dawk stipulati f’din id-Direttiva.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija intitolata li tinterpreta l-liġi tal-UE

b’awtorità legalment vinkolanti.

1 http://ec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/project_evaluation/mt.pdf

2 http://ec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/inspections/mt.pdf

3 Il-kontenut kollu huwa appoġġjat bis-sħiħ, imma kwistjonijiet dwar il-kompetenza nazzjonali ma jippermettux

l-approvazzjoni formali tal-Anness V li huwa marbut mat-taħriġ tal-Ispetturi mill-Awtoritajiet Nazzjonali

Kompetenti għad-Direttiva 2010/63/UE.

Page 3: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

2

Werrej

Il-kuntest legali - L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2010/63/UE ....................................................... 4

L-għanijiet u l-istruttura tal-qafas ta’ edukazzjoni u taħriġ ....................................................... 4

Il-Proċess Edukattiv skont id-Direttiva 2010/63/UE ................................................................. 5

Kif jinftiehmu r-rekwiżiti tal-Artikolu 23(2) ........................................................................................ 6

Il-proċess ............................................................................................................................................ 7

Il-kwalifiki akkademiċi għall-funzjonijiet (a), (b), (c) u (d) ...................................................... 7

PARTI A

It-Taħriġ Modulari u l-Eżitu tat-Tagħlim .................................................................................. 9

Il-kriterji ta’ kwalità għal modulu ta’ taħriġ ...................................................................................... 9

It-terminoloġija użata ....................................................................................................................... 10

L-ispeċjalizzazzjoni għall-ispeċi ....................................................................................................... 10

L-eżenzjonijiet mit-Taħriġ Modulari għall-funzjonijiet (a), (b), (c) u (d) ......................................... 11

Il-Moduli tat-Taħriġ bl-Eżiti rispettivi tat-Tagħlim .......................................................................... 12

Il-valutazzjoni tal-Eżiti tat-Tagħlim ........................................................................................ 12

Il-valutazzjoni/kriterji ta’ min jgħaddi jew jeħel .............................................................................. 12

Il-mekkaniżmi għas-Superviżjoni u l-Valutazzjoni tal-Kompetenza ...................................... 13

Il-kwalitajiet meħtieġa f’superviżur tajjeb ........................................................................................ 13

Il-proċess tas-superviżjoni ................................................................................................................ 13

Il-valutazzjoni tal-kompetenza .......................................................................................................... 14

Reviżjoni/żamma tal-kompetenza ...................................................................................................... 14

L-Iżvilupp Professjonali Kontinwu (CPD - Continuing Professional Development) ............. 15

Ir-reġistrazzjoni tat-Taħriġ u s-Superviżjoni ........................................................................... 15

PARTI B

L-approvazzjoni / L-akkreditazzjoni tal-Korsijiet ................................................................... 17

Kors ta’ Taħriġ kif għandu jkunu approvat / akkreditat? ................................................................. 17

L-informazzjoni meħtieġa għall-Approvazzjoni / Akkreditazzjoni ta’ Kors ...................................... 18

Il-prinċipji għal Proċess ta’ Approvazzjoni / Akkreditazzjoni .......................................................... 19

Ir-responsabbiltajiet ta’ dawk li japprovaw / jakkreditaw il-korsijiet .............................................. 19

Il-qafas għall-aċċettazzjoni reċiproka ............................................................................................... 19

Proposta għal Pjattaforma tal-UE u Portal tal-Informazzjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ ....... 20

Page 4: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

3

PARTI C

Ir-rwoli, il-kompiti u t-taħriġ għall-funzjonijiet fl-Artikoli 24 u 25 ........................................ 22

Il-persuna (jew persuni) responsabbli mis-superviżjoni tat-trattament xieraq u t-trattament xieraq

tal-annimali fl-Artikolu 24(1)(a) ....................................................................................................... 22

Il-persuna (jew persuni) responsabbli li tiżgura/jiżguraw d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-

ispeċi miżmuma fl-istabbiliment fl-Artikolu 24(1)(b) ........................................................................ 24

Il-persuna (jew persuni) responsabbli mill-edukazzjoni, il-kompetenza u s-CPD tal-persunal fl-

Artikolu 24(1)(c) ............................................................................................................................... 26

Il-persuna (jew persuni) li twettaq l-evalwazzjoni tal-proġett fl-Artikolu 38 ................................... 29

Il-Veterinarju Maħtur fl-Artikolu 25 ................................................................................................. 30

L-użu ta’ annimali ħajjin għal skopijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ ............................................ 33

Ġustifikazzjoni għall-użu ta’ annimali ħajjin fl-edukazzjoni ............................................................ 34

Ġustifikazzjoni għall-użu ta’ annimali ħajjin fit-taħriġ .................................................................... 34

Applikazzjonijiet u evalwazzjonijiet ta’ proġetti dwar l-użu tal-annimali fl-edukazzjoni u t-taħriġ . 34

“Ħsarat” aċċettabbli waqt l-edukazzjoni jew it-taħriġ .................................................................... 36

Appendiċi I: Il-Moduli u l-Eżiti tat-Tagħlim relatati .............................................................. 38

Parti 1: Stuttura modulari ................................................................................................................ 38

Parti 2: L-Eżiti tat-Tagħlim .............................................................................................................. 40

Parti 3: Moduli ................................................................................................................................. 41

Parti 4: L-Eżiti tat-Tagħlim, il-Verbi li jistgħu jitkejlu u l-Ħsieb Kritiku. ........................................ 75

Appendiċi II: Eżempji li jispjegaw il-kriterji ta’ valutazzjoni tal-Eżiti tat-Tagħlim .............. 79

Appendiċi III: Eżempji li jispjegaw il-Valutazzjoni tal-Kompetenza .................................... 86

Appendiċi IV: Mudell ta’ Reġistru tat-Taħriġ ....................................................................... 91

Appendiċi V Rakkomandazzjonijiet għall-Persuna (jew persuni) li jwettqu spezzjonijiet

skont l-Artikolu 34 ................................................................................................................... 97

Modulu dwar l-Ispettur ................................................................................................................... 100

Page 5: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

4

Il-kuntest legali - L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2010/63/UE4

Il-kompetenza tal-persunal

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull min irabbi u kull fornitur u utent ikollu

biżżejjed persunal fil-post.

2. Il-persunal għandu jkollu livell adegwat ta’ edukazzjoni u taħriġ qabel ma jwettaq

kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

(a) twettiq ta’ proċeduri fuq annimali;

(b) tfassil ta’ proċeduri u proġetti;

(c) kura tal-annimali; jew

(d) qtil tal-annimali.

Il-persuni li jwettqu l-funzjonijiet imsemmijin fil-punt (b) għandhom ikunu rċevew tagħlim

f’dixxiplina xjentifika rilevanti għax-xogħol li qed jitwettaq u għandu jkollhom għarfien

speċifiku dwar l-ispeċi.

Il-persunal li jwettaq il-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) għandu jiġi sorveljat fit-

twettiq tal-kompiti tiegħu sakemm ikun ta xhieda tal-kompetenza mitluba minnu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz ta’ awtorizzazzjoni jew b’mezzi oħrajn, li r-

rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu ġew issodisfati.

3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw, abbażi tal-elementi mniżżlin fl-Anness V,

rekwiżiti minimi fir-rigward tal-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti għall-kisba, iż-żamma u x-

xhiedatal-kompetenza meħtieġa għall-funzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

4. Linji gwida mhux vinkolanti fil-livell tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2

jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(2).

L-għanijiet u l-istruttura tal-qafas ta’ edukazzjoni u taħriġ

Il-linji gwida tal-UE jiġu żviluppati sabiex jindirizzaw ħtieġa għall-armonizzazzjoni u

qafas komuni li jiżguraw il-kompetenza u li jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-persunal.

Importanti li wieħed jinnota li l-eżitu huwa bbażat fuq qbil ġenerali u li ma jorbotx.

Imiss lil kull Stat Membru li jara jekk din il-gwida ġenerali għandhiex tiġi implimentata

u kif .

4 http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32010L0063:MT:NOT

Page 6: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

5

Madankollu, kwalunkwe ftehim fil-livell tal-UE dwar prinċipji ġenerali jgħin ukoll lil dawk li

qegħdin jiżviluppaw korsijiet ta’ taħriġ sabiex jaħdmu għall-kisba ta’ standards komuni u

aċċettabbli. Dan, min-naħa l-oħra, għandu jwassal għal għażla usa’ ta’ korsijiet ta’ taħriġ

disponibbli li jippromwovu l-għanijiet tad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà.

Il-qafas jinkludi l-konsiderazzjoni tat-taħriġ, tas-superviżjoni, tal-valutazzjoni tal-kompetenza

u tar-rekwiżiti tat-taħriġ kontinwu tal-persuni li jwettqu l-proċeduri, jieħdu ħsieb l-annimali u

joqtlu l-annimali u ta’ dawk responsabbli għat-tfassil tal-proċeduri u l-proġetti.

Il-qafas komuni ta’ edukazzjoni u taħriġ jiffaċilita u jiżgura l-kompetenza tal-persuni

kollha involuti fl-użu, fil-kura u fit-trobbija tal-annimali għal proċeduri xjentifiċi, u jassisti l-

moviment liberu tal-persunal.

Il-qafas ta’ taħriġ għandu jissodisfa l-għanijiet li ġejjin u jkun

flessibbli;

disponibbli u aċċessibbli;

affordabbli u

tal-kwalità miftiehma.

Il-proċess edukattiv skont id-Direttiva 2010/63/UE

Hemm bosta modi differenti li bihom jistgħu jitwasslu t-taħriġ, is-superviżjoni u l-

kompetenza. L-għan kien li jiġi żviluppat qafas fi ħdan l-UE li għandu jiżgura l-kompetenza

tal-persunal li jieħu ħsieb l-annimali jew jużahom fi proċeduri, u li jiffaċilita l-moviment

liberu tal-persunal fi ħdan l-UE. Il-qafas propost huwa bbażat fuq struttura ta’ Taħriġ

Modulari li tiffoka fuq l-Eżiti tat-Tagħlim.

It-taħriġ waħdu ma jwassalx għall-kompetenza.

L-approċċ tal-Eżitu tat-Tagħlim imsieħeb ma’ valutazzjoni xierqa jipprovdi l-fiduċja li min

jitħarreġ ikun kiseb livell adattat ta’ fehim li jissodisfa l-kriterji tat-tagħlim.

Ġeneralment ikun meħtieġ perjodu ta’ superviżjoni, sabiex jissaħħaħ il-fehim u jiġi żgurat

li l-kompiti/doveri/proċeduri jitwettqu skont standard xieraq, b’interventi kif meħtieġ mis-

superviżur(i) sabiex jiġi żgurat li dan jintlaħaq.

L-individwi għandhom jaħdmu mingħajr superviżjoni biss wara li jkunu ġew ivvalutati bħala

kompetenti. Sa ma jaslu f’dan l-istadju, dawk meqjusa kompetenti għandhom ikunu kisbu

fehim aktar profond dwar il-kompitu.

Il-kompetenza għandha tkun soġġetta għal reviżjoni.

Iż-żmien li jittieħed biex jintlaħqu l-Eżiti tat-Tagħlim individwali u sabiex jintemm it-Taħriġ

Modulari se jvarja b’mod konsiderevoli, skont l-individwu, il-metodu tat-tagħlim u l-

valutazzjoni.

Page 7: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

6

It-tul tal-perjodu ta’ superviżjoni u ż-żmien meħud sakemm tinkiseb il-kompetenza wkoll se

jvarjaw, pereżempju minħabba l-frekwenza/id-disponibbiltà tal-kompitu li jkun qed jitwettaq,

il-kumplessità teknika, u l-ħila tal-individwu.

Għaldaqstant mhuwiex mixtieq li jiġu speċifikati limiti ta’ żmien għall-perjodi tat-

tagħlim jew tas-superviżjoni.

L-għan tat-taħriġ inizjali huwa l-kisba ta’ għarfien u/jew fehim bażiku bl-idea li, sa ma l-

kompetenza tkun ġiet ivvalutata, għandhom ikunu żviluppati, u mistennija, fehim aktar fil-

fond tal-bażi tal-għarfien kif ukoll profiċjenza fil-ħiliet.

Dan l-approċċ għandu jirrifletti dak li jiġri fil-prattika – wara li jintemm Modulu ta’ taħriġ

inizjali, ikun mistenni li l-istudent ikollu fehim bażiku tal-kwistjonijiet, imma matul il-

perjodu tas-superviżjoni dan il-fehim ikompli jitjieb, b’tali mod li, sa ma tkun inkisbet il-

kompetenza, wieħed jippretendi fehim ħafna aktar fil-fond tal-kompitu li jkun qed jitwettaq.

Dawn id-differenzi jkunu riflessi fl-istandards differenti ta’ valutazzjoni użati għat-tlestija tat-

taħriġ u għall-kisba tal-kompetenza.

It-taħriġ għandu jitqies bħala proċess kontinwu, mit-Taħriġ Modulari inizjali sal-perjodu ta’

ħidma taħt superviżjoni sakemm tinkiseb il-kompetenza. L-individwi għandhom iżommu l-

kompetenza permezz ta’ proċess ta’ edukazzjoni kontinwa (Żvilupp Professjonali Kontinwu –

CPD).

Kif jinftiehmu r-rekwiżiti tal-Artikolu 23(2)

L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2010/63/UE jiddikjara li “Il-persunal għandu jkollu livell

adegwat ta’ edukazzjoni u taħriġ qabel ma jwettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li

ġejjin…”

Meta tkun qed titwettaq waħda mill-funzjonijiet u jkun hemm il-probabbiltà li jiġu

kkawżati l-uġigħ, it-tbatija, il-piena jew ħsara dejjiema, il-moduli ta’ taħriġ rilevanti

għandhom jitlestew qabel ma ssir il-ħidma taħt superviżjoni.

Jekk dan ma jkunx il-każ, min ikun qed jitħarreġ jista’ jibda jaħdem taħt superviżjoni qabel

ma l-moduli rilevanti jkunu tlestew b’mod sodisfaċenti.

Ir-responsabbiltà għat-twettiq korrett tal-kompitu tibqa’ dejjem tas-superviżur sakemm it-

taħriġ ikun intemm u tkun ingħatat xhieda tal-kompetenza mitluba.

Page 8: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

7

Il-proċess

Abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, il-proċess issuġġerit huwa mfisser hawn taħt:

Kisbatal-għarfien

Kompiti biprobabbiltàli jikkawżaw

uġigħ, tbatija,piena jew

ħsara fit-tul

Prattika –esperjenza

Żvilupp ta’ tagħlimaktar fil-fond –

ħsieb kritikuKompetenza

Taħriġ

TaħriġĦidma taħtsuperviżjoni

Valutazzjonital-minimu

meħtieġ

Ħidma taħtsuperviżjoni

Valutazzjonital-minimumeħtieġ

Evalwazzjonita’ tagħlim

aktar fil-fond

Evalwazzjonita’ tagħlim

aktar fil-fond

Komptenza fit-twettiq ta’ kompiti

Kompetenza fit-twettiq ta’ kompiti

Żammatal-ħiliet

Żammatal-ħiliet

Kompiti blaprobabbiltàli jikkawżaw

uġigħ, tbatija,piena jew

ħsara fit-tul

IL-PROĊESS TA’ TAGĦLIM EDUKATTIVSKONT ID-DIRETTIVA 2010/63/UE

Twessigħtal-ħiliet

Sabiex jinkisbu r-riżultati mixtieqa tal-istandards xierqa tat-taħriġ u tal-moviment liberu tal-

persunal, jenħtieġu Eżiti tat-Tagħlim iddettaljati biżżejjed għat-Taħriġ Modulari, flimkien

ma’ fehim miftiehem tal-kriterji tal-valutazzjoni. It-taħriġ għandu jkun soġġett għal

superviżjonital-assigurazzjonital-kwalità.

Hija proposta pjattaforma Ewropea fejn tista’ tiġi skambjata informazzjoni dwar l-

edukazzjoni u t-taħriġ.

Il-kwalifiki akkademiċi għall-funzjonijiet (a), (b), (c) u (d)

Bl-enfasi fuq il-kompetenza, abbażi tal-moduli ta’ taħriġ li jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalità

miftiehma u li jiġu vvalutati b’mod konsistenti, it-tlestija b’suċċess tal-moduli meħtieġa

tissopponi livell ta’ skola u maturità suffiċjenti għal dawn il-funzjonijiet.

Il-funzjonijiet (a), (c) u (d) m’għandhomx jirrikjedu xi kwalifiki edukattivi speċifiċi.

L-individwi responsabbli mit-tfassil tal-proċeduri u l-proġetti skont il-funzjoni (b)

normalment għandu jkollhom grad akkademiku jew ekwivalenti f’dixxiplina xjentifika

xierqa. Dan huwa importanti sabiex jiġi żgurat li tali individwi jkunu kapaċi japplikaw it-

Page 9: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

8

Tliet Rs b’mod effettiv fit-tfassil tal-proċeduri u l-proġetti u jagħmlu ġudizzji etiċi u xjentifiċi

xierqa.

Jista’ jkun hemm xi individwi li huma rikonoxxuti bħala nies kwalifikati sabiex iwettqu

kwalunkwe waħda mill-kompiti identifikati fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2010/63/UE qabel id-

dħul tagħha fis-seħħ u li r-rikonoxximent tagħhom għandu jissokta.

Għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 40(2)(b) ma jiddeskrivi l-ebda rekwiżit edukattiv għall-

persuni responsabbli mill-implimentazzjoni globali tal-proġett. Madankollu, għal raġunijiet

kemm xjentifiċi kif ukoll ta’ trattament xieraq, u sabiex tiġi żgurata l-konformità, importanti

li l-persuni jifhmu r-rwol u jkollhom għarfien suffiċjenti dwar il-kura u l-użu tal-annimali

sabiex jaqdu dak ir-rwol b’mod effettiv.

Page 10: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

9

PARTI A

It-Taħriġ Modulari u l-Eżitu tat-Tagħlim

L-istruttura tat-Taħriġ Modulari u l-approċċ tal-Eżitu tat-Tagħlim huma flessibbli. L-

eżitu tat-tagħlim jindirizza l-prodott aktar milli l-proċessi u jgħin biex jiġu definiti l-

ħiliet u l-għarfien li l-parteċipanti tal-modulu għandu jkollhom il-ħila juru sakemm jiġi

vvalutat l-eżitu tat-tagħlim. L-eżitu tat-tagħlim huwa l-intenzjonjiet speċifiċi

ta’ programm jew modulu ta’ taħriġ, miktubin b’termini speċifiċi. Huma jiddeskrivu

student x’għandu jkun jaf, jifhem, jew ikun kapaċi jagħmel fl-aħħar ta’ dak il-modulu.

Ma jirrappreżentawx sillabu ta’ kors jew lista ta’ suġġetti li jridu jiġu koperti. Dawk li

jipprovdu t-taħriġ huma liberi li jibnu l-kontenut tal-kors, il-materjal tat-taħriġ u l-metodi ta’

kif jingħatali bihom iwasslu għall-eżitu kollu tat-tagħlim ta’ kull modulu magħżul b’mod li

jissodisfa r-rekwiżiti nazzjonali/lokali/istituzzjonali u/jew individwali/tal-grupp tagħhom.

Jeħtieġ li jkun rikonoxxut li l-kisba tal-Eżitu tat-Tagħlim prattiku tista’ tkun separata mill-

eżitu tat-tagħlim ibbażat fuq it-teorija jew l-għarfien. Il-valutazzjoni tal-Eżitu tat-Tagħlim

dwar ħiliet prattiċi għandha tiżgura li, bil-livell ta’ ħila miksub, min jitħarreġ ikun jista’

jipproċedi biex jaħdem taħt superviżjoni mingħajr xi żieda fir-riskju għat-trattament xieraq

tal-annimali. Il-profiċjenza fil-ħiliet tiġi żviluppata matul il-ħidma taħt superviżjoni.

Madankollu, il-perjodu u l-livell ta’ superviżjoni jvarjaw minħabba l-kumplessità tal-

kompitu, il-frekwenza tiegħu u l-esperjenza preċedenti ta’ min jitħarreġ, fost l-oħrajn.

F’każi fejn ma jkunx hemm riskju li jiġu kkawżati uġigħ, piena, tbatija jew ħsara dejjiemalill-

annimali, min jitħarreġ jista’ jipproċedi biex jaħdem taħt superviżjoni qabel ma jkun kiseb l-

Eżitu tat-Tagħlim.

Madankollu, fil-każi l-oħrajn kollha, jeħtieġ li jkun inkiseb l-Eżitu tat-Tagħlim skont il-

kriterji maqbuladwar il-minimu meħtieġ qabel ma wieħed jipproċedi biex jaħdem taħt

superviżjoni. L-approċċ tal-Eżitu tat-Tagħlim għandu jippermetti l-kisba ta’ livell aċċettabli

ta’ fehim dwar is-suġġett sabiex ikun żgurat li ma jiġi kkawżat ebda uġigħ, tbatija, pienajew

ħsara dejjiema mingħajr bżonn waqt il-ħidma taħt superviżjoni.

Il-kriterji ta’ kwalità għal modulu ta’ taħriġ

L-eżitu tat-tagħlim suffiċjentement dettaljat;

- Għarfien teoretiku li għandu jinkiseb;

- Ħiliet prattiċi li għandhom jinkisbu;

Valutazzjoni definita;

Kriterji biex tgħaddi jew teħel.

Page 11: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

10

It-terminoloġija użata

It-taħriġ għandu jkun ibbażat fuq struttura modulari. Il-moduli jaqgħu f’kategoriji differenti

obbligatorji għall-funzjonijiet kollha kif iddikjarat fl-Artikolu 23(2) (inkluż il-Modulu

tal-Leġiżlazzjoni Nazzjonali);

meħtieġa biss għal funzjoni speċifika waħda jew aktar;

moduli addizzjonali sabiex jiffaċilitaw it-tagħlim ta’ ħiliet speċjalizzati kif ukoll it-

tagħlim tul il-ħajja, (eż. il-Modulu tal-Kirurġija).

Funzjoni = waħda mill-erba’ funzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 23(2)5

Kompitu = kompiti identifikati eż. fl-Artikoli 24 (responsabbli għall-kura u t-

trattament xieraq eċċ.), 25 (veterinarju maħtur) u 38 (evalwazzjoni

tal-proġett)

Modulu ewlieni = modulu obbligatorju għall-funzjonijiet kollha u bl-istess Eżitu tat-

Tagħlim Eżitu tat-Tagħlim

Modulu (prerekwiżit) dwar funzjoni speċifika

= modulu obbligatorju għal funzjoni speċifika waħda jew aktar

Modulu dwar kompitu speċifiku

= modulu rrakkomandat li jippermetti lill-persunal iwettaq kompitu

speċifiku wieħed jew aktar

Modulu nazzjonali = jinkludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali/reġjonali li tittrasponi u

kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra rilevanti għall-użu tal-annimali għal

skopijiet xjentifiċi (eż. trasport, CITES, skart, GM)

Kors = programm, li jkun fih Modulu wieħed jew iktar, imfassal sabiex

jaqdi l-ħtiġijiet tat-taħriġ ta’ individwi identifikati fid-Direttiva

L-ispeċjalizzazzjoni għall-ispeċi

Uħud mill-moduli tat-taħriġ jittrattaw speċi (grupp ta’ speċi) speċifika.

Il-modulu ta’ taħriġ inizjali jeħtieġ li jitlesta kollu kemm hu fil-każ ta’ speċi jew grupp ta’

speċi speċifiċi.

It-twessigħ tal-ħiliet għal iktar speċi jkun jirrikjedi xhieda li nkisbu l-Eżiti tat-Tagħlim

għall-ispeċi l-ġdida fl-istess modulu.

5 (a) twettiq ta’ proċeduri fuq annimali; (b) tfassil ta’ proċeduri u proġetti; (c) kura tal-annimali; jew (d) qtil tal-

annimali.

Page 12: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

11

Madankollu, jista’ ma jkunx dejjem meħtieġ li jiġu ripetuti l-elementi kollha tal-modulu ta’

taħriġ inizjali għall-ispeċi l-ġdida billi jista’ jkun hemm elementi komuni fil-kontenut bejn l-

ispeċi li ma jeħtiġux jiġu mtennija.

L-eżenzjonijiet mit-Taħriġ Modulari għall-funzjonijiet (a), (b), (c) u (d)

Eżenzjonijiet mit-taħriġ modulari jistgħu jkunu permissibbli, skont l-informazzjoni pprovduta

dwar taħriġ preċedenti u l-għarfien espert. Il-prinċipji li fuqhom jingħataw dawn l-

eżenzjonijiet għandhom ikunu trasparenti u disponibbli għal kulħadd.

L-approvazzjoni tal-eżenzjonijiet mit-taħriġ tista’ tingħata mill-Awtorità Kompetenti jew

inkella, fejn l-Awtorità Kompetenti tkun għamlet disponibbli kriterji definiti b’mod ċar lill-

istabbiliment, tista’ tingħata fil-livell tal-istabbiliment lokali (mill-persuna responsabbli mit-

taħriġ (l-Artikolu 24(1)(c)), bi kwalunkwe eżenzjoni bħal dawn tiġu rreġistrata u magħmula

disponibbli għall-ispezzjoni mill-Awtorità Kompetenti).

Għall-finijiet ta’ prattika tajba, irrispettivament mill-istorja tat-taħriġ, kull min jiġi ġdid fi

stabbiliment għandu jkollu t-taħriġ u l-kompetenza tiegħu riveduti qabel ma l-individwu

jitħalla jaħdem mingħajr superviżjoni.

Hija meħtieġa xi forma ta’ rikonoxximent reċiproku, għall-inqas fi ħdan l-UE, fir-rigward tal-

korsijiet ta’ taħriġ sabiex ikun iffaċilitat il-moviment tal-persunal.

Prinċipji għall-Eżenzjoni

L-eżenzjoni ta’ nies bl-esperjenza (“grandfathering”) għandhatiġi aċċettata għat-taħriġ fil-

Funzjonijiet a-d – jiġifieri, jekk l-individwi jkunu diġà mħarrġin u għandhom l-esperjenza fl-

oqsma tax-xogħol tagħhom, ma jkunx hemm ħtieġa ta’ taħriġ addizzjonali (ħlief jekk l-

individwu jkun jixtieq jiżviluppa f’oqsma ġodda eż. speċi ġodda), għalkemm xorta jibqa’ l-

obbligu li tinżamm il-kompetenza u li jsir is-CPD adattat.

Fil-każ ta’ individwi li ma kinux qegħdin jaħdmu mal-annimali jew jieħdu ħsiebhom fi

proċeduri xjentifiċi għal perjodu ta’ żmien sinifikanti (ikun xi jkun jekk jeċċedi l-ħames

snin), dawn l-individwi għandhom jintalbu jtemmu b’mod sodisfaċenti t-taħriġ adattat qabel

ma jerġgħu jibdew jaħdmu.

Ma għandu jkun hemm ebda eżenzjoni għall-obbligu tat-taħriġ fil-leġiżlazzjoni tal-Istat

Membru – it-tlestija tat-taħriġ tal-modulu tal-leġiżlazzjoni hija ġeneralment mistennija.

Madankollu, rarament, f’ċirkustanzi meta jkun meħtieġ l-intervent ta’ speċjalista fi proċedura

partikulari, u fejn l-individwu ma jkollu ebda responsabbiltà formali għat-trattament xieraq u

l-kura tal-annimali, u jkun qed jaġixxi taħt is-superviżjoni ta’ persunal tal-kura ta’

esperjenza, tista’ titqies ħaġa f’waqtha li ssir introduzzjoni għal-leġiżlazzjoni, b’mod

partikulari dwar ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-individwu.

L-applikazzjonijiet għall-eżenzjoni għandhom jinkludu t-taħriġ rilevanti kollu u l-esperjenza

preċedenti, hekk li dawn ikunu jistgħu jiġu mmappjati/imqabbla mar-rekwiżiti tat-taħriġ tal-

Istat Membru.

Page 13: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

12

L-Istat Membru għandu jidentifika u jagħmel pubblika l-informazzjoni dwar kwalunkwe

kriterji ta’ eżenzjoni.

Il-Moduli tat-Taħriġ bl-Eżiti rispettivi tat-Tagħlim

L-Appendiċi I fih il-Moduli tat-Taħriġ żviluppati li jkopru l-Moduli Ewlenin u l-Moduli

(prerekwiżiti) dwar Funzjoni Speċifika kollha. Barra minn hekk, ġew żviluppati għadd ta’

Moduli dwar Kompitu Speċifiku u Moduli Addizzjonali oħrajn sabiex jgħinu fl-iżvilupp ta’

korsijiet ta’ taħriġ adattati.

Il-valutazzjoni tal-Eżiti tat-Tagħlim

Billi hemm bosta modi differenti kif l-Eżiti tat-Tagħlim jistgħu jiġu vvalutati, mhuwiex

prattiku li jiġu żviluppati kriterji fissi għal kull Modulu dwar min jgħaddi/jeħel u kif għandha

ssir il-valutazzjoni. Għaldaqstant, il-kriterji tal-valutazzjoni għandhom jiġu żviluppati

mill-fornitur tal-kors għal kull Eżitu tat-Tagħlim f’modulu kopert mill-kors propost.

Waqt li jistgħu jintużaw metodi differenti, bħall-għażla multipla (“multiple choice” – MC),

eżami bil-miktub/orali, eżamijiet onlajn jew eżami tal-ħiliet prattiċi, sabiex tiġi vvalutata l-

prestazzjoni ta’ individwu fit-tagħlim, għandhom jitqiesu xi kunsiderazzjonijiet waqt it-

tħejjija tal-kriterji ta’ valutazzjoni:

Il-valutazzjoni/kriterji ta’ min jgħaddi jew jeħel

Għandha

• Tkun oġġettiva u trasparenti;

• Tkun tinftiehem u ċara mingħajr ambigwità;

• Ikollha kriterji ċari għal min jgħaddi jew jeħel;

• Tipprovdi riżultati affidabbli;

• Tiżgura li l-istudenti jkunu kisbu livell aċċettabbli ta’ fehim dwar s-suġġett – li jkun

adattat sabiex jipproċedu biex jaħdmu taħt superviżjoni, hekk li ma jiġi kkawżat ebda

uġigħ, tbatija, pienajew ħsara dejjiema mingħajr bżonn;

• Tidenfika, fejn xieraq, elementi kritiċi li ma jistgħux ifallu.

Il-valutazzjoni għandu jkollha superviżjoni xierqa. Għandu jiġi stipulat rekwiżit ta’

attendenza għall-kors b’mod li jaqbel mal-Eżiti tat-Tagħlim; ċerti partijiet jistgħu jirrikjedu

attendenza sħiħa.

Il-metodi ta’ valutazzjoni għandhom ikunu ekonomikament vijabbli u disponibbli.

Page 14: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

13

Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk għandux ikun hemm jew le numru massimu ta’ tentattivi li

jistgħu jsiru sabiex jinkisbu l-istandards xierqa.

Eżempji li jispjegaw il-valutazzjoni ta’ Eżiti tat-Tagħlim huma inklużi fl-Appendiċi II.

Il-mekkaniżmi għas-Superviżjoni u l-Valutazzjoni tal-Kompetenza

It-tlestija sodisfaċenti ta’ Kors ta’ Taħriġ u l-kisba tal-Eżiti tat-Tagħlim huma passi

importanti, imma dawn jeħtieġ li jkunu segwiti minn perjodu ta’ superviżjoni xierqa (sakemm

il-kompetenza ma tinkisibx u ma tiġix ivvalutata b’mod sodisfaċenti matul il-kors ta’

taħriġ), sa ma l-kompetenza mitluba tkun inkisbet, u qabel ma l-proċess edukattiv inizjali

jkun jista’ jiġi kkunsidrat li ġie mitmum.

Is-superviżjoni tajba tista’ ssaħħaħ u ttejjeb l-eżiti tat-tagħlim, imma daqstant ieħor is-

superviżjoni mhux adattata jista’ jkollha konsegwenzi negattivi, billi okkażjonalment

tippromwovi prattiċi skaduti jew sempliċiment ħżiena.

Il-kwalitajiet meħtieġa f’superviżur tajjeb

L-għażla tal-individwi t-tajba bħala superviżuri hija kruċjali. It-taħriġ prattiku u s-

superviżjoni għandhom jitwettqu minn persuna li l-kwalitajiet tagħha jinkludu:

għarfien xieraq u aġġornat, u tkun ta’ ħila u kompetenti fil-proċeduri,

biżżejjed anzjanità li tiġbed ir-rispett u tkun awtorevoli fir-rigward tal-għarfien u l-

esperjenza tagħha

il-kapaċità li tgħaddi l-ħiliet u l-għarfien lil ħaddieħor (ħiliet tat-tagħlim mitluba)

fehim tajjeb tar-raġunijiet li għalihom it-taħriġ u s-superviżjoni huma importanti

ħiliet interpersonali tajbin

impenn għall-implimentazzjoni tal-ispirtu tal-leġiżlazzjoni kif ukoll l-ittra tal-liġi

Fil-każ ta’ proċeduri kumplessi jista’ jkun meħtieġ iktar minn superviżur wieħed, pereżempju

meta jkun hemm bżonn ta’ ħiliet kirurġiċi kif ukoll anestetiċi.

Il-proċess tas-superviżjoni

Kull utent, min irabbi u fornitur għandu jiżgura li jkun hemm qafas sod li fih jistgħu jseħħu t-

taħriġ u s-superviżjoni, bi standards ċari li jiddefinixxu l-kompetenza fil-ħiliet ibbażati fuq l-

għarfien u fil-ħiliet prattiċi.

Huwa essenzjali li tinkiseb il-konsistenza f’dawn il-proċessi kollha.

Kull trainee għandu jkollu:

pjan ta’ taħriġ formali li jiġbor fil-qosor l-għanijiet personali tiegħu jew tagħha u l-

ħiliet prattiċi u dawk ibbażati fuq l-għarfien li jkun/tkun jeħtieġ/teħtieġ;

idea ċara tal-kriterji għall-kompetenza f’kull ħila;

Page 15: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

14

reġistri tat-taħriġ u tal-kompetenza;

reviżjonijiet regolari tat-taħriġ, tal-kompetenza, u tal-pjan ta’ żvilupp personali

tiegħu/tagħha.

L-iżvilupp ta’ min jitħarreġ għandu jkun dokumentat b’mod ċar progressivament fir-reġistri

tat-taħriġ. Daqstant ieħor, il-livell tas-superviżjoni għandu jkun traċċabbli fir-reġistri tat-

taħriġ.

Il-livell tas-superviżjoni jista’ jinqasam f’ħames stadji:

4 – Is-superviżur ikun preżenti meta ssir il-proċedura sabiex jipprovdi superviżjoni u

pariri diretti

3 – Is-superviżur ikun jaf li qegħdin isiru proċeduri u jkun disponibbli sabiex jintervjeni

b’mod rapidu jekk ikun meħtieġ (jiġifieri qrib il-proċedura)

2 – Is-superviżur ikun jaf li qegħdin isiru proċeduri u jkun disponibbli li jattendi sabiex

jagħti pariri jekk ikun meħtieġ (jiġifieri fil-viċinanzi tal-istabbiliment)

1 – Is-superviżur ikun jaf li qegħdin iseħħu l-proċeduri u jkun disponibbli għad-

diskussjoni sabiex jipprovdi pariri jekk ikun meħtieġ (eż. bit-telefown)

0 – Ma tkun meħtieġa ebda superviżjoni

Il-UK Laboratory Animal Science Association ipproduċiet prinċipji ta’ gwida dwar ir-

rekwiżiti tas-superviżjoni għall-persuni li jwettqu l-proċeduri (detenturi ta’ liċenzja personali)

li huma disponibbli fuq:

http://www.lasa.co.uk/LASA_GP_Supervision_&_Competence_2013_final.pdf

Il-valutazzjoni tal-kompetenza

Idealment, il-persuna li tivvaluta l-kompetenza m’għandhiex tkun l-istess waħda li tat it-

taħriġ, imma dan jista’ jkun diffiċli fil-każ ta’ ħiliet speċjalizzati ħafna jew fi stabbilimenti

żgħar.

Dawk li jkunu qed jitħarrġu għandhom jifhmu liema standards u liema kriterji ta’ min jgħaddi

jew jeħel se jiġu applikati waqt il-valutazzjoni tagħhom.

Il-valutazzjoni tal-kompetenza preferibbilment għandha ssir fl-ambjent normali tax-xogħol

ta’ min qed jitħarreġ. L-assessur għandu josserva u jevalwa lit-trainee waqt it-twettiq tal-

proċeduri sabiex jivvaluta l-kompetenza prattika.

Huwa wkoll importanti li l-istabbilimenti kollha jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu li jiżgura li l-

inkompetenza / prattika ħażina ta’ kwalunkwe membru tal-persunal tiġi magħrufa u

rrappurtata sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa ta’ rimedju.

Eżempji li jispjegaw il-valutazzjoni tal-kompetenza huma inklużi fl-Appendiċi III.

Reviżjoni/żamma tal-kompetenza

Din għandha titqies bħala proċess kontinwu u għandu jkun hemm xi tip ta’ superviżjoni fi

ħdan il-faċilità sabiex jiġi żgurat li l-istandards aċċettabbli qegħdin jinżammu.

Page 16: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

15

Meta l-proċeduri jitwettqu b’mod intermittenti/rari u/jew individwi ma jkunux wettqu l-

proċeduri għal xi żmien, għandu jiġi kkunsidrat il-provvediment ta’ superviżjoni addizzjonali.

Bl-istess mod, jekk jinqalgħu l-problemi jew tiġi introdotta proċedura ġdida jew emendata,

għandha tinbeda reviżjoni tal-kompetenza.

L-Iżvilupp Professjonali Kontinwu (CPD - Continuing Professional Development)

L-issodisfar tar-rekwiżiti tal-Artikoli 23 u 2 fir-rigward tat-taħriġ kontinwu u ż-żamma

tal-kompetenza.

L-Artikolu 23(3) jirrikjedi li l-persunal għandu jżomm il-kompetenza permezz ta’ proċess ta’

edukazzjoni kontinwa (Żvilupp Professjonali Kontinwu – CPD). Dan il-proċess għandu jkun

sorveljat mill-persuna responsabbli mit-taħriġ, identifikata fl-Artikolu 24(1)(c). Dan ir-

rekwiżit huwa maħsub sabiex jiżgura li dawk kollha involuti fl-użu u l-kura tal-annimali

jibqgħu kompetenti u aġġornati dwar żviluppi ġodda fil-qasam.

FELASA6 ipproponiet linji gwida għall-edukazzjoni kontinwa tal-persuni kollha involuti fil-

kura u l-użu tal-annimali f’esperimenti għal għanijiet xjentifiċi. Is-sistema hija bbażata fuq l-

għoti ta’ krediti, li minnhom 50% iridu jinkisbu permezz tal-attendenza f’attivitajiet approvati

li jkunu ġew soġġetti għal skrutinju minn korp professjonali. Il-50% l-oħra jistgħu jinkisbu

minn attivitajiet li jkunu rikonoxxuti mill-impjegatur. Aktar dettalji huma mogħtija fis-sit

elettroniku:

http://www.felasa.eu/recommendations/guidelines/guidelines-for-continuing-

education-for-persons-involved-in-animal-experime/).

Importanti li, ikun xi jkun il-proċess stabbilit, it-taħriġ ikun rikonoxxut b’mod reċiproku u li

r-reġistri jkunu trasferibbli. Huwa essenzjali wkoll li għall-inqas xi ftit mis-CPD ikun

direttament rilevanti għall-qasam tax-Xjenza tal-Annimali (li jintużaw fil-Laboratorju).

Ir-reġistrazzjoni tat-Taħriġ u s-Superviżjoni

Ir-reġistri tat-taħriġ għandhom jirriflettu l-livell ta’ taħriġ u l-livell ta’ kompetenza sabiex

jippermettu t-trasferiment tal-ħiliet madwar l-UE. Bħalissa teżisti varjabbiltà kbira fit-tipi ta’

reġistri li jinżammu u fil-kontroll taż-żamma tar-reġistri mill-faċilità ċentralizzata għall-

individwu. Il-kultura u/jew l-istorja tal-konformità tal-istabbiliment jinfluwenzaw iż-żamma

tar-reġistri. L-istabbilimenti GLP normalment ikollhom reġistri tat-taħriġ tajbin li ma jkunux

jeħtieġu tibdil jew ftit li xejn. Ir-reġistri preċiżi huma parti essenzjali mill-iskemi kollha tat-

taħriġ u għandhom jinkorporaw l-edukazzjoni professjonali u l-kompetenzi rilevanti miksuba

qabel l-impjieg preżenti. 6 Federation of European Laboratory Animal Science Associations (Il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet

Ewropej tax-Xjenza tal-Annimali li jintużaw fil-Laboratorju)

Page 17: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

16

Ir-reġistri għandhom ikunu ddettaljati sal-livell tal-proċeduri u jittrattaw speċi speċifika.

Għandhom jidentifikaw il-livell ta’ superviżjoni meħtieġ, il-kisba tal-kompetenza inizjali kif

ukoll il-livell ta’ kompetenza li jippermetti lill-persuna tissorvelja u tħarreġ lil ħaddieħor.

Approċċ komuni fil-mod kif jiġu rreġistrati t-taħriġ u l-kompetenzi miksuba jiffaċilita l-

moviment tal-persunal. Eżempju ta’ Mudell ta’ Reġistru komuni huwa inkluż fl-Appendiċi

IV.

Page 18: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

17

PARTI B

L-approvazzjoni / L-akkreditazzjoni tal-Korsijiet

Jeħtieġ ikun hemm sistema ta’ Approvazzjoni / Akkreditazzjoni għall-Korsijiet ta’ Taħriġ li

tiżgura l-fiduċja fil-kwalità tat-taħriġ u tal-valutazzjonijiet li qegħdin jiġu pprovduti. Il-

korsijiet tat-taħriġ jistgħu jkopru Modulu wieħed jew aktar.

Glossarju ta’ termini

Assigurazzjoni tal-kwalità

Iż-żamma tal-livell mixtieq ta’ kwalità f’servizz jew prodott – għandhom jieħdu

ħsiebha l-Fornituri tal-Modulu u, fejn ikun applikabbli, għandha tifforma parti mill-

proċess tal-akkreditazzjoni.

Akkreditazzjoni

Proċess li fih tiġi ppreżentata ċertifikazzjoni ta’ kompetenza, awtorità jew kredibbiltà.

Rikonoxximent reċiproku

Ftehim bejn żewġ organizzazzjonijiet (eż. l-Awtoritajiet Kompetenti ta’ Stat Membru)

li jirrikonoxxu l-proċessi jew il-programmi ta’ xulxin. Rikonoxximent reċiproku jista’ jsir

bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, aġenziji ta’ kwalità jew ta’ akkreditazzjoni jew

korpi professjonali.

Il-benefiċċji ta’ sistema ta’ approvazzjoni/akkreditazzjoni għall-Korsijiet ta’ Taħriġ

1. Tiffaċilita l-moviment liberu tal-persunal;

2. Ittejjeb it-trattament xieraq tal-annimali

3. Ittejjeb il-kwalità tax-xjenza li tuża annimali ħajjin.

Kors ta’ Taħriġ kif għandu jkunu approvat / akkreditat?

L-akkreditazzjoni hija proċess bidirezzjonali kontinwu li jiddependi fuq il-komunikazzjoni

tajba bejn il-partijiet kollha. Il-proċess tal-akkreditazzjoni għandu jinkludi

Sottomissjonijiet bil-miktub

Diskussjonijiet bejn il-fornituri u l-assessuri tal-kors

Żjara lill-kors

L-akkreditazzjoni/approvazzjoni ta’ kors għandha tkun riveduta għall-inqas kull 5

snin u jekk jiġu proposti xi bidliet sinifikanti fil-mod kif jingħata, fil-kontenut jew fil-

valutazzjoni.

Jiżgura li t-taħriġ jingħata skont l-istandard miftiehem.

Page 19: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

18

L-informazzjoni meħtieġa għall-Approvazzjoni / Akkreditazzjoni ta’ Kors

Kull proċess ta’ approvazzjoni/akkreditazzjoni għandu jispeċifika b’mod ċar lill-fornituri tal-

kors x’informazzjoni għandha tiġi pprovduta dwar il-kontenut tal-kors, kif jingħata u kif jiġi

vvalutat. Għandu jkun hemm l-għarfien espert adattat disponibbli sabiex tiġi vvalutata l-

informazzjoni sottomessa. L-informazzjoni għandha tkopri, fost l-oħrajn

L-applikant u l-istituzzjoni

Informazzjoni dwar dawk li jħarrġu u l-kwalifiki/esperjenza tagħhom

Il-kontenut sħiħ tas-sillabu tal-Modulu/Moduli u l-Eżiti tat-Tagħlim assoċjati

Il-materjal tal-kors u l-mod kif se jkun mgħallem, li jkun jinkludi l-ħendawts tal-kors,

il-qari li jsir minn qabel, l-għajnuniet tat-tagħlim, elementi prattiċi/teoretiċi

Jekk jiġu inklużi elementi prattiċi – kif dawn jiġu mgħallma u vvalutati

Informazzjoni dwar l-użu (u l-ġustifikazzjoni tal-użu) ta’ annimali ħajjin

Deskrizzjoni tal-faċilitajiet fejn se jingħata l-kors

Skeda ta’ żmien u informazzjoni dwar it-tip ta’ tagħlim f’kull sessjoni

Komunikazzjoni mal-istudenti

F’każ ta’ tagħlim mill-bogħod, liema metodi se jintużaw u kif se jiġu żgurati

valutazzjonijiet indipendenti

Il-proporzjon bejn min jitħarreġ u l-letturi kemm fit-teorija kif ukoll fl-elementi

prattiċi (1 għal 4 ssuġġerit bħala massimu għat-taħriġ prattiku)

Idealment min iħarreġ ma jkunx l-assessur (jew tiġi żgurata distinzjoni ċara bejn it-

taħriġ u l-valutazzjoni)

Kif se jkun ivvalutat il-kors – Valutazzjoni; Reazzjoni

Valutazzjoni tat-Temmija Sodisfaċenti – metodi, kriterji ta’ min jgħaddi/jeħel,

elementi kritiċi li fihom wieħed ma jistax jeħel

Ċertifikazzjoni (żewġ lingwi, l-ilsien matern u l-Ingliż (anness), ikunu ppreferuti

għall-promozzjoni tal-moviment liberu) – iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-kontenut

bażiku għall-informazzjoni

Il-fornitur tal-modulu għandu jżomm reġistru tal-parteċipanti, min għadda/weħel u r-

reazzjonijiet.

Huwa dejjem aħjar li s-sottomissjoni jkollha informazzjoni żejda milli nieqsa, imma

din tista’ tkun ġestita permezz ta’ Formola ta’ Talba għall-Informazzjoni minn min

jagħti l-approvazzjoni/akkreditazzjoni.

Ir-rekwiżiti tal-attendenza għandhom jiġu inklużi skont ma japplika (dan jippermetti li

l-attitudni tal-istudent tiġi vvalutata aħjar, eż. diskussjoni dwar l-etika)

Għandhom isiru sal-minimu ta’ żewġ korsijiet qabel l-approvazzjoni/akkreditazzjoni.

(N.B. Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet stabbiliti għall-parteċipanti tal-kors meta

dan ma jilħaqx l-istandards.)

L-informazzjoni mgħoddija lill-korp ta’ akkreditazzjoni dwar l-attendenza, min

għadda/weħel u l-frekwenza tal-kors – ma tiġix ippubblikata imma tinżamm mill-

korpi ta’ akkreditazzjoni. Ir-reazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-

Awtoritajiet Kompetenti fuq talba.

Page 20: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

19

Il-prinċipji għal Proċess ta’ Approvazzjoni / Akkreditazzjoni

1. Indipendenza mill-fornitur/organizzazzjoni tat-taħriġ

2. Għandu jkun proporzjonat u affordabbli;

3. Standards sostenibbli u konsistenti;

4. Jibni l-fiduċja mat-trainees, min iħarreġ u l-Istati Membri;

5. Assessuri kompetenti.

Ir-responsabbiltajiet ta’ dawk li japprovaw / jakkreditaw il-korsijiet

Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-korpi ta’ approvazzjoni / akkreditazzjoni huma li:

joffru pariri u informazzjoni lill-fornituri prospettivi ta’ korsijiet;

japprovaw/ jikkreditaw korsijiet li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità miftiehma;

jiżguraw il-konsistenza tal-kontenut u tal-eżiti bejn il-moduli;

jiżguraw il-konformità mal-għanijiet u l-proċeduri ddikjarati f’relazzjoni mal-għoti

tat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-Eżiti tat-Tagħlim stipulati;

japplikaw u jirrevedu l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-eżitu pożittiv tat-taħriġ u

l-valutazzjoni.

Il-qafas għall-aċċettazzjoni reċiproka

Jenħtieġu prinċipji għall-qafas ta’ Approvazzjoni / Akkreditazzjoni reċiproka bħala l-bażi ta’

aċċettazzjoni reċiproka ta’ taħriġ li jkun twettaq xi mkien ieħor.

Bħalissa hemm bosta approċċi differenti mħaddma fi ħdan l-UE għall-“approvazzjoni” ta’

korsijiet ta’ taħriġ – dawn mhux dejjem huma ġestiti mill-awtoritajiet tal-Istat Membru, u

lanqas hemm xi sistema komuni kif tinkiseb l-“approvazzjoni” minn Stat Membru.

Sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi skont l-Artikolu 23, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li

l-persunal jiġimħarreġ b’mod xieraq – għaldaqstant jeħtieġ li l-Istati Membri jindikaw is-

sodisfazzjon dwar il-forniment tat-taħriġ – irrispettivament jingħatax lokalment,

reġjonalment, nazzjonalment jew internazzjonalment.

Il-fiduċja fl-istandards tat-taħriġ u fl-eżiti hija meħtieġa, imma jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-

fiduċja u l-komunikazzjonijiet imtejba sabiex jintlaħaq ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-

Istati Membri.

Huwa mixtieq li jkun hemm forum għall-iskambju tal-informazzjoni u repożitorju ċentrali

dwar id-disponibbiltà u l-kontenut tal-korsijiet, u mekkaniżmi/riżorsi disponibbli li jiżguraw

li l-informazzjoni tinżamm aġġornata.

Page 21: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

20

Il-korsijiet kollha għandu jkollhom xi forma ta’ superviżjoni/approvazzjoni indipendenti, u

dan għandu japplika wkoll għal korsijiet interni (“in-house”) ta’ taħriġ mogħtija lokalment.

Is-sistema li tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku u l-kwalità tat-taħriġ fil-livell tal-UE

għandha tkun kosteffettiva, bl-inqas piż amministrattiv possibbli. Billi m’hemmx

finanzjament speċifiku disponibbli għal dan l-iskop, il-benefiċċji potenzjali jridu jkunu

attraenti biżżejjed sabiex jiksbu l-finanzi mill-Istati Membri u mill-komunità tal-utenti. Il-

Kummissjoni Ewropea ma tistax tikkoordina dan il-kompitu għax ma jaqax direttament fil-

qasam tal-kompetenza tagħha, madankollu, tista’ tiffaċilita ma’ eż. l-organizzazzjoni tal-

Gruppi ta’ Ħidma ta’ Esperti dwar suġġetti speċifiċi f’rabta mal-implimentazzjoni tar-

rekwiżiti tad-Direttiva u tipprovdi informazzjoni relatata mal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (E&T)

fuq is-sit elettroniku tagħha.

Proposta għal Pjattaforma tal-UE u Portal tal-Informazzjoni dwar l-Edukazzjoni u t-

Taħriġ

Għandha tiġi stabbilita Pjattaforma tal-UE għal qafas ta’ taħriġ modulari li tippermetti l-

iskambju tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni bejn:

Il-Korpi ta’ Approvazzjoni / Akkreditazzjoni

Il-Fornituri tal-Korsijiet

L-awtoritajiet tal-Istat Membru

Din il-Pjattaforma tal-UE tkun tidderieġi n-negozju b’mod elettroniku, u tiltaqa’ permezz ta’

konferenzi awdjo/bil-vidjow minn darbtejn sa tliet darbiet fis-sena. Għandha tkun magħmula

minn rappreżentanza bbilanċjata tal-Istati Membri, Korpi ta’ Approvazzjoni /

Akkreditazzjoni, u Fornituri tal-Korsijiet. L-iskop ta’ din il-Pjattaforma tal-UE jkun li:

1. Tistabbilixxi kriterji għall-Korpi ta’ Approvazzjoni / Akkreditazzjoni;

2. Tirrikonoxxi u żżomm lista tal-Korpi ta’ Approvazzjoni / Akkreditazzjoni u tal-

korsijiet;

3. Iżżomm il-kriterji għall-moduli u tevolvihom kif meħtieġ;

4. Taqsam l-informazzjoni dwar l-istandards tas-superviżjoni u tal-valutazzjoni;

5. Taqsam l-informazzjoni dwar standards u mudelli għar-reġistrazzjoni tat-taħriġ u tal-

valutazzjoni;

6. Tipprovdi dettalji ta’ kuntatt għall-kooperazzjoni.

Din il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u jkun irid jintlaħaq ftehim dwar l-iskop(ijiet) u l-

funzjonijiet speċifiċi tal-Pjattaforma tal-UE.

Ma għandu jkun hemm ebda kunflitt ta’ interess jew kontroll dirett minn xi membru tal-

Pjattaforma tal-UE u l-iskop tagħha jkun sempliċiment li sservi ta’ mezz ta’ qsim ta’

informazzjoni u tal-aħjar prattiċi, u li tiżviluppa fehim dwar it-taħriġ u l-edukazzjoni f’kull

Stat Membru, biex hekk tibni l-fiduċja u tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku tal-għoti

tat-taħriġ.

Page 22: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

21

Dan ta’ hawn fuq jitlob motivaturi li jmexxu ’l quddiem u jħejju termini ta’ referenza għall-

portal ta’ informazzjoni.

Din il-Pjattaforma tal-UE mhix maħsuba sabiex iżżid il-burokrazija jew sabiex tħaddem xi tip

ta’ kontroll fuq il-proċessi u l-mekkaniżmi tal-approvazzjoni / akkreditazzjoni, jew sabiex

tagħti xi vantaġġ inġust lil xi individwu jew organizzazzjoni li tipparteċipa. L-għan tagħha

huwa biss biex tiffaliċita u tgħarraf.

Il-miri huma

Li tiżviluppa u tibni fuq il-fiduċja reċiproka u fil-mekkaniżmi tat-taħriġ ta’ kull Stat

Membru madwar l-UE;

Li twassal għall-għan tal-moviment liberu tal-persunal;

Li taqsam ir-riżorsi tat-taħriġ;

Li tirrevedi moduli fejn ikun meħtieġ u taqbel dwar moduli ġodda u

Li tipprovdi punt ta’ kuntatt dwar informazzjoni fuq il-korsijiet għat-trainees u għall-

fornituri tal-korsijiet.

Dan ikun proċess li jevolvi.

PJATTAFORMA TAL-UE L.A.S. E&T(indipendenti mill-KE)

komposta minn għadd limitat ta’ rappreżentanti elettita’ SMi, Korpi Akk., Fornituri ta’ Korsijiet/Moduli (eż. 5+3+2) sabiex

- tistabbilixxi kriterji għall-korpi ta’ akkreditazzjoni- tirrikonoxxi korpi ta’ akkreditazzjoni u żżomm lista tagħhom

- iżżomm il-kriterji tal-moduli- taqbel dwar Regoli ta’ Proċedura interni trasparenti

- tieħu ħsieb ir-rotazzjoni tal-Presidenza u tas-Segretarjat

Forniturta’ kors/modulu

Forniturta’ kors/modulu

Forniturta’ kors/modulu

Forniturta’ kors/modulu

Forniturta’ kors/modulu

Forniturta’ kors/modulu

Forniturta’ kors/modulu

Korp ta’Akkreditazzjoni

NazzjonaliKorp ta’

AkkreditazzjoniInternazzjonali

Korp ta’Akkreditazzjoni

PubblikuKorp ta’

AkkreditazzjoniPrivat

SM B SM C SM D SM E SM F

QAFAS TAL-UE GĦALL-AKKREDITAZZJONI TA’ KORS TA’ TAĦRIĠ MODULARIGĦAD-DIRETTIVA 2010/63/UE

SM GSM AIl-Kummissjonitista’ tiffaċilitabilli tipprovdi

1. Portal ta’ informazzjonili jkun fih

Links għal• korpi ta’ akkreditazzjoni• fornituri ta’ korsijiet/moduli• spazju għall-fornituri tal-korsijiet/moduli biexjikkatalogaw il-korsijiet/moduli

Informazzjoni dwar• kriterji għall-moduli• standards għas-superviżjoni• standards għall-valutazzjoni• standards u mudelligħar-reġistrazzjoni tat-taħriġ u tal-valutazzjoni

• dettalji ta’ kuntatt għall-Pjattaforma tal-UE

2. Faċilitajiet ta’ laqgħatad-hoc, Gruppi ta’ Ħidmata’ Esperti dwar suġġettispeċifiċi

B'segwitu għal din il-proposta, ġiet żviluppata Pjattaforma ta' Edukazzjoni u Taħriġ għax-Xjenza dwar l-Annimali tal-Laboratorju (ETPLAS) u l-ħidma u d-dokumentazzjoni tagħhom issibhom f'www.etplas.eu.

Page 23: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

22

PARTI C

Ir-rwoli, il-kompiti u t-taħriġ għall-funzjonijiet fl-Artikoli 24 u 25

Tħejjiet gwida addizzjonali sabiex tgħin lil dawk li jwettqu l-funzjonijiet skont l-Artikoli 24 u

25 jifhmu aħjar ir-rwoli u wkoll sabiex tipprovdi suġġerimenti dwar taħriġ għal dawn il-

persuni li qed jaqdu dawn il-funzjonijiet.

Barra minn hekk, huwa ssuġġerit li jsir profil mixtieq għal kull waħda mill-funzjonijiet sabiex

jispjega aħjar il-ħtiġijiet ta’ dak ir-rwol. Madankollu, huwa rikonoxxut li l-prijoritajiet se

jvarjaw skont il-ħtiġijiet tal-istabbiliment individwali. Bl-istess mod, il-kuntest edukattiv tal-

persuna, it-taħriġ li tkun temmet qabel u l-esperjenza tax-xogħol tagħha jistgħu jiġġustifikaw

eżenzjonijiet jew eżenzjonijiet parzjali mit-taħriġ irrakkomandat. Pereżempju, il-persuna

responsabbli mill-kura u t-trattament xieraq tal-annimali tista’ tkun eżentata mill-modulu 23

f’ċirkustanzi fejn tiġi pprovduta informazzjoni dwar taħriġ preċedenti jew kwalifiki xierqa

pereżempju fl-akkwatika jew fil-bhejjem agrikoli.

Il-persuna (jew persuni) responsabbli mis-superviżjoni tat-trattament xieraq u t-

trattament xieraq tal-annimali fl-Artikolu 24(1)(a)

Dan ir-rwol ħafna drabi jingħata lil persuna bl-esperjenza fil-kura jew teknologu anzjan tal-

annimali għalkemm il-veterinarju maħtur jista’ okkażjonalment jassumi dan ir-rwol. Jistgħu

jiġu nnominati persuna waħda jew iktar, kull waħda bl-oqsma tar-responsabbiltajiet tagħha

definiti b’mod ċar.

L-individwu għandu jkun kapaċi jipprovdi pariri indipendenti dwar it-trattament xieraq u l-

kura tal-annimali kollha fl-istabbiliment sabiex inaqqas kemm jista’ jkun it-tbatija u jtejjeb it-

trattament xieraq tal-annimali li jkunu qegħdin jitrabbew, jinżammu għall-użu jew jintużaw

fl-istabbiliment.

L-individwu huwa mistenni li jkun involut ta’ kuljum b’mod attiv sabiex jissalvagwardja t-

trattament xieraq tal-annimali fl-istabbiliment, ikollu awtorità maniġerjali li tippermettilu

jistabbilixxi u jżomm standards għoljin ta’ trobbija u kura, jissodisfa l-istandards stipulati fl-

Anness III tad-Direttiva u jippromwovi kultura ta’ kura kemm mal-persunal tat-trobbija kif

ukoll ma’ dak xjentifiku. Appoġġ u struttura istituzzjonali huma meħtieġa, speċjalment meta

l-pariri tal-persuna responsabbli mill-kura jiġu sfidati.

L-individwu għandu jkun proattiv, waqt li jaħdem kif jixraq mal-veterinarju maħtur, sabiex

jippromwovi l-implimentazzjoni ta’ raffinamenti fit-trobbija, fil-kura u fl-użu tal-annimali, u

jikkontribwixxi b’mod attiv għall-ħidma tal-Korp dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Ir-rwol jista’ jkollu sehem importanti fit-titjib tal-kwalità tal-eżiti xjentifiċi.

Ġie ssuġġerit akronimu sempliċi li jiddeskrivi dan ir-rwol – ICARE – Institutional Care and

Animal welfare REsponsible (person) (persuna Responsabbli mill-Kura Istituzzjonali u t-

trattament xieraq tal-Annimali)

Page 24: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

23

Sommarju tal-kompiti ewlenin

Tiġi stabbilita sistema kumplessiva għall-kura kontinwa tal-annimal;

o Jiġi żgurat li l-annimali jiġu ċċekkjati ta’ kuljum;

o Tiġi stabbilita katina ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet u ssir magħrufa

mal-persunal kollu rilevanti;

o Jiġi żgurat li jkun hemm l-għarfien espert disponibbli sabiex tiġi nnotata

kwalunkwe varjazzjoni fis-saħħa u l-imġiba normali tal-annimali;

Jingħata kontribut lill-Korp dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali (AWB -

Animal Welfare Body), inklużi pariri dwar raffinament ta’ proċeduri u aspetti

oħrajn li jaffettwaw l-esperjenza tal-ħajja tal-annimali;

Jiġi żviluppat ftehim tajjeb u sħubija tajba fix-xogħol mal-Veterinarju Maħtur

(DV- Designated Veterinarian);

Jiġu żviluppati u miżmuma standards għoljin ta’ trobbija u kura adattati għall-

ispeċi li tkun qed tintuża;

o Jiġi żgurat li r-rekwiżiti tat-trattament xieraq u tat-trobbija tal-ispeċi

miżmuma fl-istabbiliment jiġu ssodisfati;

o Jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet taż-żamma f’gaġeġ jew tal-

abitazzjoniskont id-daqsijiet differenti tal-gruppi, l-iprem kundizzjonijiet

ambjentali inklużi l-opportunitajiet ta’ arrikkiment u r-rekwiżiti

nutrizzjonali;

o Jiġi żgurat li l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi u bijoloġiċi tal-ispeċi jiġu ssodisfati;

Jiġu ssapportjati l-prinċipji tal-kultura tal-kura fost il-persunal fil-livelli kollha.

Profil issuġġerit

Il-persuna għandu jkollha “awtorità personali” li tiġi mill-kuntest tagħha, mill-

esperjenza, mill-għarfien u minn kemm ikollha fiduċja;

o Il-ħila li tiddiskuti “fuq l-istess livell” max-xjentist sabiex tiżgura li l-

kwistjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali jiġu mifhuma u

indirizzati;

Ħiliet ta’ komunikazzjoni u diplomazija;

o Tifhem l-importanza tal-komunikazzjoni effettiva u tal-ħila li twassal l-

informazzjoni fil-format u fil-livell xieraq;

o Kapaċi taħdem kollettivament u f’kollaborazzjoni, mal-Veterinarju

Maħtur, mal-AWB, u max-xjentisti: eż. biex tintroduċi u timplimenta

programm ta’ arrikkiment imtejjeb;

o Ħiliet effettivi ta’ komunikazzjoni miktuba u orali;

Page 25: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

24

Ġudizzju tajjeb – kapaċi ssib bilanċ bejn il-ħtiġijiet xjentifiċi u dawk tat-

trattament xieraq;

Indipendenza, safejn hu possibbli, mill-proġetti ta’ riċerka xjentifika.

Taħriġ inizjali

Kull persuna responsabbli mis-superviżjoni tat-trattament xieraq u l-kura tal-annimali trid

tkun irċeviet it-taħriġ adattat. Meta tintuża kombinazzjoni tal-moduli ta’ taħriġ żviluppati,

Modulu 9 għandu jkun inkluż għax dan jirrikjedi apprezzament aktar fil-fond tat-Tliet Rs u

prattika xjentifika tajba.

Għaldaqstant, it-taħriġ u l-esperjenza għandhom jinkludu:

Il-Moduli ewlenin kollha;

Moduli dwar funzjoni speċifika għall-funzjoni A (3.2, 7 u 8) u l-Moduli 9 u 23;

Il-Modulu 50 - “Introduzzjoni għall-ambjent (stabbiliment) lokali”;

L-iżvilupp ta’ fehim suffiċjenti tal-proċeduri xjentifiċi li jippermetti

interazzjonijiet infurmati max-xjenzati;

L-iżvilupp u ż-żamma ta’ sistemi xierqa ta’ kif jinżammu r-reġistri.

Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD)

Iżommu l-għarfien dwar l-istandards taż-żamma u l-kura tal-ispeċi li tagħhom

ikunu responsabbli;

Ikomplu jiżviluppaw is-sett ta’ ħiliet dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet;

o jifhmu l-ispeċifiċitajiet tar-rwol tagħhom, kif għandhom jittrattaw ir-

responsabbiltajiet tagħhom u jimmaniġġjaw l-

interazzjonijiet/komunikazzjonijiet mal-persunal tal-kura tal-annimali u max-

xjentisti;

Iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi fit-Tliet Rs, fil-komunikazzjoni u fil-

ġestjoni.

Il-persuna (jew persuni) responsabbli li tiżgura/jiżguraw d-disponibbiltà tal-

informazzjoni dwar l-ispeċi miżmuma fl-istabbiliment fl-Artikolu 24(1)(b)

Il-persuna responsabbli minn dan ir-rwol trid tiżgura li jkun hemm firxa ta’ informazzjoni

rilevanti disponibbli għal dawk li jeħtiġuha, u li l-informazzjoni tinżamm aġġornata kemm

jista’ jkun.

Din tkun tinkludi kull xorta ta’ informazzjoni dwar l-ispeċi miżmuma u użati b’rabta ma’

firxa varjata ta’ suġġetti bħalma huma:

informazzjoni marbuta mal-ispeċi użati fl-istabbiliment;

il-kura u t-trobbija tal-annimali;

it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs;

Page 26: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

25

il-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali, gwida u regoli/informazzjoni lokali;

informazzjoni u pubblikazzjonijiet esterni li jagħtu prinċipji rilevanti ta’ gwida

dwar prattika tajba f’aspett jew qasam ta’ ħidma partikulari (id-dokumenti tal-

FELASA dwar prinċipji ta’ gwida, pereżempju);

informazzjoni li tirrigwarda inizjattivi ġodda, avvanzi tekniċi u prattiċi u prattika

tajba f’qasam rilevanti ta’ riċerka u b’rabta mal-ispeċi kkonċernati.

Fi stabbilimenti kbar ikun diffiċli li persuna waħda tkun konxja tal-kwistjonijiet kollha fl-

oqsma kollha tax-xjenza. Sabiex ikun żgurat li l-aktar informazzjoni rilevanti tkun

disponibbli għal kulħadd, ikun meħtieġ netwerk adattat fi ħdan l-istabbiliment li jiżgura li l-

informazzjoni rilevanti kollha tinġabar u tiġi mifruxa b’mod xieraq. L-individwi responsabbli

jistgħu jikkonċentraw fuq oqsma speċifiċi eż. it-trobbija u l-kura tal-annimali; mudelli ta’

annimali partikulari, jew individwu wieħed jista’ jaġixxi bħala koordinatur ċentrali fi ħdan l-

istabbiliment.

Ġie ssuġġerit li l-Korp dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali jista’ jikkontribwixxi għal dan

il-kompitu, sabiex jgħin fl-identifikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti u jikkoordina t-tixrid

tagħha lill-individwi magħżula.

Huwa essenzjali li l-individwi rilevanti jkollhom taħriġ xieraq fit-tiftix u l-irkupru tal-

informazzjoni, u li jkollhom aċċess għall-għejun ta’ informazzjoni rilevanti.

Din il-funzjoni xi drabi tintrabat ma’ dik tal-persuna responsabbli mis-superviżjoni tat-

trattament xieraq, imma l-persuna ma għandhiex bżonn tkun esperta fl-oqsma kollha tax-

xjenza – ikun aħjar jekk ikollha ħila tajba fin-netwerking.

Sommarju tal-kompiti ewlenin

żamma ta’ kuntatti għall-qsim tal-informazzjoni (eż. mal-Awtorità Nazzjonali

Kompetenti, gruppi varji ta’ interess speċjalizzat li jinkludu, gruppi ta’ riċerka

speċjalizzata, korpi professjonali, il-FELASA u l-assoċjazzjonijiet LAS

nazzjonali, it-Tliet Rs u l-organizzazzjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-

annimali);

tiftix u disseminazzjoni ta’ informazzjoni kurrenti (pereżempju, inizjattivi ġodda

dwar it-Tliet Rs f’qasam xjentifiku partikulari);

żamma tad-dettalji ta’ kuntatt lokali bbażati fuq il-funzjoni, it-tip ta’ rwol (l-

Artikolu 23(2)(a-d)), l-interessi ta’ riċerka eċċ. sabiex l-informazzjoni tiġi

ċċirkolata b’mod effettiv, jiġifieri mibgħuta lil dawk l-individwi li jistgħu

jibbenefikaw minnha (jiġi evitat li tintbagħat kopja lil kulħadd b’riskju li l-

informazzjoni tiġi injorata);

it-tqassim tal-informazzjoni b’mod proattiv, kif jixraq, lil individwi u grupp ta’

persunal/studenti;

l-assistenza, kif xieraq jew kif mitlub, lil persuni responsabbli minn proġetti

sabiex jiksbu l-informazzjoni neċessarja rilevanti għall-proġett tagħhom;

kapaċità li tingħata gwida dwar fejn u kif wieħed ifittex l-informazzjoni rilevanti.

Page 27: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

26

Dan ir-rwol ma għandux jaħdem b’mod iżolat imma f’kooperazzjoni ma’ rwoli oħrajn u

b’mod partikulari f’komplimentarjetà max-xogħol tal-AWB sabiex jintlaħqu l-għanijiet

stabbiliti fl-Artikolu 27(1)(b). Għandha tiġi stabbilita sistema li tiffaċilita l-aċċess tal-

persunal kollu għall-informazzjoni rilevanti, eż. “Ċentru għall-informazzjoni 3Rijiet”, sabiex

iwettaq il-kompiti tiegħu, kemm jekk inhu persunal tal-kura u kemm jekk xjentisti.

Profil issuġġerit

Ħiliet tajbin ta’ komunikazzjoni;

Imħarreġ biex jaċċessa/isib u jqassam l-informazzjoni rilevanti lill-utenti/riċevituri

rilevanti;

Kapaċità li jagħżel l-informazzjoni rilevanti u jgħaddiha lill-persuni individwali li

jkunu jeħtiġuha (jevita “informazzjoni eċċessiva”).

Taħriġ inizjali

It-taħriġ għandu jinkludi tiftix għal informazzjoni u strateġiji ta’ tixrid:

Eżitu tat-Taħrig 2.13: Iddeskrivi għejun rilevanti ta’ informazzjoni marbuta mal-

etika, mat-trattament xieraq tal-annimali u mal-implimentazzjoni tat-Tliet Rs;

Eżitu tat-Taħrig 51.1: Go3Rs, EURL ECVAM Search Guide) u ta’ metodi ta’

tiftix (eż. Systematic reviews, meta-analysis);

Eżitu tat-Taħrig 51.2: Spjega l-importanza tat-tixrid tar-riżultati tal-istudju

irrispettivament mill-eżitu u ddeskrivi l-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu

rrappurtati meta jintużaw annimali ħajjin fir-riċerka eż. il-linji gwida ARRIVE;

Il-Modulu 50 – “Introduzzjoni għall-ambjent (stabbiliment) lokali”.

Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD)

Komunikazzjoni;

Riżorsi ta’ informazzjoni.

Il-persuna (jew persuni) responsabbli mill-edukazzjoni, il-kompetenza u s-CPD tal-

persunal fl-Artikolu 24(1)(c)

Dan ir-rwol jista’ jkun pożizzjoni definita indipendenti fi ħdan stabbiliment kbir, imma ħafna

drabi r-rwol jitwettaq minn persuni differenti, u jista’ wkoll jitwettaq f’kombinazzjoni ma’

rwoli oħrajn. Fejn ikun hemm aktar minn persuna waħda mogħtija l-kompitu ta’ dan ir-rwol,

importanti li lkoll jaħdmu skont l-istess prinċipji u standards, u għaldaqstant is-superviżjoni

ta’ dan ir-rwol għandha tinżamm fil-livell tal-istabbiliment, aktar milli fil-livell tal-grupp ta’

riċerka jew dipartiment individwali.

Il-persuna ġeneralment tkun involuta fil-koordinazzjoni tat-taħriġ u fl-iżgurar li s-

superviżjoni, il-valutazzjoni tal-kompetenza u l-iżvilupp professjonali kontinwu jitwettqu u

jiġu rreġistrati, iktar milli tkun involuta direttament fl-għoti jew fil-valutazzjoni tat-taħriġ jew

Page 28: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

27

tal-kompetenza. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, dawn il-persuni ma jistgħux ikunu direttament

responsabbli għat-taħriġ ta’ kuljum ta’ kull individwu, u għalhekk ċerti responsabbiltajiet

prattiċi jkollhom jiġu ddelegati lil prattikanti ta’ esperjenza li, huma stess, għandhom ikunu

kapaċi jħarrġu u/jew jissorveljaw it-tekniki neċessarji.

Il-persuna responsabbli mit-taħriġ u l-kompetenza għandu jkollha awtorità biżżejjed sabiex

tinfluwenza lill-oħrajn u tkun kapaċi tieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ taħriġ.

Sommarju tal-kompiti ewlenin

Il-persuna responsabbli mit-taħriġ u l-kompetenza għandha tissorvelja l-kompiti li ġejjin:

tistipula u timmonitorja l-istandards meħtieġa għall-istituzzjoni rigward it-taħriġ,

is-superviżjoni, il-kompetenza u s-CPD għal kull waħda mill-funzjonijiet fl-

Artikolu 23(2)(a–d);

tikkomunika r-rekwiżiti/l-aspettattivi (pereżempju l-ħtiġijiet tat-taħriġ identifikati)

lill-persunal kollu kkonċernat u tiżgura li l-membri tal-persunal ikunu konxji tar-

responsabbiltajiet individwali tagħhom li jħarrġu/jissorveljaw u/jew li jitħarrġu u

jiġu ssorveljati, sakemm isiru kompetenti, b’mod xieraqgħall-għarfien espert u l-

funzjoni tagħhom;

tikkomunika ma’ dawk li jħarrġu;

tidentifika t-taħriġ adattat (moduli, speċi u tekniki speċifiċi) ta’ kwalità

rikonoxxuta;

tidentifika u xxerred opportunitajiet/attivitajiet ta’ edukazzjoni, taħriġ u CPD;

tidentifika persuni li jistgħu joffru taħriġ għal proċeduri/tekniki speċjalizzati;

tiżviluppa rekwiżiti lokali għar-reġistri tat-taħriġ li għandhom jintużaw fl-

istabbiliment kollu; tiżgura li hemm mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jiġu identifikati

ħtiġijiet ġodda ta’ taħriġ;

tistabbilixxi mekkaniżmi sabiex tidentifika kwalunkwe ħtiġijiet ta’ taħriġ ta’

aġġornament li jinqalgħu (li jistgħu jitqanqlu b’diversi modi, pereżempju

proċedura li ma tkunx intużat għal perjodu fit-tul, riżultati kirurġiċi ħżiena);

tikkontrolla u tivverifika r-reġistri tat-taħriġ meta individwi jiġu ttrasferiti minn

stabbilimenti oħrajn u tidentifika kwalunkwe taħriġ ġdid li jista’ jkun meħtieġ;

tirċievi u tiċċekkja r-reġistri/iċ-ċertifikati tat-taħriġ;

tikkonsidra talbiet ta’ eżenzjoni mit-taħriġ u, kif xieraq, b’konformità mal-kriterji

ddeterminati mill-Awtorità Kompetenti;

tiżgura li r-reġistri kollha jkunukompluti, preċiżiu aġġornati;

taħdem ma’ kollegi lokalment jew iktar ’il bogħod sabiex tiżviluppa approċċ

lokali/nazzjonali/tal-UE konsistenti għat-taħriġ/superviżjoni/kompetenza u għall-

kontenut u d-dettall meħtieġa għar-reġistri tat-taħriġ individwali (sabiex tiżgura li

dawn jinftiehmu fl-istituzzjoni kollha u lil hinn minnha) sabiex tiffaċilita t-

trasferiment tal-persunal;

tiżgura li tinżamm il-kompetenza.

Page 29: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

28

Involviment fit-taħriġ/superviżjoni/valutazzjoni

Dan ikun jiddependi min-natura tar-rwol tal-persuna fi ħdan l-istabbiliment u jista’

jvarja. Jekk dan ir-rwol huwa biss wieħed maniġerjali/amministrattiv, l-involviment

dirett fit-taħriġ/superviżjoni/valutazzjoni se jkun inqas probabbli. Madankollu, fejn

il-kompiti assoċjati mar-rwol huma ddelegati (jiġifieri fejn il-persunal involut għandu

dmirijiet attivi oħrajn bħala disinjatur/maniġer ta’ proġett, membru tal-persunal tal-

kura tal-annimali jew veterinarju maħtur), il-kontribut dirett fit-

taħriġ/superviżjoni/valutazzjoni ikun aktar probabbli. F’kull każ dan ikun soġġett

għall-kuntest li ġejjin minnu l-individwi kkonċernati, l-għarfien espert, il-kompetenza

u x-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Filwaqt li l-persuna responsabbli mit-taħriġ u l-

kompetenza tista’ tkun involuta direttament fl-għoti tat-taħriġ u tista’ ma tkunx, din

xorta għandha tissorvelja l-proċess tat-taħriġ, is-superviżjoni, il-kompetenza u s-CPD

fl-istabbiliment, li jfisser li trid tiżgura li t-taħriġ qiegħed jingħata, li l-istandards

huma aċċettabbli u li qiegħed jiġi adottat u mogħti approċċ konsistenti mill-persunal

għall-persunal kollu.

Profil issuġġerit

Ħiliet personali

Ħiliet tajbin ta’ komunikazzjoni;

Ħiliet tajbin ta’ ġestjoni u organizzazzjoni (ġestjoni tad-dejta);

Ħiliet tajbin ta’ ġudizzju.

Ħiliet ibbażati fuq l-għarfien (kollha meqjusin essenzjali)

Fehim estensiv tas-sistema regolatorja u tal-leġiżlazzjoni;

Għarfien tal-Etika u tat-Tliet Rs;

Fehim bażiku tal-proċess tar-riċerka;

Għarfien dettaljat tal-politika istituzzjonali u tal-programmi ta’ riċerka;

Għarfien u fehim profond tar-rekwiżiti edukattivi u ta’ taħriġ rilevanti (kemm

nazzjonali kif ukoll internazzjonali/tal-UE);

Għarfien tat-taħriġ disponibbli;

Fehim tal-ġestjoni ta’ dejta kunfidenzjali, inklużi l-obbligi legali.

Taħriġ inizjali

It-taħriġ se jvarja b’mod sinifikanti skont jekk il-persuna hix involuta b’mod attiv fl-għoti tat-

taħriġ, fis-superviżjoni u fil-valutazzjoni tal-kompetenza.

Għal dawk involuti fil-koordinazzjoni, fil-konferma u fir-reġistrazzjoni tat-taħriġ, il-fehim

tar-rekwiżiti leġiżlattivi huwa neċessarju.

Page 30: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

29

Bħala minimu

Il-Modulu 1 – “Il-leġiżlazzjoni nazzjonali”;

Il-Modulu 2 – “L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs” (il-livell 1);

Il-Modulu 50 – “Introduzzjoni għall-ambjent (stabbiliment) lokali”.

Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD)

Tibqa’ aġġornata fit-taħriġ dwar annimali li jintużaw fil-laboratorju u

metodoloġiji ġodda;

Għarfien tal-pjattaforma tal-UE għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ u l-kompetenzi;

Fehim bażiku tal-prinċipji tat-tagħlim.

Il-persuna (jew persuni) li twettaq l-evalwazzjoni tal-proġett fl-Artikolu 38

Dawk involuti fl-evalwazzjoni tal-proġett għandu jkollhom aċċess għat-taħriġ matul il-

proċess, b’mod partikolari dwar kif l-għanijiet tal-proġett, l-applikazzjoni tat-Tliet Rs u l-

valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità għandhom jiġu evalwati, u dwar kif l-analiżi tal-

ħsara mqabbla mal-benefiċċju għandha titwettaq.

Għalkemm hemm strutturi differenti fis-seħħ għall-issodisfar tar-rekwiżiti tal-Artikolu 38, it-

taħriġ ta’ dawk kollha involuti jkun ta’ benefiċċju għall-promozzjoni tat-trasparenza u l-

konsistenza fil-proċess tal-evalwazzjoni. It-taħriġ għandu jindirizza l-kuntest, il-prinċipji u l-

kriterji ta’ evalwazzjoni ta’ proġett sabiex jippermetti lill-evalwaturi jifformulaw opinjonijiet

imparzjali u ġustifikati. L-evalwazzjoni ta’ proġett tirrikjedi wkoll konsiderazzjoni bir-

reqqatal-effettività tal-applikazzjoni tat-Tliet Rs fil-proġett.

Importanti li dawk li jwettqu l-evalwazzjoni tal-proġett ikollhom fehim tajjeb tal-ħsara

mistennija fl-annimali u tal-benefiċċji proposti tar-riċerka, billi l-valutazzjoni tal-ħsara

mqabbla mal-benefiċċju hija element ċentrali tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni. Għaldaqstant,

fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħsarat, il-kapaċità li titwettaq valutazzjoni infurmata sewwa u

konsistenti tas-severità hija element essenzjali tal-proċess. It-taħriġ għandu jinkludi

informazzjoni dwar is-sistemi varji disponibbli għall-assistenza tal-proċess u kif dawn jistgħu

jiġu applikati fil-prattika.

Konsiderazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni retrospettiva ta’ proġetti u kif jiġu

ttrattati emendi għal applikazzjonijiet ta’ proġetti wkoll għandhom jiffurmaw parti minn dan

it-taħriġ.

Taħriġ inizjali

Il-Modulu 1 – “Il-leġiżlazzjoni nazzjonali”;

Il-Moduli 2 u 9 - “L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs” (il-livelli

1 u 2);

Il-Modulu 25 – “L-Evalwaturi tal-Proġetti”.

Page 31: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

30

Il-Veterinarju Maħtur fl-Artikolu 25

Taħt id-Direttiva, kull min irabbi, kull fornitur u kull utent għandu jkollu Veterinarju Maħtur

(DV - Designated Veterinarian) b’kompetenza fil-Mediċina tal-Laboratorju għall-Annimali, li

jingħatawlu dmirijiet konsultattivi fir-rigward tat-trattament xieraq u t-trattament tal-

annimali. Ir-rwol tal-Veterinarju Maħtur imur lil hinn mill-konsulenza dwar mard jew

kwistjonijiet ta’ saħħa, u jifforma parti integrali mill-iżvilupp tat-titjib kontinwu tal-prattiċi

xjentifiċi, b’mod partikulari fir-rigward ta’ raffinamenti fit-tfassil ta’ mudelli, fil-monitoraġġ

kliniku u fil-kultura tal-kura.

F’każ li “espert kwalifikat kif xieraq ikun aktar adattat” (minn veterinarju) jingħata “dmirijiet

konsultattivi fir-rigward tat-trattament xieraq u t-trattament tal-annimali”, din il-persuna jrid

ikollha diġà l-kompetenza teknika u żooloġika neċessarja rilevanti għall-ispeċi kkonċernata.

Huma għandhom ikunu kapaċi juru approċċ ħolistiku sabiex jiżguraw is-saħħa, it-trobbija, it-

trattament u t-trattament xieraq tal-annimali taħt il-kura tagħhom. Barra minn hekk,

għandhom jirċievu t-taħriġ neċessarju sabiex ikunu kapaċi jwettqu r-rwol b’mod effettiv. Tal-

anqas, x’aktarx li dan ikun jinkludi taħriġ fil-leġiżlazzjoni, fl-etika u fit-Tliet Rs.

Sommarju tal-kompiti ewlenin

Jistabbilixxi programm ta’ kura veterinarja u ta’ kollaborazzjoni mal-AWB sabiex

Jipprovdi pariri u servizzi veterinarji rigward l-għażla tal-ispeċi u r-razez (inklużi

annimali ġenetikament alterati), it-trasport, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-

annimali;

Jipprovdi pariri rigward l-akkwist, it-trobbija, iż-żamma fl-abitazzjoni u l-kura tal-

annimali;

Jissorvelja l-istat tas-saħħa, jipprevjeni, jindividwa, jittratta u jikkontrolla l-mard

(inkluża ż-żoonożi) u jippjana kontra d-diżastri f’każ li jfaqqa’ xi mard;

Jikkontribwixxi għax-xogħol tal-Korp dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali

(AWB) fir-rigward ta’ materji ta’ saħħa u trattament xieraq tal-annimali u l-

implimentazzjoni tat-Tliet Rs.

Jagħti kontribut u pariri lir-riċerkaturi, lill-persuni responsabbli mill-proġett u lill-

AWB dwar mudelli ta’ użu tal-annimali, it-tfassil sperimentali (kif xieraq), l-

implimentazzjoni tat-Tliet Rs u l-valutazzjoni tas-severità tal-proċeduri;

Jirrikonoxxi u jimmaniġġja avvenimenti avversi li jaffettwaw is-saħħa jew it-

trattament xieraq tal-annimali, kemm jekk ikunu assoċjati ma’ protokoll

sperimentali u kemm jekk le;

Jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet dwar interventi nonkirurġiċi u kirurġiċi;

Jipprovdi pariri u gwida għall-anestesija, l-analġeżija, il-kura wara l-operazzjoni u

t-taffija tal-uġigħ, it-tbatija u l-piena b’rabta mal- protokolli sperimentali;

Jivvaluta t-trattament xieraq tal-annimali u jirrikonoxxi l-klassifikazzjoni tas-

severità;

Jistabbilixxi u jżomm folji bl-osservazzjonijiet kliniċi adegwati;

Iżomm reġistri veterinarji preċiżi;

Page 32: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

31

Jipprovdi pariri u linji gwida rigward l-implimentazzjoni ta’ tmiem mhux krudili u

prattiċi ta’ ewtanasja;

Jagħmel eżami veterinarju, jagħti pariri u jieħu deċiżjonijiet rigward:

o iż-żamma ta’ annimal ħaj fi tmiem il-proċeduri (l-Artikolu 17);

o annimali maqbuda mis-selvaġġ li jinstabu fi stat ħażin ta’ saħħa (l-Artikolu 9);

o l-użu ripetut ta’ annimal (l-Artikolu 16) u l-aspetti relatati li għandhom jiġu

meqjusa;

o it-tqegħid ta’ annimali lura fl-abitazzjoni (l-Artikolu 19) u l-aspetti relatati li

għandhom jiġu meqjusa.

Veterinarju jista’ wkoll jagħti kontribut espert siewi dwar l-evalwazzjoni ta’ proġett.

Involviment fit-taħriġ/superviżjoni/valutazzjoni

Veterinarju jista’ wkoll jagħti kontribut espert siewi fl-evalwazzjoni dwar jekk ikunx

hemm fis-seħħ programm adegwat ta’ taħriġ rigward:

L-integrazzjoni ta’ kultura ta’ kura fil-programm ġenerali tat-taħriġ;

It-trattament u l-kura tal-annimali li jintużaw fil-laboratorju;

It-trattament u l-kura waqt il-proċeduri;

L-osservazzjoni klinika u r-reġistrazzjoni korretta tagħha;

Interventi nonkirurġiċi u kirurġiċi fl-ispeċi kkonċernati;

Prattiċi ta’ ewtanasja.

Taħriġ inizjali

Il-veterinarji għandhom esperjenza soda fis-saħħa, fil-mard, fit-trattament xieraq u fl-iġjene

tal-annimali. Madankollu, huwa rikonoxxut li l-qasam tal-Mediċina u x-Xjenza tal-Annimali

użati fil-Laboratorju jirrappreżenta żona ffokata ta’ kompetenza u li għalhekk ikun meħtieġ

taħriġ veterinarju postgradwatorju addizzjonali sabiex jitwettqu r-rwoli u r-responsabbiltajiet

tal-Veterinarju Maħtur.

L-apprezzament ġenerali tal-kura, is-saħħa u l-ġestjoni tal-annimali (il-Modulu 4), l-

għarfien tal-uġigħ, tat-tbatija u tal-piena (il-Modulu 5), u l-anestesija, l-analġeżija u l-

kirurġija (il-Moduli 20-22) kollha huma parti mit-taħriġ normali ta’ veterinarju

professjonali. L-ispeċjalizzazzjoni dwar speċi speċifika (eż. primati mhux umani, tjur, ħut u

ċefalopodi) tista’ tiġi ttrattata kif u meta jenħtieġ wara analiżi tan-nuqqasijiet u bħala parti

mis-CPD. Dan mhuwiex prerekwiżit għat-taħriġ inizjali tal-Veterinarju Maħtur.

Madankollu, il-kompetenzi ewlenin għandhom jinkludu l-għarfien xieraq tal-ambjent legali

Ewropew u Nazzjonali li fih se jkunu mitluba li jaħdmu.

Il-veterinarji għandu jkollhom il-kompetenzi ewlenin adegwati speċifiċi għall-ispeċi jew

gruppi ta’ speċi (u l-prattiċi relatati) rilevanti eż. fil-qasam tal-Mediċina u x-Xjenza tal-

Annimali użati fil-Laboratorju, inklużi kompetenzi rilevanti li mhumiex inklużi fil-kurrikulu

normali ta’ veterinarju.

Page 33: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

32

Id-definizzjoni eżatta tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ addizzjonali tkun tiddependi mill-attivitajiet tal-

istabbiliment (eż. l-ispeċi involuti u t-tip ta’ attivitajiet, eż. min irabbi/il-fornitur vs. l-utent).

Approċċ modulari għal dan it-taħriġ addizzjonali neċessarju għandu jimmassimizza l-

effiċjenza tat-taħriġ permezz tal-addattament, u għandu jiżgura li l-kompetenzi jkunu

mfasslin apposta għall-ħtiġijiet tal-istabbiliment u tal-veterinarju.

Preferibbilment il-kompetenzi ewlenin għandhom jinkisbu qabel ma jinbeda assenjament tal-

Veterinarju Maħtur, jew inkella malajr kemm jista’ jkun wara li jinbeda.

Il-Veterinarju Maħtur għandu jkun temm it-taħriġ fil-moduli li ġejjin:

Il-Modulu 1 - “Il-leġiżlazzjoni nazzjonali” b’Eżiti tat-Tagħlim addizzjonali kif

deskritti fil-Modulu 24 (24.1 - 24.5);

Il-Modulu 9 – “L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs” (il-livell 2)

bl-Eżiti tat-Tagħlim addizzjonali kif deskritti fil-Modulu 24 (24.6 - 24.12);

Il-Modulu 10 – “It-tfassil ta’ proċeduri u proġetti”;

Il-Modulu 50 - “Introduzzjoni għall-ambjent lokali”;

Il-Modulu 24 - “Il-Veterinarju Maħtur”.

Is-CPD

Il-Veterinarji Maħtura għandhom ikunu responsabbli għall-iżvilupp kontinwu tagħhom

b’rilevanza għal xogħolhom sabiex iżommu u jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom. Il-

Veterinarji Maħtura għandhom ukoll jirreferu għall-Awtoritajiet Regolatorji veterinarji

nazzjonali għar-rekwiżiti minimi tas-CPD fil-pajjiż fejn jaħdmu.

Hemm varjetà ta’ modalitajiet li jistgħu jkunu jgħoddu għas-CPD, bħalma huma konferenzi,

letteratura, korsijiet formali, żjajjar fuq il-post, esperjenzi ta’ xogħol, kungressi, jew

interazzjoni ma’ kollegi. F’xi ċirkustanzi li jiddependu mill-għażla personali, is-CPD jista’

jkun integrat f’mogħdija ta’ żvilupp tal-karriera li twassal għal kwalifiki addizzjonali bħalma

huma ċ-Ċertifikat fil-Mediċina tal-Laboratorju għall-Annimali (eż. CertLAS fir-Renju Unit),

id-Diploma nazzjonali fil-Mediċina tal-Laboratorja għall-Annimali (eż. Fachtierarzt für

Versuchstiere fil-Ġermanja) jew id-Diploma tal-ECLAM (il-Kulleġġ Ewropew għall-

Mediċina tal-Laboratorju għall-Annimali).

Il-Veterinarji Maħtura huma responsabbli li jżommu r-reġistri tas-CPD tagħhom.

Page 34: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

33

L-użu ta’ annimali ħajjin għal skopijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ

Jista’ jkun utli li wieħed jagħmel distinzjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u li jiddefinixxi xi

jfissru, peress li dawn jistgħu jinvolvu tħassib differenti dwar l-użu tal-annimali: l-

edukazzjoni tista’ tiġi interpretata prinċipalment biex tirreferi għall-għoti ta’ prinċipji ġenerali

(eż. fl-anestesija) sabiex jinkiseb l-għarfien, waqt li t-taħriġ jista’ jirreferi l-iktar għat-tagħlim

ta’ ħiliet prattiċi7.

L-użu ta’ annimali ħajjin għal skopijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ li jista’ jikkawża uġigħ,

tbatija, pienajew ħsara dejjiema lill-annimali (kif definit fl-Artikolu 3(1)) ikun jeħtieġ l-

awtorizzazzjoni tal-proġett.

Il-limitu sakemm huwa permess l-użu tal-annimali jvarja b’mod konsiderevoli fost l-Istati

Membri, u jiġu espressi fehmiet pjuttost diversi, pereżempju mill-użu ta’ rutina sabiex

jinkisbu l-ħiliet sal-użu eċċezzjonali f’ċirkustanzi speċifiċi ħafna.

Madankollu, fiċ-ċirkustanzi kollha, għandu jkun hemm approċċ meqjus u strutturat rigward l-

użu tal-annimali fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-użu ta’ strateġiji alternattivi għandu jiġi esplorat

b’mod sħiħ u f’kull talba għall-użu ta’ annimali ħajjin għandhom jiġu ppreżentati oġġettivi

speċifiċi u benefiċċji definiti.

Fejn jista’ jiġi ġġustifikat l-użu ta’ annimali ħajjin u tinkiseb l-awtorizzazzjoni ta’ proġett,

spiss jintużaw limitazzjonijiet oħrajn li jnaqqsu kemm jista’ jkun in-numri jew it-tbatija,

pereżempju billi jillimitaw is-severità tat-tbatija għal tbatija ħafifa; l-użu ripetut ta’ annimali

taħt anestesija mingħajr irkupru.

Il-fehmiet differenti dwar l-użu tal-annimali fit-taħriġ wasslu għal okkażjonijiet meta x-

xjentisti minn Stat Membru li jillimita l-użu tal-annimali fl-edukazzjoni u t-taħriġ attendew

korsijiet fi Stati Membri oħrajn speċifikament sabiex jattendu korsijiet li jużaw l-annimali

sabiex jiżviluppaw il-ħiliet manwali; eżempju msemmi kien sabiex jiġu żviluppati l-ħiliet tat-

trasferiment tal-embrijuni bħala parti minn programm ta’ Alterazzjoni Ġenetika.

Idealment, fi ħdan l-UE, għandu jkun hemm fehim komuni dwar iċ-ċirkustanzi li fihom ikunu

meħtieġa annimali ħajjin għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u eżiti simili meta jsiru talbiet għal tali

użu tal-annimali.

F’dan il-kuntest huwa importanti li jiġi nnotat li bl-adozzjoni tad-Direttiva huwa meqjus

aċċettabbli li jitħallew jintużaw l-annimali għall-iskopijiet ta’ edukazzjoni ogħla u ta’ taħriġ

għall-akkwist, il-manutenzjoni jew it-titjib ta’ ħiliet vokazzjonali fl-UE. Għaldaqstant, id-

diskussjoni preżenti ma tiffokax dwar jekk l-użu tal-annimali huwiex ġustifikat imma dwar

f’liema ċirkustanzi huwa ġustifikat.

7 L-Artikolu 5(f) tad-Direttiva 2010/63/UE jiddeskrivi t-taħriġ “għall-akkwist, il-manutenzjoni jew it-titjib ta’

ħiliet vokazzjonali”

Page 35: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

34

Ġustifikazzjoni għall-użu ta’ annimali ħajjin fl-edukazzjoni

L-użu ta’ annimali ħajjin għall-iskopijiet ta’ edukazzjoni jaqsam l-opinjonijiet. F’ħafna Stati

Membri, l-użu tal-annimali għal dan l-iskop ilu jonqos għal bosta snin. Jekk l-edukazzjoni

mingħajr l-użu ta’ annimali ħajjin tista’ tinkiseb f’xi istituti (eż. ħafna skejjel tal-mediċina)

tqum il-mistoqsija għala din ma tistax tinkiseb fi bnadi oħra. Barra minn hekk, l-iżvilupp u d-

disponibbiltà ta’ metodi/strateġiji ġodda ta’ tagħlim alternattiv qed ikomplu jiżdiedu bil-ħeffa

f’dan il-qasam.

L-applikant jeħtieġ li juri fid-dettall il-kuntest li fih l-annimali huma neċessarji, jispjega l-

alternattivi li jkunu ġew ikkunsidrati u għala ġew imwarrba, l-għanijiet edukattivi speċifiċi li

jridu jintlaħqu u kif l-applikant se jiddetermina jekk intlaħqux.

L-applikant għandu wkoll jispjega għala l-osservazzjonijiet u l-użu tad-dejta minn proċeduri

xjentifiċi li jkunu għaddejjin fl-istabbiliment ma setgħux jintużaw biex jintwerew il-prinċipji.

Eżempji ta’ benefiċċji edukattivi li għandhom jitqiesu meta jiġu vvalutati l-proposti ta’

proġett għal skopijiet edukattivi jinkludu

ħtieġa ta’ fehim u tagħlim dwar il-varjabbiltà tar-reazzjonijiet f’suġġetti ħajjin;

tagħlim kuntestwali f’ambjent xjentifiku speċifiku;

opportunitajiet għall-istudenti li jiġu ‘esposti’ bħala bażi sabiex jiffurmaw opinjoni

dwar il-kwistjoni.

Ġustifikazzjoni għall-użu ta’ annimali ħajjin fit-taħriġ

L-użu ta’ annimali ħajjin għall-iskopijiet ta’ taħriġ f’ħiliet vokazzjonali ġie diskuss

separatament.

B’kuntrast mal-użu tal-annimali fl-edukazzjoni, l-użu tagħhom fit-taħriġ jista’ jkun ġustifikat

iktar malajr.

It-taħriġ li jinqeda b’annimali ħajjin għandu jkun ristrett għal dawk l-individwi li jinsabu fi

stadju tal-iżvilupp tal-karriera tagħhom fejn l-użu tal-annimali jitqies neċessarju – għal dawk

li se

jaħdmu mal-annimali;

jużaw l-annimali fi proġetti xjentifiċi u

jirrikjedu l-użu tal-annimali sabiex jiżviluppaw ħiliet kirurġiċi għal skopijiet kliniċi.

Applikazzjonijiet u evalwazzjonijiet ta’ proġetti dwar l-użu tal-annimali fl-edukazzjoni

u t-taħriġ

L-applikazzjonijiet kollha għall-użu ta’ annimali ħajjin fl-edukazzjoni u t-taħriġ jirrikjedu

kunsiderazzjoni bir-reqqa sabiex ikun żgurat li l-użu tal-annimali huwa essenzjali sabiex

Page 36: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

35

jintlaħqu l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u li ebda strateġija alternattiva oħra ma tista’

sservi.

Kull fejn ikun propost l-użu tal-annimali, l-applikazzjoni għandha tispjega kif l-annimali

jidħlu fil-programm ġenerali ta’ edukazzjoni jew taħriġ. Id-Dokument ta’ Kunsens dwar l-

Evalwazzjoni ta’ Proġetti u l-Valutazzjoni Retrospettiva8 jinkludi għadd ta’ mistoqsijiet

ifformulati minn qabel dwar il-bini ta’ mudell ta’ applikazzjoni ta’ proġett sabiex tintalab l-

informazzjoni neċessarja.

B’mod ġenerali jintuża approċċ imtarraġ, li jinqeda b’alternattivi mingħajr annimali, b’ħidma

fuq katavri u fl-aħħar nettb’annimali ħajjin.

1. Ma jintużawx annimali

Teorija;

Wiri ta’ proċeduri/tekniki (jew reazzjonijiet fiżjoloġiċi) bl-użu ta’ eż. stampi,

vidjows, għodod awdjoviżivi interattivi;

Osservazzjoni ta’ persuna kompetenti twettaq il-proċedura dak il-ħin bħala parti

minn studju eżistenti;

Prattika ta’ ħiliet tekniċi/prattiċi fuq “simulaturi”.

2. Użu ta’ katavri

3. Użu ta’ annimali ħajjin

a. Annimali (anestetizzati) mingħajr irkupru

Huwa rrakkomandat l-użu tal-annimali għal iktar minn teknika waħda

peress li l-ħsara fuq l-annimali tkunl-istess.

b. Użu ta’ annimali konxji

Jekk il-proċedura ma tinfluwenzax l-eżitu sperimentali, jew ma

taffettwax is-severità b’mod sinifikanti, it-taħriġ jista’ jsir fuq annimali

fi studju eżistenti;

It-taħriġ għandu dejjem jibda bit-tagħlim tat-tekniki ta’ trattament

adattati għall-ispeċi inkwistjoni.

Fl-iżvilupp tal-ħiliet manwali, it-trainees għandhom jgħaddu għall-użu ta’ annimali ħajjin

biss wara li jkunu wrew kapaċità xierqa fil-ħidma fuq simulaturi u katavri.

L-approċċ imtarraġ għandu jkun parti minn valutazzjoni sistematika meta titwettaq

evalwazzjoni ta’ proġett għal skopijiet edukattivi/ta’ taħriġ. Għandhom jitqiesu wkoll

it-tip ta’ min jitħarreġ – il-ħiliet meħtieġa, u indikazzjoni li dawn se jintużaw;

8 http://ec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/project_evaluation/mt.pdf

Page 37: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

36

il-provenjenza tal-annimali li se jintużaw eż. annimali żejda mill-istokk; annimali minn

studji mitmuma, li jkunu għadhom ma ngħatawx l-ewtanażja.

Madankollu, huwa rikonoxxut li persuna ma ssirx kompetenti b’mod sħiħ qabel ma tkun

kisbet biżżejjed esperjenza diretta fit-twettiq tal-proċedura. Għaldaqstant, għandha tiġi

żgurata struttura adattata għas-superviżjoni u għall-valutazzjoni tal-kompetenza sabiex ikun

żgurat li ma jiġu kkawżati ebda uġigħ, tbatija, piena jew ħsara dejjiema bla bżonn lill-

annimali waqt il-ksib tal-esperjenza.

“Ħsarat” aċċettabbli waqt l-edukazzjoni jew it-taħriġ

Is-severità tal-proċeduri għandha tkun ristretta għal “mingħajr irkupru” jew “ħafifa”.

Madankollu, huwa rikonoxxut li eċċezzjonijiet rari u ġustifikati sewwa jistgħu jiġu

aċċettati għal dan il-prinċipju ġenerali.

Eżempji ta’ tali eċċezzjonijiet jinkludu

kirurgu li qed jitħarreġ fl-impjantazzjoni ta’ apparat fejn jista’ jkun importanti li

jiġi evalwat is-suċċess waqt il-fażi ta’ rkupru;

tħejjija ta’ materjal edukattiv li jissostitwixxi l-użu ta’ annimali ħajjin fil-futur.

Il-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet għandha dejjem titwettaq fuq bażi ta’ każ b’każ waqt li

tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-ħsarat, lill-benefiċċji u lill-valur edukattiv tax-

xogħol propost.

Minħabba l-fatt li fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ l-annimali spiss jintużaw f’iktar

minn okkażjoni waħda, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-effetti kumulattivi ta’

tekniki meqjusin “iktar baxxi minn” jew “taħt il-livell minimu ta’ limitu” li meta jintużaw

b’mod ikkombinat jew f’iktar minn okkażjoni waħda (multiplu) jistgħu jwasslu għal

severità “ogħla minn” jew iktar mil-‘livell minimu ta’ limitu’ meta ripetuti.

L-importanza tas-superviżjoni kompetenti u d-disponibbiltà tagħha qatt ma jistgħu jiġu

enfasizzati biżżejjed u dawn l-aspetti għandhom jiġu indirizzati u evalwati b’mod

speċifiku fi proposti ta’ proġetti li jużaw annimali ħajjin għal skopijiet edukattivi u ta’

taħriġ.

“Ħsarat” aċċettabbli waqt l-edukazzjoni jew it-taħriġ

Wieħed mill-argumenti ewlenin favur l-użu ta’ annimali ħajjin waqt it-taħriġ huwa li jiġi

żgurat li meta jitwettqu l-proċeduri minn individwi, dawn għandhom isiru b’mod kompetenti

mingħajr xi impatt negattiv fuq l-eżitu xjentifiku minħabba teknika ħażina.

Dan ma japplikax għall-istudji kollha, pereżempju, it-teħid tad-demm għal studji in vitro, fejn

minkejja li l-eżitu xjentifiku jista’ma jiġix affettwat b’mod negattiv, xorta jibqa’ l-potenzjal

ta’ konsegwenzi avversi fuq it-trattament xieraq.

Page 38: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

37

Billi l-individwi se jvarjaw fiż-żmien li jieħdu sabiex jiksbu l-kompetenza, ma jistgħux jiġu

stipulati regoli fissi li jiddeterminaw, pereżempju, kemm jeħtieġ li jintużaw annimali għal

finijiet ta’ taħriġ qabel ma jitwettqu proċeduri xjentifiċi taħt superviżjoni. Dan ikompli

jenfasizza l-importanza li jkun hemm programm integrat sewwa ta’ taħriġ, superviżjoniu

valutazzjoni tal-kompetenza. L-individwi għandhom iwettqu proċeduri xjentifiċi għall-ewwel

darba biss taħt superviżjoni, wara l-konsiderazzjoni infurmata min-naħa tas-superviżurdwar

il-kapaċità tal-individwu u l-impatt potenzjali ta’ teknika ħażina fuq ix-xjenza u t-trattament

xieraq tal-annimali.

Page 39: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

38

Appendiċi I

Il-Moduli u l-Eżiti tat-Tagħlim relatati

Parti 1: Stuttura modulari

Dan id-dokument huwa maħsub sabiex jipprovdi gwida lill-Istati Membri u lil dawk kollha

involuti fil-kura u fl-użu tal-annimali skont 2010/63/UE dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ

irrakkomandati skont id-Direttiva tal-UE 2010/63/EU (l-Artikolu 23 u l-Anness V). Huwa

maħsub sabiex jippermetti l-iżvilupp ta’ qafas ta’ Edukazzjoni u Taħriġ, fi ħdan l-UE, li jkun

jinkludi kompetenzi prattiċi, taħriġ u Żvilupp Professjonali Kontinwu (CPD) biex tkun

żgurata l-kompetenza tal-persunal u biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persunal fl-Istati

Membri stess u bejniethom.

L-approċċ ta’ struttura modulari adottat hawnhekk u l-Eżiti tat-Tagħlim assoċjati

jirrikonoxxu li t-taħriġ għandu jkun korrelat mal-ħtiġijiet. Importanti li jiġi nnotat li dan id-

dokument jittratta l-eżitu aktar milli l-proċessi u mhuwiex intenzjonat li jkun preskrittiv.

Dawk li jħarrġu jistgħu jkunu flessibbli fl-għażla tal-kontenut tal-kors, il-materjal tat-taħriġ u

l-metodi ta’ kif jingħata li jrendu l-eżiti tat-tagħlim b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti

nazzjonali/lokali/istituzzjonali u/jew individwali/tal-grupp tagħhom. Dawk li jħarrġu jistgħu

jużaw id-diskrezzjoni tagħhom meta jinkorporaw informazzjoni addizzjonali sabiex jagħtu

taħriġ speċifiku għall-ħtiġijiet individwali.

1) Stuttura modulari

Il-moduli ppreżentati hawnhekk jinkludu dawk kollha meqjusin bħala t-taħriġ minimu

neċessarju qabel ma persuni jitħallew iwettqu Funzjoni (A to D)9, u xi Moduli addizzjonali

meħtieġa għat-twettiq ta’ kompiti speċifiċi, pereżempju l-kirurġija. Huwa rikonoxxut li f’xi

każi, kif inhu ddettaljat hawn taħt, it-taħriġ se jkollu element ta’ taħriġ prattiku li jitwettaq

taħt superviżjoni. Fl-aħħar nett, il-moduli kollha jistgħu jingħataw separatament imma l-

intenzjoni hi li l-organizzaturi tal-kors jistgħu jikkombinaw moduli individwali sabiex jagħtu

korsijiet adattati għal funzjoni partikulari jew għal ħtiġijiet speċifiċi ta’ taħriġ.

Il-moduli (ara t-tabella hawn taħt) jistgħu jinġabru fi tliet kategoriji:

1. Il-Moduli Ewlenin jirrappreżentaw it-taħriġ teoretiku bażiku għall-persunal kollu li

jwettaq xi waħda mill-Funzjonijiet A-D tal-Artikolu 23. It-tlestija tal-Moduli Ewlenin kollha

hija obbligatorja għall-funzjoni A, B u C, D (fil-każ tal-funzjoni D ġie żviluppat kors

speċifiku alternattiv imfassal apposta bħala għażla [ara hawn taħt]). Dan jinkludi l-Modulu 1

li jkopri l-leġiżlazzjoni nazzjonali.

9 Il-funzjonijiet tal-Artikolu 23(1): A = persuna li twettaq proċessi fuq annimali; B = persuna li tfassal proċessi u

proġetti; C = persuna li tieħu ħsieb l-annimali; D = persuna li toqtol l-annimali

Page 40: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

39

2. Il-Moduli (Prerekwiżiti) dwar Funzjoni Speċifika huma mitluba, flimkien mal-moduli

ewlenin, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet minimi ta’ taħriġ għal funzjoni speċifika.

It-taħriġ għal Funzjoni D (qtil ta’ annimali) jista’ jinkiseb bit-tlestija tal-Moduli Ewlenin u l-

Moduli dwar Funzjoni Speċifika rikjesti jew bit-tlestija ta’ modulu alternattiv imfassal

apposta li jikkombina l-eżiti tat-tagħlim neċessarji rilevanti mill-moduli rispettivi Ewlenin

jew dwar Funzjoni Speċifika (il-modulu 6.3 fit-tabella hawn taħt).

3. Moduli Addizzjonali u dwar Kompiti Speċifiċi - Skont il-prinċipju li t-taħriġ għandu

jkun ikkorrelat mal-ħtiġijiet, il-moduli addizzjonali dwar kompiti speċifiċi, “kif meħtieġ”,

jindirizzaw il-fatt li xi persuni, imma mhux kollha, li jwettqu funzjoni se jiġu bżonn xi taħriġ

addizzjonali essenzjali qabel ma jwettqu kategorija ta’ kompiti jew proċeduri. Il-moduli dwar

kompiti speċifiċi deskritti hawnhekk jirreferu għal taħriġ li huwa rikjest għal kategoriji usa’

ta’ kompiti (eż. l-anestesija avvanzata għal proċeduri kirurġiċi, ara l-Modulu 21 hawn taħt)

imma jkopru wkoll kompiti oħrajn speċifikati fid-Direttiva, bħal fl-Artikoli 24, 25 u 38.

Taħriġ dwar Speċi Speċifika: wara t-tlestija b’suċċess tal-modulu ta’ taħriġ inizjali dwar

speċi/grupp ta’ speċi, it-twessigħ tal-ħiliet dwar aktar speċi jitlob li tintwera l-kisba tal-eżiti

tat-tagħlim għall-ispeċi l-ġdida fi ħdan l-istess modulu. Madankollu, jista’ ma jkunx

neċessarju li jiġu ripetuti l-elementi kollha tal-modulu ta’ taħriġ inizjali għall-ispeċi l-ġdida

sabiex jinkisbu l-eżiti tat-tagħlim rikjesti għall-ispeċi addizzjonali. Il-fornituri tal-modulu

jkunu jistgħu jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom huma u jiddeterminaw liema mill-eżiti tat-

tagħlim ikunu meħtieġa għall-ispeċi l-ġdida billi dawn se jkollhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’

każ b’każ.

Il-Moduli Ewlenin – Il-Funzjonijiet A, B, C & D

1 Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

2 L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs (il-livell 1)

3.1 Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (teorija)

4 Il-kura, is-saħħa u l-ġestjoni tal-annimali – dwar speċi speċifika (teorija)

5 L-għarfien tal-uġigħ, tat-tbatija u tal-piena - dwar speċi speċifika

6.1 Metodi ta’ qtil inqas krudili (teorija)

Il-Moduli (Prerekwiżiti) dwar Funzjoni Speċifika – il-Funzjoni A

3.2 Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (prattika)

7 Proċeduri minimament invażivi mingħajr anestesija – dwar speċi speċifika (teorija)

8 Proċeduri minimament invażivi mingħajr anestesija – dwar speċi speċifika (ħiliet)

Il-Moduli (Prerekwiżiti) dwar Funzjoni Speċifika – il-Funzjoni B

7 Proċeduri minimament invażivi mingħajr anestesija – dwar speċi speċifika (teorija)

9 L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs (il-livell 2)

10 It-tfassil ta’ proċeduri u proġetti (il-livell 1)

11 It-tfassil ta’ proċeduri u proġetti (il-livell 2)

Page 41: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

40

Il-Moduli (Prerekwiżiti) dwar Funzjoni Speċifika – il-Funzjoni C

3.2 Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (prattika)

Il-Moduli (Prerekwiżiti) dwar Funzjoni Speċifika – il-Funzjoni D

3.2 Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (prattika)

6.2 Metodi umani ta’ qtil (ħiliet)

Inkella

6.3 Modulu indipendenti għall-Funzjoni D (biss)

Moduli Addizzjonali dwar Kompiti Speċifiċi

20 L-anestesija għal proċeduri minuri

21 L-anestesija avvanzata għal proċeduri kirurġiċi jew fit-tul

22 Prinċipji tal-kirurġija

23 Prattiċi avvanzati tat-trobbija tal-annimali, tal-kura u tal-arrikkiment

24 Il-Veterinarju Maħtur

25 L-Evalwatur tal-Proġetti

Moduli Addizzjonali Oħrajn

50 Introduzzjoni għall-ambjent (stabbiliment) lokali għal persuni li jassumu rwoli

speċifiċi skont id-Direttiva

51 Il-provvediment u l-irkupru tal-informazzjoni

Parti 2: L-Eżiti tat-Tagħlim

L-Eżiti tat-Tagħlim, espressi f’termini ta’ verbi li jistgħu jiġu mkejla (ara l-Anness), jgħinu

sabiex jiddefinixxu l-għarfien u l-ħiliet li l-parteċipanti ta’ kors għandhom ikunu kapaċi juru

sakemm dawn l-eżiti tat-tagħlim jiġu vvalutati.

L-ewwel nett, inħass li lista ddettaljata b’mod raġonevoli sservi ta’ għajnuna għall-

organizzaturi tal-kors, imma nisħqu li din mhix maħsuba li tkun preskrittiva.

It-tieni nett, il-verbi miżurabbli użati f’dan id-dokument, filwaqt li jgħinu fid-deskrizzjoni tal-

firxa ta’ suġġetti rilevanti, huma miktubin l-iktar fil-livell sempliċi tal-“għarfien” u l-“fehim”.

Madankollu, hemm argument sod li t-tagħlim modern għandu jmur lil hinn minn dan kull

meta hu possibbli u jinkoraġġixxi l-ħsieb kritiku (eż. l-evalwazzjoni; ara l-ġerarkija ta’ verbi

miżurabbli fl-Anness). Għaldaqstant, ninkoraġġixxu l-organizzaturi tal-korsijiet sabiex

jippromwovu t-“tagħlim profond”, sa mit-taħriġ inizjali, aktar milli t-tfakkir tal-fatti u l-

imitazzjoni tal-azzjonijiet, kull meta jkun possibbli (ara l-Anness għal xi eżempji).

Huwa rikonoxxut li l-kisba tal-Eżiti prattiċi tat-Tagħlim tista’ tkun separata mill-eżiti tat-

tagħlim ibbażati fuq it-teorija/l-għarfien. F’każi fejn ma jkunx hemm riskju li jiġu kkawżati l-

uġigħ, il-piena, it-tbatija jew il-ħsara dejjiema lill-annimali, it-trainee jista’ jipproċedi biex

Page 42: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

41

jaħdem taħt superviżjoni qabel ma jiġi vvalutat dwar il-kisba tal-Eżiti tat-Tagħlim. Billi l-

proċeduri xjentifiċi fihom ir-riskju li jikkawżaw l-uġigħ, it-tbatija, il-piena jew il-ħsara

dejjiema, il-kompiti tal-kura u t-trobbija tal-annimali (il-Funzjoni C) biss għandhom isiru taħt

superviżjoni qabel ma jkunu nkisbu l-Eżiti tat-Tagħlim.

Fil-każi l-oħrajn kollha, l-eżiti tat-tagħlim ta’ modulu jeħtieġ li jinkisbu skont il-kriterji

miftiehma dwar il-minimu meħtieġ, kif stipulati mill-fornitur tal-kors, qabel ma l-persuna

tibda taħdem taħt superviżjoni. Dan għandu jwassal għal livell aċċettabli ta’ fehim dwar is-

suġġett li jiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda uġigħ, tbatija, piena jew ħsara dejjiema mingħajr

bżonn waqt il-ħidma taħt superviżjoni.

Importanti li jiġi nnotat li l-kisba ta’ dawn l-eżiti tat-tagħlim ma tfissirx li t-trainee ikun kiseb

il-kompetenza prattika. Il-kompetenza u l-kompenetenzi10 jinkisbu permezz tal-applikazzjoni

fil-prattika tal-għarfien li jkun ġie akkwistat u tal-esperjenza miksuba waqt il-ħidma. Il-

kompetenzi jiġu vvalutati separatament mill-eżiti tat-tagħlim.

Parti 3: Moduli

Intużat l-enumerazzjoni li ġejja għall-moduli sabiex tippermetti li jiddaħħlu moduli ġodda

meta dawn jiġu żviluppati:

1 – 19 - Moduli Ewlenin u Moduli dwar Funzjoni Speċifika għall-funzjonijiet

skont l-Artikolu 23

20 – 49 - Moduli relatati ma’ Kompiti u Ħiliet addizzjonali minn

50 ’il fuq - Moduli Addizzjonali Oħrajn

10

Kompetenza (“competence”): il-kombinament tal-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba użati sabiex tittejjeb il-

prestazzjoni (kunċett wiesa’, li jqis il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza);

Kompetenza (“competence”): il-kapaċità ta’ individwu li jwettaq kompitu kif suppost (sinifikat ħafna idjaq,

b’enfasi fuq l-attività jew il-kompitu)

Page 43: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

42

LISTA TAL-MODULI

1 Il-leġiżlazzjoni nazzjonali C

2 L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs (il-livell 1) C

3.1 Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (teorija) C

3.2 Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (prattika) F

4 Il-kura, is-saħħa u l-ġestjoni tal-annimali – dwar speċi speċifika (teorija) C

5 L-għarfien tal-uġigħ, tat-tbatija u tal-piena - dwar speċi speċifika C

6.1 Metodi ta’ qtil inqas krudili (teorija) C

6.2 Metodi umani ta’ qtil (ħiliet) F

6.3 Metodi ta’ qtil inqas krudili – Modulu indipendenti alternattiv għall-Funzjoni D F

7 Proċeduri minimament invażivi mingħajr anestesija – dwar speċi speċifika (teorija) F

8 Proċeduri minimament invażivi mingħajr anestesija – dwar speċi speċifika (ħiliet) F

9 L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs (il-livell 2) F

10 It-tfassil ta’ proċeduri u proġetti (il-livell 1) F

11 It-tfassil ta’ proċeduri u proġetti (il-livell 2) F

20 L-anestesija għal proċeduri minuri T

21 L-anestesija avvanzata għal proċeduri kirurġiċi jew fit-tul T

22 Prinċipji tal-kirurġija T

23 Prattiċi avvanzati tat-trobbija tal-annimali, tal-kura u tal-arrikkiment T

24 Il-Veterinarju Maħtur T

25 L-Evalwatur tal-Proġetti T

50 Introduzzjoni għall-ambjent (stabbiliment) lokali għal persuni li jassumu rwoli

speċifiċi skont id-Direttiva O

51 L-għoti u l-irkupru tal-informazzjoni O

Page 44: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

43

Modulu 1: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali [Nazzjonali - Ewlieni]

Dan il-modulu jipprovdi livell rilevanti ta’ fehim tal-qafas legali u regolatorju nazzjonali u

internazzjonali li fih jinbnew u jiġu ġestiti proġetti li jinvolvu l-annimali u tar-responsabbiltajiet legali

tal-persuni involuti, jiġifieri dawk li jwettqu proċeduri fuq l-annimali; ifasslu l-proċeduri u l-proġetti,

jieħdu ħsieb l-annimali; jew joqtlu l-annimali, u jista’ jkopri leġiżlazzjonijiet rilevanti oħrajn.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

1.1. Jidentifikaw u jiddeskrivu l-liġijiet u l-gwida nazzjonali u tal-UE li jirregolaw l-użu

xjentifiku tal-annimali u b’mod partikulari l-attivitajiet ta’ dawk li jwettqu proċeduri xjentifiċi li

jinvolvuhom.

1.2. Jidentifikaw u jiddeskrivu l-leġiżlazzjoni relatata dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

1.3. Jiddeskrivu l-awtorizzazzjoni meħtieġa qabel ma jaġixxu bħala utenti, dawk li jrabbu jew

fornituri ta’ annimali li jintużaw fil-laboratorju u b’mod speċjali l-awtorizzazzjoni mitluba għal

proġetti u fejn applikabbli għal individwi.

1.4. Jelenkaw l-għejun ta’ informazzjoni u appoġġ li huma disponibbli (rigward il-leġiżlazzjoni

nazzjonali).

1.5. Jiddeskrivu r-rwol tal-persunal imsemmi fl-Artikolu 24, 25 u 26, u d-doveri statutorji

tagħhom u responsabbiltajiet oħrajn skont il-Leġiżlazzjoni Nazzjonali.

1.6. Jiddeskrivu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi lokali dwar it-trattament xieraq tal-

annimali u tal-kumitat nazzjonali għall-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet

xjentifiċi.

1.7. Jindikaw min hu responsabbli għall-konformità fi stabbiliment u kif din ir-responsabbiltà

tista’ tiġi eżerċitata (eż. permezz tal-AWB lokali).

1.8. Jiddeskrivu meta proċedura tiġi regolata skont il-leġiżlazzjoni Nazzjonali (il-limitu minimu

tal-uġigħ, tat-tbatija, tal-piena u tal-ħsara dejjiema).

1.9. Jindikaw fuq min taqa’ r-responsabbiltà primarja għall-annimali li jkunu għaddejjin mill-

proċeduri.

1.10. Jelenkaw liema speċi, inklużi l-istadji rispettivi ta’ żvilupp, huma inklużi fl-ambitu tal-

applikazzjoni tad-Direttiva / liġi Nazzjonali.

1.11. Jindikaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-annimali fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva

għandhom jinqatlu b’mod inqas krudili jew jiġu rtirati mill-istudju sabiex jirċievu trattament

veterinarju.

1.12. Jiddeskrivu l-kontrolli leġiżlattivi fuq il-qtil ta’ annimali mrobbija jew użati għal

proċeduri xjentifiċi.

Page 45: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

44

Modulu 2: L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs (il-livell 1) [Ewlieni]

Dan il-modulu jipprovdi gwida u informazzjoni li tippermetti lill-individwi li jaħdmu mal-annimali

jidentifikaw, jifhmu u jirrispondu b’mod xieraq għall-kwistjonijiet etiċi u ta’ trattament xieraq li

jqumu bl-użu tal-annimali fi proċeduri xjentifiċi b’mod ġenerali u, fejn ikun adattat, fil-programm ta’

ħidma tagħhom stess. Jipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-individwi jifhmu u japplikaw il-

prinċipji bażiċi tat-Tliet Rs.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

2.1. Jiddeskrivu l-fehmiet diverġenti, fis-soċjetà, relatati mal-użijiet xjentifiċi tal-annimali u

jagħrfu l-ħtieġa li jirrispettawhom.

2.2. Jiddeskrivu r-responsabbiltà tal-bniedem meta jaħdem ma’ annimali użati fir-riċerka u

jagħrfu l-importanza li jkollhom attitudni rispettuża u umana lejn il-ħidma mal-annimali fir-

riċerka.

2.3. Jidentifikaw kwistjonijiet etiċi u kwistjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali fix-

xogħol tagħhom u jkunu konxji tal-konsegwenzi tal-għemejjel tagħhom stess u jkunu kapaċi

jirriflettu fuqhom.

2.4. Jirrikonoxxu li l-konformità mal-prinċipji etiċi tista’ tikkontribwixxi għall-fiduċja u l-

aċċettazzjoni fit-tul min-naħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward tar-riċerka xjentifika.

2.5. Jiddeskrivu kif il-liġi hija msejsa fuq qafas etiku li jirrikjedi li wieħed 1) jiżen il-ħsarat u l-

benefiċċji ta’ proġetti (valutazzjoni tal-ħsara/tal-benefiċċji) 2) japplika it-Tliet Rs sabiex

jimminimizza l-ħsara u jimmassimizza l-benefiċċji u 3) jippromwovi prattiċi tajbin ta’

trattament xieraq tal-annimali.

2.6. Jiddeskrivu u jiddiskutu l-importanza tat-Tliet Rijiet bħala prinċipju gwida dwar l-użu tal-

annimali fi proċeduri xjentifiċi.

2.7. Jispjegaw il-Ħames Libertajiet u kif dawn japplikaw għall-ispeċi użati fil-laboratorju.

2.8. Jiddeskrivu l-kunċett ta’ ħsarat lill-annimali, inklużi t-tbatija li tista’ tiġi evitata u dik li ma

tistax tiġi evitata, it-tbatija kontinġenti u t-tbatija kumulattiva.

2.9. Jiddeskrivu s-sistema ta’ klassifikazzjoni tas-severità, u jagħtu eżempji ta’ kull kategorija.

Jiddeskrivu s-severità kumulattiva u l-effett li din jista’ jkollha fuq il-klassifikazzjoni tas-

severità.

2.10. Jiddeskrivu r-regolamenti li jirrigwardaw l-użu ripetut ta’ annimali.

2.11. Jiddeskrivu l-importanza tat-trattament tajjeb tal-annimali, inkluż l-effett tiegħu fuq l-eżiti

xjentifiċi, kif ukoll għal raġunijiet soċjetali u morali.

2.12. Jiddeskrivu l-ħtieġa ta’ kultura ta’ kura u r-rwol tal-individwu biex jikkontribwixxi

għaliha.

2.13. Jiddeskrivu għejun rilevanti ta’ informazzjoni relatata mal-etika, mat-trattament xieraq

tal-annimali u mal-implimentazzjoni tat-Tliet Rs.

2.14. EURL ECVAM Search Guide, Go3Rs) u ta’ metodi ta’ tiftix (eż.

Page 46: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

45

Modulu 3.1: Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (teorija) [Ewlieni]

Dan il-modulu jipprovdi introduzzjoni għall-prinċipji bażiċi tal-imġiba, il-kura, il-bijoloġija u t-

trobbija tal-annimali. Jinkorpora informazzjoni marbuta mal-anatomija u l-karatteristiċi fiżjoloġiċi,

inkluża r-riproduzzjoni, l-imġiba u r-rutina tat-trobbija tal-annimali u prattiċi ta’ arrikkiment.

Mhuwiex maħsub li jipprovdi aktar mill-informazzjoni minima ta’ sfond li hija meħtieġa biex xi ħadd

ikun jista’ jibda jaħdem taħt superviżjoni.

It-taħriġ prattiku taħt superviżjoni, li jsegwi dan il-modulu, għandu jagħti lil kull individwu l-għarfien

espert u l-ħiliet meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-funzjoni partikulari tiegħu. Ir-rekwiżiti tat-

taħriġ prattiku, inevitabbilment, se jvarjaw skont il-funzjoni.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

3.1.1. Jiddeskrivu b’mod bażiku l-anatomija, il-fiżjoloġija, ir-riproduzzjoni u l-imġiba tal-ispeċi

rilevanti.

3.1.2. Jagħrfu u jiddeskrivu avvenimenti fil-ħajja li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw tbatija,

inklużi l-forniment, it-trasport, iż-żamma fl-abitazzjoni, it-trobbija, it-trattament u l-proċeduri

(fuq livell bażiku).

3.1.3. Jindikaw kif it-trattament xieraq tal-annimali jista’ jippromwovi xjenza tajba:eż.

jispjegaw kif meta ma jiġux moqdija l-ħtiġijiet bijoloġiċi u ta’ mġiba jista’ jiġi affettwat l-eżitu

tal-proċeduri.

3.1.4. Jindikaw kif it-trobbija u l-kura jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu sperimentali u l-għadd ta’

annimali meħtieġa eż. eżempju meta l-post fil-kamra jinfluwenza l-eżitu, u b’hekkil-każwalità.

3.1.5. Jiddeskrivu r-rekwiżiti tad-dieta tal-ispeċi ta’ annimal rilevanti u jispjegaw kif dawn

jistgħu jiġu ssodisfati.

3.1.6. Jiddeskrivu l-importanza li jiġi pprovdut ambjent arrikkit (adattat kemm għall-ispeċi kif

ukoll għax-xjenza) li jinkludi l-abitazzjoni soċjali u opportunitajiet għall-eżerċizzju, għall-

mistrieħ u għall-irqad.

3.1.7. Meta jkun rilevanti għall-ispeċi, jagħrfu li hemm razez differenti, u li dawn jista’

jkollhom karatteristiċi differenti li jistgħu jaffettwaw kemm it-trattament xieraq kif ukoll ix-

xjenza.

3.1.8. 3.1.8 Meta jkun rilevanti għall-ispeċi, jagħrfu li l-alterazzjonijiet fil-ġenoma jistgħu

jaffettwaw il-fenotip b’modi mhux mistennija u sottili, u jagħrfu l-importanza li tali annimali

jiġu mmonitorjati b’attenzjoni kbira.

3.1.9. Iżommu u jinterpretaw b’mod preċiż reġistri komprensivi tal-annimali miżmuma fil-

faċilità, inkluż it-trattament xieraq tal-annimali.

Page 47: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

46

Modulu 3.2: Bijoloġija bażika u adattata – dwar speċi speċifika (prattika) [dwar Funzjoni

Speċifikagħall-Funzjonjiet A, C u D]

3.2.1. Ikunu kapaċi jersqu lejn annimal, jaqbduh/jerfgħuh, irażżnuh u jqiegħduh lura fil-

gaġġa/maqjel tiegħu b’mod kalm, kunfidenti u empatiku, hekk li l-annimal ma jġarrabx piena jew

issirlu l-ħsara.

Page 48: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

47

Modulu 4: Il-kura, is-saħħa u l-ġestjoni tal-annimali – dwar speċi speċifika (teorija)

[Ewlieni]

Dan il-modulu jipprovdi informazzjoni dwar diversi aspetti tas-saħħa, il-kura u l-ġestjoni tal-annimali,

inklużi l-kontrolli ambjentali, prattiċi tat-trobbija, id-dieta, l-istat tas-saħħa u l-mard. Jinkludi wkoll l-

eżiti tat-tagħlim bażiċi rilevanti marbutin mas-saħħa personali u ż-żoonożi.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

4.1. Jiddeskrivu rutini u prattiċi ta’ trobbija adattati għaż-żamma, il-kura u t-trattament xieraq

ta’ firxa ta’ annimali li jintużaw fir-riċerka, u li jinkludu speċi żgħira tal-laboratorju u speċi ta’

annimal kbir fejn ikun adattat.

4.2. Jiddeskrivu kundizzjonijiet adattati ambjentali u ta’ abitazzjoni għall-annimali li jintużaw

fil-laboratorju u kif il-kundizzjonijiet jiġu mmonitorjati, u jidentifikaw il-konsegwenzi għall-

annimal ikkawżati minn kundizzjonijiet ambjentali mhux xierqa.

4.3. Jirrikonoxxu li t-tibdil jew it-tħarbit tar-ritmi ta’ kuljum jew tal-perjodu tad-dawl jista’

jaffettwa l-annimali.

4.4. Jiddeskrivu l-konsegwenzi bijoloġiċi tal-akklimatizzazzjoni, l-abitudni u t-taħriġ.

4.5. Jiddeskrivu kif il-faċilità għall-annimali tkun organizzata għall-manutenzjoni ta’ stat xieraq

ta’ saħħa għall-annimali u tal-proċeduri xjentifiċi.

4.6. Jiddeskrivu kif għandhom jiġu pprovduti l-ilma u dieta xierqa għall-annimali li jintużaw

fil-laboratorju, inkluż il-forniment, il-ħażna u l-preżentazzjoni ta’ ikel adattat u ilma.

4.7. Jelenkaw il-metodi, u juru li jifhmu kif għandhom jittrattaw, jiddeterminaw is-sess u

jrażżnu, b’mod xieraq, sikur u uman, speċi msemmija jew iktar għal proċeduri xjentifiċi

komuni.

4.8. Isemmu metodi differenti għall-immarkar ta’ annimali individwali u jagħtu vantaġġ u

żvantaġġ għal kull metodu.

4.9. Jelenkaw riskji potenzjali ta’ mard fil-faċilità għall-annimali, inklużi fatturi speċifiċi ta’

predispożizzjoni li jistgħu jkunu rilevanti. Isemmu metodi disponibbli għaż-żamma ta’ stat

xieraq ta’ saħħa (inkluż l-użu ta’ ostakli, livelli differenti ta’ konteniment, l-użu ta’ sentinelli

skont ma jkun rilevanti għall-ispeċi).

4.10. Jiddeskrivu programmi xierqa ta’ tnissil.

4.11. Jiddeskrivu kif annimali alterati ġenetikament jistgħu jintużaw għar-riċerka xjentifika u l-

importanza li tali annimali jiġu mmonitorjati b’attenzjoni kbira.

4.12. Jelenkaw il-proċeduri korretti li jiżguraw is-saħħa, it-trattament xieraq u l-kura tal-

annimali waqt it-trasport tagħhom.

4.13. Jelenkaw perikli potenzjali għas-saħħa umana assoċjati mal-kuntatt ma’ annimali tal-

laboratorju (inklużi allerġiji, korrimenti, infezzjonijiet, żoonożi) u kif dawn jistgħu jiġu evitati.

Page 49: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

48

Modulu 5: L-għarfien tal-uġigħ, tat-tbatija u tal-piena – dwar speċi speċifika [Ewlieni]

Dan il-modulu jħejji l-individwi sabiex ikunu kapaċi jidentifikaw il-kundizzjoni u l-imġiba normali

ta’ annimali sperimentali u jippermittilhom jagħmlu differenza bejn annimal normali u ieħor li qed

juri sinjali ta’ wġigħ, tbatija jew piena li jistgħu jkunu r-riżultat ta’ fatturi li jinkludu l-ambjent, it-

trobbija jew l-effett ta’ protokolli sperimentali. Jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-

klassifikazzjonijiet tas-severità, is-severità kumulattiva u l-użu ta’ punti tat-tmiem umani.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

5.1. Jagħrfu l-imġiba u l-apparenza normali jew mixtieqa tal-individwi fil-kuntest tal-ispeċi, l-

ambjent u l-istat fiżjoloġiku.

5.2. Jagħrfu l-imġiba anormali u sinjali ta’ skumdità, uġigħ, tbatija, jew skonfort, kif ukoll sinjali

ta’ trattament xieraq pożittiva u prinċipji ta’ kif jistgħu jiġu ġestiti l-uġigħ, it-tbatija u l-piena.

5.3. Jiddiskutu fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati u l-metodi disponibbli għall-valutazzjoni u r-

reġistrazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali, eż. folji tal-punteġġi.

5.4. Jiddeskrivu x’inhu punt ta’ tmiem uman. Jidentifikaw il-kriterji li għandhom jintużaw sabiex

jiġu stipulati punti ta’ tmiem umani. Jiddefinixxu l-azzjoni li għandha tittieħed meta jintlaħaq punt

ta’ tmiem uman u jikkonsidraw alternattivi possibbli ta’ metodi rfinuti ta’ kif punt ta’ tmiem

jintlaħaq aktar malajr.

5.5. Jiddeskrivu l-klassifikazzjonijiet tas-severità inklużi fid-Direttiva u jagħtu eżempji ta’ kull

kategorija; jispjegaw is-severità kumulattiva u l-effett li din jista’ jkollha fuq il-klassifikazzjoni

tas-severità.

5.6. Jiddeskrivu ċ-ċirkustanzi meta l-anestesija jew l-analġeżija jistgħu jkunu neċessarji sabiex

jiġu minimizzati l-uġigħ, it-tbatija, il-piena u l-ħsara dejjiema.

Page 50: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

49

Modulu 6: Metodi ta’ qtil inqas krudili

6.1: Metodi ta’ qtil inqas krudili (teorija) [Ewlieni]

Dan il-modulu jipprovdi informazzjoni dwar il-prinċipji tal-qtil inqas krudili u l-ħtieġa li jkun hemm

xi ħadd disponibbli, il-ħin kollu, li jkun kapaċi joqtol annimal malajr u bl-inqas tbatija jekk ikun

meħtieġ. Il-modulu jkun jinkludi informazzjoni u deskrizzjonijiet tal-metodi differenti disponibbli,

dettalji tal-ispeċi li għalihom huma adattati dawn il-metodi u informazzjoni li tgħin lit-trainess iqabblu

l-metodi permessi u jiddeterminaw kif għandhom jagħżlu l-iktar metodu adattat.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

6.1.1. Jiddeskrivu l-prinċipji tal-qtil inqas krudili (eż. x’inhu dak li jagħmel‘mewta tajba’)

6.1.2. Jiddeskrivu l-metodi differenti li bihom l-annimali rilevanti jitħallew jinqatlu, l-influwenza

li l-metodi differenti jista’ jkollhom fuq l-eżiti xjentifiċi, u kif għandu jingħażel l-iktar metodu

adattat.

6.1.3. Jispjegaw għala xi ħadd kompetenti fil-qtil tal-annimali għandu jkun disponibbli l-ħin kollu

(irrispettivament ikunx mill-persunal tal-kura jew persuna li twettaq il-proċeduri).

6.2: Metodi umani ta’ qtil (ħiliet)

[Spċifiċi skont il-Funzjoni għall-Funzjoni D, u Modulu Addizzjonali dwar Kompitu Speċifiku

għall-Funzjonijiet A u C kif meħtieġ]

Dan il-modulu jipprovdi taħriġ prattiku sabiex jirrifletti l-informazzjoni u l-prinċipji mogħtija fil-

modulu 6.1 u jkun jinvolvi taħriġ prattiku fil-metodi xierqa għall-ispeċi u metodi adattati ta’ konferma

tal-mewt.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

6.2.1. Iwettqu l-ewtanażja b’mod profiċjenti u uman bl-użu ta’ tekniki xierqa fuq l-ispeċi rilevanti

ta’ annimali li jintużaw fil-laboratorju.

6.2.2. Juru kif il-mewt tiġi kkonfermata u kif il-katavri għandhom jiġu pproċessati jew inkella

mormija.

6.3: Metodi ta’ qtil uman – Modulu indipendenti alternattiv għal dawk li jwettqu l-Funzjoni D

biss

Dan il-modulu ġie mfassal għal dawk li jwettqu l-Funzjoni D biss u huwa prerekwiżit għal din il-

Funzjoni li jista’ jingħata flok għadd ta’ moduli oħrajn għal kull min se jkun involut biss fil-qtil tal-

annimali b’mod uman. Dan il-modulu jikkombina l-Eżiti tat-Tagħlim mill-moduli relatati mal-

leġiżlazzjoni, l-etika u t-Tliet Rs mat-trattament prattiku tal-annimali, prattiċi ta’ ħidma sikuri u l-

elementi teoretiċi u prattiċi tal-moduli dwar il-qtil uman.

Page 51: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

50

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

(i) Il-leġiżlazzjoni, it-Tliet Rs u l-etika (jiġifieri subsett tal-Moduli 1 u 2)

6.3.1. Jiddeskrivu l-qafas regolatorju dwar l-użu xjentifiku tal-annimali u b’mod partikulari l-

kontrolli relatati mat-twettiquman tal-qtil u l-konferma tal-mewt – inkluż ir-rwol ta’ persuni

msemmija u tal-Korp dwar it-trattament xieraq tal-Annimali.

6.3.2. Jirrikonoxxu l-fehmiet soċjetali differenti dwar l-użu xjentifiku u l-qtil inqas krudili tal-

annimali.

6.3.3. Jifhmu l-prinċipji etiċi li fuqhom jissejjes l-użu tal-annimali u jifhmu r-rwol tagħhom

stess li jikkontribwixxu għall-‘kultura ta’ kura’.

6.3.4. Jirrelataw modi kif it-Tliet Rs jistgħu jiġu applikati għall-qtil inqas krudili tal-annimali.

(ii) It-Trattament ta’ speċi speċifika (jiġifieri subsett tal-Modulu 3)

6.3.5. Juru t-tekniki adattati għat-trattament sikur u kompetenti ta’ speċi rilevanti. Ikunu kapaċi

jersqu lejn annimal, jaqbduh/jerfgħuh, irażżnuh u jqiegħduh lura fil-gaġġa/maqjel tiegħu

b’mod kalm, kunfidenti u empatiku, hekk li l-annimal ma jġarrabx piena jew issirlu l-ħsara.

Jispjegaw l-importanza tat-trasport sikur u korrett tal-annimali.

6.3.6. Jiddeskrivu l-imġiba normali u anormali u r-rekwiżiti ta’ mġiba tal-ispeċi rilevanti u

jkunu kapaċi jagħrfu u jiddiskutu strateġiji kif jitnaqqsu l-okkorrenzi ta’ wġigħ, tbatija u piena,

u kif iwieġbu għalihom.

6.3.7. Jiddeskrivu fil-qosor il-ħtiġijiet bażiċi bijoloġiċi u ta’ trobbija tal-ispeċi rilevanti.

(iii) Prattiċi sikuri ta’ ħidma

6.3.8. Jiddiskutu l-importanza tal-ħżin u tat-trattament korrett ta’ aġenti kimiċi li jintużaw

għall-qtil uman u għaż-żamma tal-iġjene fuq il-post tax-xogħol.

6.3.9. Jiddeskrivu l-proċeduri korretti ta’ kif jiġi trattat esponiment jew tixrid aċċidentali.

6.3.10. Jiddeskrivu r-regoli bażiċi tal-iġjene u jirrelatawhom mal-post tax-xogħol.

6.3.11. Jirrelataw l-importanza tar-rimi korrett ta’ kategoriji differenti ta’ skart (skart kliniku,

skart perikoluż u skart normali) u jiddeskrivu strateġiji xierqa.

6.3.12. Jispjegaw kif soluzzjonijiet ta’ inġinerija kkombinati mat-tagħmir personali

ta’ protezzjoni jistgħu jimminimizzaw l-esponiment għall-allerġeni tal-annimali użati fil-

laboratorju biex tiġi evitata s-sensitizzazzjoni.

6.3.13. Jidentifikaw sintomi kliniċi assoċjati b’mod komuni mal-allerġija għall-annimali li

jintużaw fil-laboratorju.

6.3.14. Jiddeskrivu x’inhi ż-żoonożi, u jispjegaw għala l-kuntatt ma’ speċi differenti (b’mod

partikulari ma’ primati mhux umani) jikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa umana.

Page 52: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

51

(iv) Qtil uman speċifiku skont l-ispeċi (il-moduli 6.1 + 6.2)

6.3.15. Jiddeskrivu l-prinċipji tal-qtil inqas krudili (eż. x’inhu dak li jagħmel‘mewta tajba’)

6.3.16. Jiddeskrivu l-metodi differenti li bihom l-annimali rilevanti jitħallew jinqatlu, l-

influwenza li l-metodi differenti jista’ jkollhom fuq l-eżiti xjentifiċi, jekk ikun rilevanti, u kif

għandu jingħażel l-iktar metodu adattat.

6.3.17. Jispjegaw għala xi ħadd kompetenti fil-qtil tal-annimali għandu jkun disponibbli l-ħin

kollu (irrispettivament ikunx mill-persunal tal-kura jew persuna li twettaq il-proċeduri).

6.3.18. Iwettqu l-ewtanażja b’mod profiċjenti u bl-inqas tbatija bl-użu ta’ tekniki xierqa fuq l-

ispeċi rilevanti ta’ annimali li jintużaw fil-laboratorju.

6.3.19. Juru kif il-mewt tiġi kkonfermata u kif il-katavri għandhom jiġu pproċessati jew inkella

mormija.

Page 53: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

52

Modulu 7: Proċeduri minimament invażivi mingħajr anestesija – dwar speċi speċifika (teorija)

[dwar Funzjoni Speċifika għall-Funzjonijiet A u B]

Dan il-modulu jipprovdi introduzzjoni għat-teorija dwar proċeduri minuri. Jipprovdi informazzjoni

dwar metodi adattati ta’ trattament u trażżin u jiddeskrivi t-tekniki adattati għat-tilqim, id-dożaġġ u t-

teħid ta’ kampjuni rilevanti għall-ispeċi. Għandu jipprovdi informazzjoni biżżejjed biex l-individwi

jifhmu x’se jkun mistenni minnhom qabel ma jipproċedu biex jitħarrġu fl-aspetti prattiċi ta’ dawn il-

ħiliet waqt li jkunu taħt superviżjoni.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

7.1. Jiddeskrivu l-metodi u l-prinċipji adattati li għandhom jiġu segwiti waqt it-trattament tal-

annimali (inklużi metodi ta’ trażżin manwali u l-użu ta’ ambjenti ristretti).

7.2. Jiddeskrivu l-impatt bijoloġiku tal-proċeduri u t-trażżin fuq il-fiżjoloġija.

7.3. Jiddeskrivu opportunitajiet ta’ raffinament għall-proċeduri u t-trażżin, eż. permezz tat-taħriġ

(bl-użu ta’ rinforzar pożittiv), l-abitudni u s-soċjalizzazzjoni tal-annimali.

7.4. Jiddeskrivu tekniki/proċeduri inklużi, pereżempju, tekniki tat-tilqim, tat-teħid ta’ kampjuni, u

tad-dożaġġ (mnejn jingħataw/volumi/frekwenza), modifikazzjoni tad-dieta, tmigħ sfurzat,

bijopsija tat-tessuti, ittestjar tal-imġiba, użu ta’ gaġeġ metaboliċi.

7.5. Jiddeskrivu kif jitwettqu tekniki minuri u jirrelataw il-volumi tal-kampjuni adattati mal-

frekwenzi tat-teħid ta’ kampjuni skont l-ispeċi rilevanti.

7.6. Jiddeskrivu l-ħtieġa tad-dixxiplina u l-konsistenza fit-twettiq ta’ proċeduri xjentifiċi u tar-

reġistrazzjoni u t-trattament b’mod korrett tal-kampjuni.

7.7. Jiddeskrivu metodi adattati għall-valutazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali fir-rigward

tas-severità tal-proċeduri u jkunu jafu liema azzjoni xierqa għandha tittieħed.

7.8. Jirrikonoxxu li r-raffinament huwa proċess kontinwu u jkunu jafu fejn isibu informazzjoni

aġġornata u rilevanti.

7.9. Jiddeskrivu l-konsegwenzi bijoloġiċi tat-trasport, tal-akklimatizzazzjoni, tal-kundizzjonijiet

tat-trobbija u tal-proċeduri sperimentali fuq l-ispeċi kkonċernati u jiddeskrivu kif dawn jistgħu

jiġu mminimizzati.

Page 54: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

53

Modulu 8: Proċeduri minimament invażivi mingħajr anestesija – dwar speċi speċifika (ħiliet)

[dwar Funzjoni Speċifika għall-Funzjoni A]

Dan il-modulu jipprovdi elementi prattiċi ta’ taħriġ rilevanti għal Modulu 7. It-taħriġ prattiku għal

proċeduri minuri jista’ jiġi mgħallem permezz ta’ għadd ta’ metodi u bl-użu ta’għodod differenti li

jkunu disponibbli u ddisinjati għal dak l-iskop (x’aktarx li dan ikun jinkludi mudelli ta’ annimali

sintetiċi u l-użu ta’ katavri). Il-modulu għandu jkun imfassal b’tali mod li t-trainee ikun jista’ jikseb

livell ta’ profiċjenza, hekk li, meta jibda jaħdem taħt superviżjoni, ma jkollux għalfejn jikkawża

uġigħ, tbatija, piena jew ħsara dejjiema lill-annimal.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

8.1. Jagħżlu u jispjegaw l-aħjar metodi għal proċeduri komuni (bħalma huma t-teħid ta’ kampjuni

tad-demm u l-applikazzjoni ta’ sustanzi) inklużi mnejn jingħataw/volum/frekwenza kif xieraq.

8.2. Juru li kapaċi jittrattaw u jrażżnu l-annimal fl-aħjar pożizzjoni għat-teknika.

8.3. Iwettqu tekniki minuri taħt superviżjoni, b’mod li ma jikkawżax uġigħ, tbatija, piena jew

ħsara dejjiema mingħajr bżonn.

Page 55: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

54

Modulu 9: L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs (il-livell 2)

[Speċifiku skont il-Funzjoni għall-Funzjoni B]

Dan il-modulu jipprovdi gwida u informazzjoni li tippermetti lill-individwi jfasslu proċeduri u

proġetti (il-Funzjoni B tal-Artikolu 23) sabiex iħarsu, fid-dettall, lejn aspetti differenti tal-etika u t-

Tliet Rs u sabiex japplikaw il-prinċipji li tgħallmu fi kwistjonijiet etiċi u ta’ trattament xieraq li

jitqajmu bl-użu tal-annimali fi proċeduri xjentifiċi fil-programm ta’ ħidma tagħhom stess.

L-iskop ta’ dan il-modulu huwa li jindirizza l-fatt li dawk li jfasslu l-proċeduri għandu jkollhom fehim

usa’ u aktar profond tal-kwistjonijiet ġenerali. Hekk, id-differenza ewlenija bejn il-Moduli tal-livell 1

u tal-livell 2 dwar “L-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs” mhijiex neċessarjament fis-

suġġeti li jiġu koperti (li hawnhekk ma ġewx ripetuti) imma aktarx f’li xi wħud minnhom huma

indirizzati f’aktar dettall u għandhom aspettattiva ikbar għall-Eżitu tat-Tagħlim innifsu. Pereżempju

fil-livell 1 hemm elementi li t-trainee għandu jkun jaf u jkun kapaċi jiddeskrivihom, u li fil-livell 2 it-

trainee għandu jkun fehemhom aktar fid-dettall u jkun kapaċi jiddiskutihom. Dan il-modulu jħejji

wkoll lill-individwi sabiex ikunu kapaċi jżommu ruħhom infurmati biex japplikaw kontinwament it-

Tliet Rs fix-xogħol tagħhom, hekk kif qegħdin jevolvu metodi u approċċi ġodda.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

9.1. Jifhmu li hemm firxa wiesgħa ta’ perspettivi etiċi, ta’ trattament xieraq u xjentifiċi dwar l-

użu tal-annimali fi proċeduri xjentifiċi, u li l-ħsieb fuq dawn il-kwistjonijiet kollha jevolvi matul

iż-żmien u jiġi influwenzat mill-kultura u l-kuntest.

9.2. 9.2 Jifhmu li dan ifisser li hemm bżonn ta’ evalwazzjoni kritika kontinwa tal-ġustifikazzjoni

għall-użu tal-annimali u tal-implimentazzjoni tat-Tliet Rs fl-istadji kollha tal-ħajja ta’ proġett.

9.3. Jirrikonoxxu li hemm limiti etiċi dwar x’inhu meqjus permissibbli li jsir skont id-Direttiva u

li anke fi ħdan dawn ir-restrizzjonijiet legali, x’aktarx ikun hemm differenzi nazzjonali u

istituzzjonali f’dan ir-rigward.

9.4. Jispjegaw li l-leġiżlazzjoni tirrikjedi li l-ġustifikazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma tiġi

vvalutata billi jitqabblu l-effetti avversi potenzjali fuq l-annimali mal-benefiċċji probabbli; li l-

ħsarat lill-annimali jeħtieġ li jiġu minimizzati, u l-benefiċċji massimizzati.

9.5. Jifhmu u jipprovdu l-informazzjoni neċessarja li tippermetti t-twettiq ta’ valutazzjoni soda

tal-ħsara u tal-benefiċċju; u jispjegaw għala personalment iqisu li l-benefiċċji potenzjali jegħlbu

l-effetti negattivi probabbli.

9.6. 9.6 Jifhmu l-ħtieġa li jikkomunikaw l-informazzjoni adattata lil udjenza pubblika usa’, u

jkunu kapaċi jħejju sommarju xieraq u mhux tekniku ta’ proġett sabiex jiffaċilitaw dan.

9.7. Jiddeskrivu l-importanza tat-tixrid tal-informazzjoni li tippromwovi l-fehim dwar

kwistjonijiet etiċi, it-trattament xieraq tal-annimali, xjenza tajba u l-applikazzjoni tat-Tliet Rs.

Page 56: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

55

Modulu 10: It-tfassil ta’ proċeduri u proġetti (il-livell 1)

[dwar Funzjoni Speċifika għall-Funzjoni B u Addizzjonali għall-Funzjoni A (kif meħtieġ)]

Dan il-modulu huwa prerekwiżit għal dawk li se jkunu qegħdin ifasslu l-proġetti (il-Funzjoni B) imma

jista’ jkun ukoll ta’ benefiċċju għax-xjentisti li għandhom xi involviment fit-tfassil tal-proċeduri li

huma jwettqu (il-Funzjoni A). Il-modulu jikkomprendi informazzjoni dwar kunċetti ta’ tifsil

sperimentali, kawżi possibbli tal-parzjalità u l-eliminazzjoni tagħha, analiżi statistika u informazzjoni

dwar fejn jista’ jinstab għarfien espert sabiex jassisti l-proċeduri, it-tfassil, l-ippjanar u l-

interpretazzjoni tar-riżultati.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

10.1. Jiddeskrivu l-kunċetti ta’ fedeltà u diskriminazzjoni (eż. kif diskussi minn Russell u Burch

u oħrajn).

10.2. Jispjegaw il-kunċett ta’ varjabbiltà, x’jikkawżaha u l-metodi kif titnaqqas (użijiet u

limitazzjonijiet ta’ razez isoġeniċi, stokks li ma jiġux minn xulxin, razez ġenetikament

modifikati, il-forniment, l-istress u l-valur tal-abitudni, infezzjonijiet kliniċi jew subkliniċi, u

bijoloġija bażika).

10.3. Jiddeskrivu kawżi possibbli tal-parzjalità u modi kif tittaffa (eż. każwalità formali, testijietli

jsiru bl-għamad u azzjonijiet possibbli meta l-każwalità u l-għamad mhumiex possibbli).

10.4. Jidentifikaw l-unità sperimentali u jagħrfu kwistjonijiet ta’ nonindipendenza

(psewdoreplikazzjoni).

10.5. Jiddeskrivu l-varjabbli li jaffettwaw is-sinifikat, inkluża t-tifsira ta’ qawwa ta’ statistika u

“valuri-p”.

10.6. Jidentifikaw modi formali li jiddeterminaw id-daqs tal-kampjun (analiżi tal-qawwa jew ir-

“resource equation method”).

10.7. Jelenkaw it-tipi differenti ta’ tfassil sperimentali formali (eż. kompletament aleatorju, blokk

aleatorju, miżuri ripetuti [fi ħdan suġġett], Latin square u disinji sperimentali fattorjali).

10.8. Jispjegaw kif tista’ tiġi aċċessata l-għajnuna esperta fit-tfassil ta’ esperiment u fl-

interpretazzjoni ta’ riżultati sperimentali.

Page 57: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

56

Modulu 11: It-tfassil ta’ proċeduri u proġetti (il-livell 2)

[Speċifiku skont il-Funzjoni għall-Funzjoni B]

Dan il-modulu jipprovdi livell rilevanti ta’ fehim dwar il-qafas legali u regolatorju nazzjonali u

internazzjonali li fi ħdanu l-proġetti jinbnew u jiġu ġestiti, u dwar ir-reponsabbiltajiet legali tagħhom.

It-trainee irid ikun kapaċi jidentifika, jifhem u jirrispondi għall-kwistjonijiet etiċi u ta’ trattament

xieraq li jitqajmu bl-użu tal-annimali fi proċeduri xjentifiċi b’mod ġenerali, u b’mod speċifiku fil-

programm ta’ ħidma tagħhom stess. Dawn ġew indirizzati fil-Modulu 2.

It-trainee għandu jkun kapaċi jiżviluppa, jidderieġi u jikkontrolla programm ta’ ħidma sabiex jikseb l-

għanijiet iddikjarati tiegħu, waqt li jiżgura l-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe

regolament li jirregola l-proġett. Dan jinkludi l-implimentazzjoni tat-Tliet Rijiet matul il-programm

ta’ ħidma kollu kemm hu. L-eżiti tat-tagħlim relatati mar-Riduzzjoni huma indirizzati fil-Modulu 2.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

(i) Kwistjonijiet legali

11.1. Jiddeskrivu fid-dettall il-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-użu

xjentifiku tal-annimali; b’mod partikulari, jispjegaw ir-responsabbiltajiet legali ta’ dawk li jfasslu

l-proċeduri u l-proġetti (il-persunal tal-Funzjoni B) u ta’ dawk il-persuni b’responsabbiltajiet

statutorji skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali (eż. il-persuna responsabbli mill-konformità, il-

veterinarju, il-persunal tal-kura tal-annimali, l-uffiċjali tat-taħriġ).

11.2. Jelenkaw l-iskopijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-UE u internazzjonali u ta’

linji gwida assoċjati magħhom li jaffettwaw it-trattament xieraq u l-użu tal-annimali. Dan jinkludi

d-Direttiva 2010/63/UE u l-leġiżlazzjoni/linji gwida li jirrigwardaw:il-kura veterinarja, is-saħħa

tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali, il-modifikazzjoni ġenetika tal-annimali, it-trasport

tal-annimali, il-kwarantina, is-Saħħa u s-Sikurezza, l-annimali slavaġ u l-konservazzjoni.

(ii) Prattika xjentifika tajba

11.3. Jiddeskrivu l-prinċipji ta’ strateġija xjentifika tajba li huma neċessarji sabiex jinkisbu

riżultati sodi, inklużi l-ħtieġa li l-ipoteżijiet jiġu definiti b’mod ċar u mhux ambigwu, it-tfassil

sperimentali tajjeb, il-miżuri sperimentali u l-analiżi tar-riżultati. Jipprovdu eżempji tal-

konsegwenzi tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ strateġija xjentifika soda.

11.4. Juru li fehmu l-ħtieġa li jieħdu parir espert u li jużaw il-metodi statistiċi xierqa, jirrikonoxxu

l-kawżi tal-varjabbiltà bijoloġika, u jiżguraw il-konsistenza bejn l-esperimenti.

11.5. Jiddiskutu l-importanza li wieħed ikun kapaċi jiġġustifika, kemm għal raġunijiet xjentifiċi

kif ukoll għal raġunijiet etiċi, id-deċiżjoni li jintużaw annimali ħajjin, inkluża l-għażla tal-mudelli,

l-oriġini tagħhom, in-numri stmati u l-istadji tal-ħajja. Jiddeskrivu l-fatturi xjentifiċi, etiċi u ta’

trattament xieraq li jinfluwenzaw l-għażla ta’ mudell adattat li jinvolvi jew li ma jinvolvix l-użu

tal-annimali.

11.6. Jiddeskrivu sitwazzjonijiet fejn l-esperimenti pilota jistgħu jkunu neċessarji.

11.7. Jispjegaw il-ħtieġa li jkunu aġġornati dwar l-iżviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija tal-annimali

li jintużaw fil-laboratorju sabiex jiżguraw xjenza tajba u t-trattament xieraq tal-annimali.

Page 58: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

57

11.8. Jispjegaw l-importanza ta’ teknika xjentifika rigoruża u r-rekwiżiti ta’ standards ta’ kwalità

assigurati bħalma huma l-GLP.

11.9. Jispjegaw l-importanza tat-tixridtar-riżultati tal-istudju irrispettivament mill-eżitu u

jiddeskrivu l-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu rrappurtati meta jintużaw annimali ħajjin fir-

riċerka eż. il-linji gwida ARRIVE.

(iii) L-implimentazzjoni tat-Tliet Rs

11.10. Juru fehim komprensiv tal-prinċipji tas-sostituzzjoni, tar-riduzzjoni u tar-raffinament, u ta’

kif dawn jiżguraw xjenza tajba u trattament tajjeb tal-annimali.

11.11. Jispjegaw l-importanza tal-letteratura u tat-tiftix bl-internet, tad-diskussjoni ma’ kollegi u

ma’ korpi professjonali rilevanti, sabiex jiġu identifikati opportunitajiet għall-applikazzjoni ta’

kull ‘R’.

11.12. Jiddeskrivu għejun rilevanti ta’ informazzjoni relatata mal-etika, mat-trattament xieraq tal-

annimali u mal-implimentazzjoni tat-Tliet Rs.

11.13. EURL ECVAM Search Guide, Go3Rs) u metodi ta’ tiftix differenti (eż.

11.14. Jiddeskrivu eżempji ta’ metodi u strateġiji ta’ riċerka alternattivi li jissostitwixxu, jevitaw

jew jikkomplimentaw l-użu tal-annimali f’tipi differenti ta’ programmi ta’ riċerka.

11.15. Jidentifikaw, jivvalutaw u jimminimizzaw kull prezz li jkollhom iħallsu l-annimali bit-

trattament tagħhom matul ħajjithom kollha (inklużi l-effett negattivi marbutin mat-tiġjib, it-

trasport, l-abitazzjoni, it-trobbija, it-trattament, il-proċeduri u l-qtil uman); Jispjegaw u jagħtu

eżempji ta’ protokolli ta’ valutazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali.

11.16. Jiddefinixxu u japplikaw il-punti tat-tmiem umani adattati; jistabbilixxu kriterji xierqa li

jidentifikaw meta t-tmiem uman ikun intlaħaq.

11.17. Jiddeskrivu kunflitti li jistgħu jinqalgħu bejn ir-Raffinament u r-Riduzzjoni (eż. fil-każ tal-

użu ripetut) u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati sabiex jinħall dan il-kunflitt.

11.18. Jiddefinixxu r-rekwiżiti għal u l-kontroll tat-tqegħid mill-ġdid tal-annimali fl-abitazzjoni ;

jidentifikaw kwalunkwe linji gwida dwar it-tqegħid mill-ġdid tal-annimali fl-abitazzjoni.

(iv) Responsabbiltajiet

11.19. Jispjegaw il-ħtieġa li jkunu jafu b’arranġamenti lokali marbutin mal-ġestjoni tal-liċenzja

ta’ proġetti, eż. proċeduri għall-ordnijiet ta’ annimali, standards ta’ akkomodazzjoni, rimi ta’

annimali, prattiċi sikuri ta’ ħidma u sigurtà, u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’

problemi mhux mistennija li jqumu f’xi wieħed minnhom.

Page 59: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

58

Modulu 20: L-anestesija għal proċeduri minuri

[Modulu Addizzjonali dwar Kompitu Speċifiku għall-Funzjonijiet A u B kif meħtieġ]

Dan il-modulu jipprovdi gwida u informazzjoni lill-individwi li, fil-ħidma tagħhom mal-annimali,

ikunu jeħtieġu japplikaw is-sedazzjoni jew l-anestesija għal perjodu qasir għal proċedura qasira u

b’livell ħafif ta’ uġigħ. L-għanijiet ta’ dan il-modulu huma:

- li jintroduċi l-kandidati tal-kors għall-amministrazzjoni tal-anestetiċi lill-annimali li jintużaw

fil-laboratorju;

- li jiddiskuti l-anestesija skont l-intestaturi wesgħin li ġejjin (konsiderazzjonijiet preanestetiċi;

effetti ta’ aġenti anestetiċi; l-anestestesija reġjonali/lokali/ġenerali; emerġenzi anestetiċi; l-

irkupru mill-anestesija);

- li jipprovdi informazzjoni dwar l-effetti tas-sustanzi farmaċewtiċi użati waqt l-anestesija;

- li jikkonsidra l-effetti negattivi potenzjali tal-anestesija u fuq l-irkupru;

- li jiddiskuti emerġenzi anestetiċi u t-trattament tagħhom u

- li jidentifika meta l-anestesija tista’ tikkomprometti x-xjenza.

L-Eżiti tat-Tagħlim jimmiraw li jagħtu l-għarfien minimu neċessarju għall-applikazzjoni xierqa u

sikura ta’ tali sedazzjoni jew anestesija qasira, b’induzzjoni sempliċi, u manutenzjoni bażika bl-iskop

tat-twettiq ta’ proċeduri minuri bħalma huma l-eżempji definiti hawn taħt:

- Proċess ta’ induzzjoni sempliċi (eż. induzzjoni bil-kamra ta’ inalazzjoni jew amministrazzjoni

IP sempliċi, ebda ħtieġa ta’ intubazzjoni endotrakeali) u

- Monitoraġġ bażiku “prattiku” jew “osservattiv” tal-fond anestetiku; tkun antiċipata

manutenzjoni mingħajr kumplikazzjonijiet b’fond anestetetiku u rata ta’ manutenzjoni stabbli.

- Żmien qasir (sa madwar 15-il minuta fi speċi gerriema – manutenzjoni tal-anestesija għat-

teħid ta’ ritratti – jekk l-anestesija tkun mistennija ddum aktar minn hekk, it-trainee ikun

jeħtieġ moduli ulterjuri, ara l-Modulu 10 isfel).”

- użu fi proċeduri minuri biss – proċeduri noninvażivi / superfiċjali biss (livell tal-ġilda, ebda

aċċess għall-kavitajiet tal-ġisem sakemm ma tintużax l-anestesija terminali), aċċess venuż

superfiċjali u teħid ta’ kampjun tad-demm, identifikazzjoni bl-użu ta’ mikroċippa SC jew, bil-

qtugħ tat-tarf tad-denb (bijopsija limitata tat-tarf tad-denb).

- ebda uġigħ jew livell minuri ta’ uġigħ/uġigħ għal ħin qasir,

- ebda annimal b’riskju għoli jew sensittiv

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

20.1. Jiddefinixxu s-sedazzjoni u l-anestesija lokali u ġenerali.

20.2. Jidentifikaw it-tliet komponenti tat-triade tal-anestesija u jifhmu li aġenti anestetiċi

differenti jipproduċuhom fi gradi differenti.

20.3. Jiddefinixxu l-anestesija bbilanċjata u jindikaw li din l-aħjar tinkiseb bl-użu ta’ sustanzi

farmaċewtiċi b’mod ikkombinat sabiex jinkisbu l-komponenti kollha tat-trijade anestetika sa livell

aċċettabbli.

20.4. Jgħidu għala u meta s-sedazzjoni jew l-anestesija jistgħu jintużaw għat-trażżin.

20.5. Jelenkaw il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni preanestetika tal-annimali –

kif iwettqu verifika bażika tas-saħħa, jikkonsidraw l-istat fiżjoloġiku jew patoloġiku tal-mudell li

qed jaħdmu fuqu u kif dawn jistgħu jinfluwenzaw l-għażla tal-aġent anestetiku.

Page 60: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

59

20.6. Jiddiskutu l-merti / l-iżvantaġġi relattivi u l-prinċipji tal-għażla ta’ aġenti differenti u l-

applikazzjoni tagħhom, inkluż il-kalkolu tad-dożi, fi speċi rilevanti, inklużi l-aġenti injettabbli u

volatili (jew aġenti li jinħallu fil-każ ta’ speċi akkwatiċi), inklużi reġimi ta’ anestesija lokali.

20.7. Jindikaw l-importanza li jimminimizzaw l-istress qabel l-anestesija biex titnaqqas il-

probabbiltà ta’ kumplikazzjonijiet minħabba l-anestesija.

20.8. Jagħrfu meta jkun ta’ benefiċċju li l-premedikazzjoni tiġi inkorporata f’reġim anestetiku.

20.9. Jiddeskrivu u juru l-ippostjar, it-tħaddim u l-manutenzjoni korretta tat-tagħmir anestetiku

adattat għall-ispeċi kkonċernata.

20.10. Jevalwaw u japprezzaw il-livelli u l-pjani differenti tal-anestesija (eċċitament volontarju,

eċċitament involontarju, anestesija kirurġika (ħafifa, medja u profonda), profonda ħafna).

20.11. Jelenkaw il-fatturi li jindikaw li annimal huwa anestetizzat b’mod xieraq (b’mod stabbli u

fi profondità adattata) sabiex ikunu jistgħu jitwettqu proċeduri u x’azzjonijiet għandhom jittieħdu

f’każ ta’ avveniment avvers. Dan ikun jinkludi tekniki “prattiċi” jew “osservattivi” bażiċi ta’

monitoraġġ anestetiku, inkluża l-valutazzjoni ta’ riflessi adattata għall-ispeċi.

20.12. Jiddeskrivu metodi ta’ kif jiġi ottimizzat l-irkupru postanestetiku (eż. gvieret tas-sħana,

analġeżija, aġenti riversivi, aċċess għall-ikel u l-ilma, kundizzjonijiet ambjentali) sabiex ikun

żgurat l-irkupru mingħajr problemi u bil-ħeffa mill-anestesija.

20.13. Juru li għandhom fehim tal-prattiċi ta’ ħidma sikuri / tajbin fir-rigward tal-użu, il-ħżin u r-

rimi ta’ aġenti anestetiċi u analġeżiċi.

Page 61: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

60

Modulu 21: L-anestesija avvanzata għal proċeduri kirurġiċi jew fit-tul

[Modulu Addizzjonali Speċifiku skont il-Kompitu]

Dan il-modulu huwa marbut, għad li mhux b’mod esklussiv, mal-modulu (22) dwar il-“kirurġija”. Il-

“proċeduri kirurġiċi” jinkludu kull proċedura li mhix definita bħala “Proċedura minuri” fil-Preambolu

għall-Modulu 20. Fit-tul hija definita bħala kwalunkwe dewmien ta’ iktar minn 15-il minuta, li jista’

jirrikjedi dożaġġ adizzjonali jew kontinwu (inkluża l-anestesija għat-teħid ta’ ritratti).

Dan il-modulu jiddiskuti wkoll it-taffija tal-uġigħ matul proċeduri ta’ uġigħ, bħall-kirurġija, permezz

tal-użu ta’ sustanzi anestetiċi u analġeżiċi. L-anestesija tintuża wkoll sabiex tirrilassa l-muskoli,

trażżan ir-riflessi, u tipproduċi telf mis-sensi għal skopijiet oħra minbarra l-prevenzjoni tal-

perċezzjoni tal-uġigħ. Pereżempju, l-anestesija hija meħtieġa għall-MRI, CT scans u modalitajiet oħra

minimament invażivi ta’ teħid ta’ ritratti.

Minħabba l-varjabbiltà wiesgħa tal-ispeċi u r-razez ta’ annimali li jintużaw fil-laboratorju, kif ukoll

tal-aġenti anestetiċi, għandu jkun żviluppat reġim anestetiku adattat b’konsultazzjoni ma’ veterinarju.

Jekk ma tintużax biss għat-trażżin, il-ħtieġa tal-anestesija li titwettaq proċedura timplika li l-proċedura

tkun ta’ uġigħ għal annimal f’sensih. Barra minn hekk jista’ jibqa’ jinħass xi uġigħ wara li l-annimal

jirkupra mill-anestesija u għandhom jintużaw l-analġeżiċi. Xi sustanzi farmaċewtiċi deskritti

hawnhekk jidhru kemm fil-moduli tal-anestesija kif ukoll tal-kirurġija.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

21.1. Jiddeskrivu għaliex u meta tista’ tintuża l-anestesija, inklużi fatturi addizzjonali rilevanti

għall-anestesija fit-tul.

21.2. Jgħidu x’inhi l-ħtieġa tal-evalwazzjoni preanestetika tal-annimali u jelenkaw il-fatturi li

għandhom jiġu kkunsidrati, inkluża l-akklimatizzazzjoni.

21.3. Jiddiskutu l-użu ta’ aġenti preanestetiċi u ta’ analġeżiċi bħala parti minn reġim anestetiku

bbilanċjat.

21.4. Jindikaw li firxa ta’ sustanzi farmaċewtiċi tintuża b’mod komuni fil-premedikazzjoni u l-

induzzjoni u l-manutenzjoni tal-anestesija fi speċi użati fil-laboratorju, u jidentifikaw minn fejn

jistgħu jieħdu parir fuq is-sustanzi differenti disponibbli u l-użu tagħhom.

21.5. Jiddeskrivu kif il-patoloġija konkurrenti ta’ annimal tista’ tirrikjedi reġim anestetiku

speċifiku, monitoraġġ jew kura infirmiera.

21.6. Jindikaw it-tipi ta’ aġenti li jintużaw għall-induzzjoni u l-manutenzjoni tal-anestesija

ġenerali, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom, u meta jista’ jintuża kull wieħed minnhom.

21.7. Jiddeskrivu kif l-aġenti anestetiċi jinteraġixxu sabiex jipproduċu t-tliet komponenti tat-

trijade anestetika fi gradi differenti, u kif l-anestesija bbilanċjata tista’ tinkiseb l-aħjar bl-użu ta’

kombinazzjonijiet.

21.8. Juru li għandhom fehim biżżejjed dwar l-aġenti anestetiċi li għandhom effett analġeżiku

baxx, u li potenzjalment jirrikjedu l-użu ta’ analġeżija addizzjonali.

Page 62: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

61

21.9. Jelenkaw il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati waqt il-monitoraġġ tal-anestesija kemm

għall-fond anestetiku kif ukoll għall-istabbiltà fiżjoloġika. Jindikaw kif tiddetermina li annimal

ikun anestetizzat fil-fond biżżejjed li jippermetti t-twettiq ta’ proċeduri ta’ uġigħ, u x’azzjoni

għandha tittieħed f’każ li jinqala’ avveniment avvers.

21.10. ECG, BP, produzzjoni ta’ urina, saturazzjoni tal-ossiġnu, CO2) u kif dawn jistgħu jiġu

mmonitorjati.

21.11. Jimmonitorjaw kemm tkun fil-fond l-anestesija u s-sinjali vitali tal-annimali, bl-użu kemm

ta’ sinjali kliniċi kif ukoll ta’ tagħmir elettroniku jekk ikun adattat.

21.12. Jiddeskrivu u juru l-ippostjar, it-tħaddim u l-manutenzjoni korretta tat-tagħmir anestetiku u

ta’ monitoraġġ adattat għall-ispeċi kkonċernata.

21.13. Juru kompetenza fiż-żamma u fl-interpretazzjoni ta’ reġistri tal-induzzjoni ta’ qabel u wara

l-anestesija u waqt li annimal ikun anestetizzat, kif ukoll fil-ġestjoni adegwata tal-kura tal-

annimali.

21.14. Jindikaw il-problemi li jistgħu jinqalgħu matul l-anestesija, u jifhmu kif jevitawhom, jew

kif jittrattawhom jekk jinqalgħu.

21.15. Juru fehim dwar il-ventilazzjoni mekkanika.

21.16. Jiddeskrivu metodi kif itejbu l-irkupru postanestetiku sabiex jiżguraw irkupru mingħajr

problemi u rapidu mill-anestesija, bħal fil-Modulu Bażiku imma bil-metodi addizzjonali rikjesti,

inklużi l-analġeżija u s-sostituzzjoni ta’ fluwidi, għall-annimali li għaddew mill-anestesija twila

ta’ proċedura kirurġika.

21.17. Jikkunsidraw il-konsegwenzi tal-anestesija u tal-proċeduri kirurġiċi mal-irkupru.

21.18. Japprezzaw kif l-għażla tal-aġent anestetiku se tiddetermina r-rata tal-irkupru u jiddeskrivu

kif id-dewmien u l-kwalità tal-anestesija jikkontrollaw ir-rata tal-irkupru.

21.19. Jiddeskrivu l-problemi li jistgħu jinqalgħu (fil-perjodu wara l-operazzjoni), u jindikaw kif

jiġu evitati, jew kif jiġu ttrattati jekk jinqalgħu.

21.20. Jiddiskutu kif jiġi integrat programm ta’ ġestjoni tal-uġigħ fi skema ġenerali ta’ kura

perioperatorja.

21.21. Jindikaw uħud mill-problemi assoċjati mal-għarfien tal-uġigħ u l-ġestjoni tal-uġigħ fl-

annimali.

21.22. Juru fehim iddettaljat biżżejjed tal-analġeżiċi sabiex ikunu jistgħu jamministraw b’mod

sikur, inkluż mnejn jingħataw u l-effetti negattivi potenzjali.

21.23. Juru li għandhom fehim tal-prattiċi ta’ ħidma sikuri / tajbin fir-rigward tal-użu, il-ħżin u r-

rimi ta’ aġenti anestetiċi u analġeżiċi.

Page 63: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

62

Modulu 22: Prinċipji tal-kirurġija

[Modulu Addizzjonali dwar Kompitu Speċifiku għall-Funzjonijiet A u B kif meħtieġ]

Dan il-modulu jkopri prinċipji ta’ valutazzjoni u kura tal-annimali qabel l-operazzjoni, tħejjijiet għall-

kirurġija inkluż it-tħejjija tat-tagħmir u t-teknika asettika u l-prinċipji ta’ kirurġija li tirnexxi.

Il-modulu jipprovdi informazzjoni dwar kumplikazzjoni possibbli, il-kura u l-monitoraġġ

postoperattivi, kif ukoll dettalji tal-proċess tal-fejqan.

Ikopri wkoll elementi aktar prattiċi, pereżempju d-dimostrazzjoni ta’ strumenti użati b’mod komuni, u

jagħti opportunità lil min ikun qed jitħarreġ li jipprattika wħud mill-aspetti prattiċi tat-teknika

kirurġika, bħalma huma l-metodi ta’ ħjata tal-ponti, bl-użu adattat ta’ mudelli li mhumiex annimali.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

22.1. Jispjegaw ir-rilevanza u l-ħtieġa tal-valutazzjoni preoperattiva u, fejn ikun xieraq, tal-

kundizzjonament.

22.2. Jidentifikaw għejun ta’ referenza dwar prattika kirurġika tajba.

22.3. Jiddeskrivu l-proċess tal-fejqan tat-tessuti u jirrelatawh mal-importanza tal-asepsi u l-prattiċi

iġeniċi, il-ħolqien ta’ feriti, il-prinċipji tat-trattament tat-tessuti u l-għażla ta’ approċċ kirurġiku

adattat.

22.4. Jiddiskutu kawżi possibbli ta’ fejqan ta’ feriti li jdum jew danneġġjat jew kumplikazzjonijiet

postkirurġiċi oħrajn, u jiddeskrivu modi kif dawn jistgħu jiġu evitati jew, jekk iseħħu, ittrattati.

22.5. Jiddeskrivu f’termini ġenerali kif il-persunal, l-annimali, l-istrument u t-tagħmir għandhom

jitħejjew għall-kirurġija asettika.

22.6. Jelenkaw il-prinċipji ta’ kirurġija li tirnexxi (eż. il-prinċipji ta’ Halstead) u jindikaw kif

jistgħu jintlaħqu.

22.7. Jiddeskrivu l-karatteristiċi ta’ strumenti, materjali għall-ħjata tal-ponti u labar differenti u li

jintużaw b’mod komuni.

22.8. Juru l-importanza ta’ teknika tajba fl-aċċessar ta’ siti kirurġiċi, fit-trattament ta’ tessuti u fit-

tiswija ta’ inċiżjonijiet.

22.9. Indika l-karatteristiċi ta’ għamliet differenti ta’ ponti u l-applikabbiltà tagħhom għal

sitwazzjonijiet differenti.

22.10. Uri kif jinħiet pont b’mod korrett.

22.11. Iddeskrivi kumplikazzjonijiet postkirurġiċi komuni u l-kawżi tagħhom.

22.12. Isemmu l-prinċipji tal-kura u l-monitoraġġ postkirurġiċi.

22.13. Jiddeskrivu l-pjanifikazzjoni ta’ proċeduri kirurġiċi u jiddiskutu l-kompetenzi rikjesti mill-

persunal involut kollu.

Page 64: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

63

22.14. Juru kompetenza fit-tekniki kirurġiċi, inklużi l-ablazzjonijiet u l-inċiżjonijiet u l-għeluq

tagħhom b’metodi adattati għat-tessuti kkonċernati.

22.15. Jiddeskrivu aspetti partikulari tal-kura xierqa lill-annimali qabel, matul u wara intervent

kirurġiku jew kwalunkwe intervent ieħor potenzjalment ta’ uġigħ.

Page 65: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

64

Modulu 23: Prattiċi avvanzati tat-trobbija tal-annimali, tal-kura u tal-arrikkiment

[Addizzjonali Speċifiku skont il-Kompitu għall-Funzjoni C]

Dan il-modulu jipprovdi għarfien aktar fil-fond dwar prattiċi tal-kura tal-annimali mmirati għall-

Funzjoni C u għal dawk li jassumu r-responsabbiltà bħala l-persuna nominata reponsabbli għalt-

trattament xieraq u l-kura tal-annimali fi stabbiliment.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

Juru fehim fid-dettall ta’ kif jinżamm it-trattament xieraq tal-annimali fl-unità tal-

annimali.

23.1. Jiddeskrivu kif il-kundizzjonijiet ambjentali jistgħu jeħtieġu li jkunu varjati skont l-ispeċi, l-

età, u l-istadju tal-ħajja jew skont kundizzjonijiet ta’ kura speċifiċi (eż. kura perioperattiva,

annimali immunodefiċjenti, razez alterati ġenetikament).

23.2. Jiddiskutu l-effetti possibbli ta’ ambjent mhux ikkontrollat fuq it-trattament tal-annimali u

fuq ir-riżultati sperimentali.

23.3. Jiddiskutu kif jinkiseb l-arrikkiment ambjentali.

23.4. Jispjegaw kif it-Tliet R jikkontribwixxu għat-titjib kontinwu tal-prattiċi tat-trattament

xieraq, tat-trobbija u tal-arrikkiment.

Jafu l-kundizzjonijiet ambjentali xierqa għall-annimali tal-laboratorju u kif jiġu

mmonitorjati.

23.5. Jiddeskrivu l-kundizzjonijiet ambjentali adattati u l-arrikkiment għall-ispeċi ta’ annimali

rilevanti u kif dawn il-kundizzjonijiet jiġu mmonitorjati.

23.6. Ikunu kapaċi jużaw tagħmir li jkejjel l-ambjent, jaqraw ċarts, grafiki u tabelli ġġenerati mit-

tagħmir li jimmonitorja l-ambejnt, u jevalwaw problemi li jistgħu jinqalgħu.

Jispjegaw kif l-organizzazzjoni tal-faċilità għall-annimali iżżomm stat ta’ saħħa adattat

għall-annimali u l-proċeduri xjentifiċi.

23.7. Jiddeskrivu rutini u kundizzjonijiet ta’ abitazzjoni adattati għal annimali tal-laboratorju

miżmuma għal għanijiet xjentifiċi differenti.

23.8. Jispjegaw kif ir-rutini u l-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni jistgħu jinbidlu f’kundizzjonijiet

speċifiċi.

23.9. Jevalwaw l-użu ta’ ostakli sabiex jiġi kkontrollat l-istat ta’ saħħa tal-annimali.

Jidentifikaw ir-riskji ta’ mard potenzjali fil-faċilità għall-annimali.

23.10. Jiddeskrivu programm ta’ monitoraġġ tas-saħħa adattat għall-annimali fil-kura tagħhom.

23.11. Jiddiskutu għejun potenzjali ta’ mard fil-faċilità għall-annimali.

23.12. Jagħrfu eżempji ta’ parassiti ta’ annimali tal-laboratorju.

Page 66: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

65

23.13. Jiddeskrivu ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xi organiżmi tal-mard komuni f’annimali tal-laboratorju.

Jevalwaw metodi għall-minimizzar tar-riskji minn organiżmi tal-mard potenzjali.

23.14. Jispjegaw metodi għall-minimizzar tar-riskji minn organiżmi tal-mard.

23.15. Japplikaw metodi adattati ta’ kontroll tal-mard f’kundizzjonijiet speċifiċi.

Ifasslu programmi xierqa ta’ tnissil għall-annimali tal-laboratorju f’kundizzjonijiet

speċifiċi.

23.16. Jagħtu sommarju tad-dejta bażika tat-tnissil ta’ annimali komuni tal-laboratorju.

23.17. Jiddeskrivu fid-dettall programmi adattati ta’ tnissil għal speċi msemmija f’kundizzjonijiet

speċifiċi.

23.18. Jagħżlu stokk adattat għat-tnissil fil-futur.

Jevalwaw metodi li jiddeterminaw l-estru, jiċċekkjaw li seħħ it-tgħammir u

jikkonfermaw it-tqala f’firxa ta’ speċi tal-laboratorju.

23.19. Jelenkaw metodi kif jiġi ddeterminat l-estru, kif isir it-tgħammir u kif tiġi kkonfermata t-

tqala fl-annimali tal-laboratorju, u jevalwaw l-effettività tagħhom.

Janalizzaw il-prestazzjoni tat-tnissil

23.20. Janalizzaw il-kards/id-dejta tat-tnissil sabiex jiddeskrivu l-prestazzjoni tat-tnissil ta’ grupp

tat-tnissil.

23.21. Jiddeskrivu kwalunkwe problemi identifikati u jissuġġerixxu azzjonijiet xierqa ta’ rimedju.

Jispjegaw l-użu ta’ annimali alterati ġenetikament u l-problemi assoċjati magħhom [fejn ikun adattat għall-ispeċi kkonċernata]

23.22. Jispjegaw kif annimali alterati ġenetikament jintużaw għal skopijiet ta’ riċerka.

23.23. Jispjegaw il-problemi potenzjali assoċjati mal-użu ta’ annimali alterati ġenetikament.

23.24. Jiddeskrivu metodi għall-produzzjoni ta’ annimali alterati ġenetikament.

Jafu l-proċeduri tat-trasport sikur u legali tal-annimali

23.25. Jidentifikaw is-siltiet l-aktar importanti tal-leġiżlazzjoni li tikkontrolla t-trasport tal-

annimali.

23.26. Jiddeskrivu l-proċeduri, it-tagħmir, ir-responsabbiltajiet leġiżlattivi u l-persuni

responsabbli fit-trasport tal-annimali.

23.27. Jispjegaw kif l-istat ta’ saħħa u l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali jinżammu tul

it-trasport.

Page 67: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

66

Japplikaw bi preċiżjoni l-leġiżlazzjoni li tikkontrolla l-użu tal-annimali tar-riċerka.

23.28. Jagħtu sommarju tal-aspetti ewlenin tal-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-annimali li jintużaw fil-

laboratorju.

23.29. Jiddiskutu kif il-leġiżlazzjoni tikkontrolla l-użu ta’ annimali għal skopijiet xjentifiċi.

Page 68: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

67

Modulu 24: Il-Veterinarju Maħtur

[Modulu Addizzjonali Speċifiku skont il-Kompitu]

Dan il-modulu jipprovdi gwida u informazzjoni bażika għall-veterinarju fil-livell tad-dħul Veterinarju

Maħtur (DV). Kif jgħodd għall-veterinarji kollha, il-DV huma mistennija jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet

tagħhom permezz tal-iżvilupp professjonali kontinwu, u għal-Veterinarju Maħtur, korsijiet speċifiċi

rilevanti għall-qasam ta’ ħidma tagħhom huma disponibbli f’diversi Stati Membri. Opportunitajiet

oħrajn ta’ taħriġ jistgħu jiġu żviluppati kif ikun meħtieġ għall-veterinarji sabiex itemmu l-għarfien

espert tagħhom bħala DV, skont il-programm tal-istabbiliment (eż. involviment fit-

taħriġ/superviżjoni/valutazzjoni; komunikazzjoni fuq il-midja dwar l-użu responsabbli tal-annimali

fix-xjenza; trobbija speċifika għall-ispeċi u kura veterinarja).

Dan il-modulu jiffoka fuq il-prinċipji tal-ġestjoni veterinarja tas-saħħa tal-annimali u tat-trattament

xieraq tal-annimali miżmuma, imnissla u/jew użati għal skopijiet xjentifiċi u jiżgura li l-Veterinarju

Maħtur jifhem ir-rwol tal-veterinarju fl-ambjent tar-riċerka skont l-obbligi professjonali, apparti d-

deskrizzjoni tar-rwol fid-Direttiva.

Jista’ jkun hemm elementi ta’ taħriġ li jistgħu jiġu eżentati abbażi tal-analiżi tan-nuqqasijiet fil-

kuntest edukattiv u l-esperjenza preċedenti tal-individwu.

L-għanijiet ta’ dan il-modulu huma li:

- jkopri l-prinċipji bażiċi ta’ komponenti (aktar milli dwar speċi speċifika) ta’ programm ta’

kura veterinarja speċifikament fir-rigward tal-kura u l-użu tal-annimali fir-riċerka, li huma:

• Il-moviment tal-annimali u l-implikazzjonijiet tiegħu

• Il-kura, is-saħħa u l-ġestjoni tal-annimali

• Il-valutazzjoni tat-trattament xieraq

• L-għarfien u t-taffija tal-uġigħ, tat-tbatija u tal-piena

• Ir-rilevanza tal-għażla ta’ annimali bħala mudelli

• Tfassil ta’ proċeduri u proġetti

• L-implimentazzjoni tat-Tliet Rs

• L-użu ta’ mediċini

• Interventi kirurġiċi u nonkirurġiċi

• L-anestesija u l-analġeżija

• L-ewtanażja

• Is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (żoonożi, allerġiji, eċċ.)

- jikkonsidra l-importanza taż-żjajjar veterinarji ta’ rutina u l-fatturi li jgħinu biex tiġi

ddeterminata l-frekwenza adegwata għaż-żjajjar;

- jiddiskuti l-bilanċ bejn it-trattament tal-annimali u l-ħtieġa li jiġu żgurati riżultati xjentifiċi

validi;

- japprezza kif jidentifka kwistjonijiet etiċi assoċjati mar-riċerka bijomedika;

- jikkonsidra r-rwol tal-veterinarju fl-għoti ta’ pariri dwar l-għażla ta’ annimal bħala mudell u r-

raffinament tal-mudell;

- jiddiskuti r-rwol tal-veterinarju fl-għoti ta’ pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ punti ta’ tmiem

inqas krudili;

- jiddiskuti l-prinċipji tal-ġestjoni tal-komunikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-veterinarju;

- jirrevedi l-opportunitajiet li jiġma’ aktar informazzjoni veterinarja dwar il-mediċina u x-

xjenza tal-annimali użati fil-laboratorju.

Page 69: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

68

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

(i) Leġiżlazzjoni

24.1. Jagħtu sommarju tad-doveri statutorji u r-rekwżiti professjonali tal-Veterinarju Maħtur.

24.2. Iqabblu r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet ta’ dawk li jaħdmu skont id-

Direttiva fi ħdan stabbiliment u jfissru l-kompożizzjoni legali u r-rwol tal-Korp għalt-trattament

xieraq tal-Annimali.

24.3. Jispjegaw ir-rwol tal-veterinarju li jidderieġi l-preskrizzjoni, l-ordni, il-ħżin u t-tqassim u r-

rimi ta’ mediċini għall-annimali miżmuma fi stabbilimenti awtorizzati u użati fi proċeduri.

24.4. Jiddeskrivu r-rwol tal-Veterinarju Maħtur fl-importazzjoni u l-esportazzjoni, u t-trasport ta’

annimali li jintużaw fil-laboratorju.

24.5. Jiġbor fil-qosor il-kontrolli leġiżlattivi dwar il-ħolqien u l-użu ta’ Annimali Ġenetikament

Alterati.

(ii) L-Etika, it-Trattament Xieraq tal-Annimali u t-Tliet Rs

24.6. Jiddefinixxu l-prinċipji tat-Tliet Rs u jipprovdu eżempji ta’ applikazzjoni ta’ kull wieħed

għal stabbiliment li jrabbi/fornitur/utent; b’mod partikulari, jiddiskutu t-taffija tal-uġigħ u l-ħsara

potenzjali dejjiema.

24.7. Jiġġustifikaw l-importanza tas-saħħa tajba u tat-trattament xieraq tal-annimali (fir-rigward

tal-eżiti xjentifiċi u raġunar soċjetali jew morali) u jirrikonoxxu r-relazzjoni bejn is-saħħa u t-

trattament xieraq u l-validità xjentifika.

24.8. Jidentifikaw għejun ta’ informazzjoni relatata mal-etika, mat-trattament xieraq tal-annimali

u informazzjoni veterinarja li tippermetti l-implimentazzjoni tat-Tliet Rs.

24.9. Jispjegaw il-ħtieġa ta’ kultura ta’ kura u r-rwol tal-individwu biex jikkontribwixxi għaliha.

24.10. Jispjegaw kif il-Veterinarju Maħtur jista’ jikkontribwixxi għat-tixrid tal-informazzjoni li

tippromwovi l-fehim dwar kwistjonijiet etiċi, it-trattament xieraq tal-annimali, xjenza tajba u l-

applikazzjoni tat-Tliet Rs.

24.11. Jidentifikaw il-kriterji użati fit-twettiq ta’ analiżi li tqabbel il-ħsara mal-benefiċċji, u jkunu

kapaċi japplikawhom.

24.12. Jidentifikaw ir-rwol tal-Veterinarju Maħtur fl-għoti ta’ pariri dwar l-għażla ta’ annimal

bħala mudell u r-raffinament tal-mudell;

(iii) Il-Kura, is-Saħħa u l-Ġestjoni tal-Annimali

24.13. Isemmu l-għanijiet taż-żjara ta’ rutina f’dar għall-annimali u kif jittrattaw mal-kwistjonijiet

li jinqalgħu.

24.14. Jiġbru fil-qosor il-preparazzjoni meħtieġa għal żjajjar ta’ rutina.

Page 70: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

69

24.15. Jifformulaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-reġistri u r-rapporti tas-saħħa lill-

persunal tal-kura tal-annimali u oħrajn.

24.16. Jagħtu sommarju tal-prinċipji tas-superviżjoni, tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni tal-mard fl-

annimali tal-laboratorju u l-prinċipji ta’ skemi ta’ monitoraġġ tas-saħħa, inkluża informazzjoni

dwar mikroorganiżmi rilevanti li jinfettaw l-annimali tal-laboratorju, bħalma hija l-

klassifikazzjoni tagħhom, l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-riċerka u s-saħħa tal-annimali, il-

potenzjal żoonotiku tagħhom, il-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-qerda tagħhom, kif

ukoll id-dehra klinika, l-etjoloġija u l-patoloġija ta’ mard komuni tal-annimali tal-laboratorju.

24.17. Jiġbru fil-qosor ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tas-saħħa, eż. il-linji gwida tal-FELASA.

24.18. Jiġbru fil-qosor l-istrateġiji adattati ta’ ġestjoni u kontroll għall-bijosigurtà u t-tfaqqigħa ta’

xi marda fl-annimali tal-laboratorju.

24.19. Jiddeskrivu b’ħarsa ġenerali l-prinċipji tat-trobbija tal-annimali tal-laboratorju, waqt li

jiġbru fil-qosor il-prinċipji ewlenin tat-tfassil u tal-binja tal-gaġġa/maqjel u l-vantaġġi u l-

iżvantaġġi tat-tipi differenti ta’ sistema ta’ gaġeġ.

24.20. Jispjegaw il-prinċipji marbutin mal-għażla ta’ kundizzjonijiet ambjentali xierqa u t-tipi ta’

arrikkiment ambjentali użati għall-annimali tal-laboratorju.

24.21. Jiddeskrivu l-metodi differenti li bihom l-annimali rilevanti jitħallew jinqatlu, l-influwenza

li l-metodi differenti jista’ jkollhom fuq l-eżiti xjentifiċi u kif għandu jingħażel l-iktar metodu

adattat.

24.22. Jiġbru fil-qosor il-prinċipji tal-iġjene/diżinfettar/sterilizzazzjoni li japplikaw għall-faċilità

għall-annimali tal-laboratorju, inklużi l-parametri li jinfluwenzaw il-kwalità tal-ilma, kif tiġi

ċċekkjata l-kwalità tal-ilma u kif jiġu interpretati r-riżultati.

24.23. Juru li huma konxji tal-perikli ewlenin li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom f’faċilità għall-

annimali tal-laboratorju u r-rwol tal-Veterinarju Maħtur fl-imminimizzar tar-riskji.

24.24. Jiddeskrivu l-karatteristiċi u l-aspetti bijoloġiċi ewlenin ta’ speċi rilevanti u jagħrfu fatturi

li jistgħu jaffettwaw il-kura jew l-użu tagħhom bħala annimali tal-laboratorju.

24.25. Jiddiskutu l-ħolqien u l-użu ta’ annimali ġenetikament alterati fir-riċerka, inklużi tipi

komuni ta’ annimali Ġenetikament Alterati, użijiet fir-riċerka u modi differenti kif jinħalqu u jiġu

evalwati annimali Ġenetikament Alterati, kif ukoll kif dawn jingħażlu skont linji gwida

internazzjonali għan-nomenklatura.

(iv) L-anestesija, l-analġeżija, il-kirurġija

24.26. Juru għarfien adegwat tal-ġestjoni tal-anestesija, l-analġesija u l-kirurġija fil-kuntest tal-

annimali użati għal skopijiet xjentifiċi.

24.27. Isemmu l-fatturi li jinfluwenzaw l-għażla tal-protokolli anestetiċi f’sitwazzjonijiet

differenti.

24.28. Jiddeskrivu l-kwistjonijiet speċifiċi li jitqajmu bil-kirurġija sperimentali u jidentifikaw ir-

rwol tal-Veterinarju Maħtur f’rabta mal-kirurġija sperimentali.

Page 71: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

70

(v) Il-prinċipji tal-komunikazzjonijiet veterinarji

24.29. Jiddefinixxu strateġiji għall-komunikazzjoni effettiva u jispjegaw kif dawn jippromwovu t-

trattament xieraq tal-annimali u xjenza tajba.

24.30. Jirrevedu l-opportunitajiet li tinġema’ aktar informazzjoni veterinarja dwar il-mediċina u x-

xjenza tal-annimali użati fil-laboratorju.

Page 72: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

71

Modulu 25: L-Evalwatur tal-Proġetti

[Modulu Addizzjonali Speċifiku skont il-Kompitu]

Dan il-modulu jipprovdi gwida u informazzjoni li tippermetti lill-individwi involuti fl-evalwazzjoni

tal-proġetti li jifhmu l-kuntest, il-prinċipji u l-kriterji tal-evalwazzjoni ta’ proġett u jiżviluppaw

approċċ konsistenti ta’ evalwazzjoni ta’ proġetti u jifformulaw opinjonijiet infurmati tajjeb, imparzjali

u ġustifikati.

Dan il-modulu għandu jagħmlu kull min iwettaq l-evalwazzjoni ta’ proġetti, irrispettivament mill-

esperjenza individwali tiegħu u mill-għarfien (eż. xjenza, tekniki, mediċina veterinarja, etika, it-Tliet

Rs, it-trattament xieraq tal-annimali, persuni li ma jifhmux f’dan il-qasam). Jiffoka fuq ħtiġijiet

komuni ta’ taħriġ għal dawk kollha involuti fl-evalwazzjoni ta’ proġetti. Dawn jinkludu, b’mod

partikulari, taħriġ f’kif l-għanijiet tal-proġett, l-applikazzjoni tat-Tliet Rs u l-valutazzjoni tal-

klassifikazzjoni tas-severità għandhom ikunu evalwati, u kif l-analiżi tal-ħsara mqabbla mal-benefiċċji

għandha titwettaq. Jinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti għall-analiżi retrospettiva ta’

proġetti u kif jiġu ttrattati l-emendi.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

(i) Jifhmu l-leġiżlazzjoni tal-UE u Nazzjonali u b’mod partikolari l-obbligi tal-EP u l-

prinċipji għall-EP, kif ukoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, il-jeddijiet u d-doveri

tagħhom, partikolarment fejn jikkonċerna l-kunflitt ta’ interess.

25.1. Jiddeskrivu r-rekwiżiti legali li fuqhom jissejjes il-proċess tal-EP u jiddiskutu d-distinzjoni

bejn l-evalwazzjoni ta’ proġett u l-awtorizzazzjoni tiegħu.

25.2. Jiddeskrivu l-firxa ta’ għarfien espert meħtieġ u kwistjonijiet ta’ imparzjalità,

kunfidenzjalità u kunflitt(i) ta’ interess.

25.3. Japprezzaw l-importanza ta’ proċess trasparenti ta’ evalwazzjoni ta’ proġett.

25.4. Jelenkaw l-iskopijiet differenti tal-proċeduri (kif imniżżlin fl-Artikolu 5) u jispjegawhom

b’xi eżempji.

(ii) Kwistjonijiet ta’ etika u ta’ trattament xieraq

25.5. Janalizzaw il-kwistjonijiet ta’ etika u ta’ trattament xieraq relatati mal-użu tal-annimali fil-

proċeduri xjentifiċi, u japprezzaw bil-qawwa l-importanza tal-implimentazzjoni tat-Tliet Rs fir-

riċerka xjentifika kollha.

(iii) L-analiżi tal-ħsarat u l-benefiċċji

25.6. Jiddiskutu kif jingħata kontribut għall-analiżi tal-ħsarat imqabblin mal-benefiċċji ta’ proġett,

inkluż il-fehim tal-proċess u s-sinifikat tal-eżitu ta’ analiżi tal-ħsarat u l-benefiċċji.

25.7. Jiddefinixxu t-Tliet Rs u jagħtu eżempju realistiku u rilevanti ta’ kull waħda mit-Tliet Rs li

jkopri oqsma xjentifiċi tal-użu tal-annimali inkluż l-ittestjar regolatorju.

25.8. Jelenkaw il-kriterji li għandhom jitqiesu meta tiġi identifikata ħsara potenzjali lill-annimali.

25.9. Jidentifikaw għejun potenzjali ta’ uġigħ, tbatija, piena u ħsara dejjiema.

25.10. Jiddeskrivu metodi li jipprevjenu jew itaffu t-tbatija.

Page 73: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

72

25.11. Jispjegaw il-klassifikazzjoni tas-severità u jkunu kapaċi jikklassifikaw proċeduri b’mod

konsistenti (bl-użu ta’ każistika), waqt li jqisu konsiderazzjonijiet speċifiċi f’każi ta’ annimali li

huma kompromessi fiżjoloġikament, bħalma huma l-annimali ġenetikament modifikati, fejn ikun

rilevanti.

25.12. Jiddeskrivu l-kunċetti ta’ tbatija diretta u kontinġenti.

25.13. Jiddeskrivu l-fatturi li għandhom jiġu kkonsidrati fil-valutazzjoni tat-tbatija kumulattiva.

25.14. Jinterpretaw il-benefiċċji proposti/mistennija tal-proġett. Jispjegaw u jiddiskutu l-

informazzjoni essenzjali meħtieġa fl-applikazzjoni tal-proġett sabiex tkun tista’ tiġi kkonsidrata r-

rilevanza tax-xogħol propost f’rabta mal-għarfien kurrenti u/jew mas-suġġett (jew ir-rekwiżiti

legali) li għandu jiġi indirizzat.

25.15. Valutazzjoni tal-probabbiltà tas-suċċess. Jelenkaw il-kriterji li għandhom jitqiesu meta tiġi

vvalutata l-probabbiltà tas-suċċess ta’ proġett.

(iv) Għejun ta’ Informazzjoni

25.16. Jiddeskrivu għejun ta’ informazzjoni relatati mad-disponibbiltà u r-rilevanza ta’ metodi

oħra (li ma jużawx annimali), eż. metodi ta’ sostituzzjoni, dejta miksuba minn studji kliniċi.

25.17. Jiddeskrivu l-benefiċċji ta’ “lista ta’ verifika tal-evalwazzjoni ta’ proġett”.

(v) Metodi ta’ valutazzjoni tal-ħsarat u l-benefiċċji

25.18. Jagħrfu s-sistemi varji disponibbli li jgħinu fil-proċess tal-evalwazzjoni ta’ proġett u kif

dawn jistgħu jiġu applikati fil-prattika.

25.19. Iqabblu u jiddiskutu approċċi u għodod differenti sabiex jiżnu u janalizzaw b’mod

komparattiv il-ħsarat u l-benefiċċji ta’ proġett.

(vi) L-eżiti tal-evalwazzjoni ta’ proġett

25.20. Jiddeskrivu l-bażi legali li minħabba fiha l-evalwazzjoni ta’ proġett jeħtieġ li tifformula

deċiżjoni infurmata tajjeb, valida u f’waqtha fuq proġett u l-ħtieġa li jiġu ġġustifikati kwalunkwe

rakkomandazzjonijiet addizzjonali.

25.21. Jiddeskrivu l-prinċipji u l-approċċi li jiżguraw il-konsistenza fil-ġudizzju u fl-eżitu tal-

evalwazzjoni, li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità u l-kompetenza, u li jiżguraw l-imparzjalità għal

kull proġett evalwat.

25.22. Jelenkaw l-argumenti biex tintlaħaq deċiżjoni u liema għandhom jiġu ddokumentati fid-

deċiżjoni.

(vii) Il-valutazzjoni retrospettiva

25.23. Jiddeskrivu r-rekwiżiti legali għall-valutazzjoni retrospettiva (VR) ta’ proġetti (ir-rekwiżiti

u l-prinċipji għall-identifikazzjoni ta’ proġetti soġġetti għal VR) u fatturi oħrajn li jaffettwaw l-

għażla ta’ proġetti għal VR.

25.24. Jiddeskrivu l-proċess ta’ VR.

25.25. Jiddiskutu eżiti possibbli ta’ VR u kif dawn jistgħu jaffettwaw prattiċi futuri.

Page 74: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

73

Modulu lokali 50: Introduzzjoni għall-ambjent (stabbiliment) lokali għal persuni li jassumu

rwoli speċifiċi skont id-Direttiva (eż. skont l-Artikoli 24, 25 u 38)

[Modulu Addizzjonali ieħor]

Dan il-Modulu jipprovdi l-fehim neċessarju dwar l-istruttura lokali, ir-rwoli ewlenin u l-kompiti

relatati tagħhom, kif ukoll l-apprezzament dwar kif dawn jikkontribwixxu għalt-trattament xieraq tal-

annimali, ix-xjenza tajba, l-implimentazzjoni tat-Tliet R, u l-istabbiliment ta’ kultura ta’ kura.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

50.1. Jiddiskutu kif l-ambitu ta’ applikazzjoni u l-ispirtu tad-Direttiva 2010/63/UE u leġiżlazzjoni

u linji gwida oħra huma relatati mal-kura u l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi fl-

istabbiliment tiegħek.

50.2. Jiddeskrivu l-organigramma lokali u r-rwoli tiegħek fiha.

50.3. Jiddistingwu r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet ta’ dawk li jaħdmu skont id-

Direttiva fi ħdan l-istabbiliment, jiġifieri dawk imniżżla skont l-Artikoli 20, 24, 25 u 40.

50.4. Isemmu l-kompiti tal-Korp għalt-trattament xieraq tal-Annimali u ddeskrivi r-rwol tiegħek

biex tikkontribwixxi għal dawn il-kompiti.

50.5. Analizza modi li bihom ir-rwol tiegħek jista’ jikkontribwixxi b’risq il-promozzjoni u l-

implimentazzjoni u t-tixrid tat-Tliet Rs fl-istabbiliment tiegħek.

50.6. Iddiskuti l-importanza tal-approċċ proattiv u tal-mekkaniżmi tal-komunikazzjoni bħala

għodda li tippromwovi t-Tliet Rs u l-kultura ta’ kura.

Page 75: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

74

Modulu 51: L-għoti u l-irkupru tal-informazzjoni

[Modulu Addizzjonali ieħor]

Dan il-Modulu jipprovdi introduzzjoni għall-irkupru, it-trattament u t-tixrid tal-informazzjoni, u l-

importanza tagħhom fil-kuntest tal-implimentazzjoni tat-Tliet Rs.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

Eżitu tat-Taħrig 2.13. Jiddeskrivu għejun rilevanti ta’ informazzjoni relatata mal-leġiżlazzjoni,

mal-etika, mat-trattament xieraq tal-annimali u mal-implimentazzjoni tat-Tliet Rs.

51.1. Ikun jafu/jispjegaw [aġġusta l-verb miżurabbli skont il-livell] kif jintużaw għodod tat-tiftix

differenti (eż. EURL ECVAM Search Guide, Go3Rs) u metodi ta’ tiftix differenti (eż.

51.2. Jispjegaw l-importanza tat-tixrid tar-riżultati tal-istudju irrispettivament mill-eżitu u

jiddeskrivu l-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu rrappurtati meta jintużaw annimali ħajjin fir-

riċerka eż. il-linji gwida ARRIVE.

Page 76: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

75

Parti 4: L-Eżiti tat-Tagħlim, il-Verbi li jistgħu jitkejlu u l-Ħsieb Kritiku).

Ko

mp

ete

nza

Livell dejjem jiżdied ta’ Ħiliet tal-“Ħsieb Kritiku”

Għarfien Fehim Applikazzjoni Analiżi Sinteżi Evalwazzjon

i

Ve

rbi l

i jit

kejl

u /

Bid

u t

al-m

isto

qsi

jie

t

elenka,

Iddefinixxi,

għid,

iddeskrivi,

identifika, uri,

immarka,

iġma’,

eżamina,

qassam,

ikkwota,

semmi,

min, meta,

fejn, eċċ.

qassar, iddeskrivi,

interpreta,

ikkuntrasta,

bassar, assoċja,

iddistingwi, agħti

stima, iddifferixxi,

iddiskuti,

estendi

applika,

ipprova,

ikkalkula,

illustra, uri,

solvi, eżamina,

immodifika,

Irrelata,

ibdel,

ikklassifika,

esperimenta,

skopri

analizza,

issepara,

qiegħed fl-

ordni, spjega,

orbot,

ikklassifika,

qiegħed fl-

ordni, iddividi,

qabbel,

agħżel, spjega,

inferixxi

ikkombina,

integra,

immodifika

, qiegħed

f’ordni

ġdid,

issostitwix

xi, ippjana,

oħloq,

fassal,

ivvinta, li

kieku?,

ikkomponi,

ifformula,

ħejji,

iġġeneraliz

za

ikteb mill-

ġdid

Ivvaluta,

iddeċiedi,

ikklassifika,

agħti l-grad,

ittestja,

kejjel,

irrakkomand

a, ikkonvinċi,

agħżel,

iġġudika,

fisser,

iddiskrimina,

issapportja,

ikkonkludi,

qabbel,

qassar

Ħili

et m

uri

ja

osservazzjoni u

ftakir ta’

informazzjoni

għarfien ta’

dati,

avvenimenti u

postijiet

għarfien ta’

ideat ewlenin

ħakma tal-

materjal tas-

suġġett

fehim tal-

informazzjoni

qbid tat-tifsira

traduzzjoni tal-

għarfien f’kuntest

ġdid

interpretazzjoni tal-

fatti, tqabbil,

kuntrast

tqegħid fl-ordni,

ġbir fi gruppi,

inferenza ta’ kawżi

tbassir ta’

konsegwenzi

użu ta’

informazzjoni

użu ta’ metodi,

kunċetti, teoriji

f’sitwazzjonijiet

ġodda

soluzzjoni ta’

problemi bl-użu

tal-ħiliet jew l-

għarfien rikjest

għarfien ta’

mudelli

organizzazzjoni

ta’ partijiet

għarfien ta’

tifsiriet moħbija

identifikazzjoni

ta’ komponenti

użu ta’ ideat

qodma biex

jinħolqu

oħrajn

ġodda

ġeneralizzaz

zjoni mill-

fatti

mogħtija

irbit ta’

għarfien

minn bosta

oqsma

tbassir, ġbid

ta’

konklużjoni

tqabbil u

diskriminazzjo

ni bejn ideat

valutazzjoni

tal-valur ta’

teoriji,

preżentazzjonij

iet

għażliet

ibbażati fuq

argumenti

rraġunati

verifikazzjoni

tal-valur tal-

evidenza

għarfien tas-

suġġettività

Page 77: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

76

Iddisinjata mill-ġdid minn www.coun.uvic.ca/learning/exams/blooms-taxonomy.html

Bloom, B. S (Ed.) (1956) Taxonomy of educational objectives: the classification of

educational goals; Handbook I:The Cognitive Domain New York, Toronto: Longmans,

Green,

Anderson, L.W & Krathwohl, D.R. (Eds) (2001) Taxonomy for Learning, Teaching and

Assessing: A Revision of Bloom's Taxonomy of Educational Objectives New York: Addison-

Wesley. London: Longman

Applikazzjoni utli tat-tassonomija riveduta għall-kitba ta’ għanijiet ta’ istruzzjoni tinsab fi:

http://oregonstate.edu/instruct/coursedev/models/id/taxonomy/#table

Għad-definizzjoni tal-Eżiti tat-Tagħlim mixtieqa, jista’ jkun utli li taħseb f’termini ta’ "verbi

li jitkejlu" li jindikaw b’mod espliċitu x’għandu jagħmel l-istudent sabiex juri li tgħallem.

Benjamin Bloom (1956) ħoloq tassonomija ta’ verbi miżurabbli li jgħinu fid-deskrizzjoni u l-

klassifikazzjoni ta’ għarfien, ħiliet, attitudnijiet, imġibiet u abbiltajiet li jistgħu jiġu osservati.

It-tabella ta’ hawn fuq tipprovdi ġerarkija ta’ verbi fid-dominju konjittiv (u l-firxa ta’ ħiliet

murija) li jiddeskrivu livell ta’ ħsieb skont ordni dejjem jiżdied fil-kumplessità. Din il-

ġerarkija hija bbażata fuq il-premessa li hemm livelli li jistgħu jiġu osservati (u għalhekk

ivvalutati) ta’ azzjonijiet li jindikaw il-proċessi konjittivi li jkunu qegħdin iseħħu fil-moħħ.

Kif issemma fil-bidu ta’ dan id-dokument, l-Eżiti tat-Tagħlim hawnhekk huma fil-biċċa l-

kbira miktuba fil-livell sempliċi tal-"għarfien" u l-"fehim". Imma b’konformità mat-tagħlim

modern, l-organizzaturi tal-korsijiet huma mħeġġa jmorru lil hinn minn dawn il-livelli kull

fejn ikun possibbli, u jippromwovu t-tagħlim fil-fond / il-ħsieb kritiku iktar milli

sempliċiment il-ftakir ta’ fatti jew l-imitazzjoni ta’ azzjonijiet. Hawn taħt hawn xi eżempji li

jqiegħdu dan fil-kuntest tal-moduli, mill-Modulu Etiku sal-modulu b’orjentazzjoni iktar

prattika dwar il-Kirurġija.

Modulu tal-Etika

Ikunu kapaċi:

(Għarfien)

Jidentifikaw kwistjonijiet ta’ etika u ta’ trattament xieraq tal-annimali fix-xogħol

propost tagħhom stess

(Ħsieb Kritiku)

Jikklassifikaw kwistjonijiet ta’ etika u ta’ trattament xieraq tal-annimali fix-xogħol

propost tagħhom stess

Għażliet ta’ valutazzjoni: pereżempju: wara li jelenkaw il-kwistjonijiet ewlenin magħrufa ta’

trattament xieraq tal-annimali, id-delegati jintalbu jagħtu marka lil kull kwistjoni skont l-

importanza fix-xogħol propost tagħhom stess. Għal żvilupp ulterjuri, id-delegati jistgħu

Page 78: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

77

jistmaw l-impatt li dawn il-kwistjonijiet jista’ jkollhom fuq l-eżiti fix-xogħol propost

tagħhom - impatt fuq soċjetà usa’?

Il-Modulu tal-Kirurġija, bħala eżempju ta’ xi ħaġa ħafna iktar prattika:

Ikunu kapaċi:

(Għarfien)

Jiddeskrivu l-karatteristiċi ta’ strumenti, materjali għall-ħjata tal-ponti u labar

differenti u li jintużaw b’mod komuni.

(Ħsieb Kritiku)

Jagħżlu strumenti, materjali għall-ħjata tal-ponti u labar adattati għal proċeduri li

jintużaw b’mod komuni

Għażliet ta’ valutazzjoni: immaġnijiet fuq karta ta’ eżami (liema tuża/f’liema kuntest eċċ.)

jew xenarji/problemi ta’ kliem immaġinarji (ipprovdi l-ispeċi u l-proċedura kirurġika—kieku

liema strumenti jagħżlu u għala?)

(Għarfien)

Indika l-karatteristiċi ta’ għamliet differenti ta’ ponti u l-applikabbiltà tagħhom

għal sitwazzjonijiet differenti

(Ħsieb Kritiku)

Ivvaluta l-karatteristiċi ta’ għamliet differenti ta’ ponti u evalwa l-applikabbiltà

tagħhom għal sitwazzjonijiet differenti.

[jiġifieri iktar milli sempliċiment titlob lista, din il-mistoqsija titlob li jittieħed ġudizzju

u jiġi ġġustifikat.]

Għażliet ta’ valutazzjoni: identifika għamliet differenti ta’ ponti, għid liema huma l-vantaġġi

u l-iżvantaġġi ta’ kull għamla. Agħti xenarju u għażla ta’ pont, staqsi d-delegati sabiex

jevalwaw id-deċiżjoni

(Għarfien)

Iddeskrivi kumplikazzjonijiet postkirurġiċi komuni u l-kawżi tagħhom.

(Ħsieb Kritiku)

Interpreta kumplikazzjonijiet postkirurġiċi u kkonkludi l-kawżi tagħhom.

Għażliet ta’ valutazzjoni: Agħti lid-delegati lista ta’ patoloġiji, sabiex ikunu jistgħu

jidentifikaw dawk ikkawżati minn kumplikazzjonijiet postkirurġiċi komuni u d-delegati jridu

jiġbdu konklużjoni x’kienet il-kawża.

(Għarfien)

Uri kif jinħiet pont b’mod korrett.

Page 79: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

78

(Ħsieb Kritiku)

Ivvaluta kif jinħiet pont b’mod korrett.

[jiġifieri aktar milli sempliċiment “timita” din tiffoka fuq il-fehim ikbar tal-

fatturi li huma/mhumiex importanti fit-teknika tal-ħjata tal-ponti]

Għażliet ta’ valutazzjoni: qabbad id-delegati jaħdmu f’pari waqt sessjoni prattika- qabbad lil

kull wieħed jagħti reazzjoni dwar is-saħħiet u d-dgħjufijiet tat-teknika tal-ħjata tal-ponti tal-

ieħor (reazzjoni mill-pari). Qabbad id-delegati jqabblu l-ponti tagħhom ma’ tat-tutur —ikejlu

jew jagħtu marka lit-teknika tagħhom f’paragun mal-mudell.

Page 80: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

79

Appendiċi II

Eżempji li jispjegaw il-kriterji ta’ valutazzjoni tal-Eżiti tat-Tagħlim

1. Introduzzjoni

Dan id-dokument/it-taqsima tippreżenta gwida għall-iżvilupp ta’ kriterji ta’ valutazzjoni;

standards rikonoxxuti ta’ ġudizzju, prinċipji għall-valutazzjoni u l-mezzi li bihom l-

akkreditur/fornitur/assessur ta’ kors se jiddetermina jekk student kisibx u laħaqx l-għarfien

u/jew il-ħiliet rikjesti sabiex jikseb standard ta’ prestazzjoni aċċettabbli fl-eżiti tat-tagħlim

stipulati fil-moduli tat-taħriġ.

Din il-gwida mhix maħsuba biex tkun preskrittiva. Il-valutazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim taf tkun

diġà rregolata b’mezzi oħrajn fl-istati membri individwali, pereżempju jekk il-moduli huma

parti minn strutturi edukattivi diġà eżistenti, jew integrati fihom, bħall-università jew skejjel

vokazzjonali. Madankollu, il-gwida għandha tgħin lill-fornituri tal-moduli u lill-assessuri

ġodda, partikolarment f’sitwazzjonijiet fejn ma jeżistu ebda programmi preċedenti ta’ taħriġ u

valutazzjoni. L-adozzjoni usa’ ta’ dawn il-prinċipji gwida għandha tikkontribwixxi wkoll

għall-iżvilupp ta’ rikonoxximent reċiproku bejn l-istati membri.

Il-kriterji, u l-metodi kif jiġi vvalutat l-istandard tal-prestazzjoni (eż. permezz ta’ eżami bil-

miktub, xogħol ta’ diskussjoni jew osservazzjoni), se jiddependu fuq in-natura tal-eżitu tat-

tagħlim partikulari. Għall-bidu, huwa importanti li jkunu definiti l-istandards ta’ min

jgħaddi/jeħel minn eżitutat-tagħlim partikulari.

Jekk l-eżiti tat-tagħlim individwali jiġu ripetuti f’moduli f’livelli differenti (perżempju fil-

livell 1 u 2 ta’ “l-etika, it-trattament xieraq tal-annimali u t-Tliet Rs”) għandha tkun

mistennija profiċjenza ikbar, bejn iż-żewġ livelli. Dan huwa rifless fil-kliem użat fil-kriterji

ta’ valutazzjoni (ara l-Anness: L-Eżiti tat-Tagħlim, il-Verbi li jistgħu jitkejlu u l-Ħsieb

Kritiku). Fil-livell bażiku l-istudenti għandhom, pereżempju, ikunu kapaċi ‘jelenkaw’ jew

‘jiddeskrivu’ l-fatti li jkunu ġew mgħallma. Fil-livell 2, li huwa ogħla, għandhom ikunu

kapaċi ‘jiddiskutu’ u ‘jevalwaw’ il-kwistjonijiet (juru tagħlim aktar fil-fond/ħsieb kritiku). Il-

kriterji ta’ valutazzjoni għandhom ikunu oġġettivi kemm jista’ jkun u konsistenti bejn il-

fornituri tal-korsijiet u l-akkredituri u, idealment, bejn l-istati membri.

1.1 Eżempji ta’ Kriterji ta’ Valutazzjoni

Jeħtieġ li jkunu żviluppati kriterji ta’ valutazzjoni għall-eżiti tat-tagħlim kollha proposti u fit-

tabelli ta’ hawn taħt jingħataw xi eżempji biex iservu ta’ punt tat-tluq. Il-kriterji għandhom

jirriflettu b’eżattezza l-istandard tal-prestazzjoni rikjesta; għandhom ikunu oġġettivi kemm

jista’ jkun, mingħajr ambigwità, jagħtu riżultati affidabbli u jkunu ħfief biex jintużaw.

Il-kriterji għall-eżiti tat-tagħlim ibbażati fuq l-għarfien iridu jiġu żviluppati. Għal ħafna mill-

moduli tat-taħriġ, dan jammonta għal valutazzjoni ta’ jekk l-istudenti żammux l-

informazzjoni li ġew ‘mgħallmin’ u jekk humiex kapaċi jtennuha b’mod ċar, pereżempju fir-

rigward ta’ aspetti tal-leġiżlazzjoni (ara t-tabella 1, l-ewwel punt). Madankollu, xi eżiti tat-

Page 81: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

80

tagħlim ibbażati fuq l-għarfien jirrikjedu livell ikbar ta’ fehim dwar il-kwistjonijiet u

kapaċità li jirrelataw l-għarfien mar-rwol jew mar-responsabbiltajiet individwali tal-

istudent u l-kriterji tal-valutazzjoni jridu jkunu jirriflettu dan (ara t-tabella 1, it-tieni punt).

L-iżvilupp ta’ kriterji ta’ valutazzjoni u metodi ta’ valutazzjoni għall-eżiti tat-tagħlim li

jkopru kwistjonijiet li jirrikjedu “fehim u ħsieb aktar profondi” jista’ jkun jeħtieġ aktar

konsiderazzjoni, b’mod partikulari fejn, bħal fil-każ tal-moduli tal-etika 2 u 12, il-moduli

jkopru suġġetti simili imma f’żewġ livelli, “bażiku” u “ogħla”. Il-kriterji tal-valutazzjoni

jridu jkunu jirriflettu l-livelli differenti. Jingħata eżempju fit-tabella 2.

Huwa importanti li jiġi nnotat li spiss għandu jkun possibbli li jiġu żviluppati kriterji ta’

valutazzjoni għal grupp ta’ eżititat-tagħlim, b’mod partikulari fejn għadd ta’ eżititat-tagħlim

jistgħu jingħaqdu f’sekwenza relatata. Dan l-approċċ huwa aktar ta’ min jippreferih milli

jkun hemm kriterji ta’ valutazzjoni separati għal kull wieħed mill-eżiti tat-tagħlim u jista’

jkun applikat għal eżiti tat-tagħlim kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi. (Ara pereżempju t-

tabella 3).

Għall-ħiliet prattiċi, l-eħfef approċċ għall-iżvilupp ta’ kriterji oġġettivi ta’ valutazzjoni huwa

li taqsam proċedura jew teknika speċifika fil-komponenti individwali tagħha li jkopru,

pereżempju, kemm l-elementi teoretiċi kif ukoll prattiċi (eż. trattament, trażżin, asepsi, kura

ta’ qabel u wara l-operazzjoni, ewtanażja, eżiti sperimentali u kwalità tad-dejta) li kull

wieħed minnhom imbagħad jista’ jiġi vvalutat.

1.2 Kriterji ta’ min Jgħaddi/Jeħel

Ma ġew issuġġeriti ebda kriterji definiti ta’ min jgħaddi/jeħel billi dawn ikunu jiddependu fuq

kif jingħata l-kors, il-kontenut speċifiku u, f’xi każi, fuq rekwiżiti/limiti preeżistenti (eż. mill-

università, nazzjonali). Madankollu, fil-każi kollha, min iħarreġ jeħtieġ li jkun stabbilixxa l-

istandard ta’ prestazzjoni rikjest u t-trainees jeħtieġ li jifhmu din il-ħaġa.

Ħafna programmi edukattivi iqisu li l-eżitu tal-istudju jkun suffiċjenti jekk l-istudent jilħaq

il-limitu aċċettabbli ta’ 50% jew inkella jkun wera livell aċċettabbli ta’ fehim. Madankollu,

f’oqsma li jirrikjedu livell għoli ta’ għarfien fattwali (pereżempju l-leġiżlazzjoni) u fejn in-

nuqqas jista’ sussegwentement iwassal għal problemi fit-trattament xieraq tal-annimali, (eż.

nuqqas li jingħarfu l-effetti negattivi jew li tinżamm anestesija suffiċjenti waqt il-kirurġija),

huwa rrakkomandat limitu aċċettabbli ogħla (pereżempju minn 70 sa 75%).

1.3 Ir-responsabbiltà għall-valutazzjoni tat-trainees

Huwa importanti li jkun ċar min hu responsabbli li “jiffirma” li t-trainee ikun laħaq standard

aċċettabbli fit-taħriġ tiegħu, u li l-assessur ikollu għarfien u awtorità suffiċjenti biex jgħaddi

jew iwaħħal l-istudenti. Fir-rigward tal-ħiliet prattiċi, huwa essenzjali li xi ħadd jingħata r-

responsabbiltà aħħarija li josserva individwu fit-twettiq ta’ proċedura/kompitu tat-trobbija u

jivverifika li qiegħed isir b’mod kompetenti.

Dawk kollha kkonċernati jridu jifhmu li l-assessuri se jiffirmaw li persuna hija mħarrġa u

kompetenti biss jekk ikunu fiduċjużi li l-istandards mitluba ntlaħqu.

Page 82: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

81

Eżempji ta’ kriterji ta’ valutazzjoni għal eżititat-tagħlim ibbażati fuq l-għarfien ġew

ipprovduti fit-tabelli li ġejjin:

Tabella 1: Kriterji ta’ valutazzjoni għal eżitu tat-tagħlim ibbażat fuq l-għarfien

Modulu 1: Leġiżlazzjoni

Tabella 2: Kriterji ta’ valutazzjoni għal eżitu tat-tagħlim dwar l-etika

Modulu 2 u Modulu 9: L-Etika, it-Trattament Xieraq tal-Annimali u t-

Tliet Rs

Tabelli 3-4: Kriterji ta’ valutazzjoni għal eżiti bbażati fuq l-għarfien dwar l-anestesija

Modulu 20: L-anestesija għal proċeduri minuri

Modulu 21: L-anestesija għal proċeduri kirurġiċi jew fit-tul

Page 83: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

82

EŻEMPJI TA’ KRITERJI TA’ VALUTAZZJONI TA’ EŻITI TAT-TAGĦLIM

Tabella 1: Kriterji ta’ valutazzjoni għal eżitu tat-tagħlim ibbażat fuq l-għarfien

Il-valutazzjoni se tittestja: il-fehim bażiku ta' 2010/63/UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li

tirriżulta relatata mar-riċerka tal-annimali

Modulu 1: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

Spjega r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-kumitati nazzjonali u tal-korpi lokali għalt-trattament xieraq tal-annimali

Il-kandidati għandhom ikunu żammew l-informazzjoni li ġew mgħallma u jkunu kapaċi:

jelenkaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-korplokali għalt-trattament xieraq tal-annimali (fil-livell ta’dettall kif jinsab fl-artikolu 27 tad-Direttiva).

juru fehim dwar dawn ir-rwoli u r-responsabbiltajiet billijiddikjaraw b’mod korrett kif l-istudenti jemmnu li l-korpgħalt-trattament xieraq tal-annimali jaffettwa r-rwoli, ir-responsabbilitajiet u l-attivitajiet ta’ kuljum tagħhomstess.

jelenkaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-kumitat nazzjonali tal-pajjiż (eż. fil-livell ta’ dettall kifjinsab fl-artikolu 49 tad-Direttiva)

Page 84: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

83

Tabella 2: Kriterji ta’ valutazzjoni għal eżiti tat-tagħlim dwar l-etika

Il-valutazzjoni se tittestja: il-fehim bażiku dwar kwistjonijiet wara r-riċerka tal-annimali. L-

istudenti jkunu fehmu kunċetti relatati mal-esperimentazzjoni u l-benessri tal-annimali.

Modulu 2: L-etika, it-trattament xieraq tal-Annimali u t-Tliet Rijiet (livell 1)

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

Spjega li l-liġi hija bbażata

fuq qafas li jirrikjedi t-tqabbil

tal-ħsarat u l-benefiċċji ta’

proġetti, l-applikazzjoni tat-

Tliet Rs sabiex jiġu

minimizzati l-ħsarat u

massimizzati l-benefiċċji, u l-

promozzjoni tat-trattament

xieraq tal-annimali.

Il-kandidati għandhom ikunu żammew l-informazzjoni li ġew mgħallma u jkunu kapaċi:

isemmu r-rekwiżiti legali għal valutazzjoni tal-ħsarat/benefiċċji (bħal fl-artikolu 38) u xi jfisser dan fil-prattika. Pereżempju, jelenkaw il-ħsarat potenzjali għall-annimali (fiżiċi u fiżjoloġiċi) li għandhom jittieħduinkonsiderazzjoni; jelenkaw l-iskopijiet permessi ligħalihom jistgħu jintużaw l-annimali; juru fehim dwar il-prinċipji ta’ kif jitqabblu l-ħsarat u l-benefiċċji

jgħidu kif dan jintrabat mal-proċess legali tal-awtorizzazzjoni ta’ proġetti

jgħidu x’inhuma t-Tliet Rs u jagħtu eżempji ta’ kif dawnjistgħu jnaqqsu l-ħsarat, iżidu l-benefiċċji u jtejbu t-trattament xieraq tal-annimali

Modulu 9: L-etika, it-trattament xieraq tal-Annimali u t-Tliet Rs (livell 2)

Il-valutazzjoni se tittestja: Ir-riflessjoni dwar kwistjonijiet wara l-esperimentazzjoni fuq l-

annimali. L-istudenti jkunu jispjegaw u jiddiskutu kunċetti relatati mal-esperimentazzjoni u t-

trattament xieraq tal-annimali.

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

Spjega li l-leġiżlazzjoni

tirrikjedi li l-ġustifikazzjoni

ta’ programmi ta’ ħidma tiġi

vvalutata billi jitqabblu l-

effetti avversi potenzjali fuq

l-annimali mal-benefiċċji

probabbli; li l-ħsarat lill-

annimali jeħtieġ li jiġu

minimizzati, u l-benefiċċji

massimizzati.

Il-kandidati għandhom ikunu kapaċi jwieġbu l-mistoqsijiet mogħtija fil-livell 1, imma għandhom ikunu kapaċi wkoll li:

jiddiskutu l-kunċett ta’ ‘ġustifikazzjoni’ tal-użu tal-annimali waqt li jagħrfu li hemm perspettivi differentidwar x’jikkostitwixxi ħsara u benefiċċju ġustifikabbli u fuql-importanza li għandhom jingħataw il-ħsarat u l-benefiċċji differenti

jiddeskrivu l-ħsarat u l-benefiċċji fix-xogħol proposttagħhom stess u jispjegaw kif jivvalutawhom u jiżnuhom

jipprovdu eżempji ta’ kif kieku jintegraw it-Tliet Rs fil-qasam ta’ ħidma tagħhom stess

Page 85: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

84

Tabella 3: Kriterji ta’ valutazzjoni għal eżiti bbażati fuq l-għarfien dwar l-anestesija

Il-valutazzjoni se tittestja: Il-fehim tal-proprjetajiet anestetiċi ta’ aġenti anestetiċi użati

komunement, l-influwenza ta’ aġenti anestetiċi fuq l-annimal u fuq l-eżitu xjentifiku, l-għażla

ta’ kif jingħataw u jekk humiex disponibbli metodi oħrajn minbarra l-anestesija.

Modulu 20: L-anestesija għal proċeduri minuri Għarfien bażiku

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

Għid għala u meta s-sedazzjoni tista’ tintuża għat-trażżin ta’ ġurdien.

Il-kandidati jkunu kapaċi:

Jgħidu x’inhi d-differenza bejn trażżin fiżiku u trażżinkimiku

Isemmu żewġ xenarji fejn is-sedazzjoni tista’ tkunmeħtieġa sabiex jitrażżan ġurdien

Għal wieħed minn dawn ix-xenarji, isemmu żewġvantaġġi u żewġ żvantaġġi tal-użu tas-sedazzjonigħat-trażżin.

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

Iddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ aġenti anestetiċi differenti u l-applikazzjoni tagħhom għal anestesija ta’ 15-il minuta fuq ġurdien

Il-kandidati jkunu kapaċi juru li jafu:

Isemmu aġent anestetiku li jiġi injettat u ieħor lijittieħed man-nifs li huma adattati għall-ġrieden

Jiddeskrivu u jikkummentaw fuq il-metodu tal-amministrazzjoni ta’ anestetiku li jiġi injettat fir-rigward ta’ minn fejn jingħata u l-volum tad-doża(inkluż ir-rekwiżit tad-dilwizzjoni kif ikun meħtieġ)

Jiddeskrivu u jikkummentaw fuq il-metodu tal-amministrazzjoni ta’ anestetiku volatili fir-rigwardta’ minn fejn jingħata, il-gass portatur u l-perċentwal inspirat

Iqabblu l-karatteristiċi ta’ aġent li jiġi injettat u ta’aġent li jittieħed man-nifs fir-rigward tal-bidu, id-dewmien u l-irkupru mill-anestesija

Jikkummentaw fuq l-effett possibbli ta’ studju ta’aġenti anestetiċi differenti

Jikkummentaw fuq l-implikazzjonijiet ta’ saħħa usikurezza tal-użu ta’ wħud mill-aġenti anestetiċiużati komunement

Page 86: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

85

Tabella 4: Kriterji ta’ valutazzjoni għal eżiti bbażati fuq l-għarfien dwar l-anestesija -

jissokta

Modulu 21: L-anestesija għal proċeduri kirurġiċi jew fit-tul Għarfien bażiku

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

Kun af kif timmonitorja ġurdien taħt l-anestesija għal proċedura kirurġika mill-induzzjoni sal-irkupru

Il-kandidati jkunu kapaċi:

Isemmu s-sinjali kliniċi li jindikaw li ġurdien huwaadattat għall-anestesija, fir-rigward ta’ fatturibħalma huma l-età, kwalunkwe proċeduripreċedenti, patoloġija preeżistenti.

Isemmu s-sinjali kliniċi li jindikaw l-anestesijaf’ġurdien, bħalma huma r-rata u l-kwalità tar-respirazzjoni, riflessi mqanqla

Jgħidu liema fond ta’ anestesija huwa meħtieġ għalproċedura kirurġika u liema fatturi jindikaw dan.

Jelenkaw is-sinjali użati għall-monitoraġġ tal-fondanestetiku u liema huma l-iktar importanti

Jissuġġerixxu xi tagħmir li jista’ jkun utli fil-monitoraġġ tal-anestesija

Ikunu kapaċi jirreġistraw sinjali vitali, bħalma humar-rata tal-qalb, ir-rata tar-respirazzjoni u t-temperatura tal-ġisem, fuq folja tar-reġistruanestetiku

Ikunu jafu liema sinjali kliniċi jindikaw emerġenzaanestetika u liema azzjonijiet għandhom jittieħdu

Jiddiskutu liema huma l-iktar sinjali kliniċi uparametri fiżjoloġiċi rilevanti li għandhom jitkejluwaqt l-anestesija u kif dan jista’ jseħħ

Jevalwaw it-tibdil fis-sinjali kliniċi waqt l-anestesijali jista’ jindika bidla fil-livell tal-anestesija

Jiddiskutu raġunijiet għala l-livell tal-anestesijajista’ jinbidel waqt proċedura, jekk dan joħloqxproblema jew le, u liema azzjoni għandha tittieħedbħala rimedju għat-tibdil

Jispjegaw il-konsegwenzi tat-tibdil f’sinjali vitali,bħalma huma l-pressjoni tad-demm, is-saturazzjoni tal-ossiġnu, jew it-temperatura tal-ġisem għall-ġurdien

Jiddiskutu l-vantaġġi u l-iżvataġġi tal-użu ta’tagħmir ta’ monitoraġġ, bħalma huma l-PulseOximeter u l-ECG, imqabbel mal-eżamimanwali tal-ġurdien.

Jispjegaw is-sinjali kliniċi li jindikaw irkupru tajjebmill-anestesija u liema azzjoni għandha tittieħedjekk l-irkupru ma jkunx kif mistenni.

Jevalwaw il-protokoll anestetiku użat fir-rigwardtal-istudju u t-Tliet Rs.

Page 87: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

86

Appendiċi III

Eżempji li jispjegaw il-Valutazzjoni tal-Kompetenza

Il-Valutazzjoni tal-Kompetenza għandha

1. tinkludi deskrizzjoni u spjegazzjoni ċara tal-istandards mistennija

2. tirrifletti l-proċedura sħiħa (il-pjanifikazzjoni, l-eżekuzzjoni, il-kontroll tal-eżitu)

3. tinkludi terminu ta’ żmien li fih il-proċedura tista’ tiġi esegwita b’mod realistiku

(inkluż eż. l-ippjanar tal-proċedura, it-tħejjija tal-ispazju tax-xogħol u d-

dokumentazzjoni)

Kriterji ta’ valutazzjoni għal ħila prattika: teħid ta’ kampjun tad-demm minn fenek

konxju

Il-valutazzjoni se tittestja: L-għarfien ta’ indikaturi ta’ saħħa tajba/ħażina jew kwalunkwe

sinjal ta’ uġigħ u piena fl-annimal, għarfien tal-influwenza tat-trażżin fuq annimali tal-

laboratorju, rotot differenti ta’ siti tat-teħid ta’ kampjuni tad-demm u, fejn ikun xieraq, l-

għażla tal-metodu, il-volumi tal-kampjuni u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni, (kif ukoll l-

effett tal-“ħin tal-jum” fuq it-teħid tal-kampjuni).

Il-Moduli 7 u 8: Proċeduri minimament invażivi

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

It-trainee għandu

jkun kapaċi jieħu

b’suċċess kampjun

tad-demm minn

fenek konxju

mingħajr ma

jikkawża piena

żejda lill-annimal.

Huma għandhom ikunu kapaċi juru lill-assessur li:

kapaċi jagħrfu l-imġiba u d-dehra normali ta’ fenek b’saħħtu usinjali ta’ saħħa dgħajfa, uġigħ u piena fl-ispeċi

ddeterminaw li jeżistu awtoritajiet xierqa għall-proċeduri proposti

jistgħu jerfgħu, jimmaniġġjaw u jrażżnu fenek b’mod li l-annimalikun appoġġjat u ma juri ebda piena

għandhom għarfien tal-volumi tad-demm, tar-rotot tat-teħid ta’kampjuni tad-demm u tat-tekniki adattati għall-fniek sabiextingħażel l-inqas waħda invażiva u l-iktar waħda xierqa.

kapaċi jagħżlu u jħejju t-tagħmir (eż. id-daqs korrett tal-labra,clippers/imqass, tajjar kirurġiku)

kapaċi jħejju s-sit tat-teħid tal-kampjun mingħajr ma jikkawżawpiena lill-annimal u jieħdu d-demm b’suċċess mingħajr majikkawżaw effetti avversi (uġigħ, ematoma, ħruġ ta’ demm)

jafu kif jipprovdu l-kura xierqa ta’ wara, inklużi firxa ta’ metodigħall-emostażi u kif jipprovdu għal avvenimenti mistennija jewmhux mistennija (eż. jistgħu jiddeċiedu dwar intervalli xierqa ta’monitoraġġ)

jafu (u kapaċi jagħrfu) l-effetti negattivi li għandhom ifittxu u kif umeta jittrattawhom, u jkunu konxji tal-ħtieġa li jsejħu veterinarjujew persuna oħra “maħtura” għall-għajnuna.

jafu kif jittrattaw il-kampjuni tad-demm sabiex jiżguraw it-twaħħiladegwat ta’ tiketti u taħlit sewwa

jafu kif iżommu reġistri adattati (eż. tikketti tal-gaġeġ, reġistriproċedurali oħrajn)

Page 88: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

87

Kriterji ta’ valutazzjoni għal ħila prattika – l-Anestesija

Il-valutazzjoni se tittestja: L-għażla u l-fehim tal-proprjetajiet anestetiċi, għandhomx

għarfien tal-influwenza tal-aġent anestetiku fuq l-annimal tal-laboratorju u fuq l-eżitu

xjentifiku, l-għażla tal-metodu kif propost fil-proċedura

Modulu 20: L-anestesija għal proċeduri minuri L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

Min jitħarreġ għandu jkun kapaċi li b’suċċess idaħħal, iżomm u jirkupra ġurdien minn anestesija qasira (10 minuti) f’ġurdien

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

Jiddeterminaw li jafu li jeżistu awtoritajiet legali xierqa sabiextitwettaq il-proċedura

Jafu l-effetti tal-anestesija fuq il-ġurdien u l-effetti possibbli fuq l-istudju xjentifiku

Juru trattament tal-ġurdien b’empatija u b’kura xierqa, b’tali modli ma jġarrabx piena

Jivvalutaw is-saħħa u t-trattament xieraq tal-ġurdien, b’tali mod lijkun adattat għall-anestesija. Juru kif jittieħed il-piż tal-ġisem u kifjirreġistrawh.

Isemmu anestetiku adattat għall-ispeċi u d-dewmien tal-proċedura.

Juru l-ippostjar tajjeb u l-użu sikur tat-tagħmir anestetiku u tal-aġenti anestetiċi.

Jafu d-dożaġġ/il-konċentrazzjoni xierqa u kapaċi jikkalkulaw id-doża/il-volumi f’każ ta’ anestetiċi li jiġu injettati

Juru teknika korretta ta’ induzzjoni (eż. kamra tal-induzzjoni,injezzjoni)

Jispjegaw/Isemmu metodi kif jivvalutaw kemm tkun fil-fond l-anestesija u juru metodu wieħed li jista’ jintuża, pereżempju,sabiex jintwera li l-ġurdien huwa anestetizzat biżżejjed għall-proċedura li tkun se titwettaq. Jafu kif jimmonitorjaw funzjonijietfiżjoloġiċi bażiċi u juru kif ikejlu r-rata tar-respirazzjoni.

Jiddiskutu l-effetti avversi possibbli tal-anestesija, bħall-ipotermja,u jiddeskrivu l-passi li jittieħdu sabiex ikunu evitati.

Jgħidu liema sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jistgħu jinqalgħu u kifjiġu ġestiti.

Juru kif jirkupraw il-ġurdien mill-anestesija u jiddiskutu s-sinjalikliniċi li jindikaw irkupru tajjeb jew ħażin.

Jispjegaw il-kura ta’ wara tal-ġurdien, inkluża l-kura infirmieraspeċjali mitluba.

Jaġġornaw korrettament ir-reġistri, bħal: it-tikketta tal-gaġġa, il-ġurnal tal-unità, il-mediċina u reġistri oħrajn proċedurali.

Page 89: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

88

Modulu 21: L-anestesija għal proċeduri kirurġiċi jew fit-tul

L-Eżitu tat-Tagħlim Kriterji ta’ valutazzjoni

It-trainee għandu jkun kapaċi li b’suċċess idaħħal, iżomm u jirkupra ġurdien minn anestesija għal proċedura kirurġika invażiva

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

Jiddeterminaw li jafu li jeżistu awtoritajiet legali xierqa sabiextitwettaq il-proċedura

Jgħidu kif il-kunċett ta’ “Raffinament” japplika għall-anestesija għalproċedura kirurġika.

Jirrelataw l-effetti li aġent anestetiku jista’ jkollu fuq il-ġurdien u kifdan jista’ jinfluwenza l-istudju.

Juru trattament tal-ġurdien b’attenzjoni, b’tali mod li ma jġarrabxpiena

Jivvalutaw is-saħħa u t-trattament xieraq tal-ġurdien. Jiddiskutu l-effetti li proċeduri preċedenti jew il-patoloġija eżistenti jista’jkollhom fir-rigward tal-adegwatezza għall-anestesija. Juru kifjittieħed il-piż tal-ġisem u kif jirreġistrawh.

Jafu d-dożaġġ/il-konċentrazzjoni xierqa u kapaċi jikkalkulaw id-doża/il-volumi f’każ ta’ anestetiċi li jiġu injettati

Jiddikjaraw/Jafu anestetiku adattat għall-ispeċi u d-dewmien tal-proċedura (jistgħu jkunu ħadu l-parir tal-veterinarju minn qabel).

Jiddiskutu l-analġeżija għall-proċedura, inkluż l-għażla tal-aġent uminn fejn issir l-amministrazzjoni sabiex jiġi kkważat l-inqas stresspossibbli lill-animal, segwiti minn valutazzjoni tal-effettività.

Juru l-ippostjar tajjeb u l-użu sikur tat-tagħmir anestetiku u tal-aġenti anestetiċi.

Juru teknika korretta ta’ induzzjoni (eż. kamra tal-induzzjoni,injezzjoni)

Jiddiskutu metodi kif jivvalutaw kemm tkun fil-fond l-anestesijagħall-kirurġija u juru metodu wieħed li jista’ jintuża sabiex jintwerali l-ġurdien huwa insensittiv għal stimulu ta’ uġigħ.

Juru li għandhom fehim dwar il-monitoraġġ bażiku ta’ funzjonijietfiżjoloġiċi u sinjali vitali, bl-użu ta’ sinjali kliniċi u/jew tagħmir ta’monitoraġġ bħall-ossimetru tal-polz.

Jiddiskutu l-effetti avversi possibbli tal-anestesija, bħall-ipotermja,u l-passi li jittieħdu sabiex ikunu evitati.

Jiddiskutu liema sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jistgħu jinqalgħu ukif jiġu ġestiti.

Juru kif jirkupraw il-ġurdien mill-anestesija u jiddiskutu s-sinjalikliniċi li jindikaw irkupru tajjeb jew ħażin.

jiddiskutu l-kura ta’ wara tal-ġurdien, inkluża kwalunkwe kurainfirmiera speċjali meħtieġa, bħas-sostituzzjoni ta’ fluwidi.

Jiddeskrivu s-sinjali kliniċi assoċjati mal-uġigħ u jsemmu sistemaadattata għall-monitoraġġ postoperattiv.

Jaġġornaw korrettament ir-reġistri, bħal: it-tikketta tal-gaġġa, il-ġurnal tal-unità, il-mediċina u reġistri oħrajn proċedurali.

Jiddiskutu l-interpretazzjoni tar-reġistri huma u jiddeterminaw is-suċċess tal-anestesija u l-kwalità tal-irkupru.

Page 90: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

89

Eżempju ta’ eżami dwar ħila prattika li juri kif għandhom jingħataw il-marki għal

kull komponent

Għal kull kompitu, ikun hemm sett ta’ kriterji li abbażi tagħhom l-istudent jiġi

vvalutat u jingħata punteġġ

Il-punteġġ massimu jista’ jinkiseb biss jekk it-trainee jaħdem b’mod indipendenti u jkun

kapaċi jiddeskrivi u jispjega l-kompitu mingħajr ma jkun mistoqsi mill-eżaminatur. Iktar

ma jkollhom jiġu mistoqsijin, iktar ikun baxx l-eżitu totali li jiksbu.

Assenjament 1

L-ewtanażja u t-tneħħija ta’ tessuti

Il-kompitu tiegħek huwa li toqtol mingħajr uġigħ ġurdien konxju permezz ta’

diżlokazzjoni ċervikali u li tesegwixxi dissezzjonital-milsa u l-kilwa tax-xellug għal aktar

analiżi. Agħżel it-teknika xierqa skont ir-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali.

Kompitu: Perċentwal 11 Perċentwal miksub

Mal-istandard12 IVA - LE

Tħejjija tal-ispazju tax-xogħol 5 □ □

Trattament sikur u uman tal-annimal – teħid tal-annimal mill-gaġġa/maqjel u trasport sal-kamra tal-proċedura +*

15 □ □

Trażżin sikur u uman * 15 □ □

Ewtanażja sikura u umana u konferma tal-mewt*

30 □ □

Dissezzjoni tal-organi 10 □ □

Żamma tar-reġistri 10 □ □

Tindif tal-ispazju tax-xogħol u tal-għodda użata

5 □ □

Diżinfettar 5 □ □

Rimi tal-katavru 5 □ □

Total 100%

Kummenti

*Huwa obbligatorju li tgħaddi mill-kompiti mmarkati b'asterisk

11 Il-perċentwali huma biss suġġerimenti! Jistgħu jvarjaw skont il-kompitu u l-enfasi tal-evalwazzjoni!. 12

It-trainee irid ikollu mill-inqas 6/7 kaxxi ttikkjati. L-ewtanażja trid titwettaq b’mod kompetenti

Page 91: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

90

Assenjament 2

Injezzjoni intraperitonali

Ħamster se jirċievi doża ta’ 100/mg/kg BW ta’ sustanza X i.p. Il-konċentrazzjoni tas-

sustanza X hija 20mg/ml. Ikkalkula d-doża korretta u injetta d-doża/ammont adattat i.p.

Livell ta’ aspettattiva: Perċentwal13

Perċentwal miksub

Tħejjija tal-ispazju tax-xogħol (15%):

Użu ta’ hand rubs antisettiċi & soluzzjoni għall-applikazzjoni ta’ antisettiċi

Għażla tad-daqs adattat ta’ kannula/ labra/ siringa

Twettiq tal-proċedura (60 %)

Trattament sikur u uman tal-annimal – teħid tal-annimal mill-gaġġa/maqjel, trasport sal-kamra tal-proċedura u ritorn *

Evalwazzjoni tal-istat tas-saħħa

Kejl u reġistrazzjoni tal-piż tal-ġisem

Kalkolazzjoni tad-doża u volum adattat (15%)

Mili tas-siringa (bżieżaq tal-arja?

volum?)

Diżinfettar tas-sit tal-injezzjoni IVA LE

Tqegħid sewwa tal-labra, injettar tal-materjal, u tneħħija tal-labra *

IVA LE

Wara t-temmija tal-proċedura (10%)

Tindif tal-ispazju tax-xogħol

Dokumentazzjoni tal-proċedura

Prattika ta’ ħidma sikura b’mod ġenerali għall-annimali u l-operatur

Total 100%

Kummenti

*Huwa obbligatorju li tgħaddi mill-kompiti mmarkati b'asterisk

13 Il-perċentwali huma biss suġġerimenti. Jistgħu jvarjaw skont il-kompitu u l-enfasi tal-evalwazzjoni.

Page 92: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

Appendiċi IV

Mudell ta’ Reġistru tat-Taħriġ

GĦANIJIET

L-għan huwa li jiġi pprovdut mudell għar-reġistrazzjoni tat-taħriġ, tal-ħiliet ewlenin u tal-kompetenza li jista’ jkun utilizzat madwar l-

Ewropa. Dan għandu jipprovdi livell ta’ serħan il-moħħ rigward il-ħiliet u l-kompetenzi tal-individwi, jiffaċilita r-rikonoxximent

reċiproku madwar l-Ewropa li jippermetti l-moviment tal-persunal u jissalvagwardja t-trattament xieraq tal-annimali. Il-persuna (jew

persuni) responsabbli li tiżgura li l-persunal huwa mħarreġ u ssorveljat sakemm jilħaq il-kompetenza (l-Artikolu 24(1)(c)) għandha

rwol importanti fl-iżgurar li jinżammu reġistri adegwati. Il-mudelli ta’ hawn taħt mhumiex maħsuba li jkunu preskrittivi jew

eżawrjenti. Tibqa’ r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tiddetermina l-mekkaniżmi għar-reġistrazzjoni tat-taħriġ u l-kompetenzi.

Razzjonal u spjegazzjonijiet għall-Mudelli tar-Reġistrazzjoni tat-Taħriġ tal-UE

1. Il-mudell fih tliet taqsimiet definiti ta’ reġistrazzjoni tat-taħriġ: taħriġ modulari inizjali, reġistri tat-taħriġ matul l-iżvilupp tal-

ħiliet, u taqsima għat-taħriġ estern u s-CPD biex tkopri korsijiet, konferenzi eċċ. Huwa inkluż ukoll eżempju ta’ taqsima ta’

taħriġ ġenerali li tkopri oqsma oħra mhux relatati mad-Direttiva, bħalma huma s-Saħħa u s-Sikurezza u s-Sigurtà.

2. Reġistru ta’ taħriġ spiss ikun akkumpanjat minn CV, deskrizzjoni tal-impjieg u responsabbiltajiet.

3. Hemm tliet livelli ta’ taħriġ/kompetenza: trainee li qiegħed “taħt superviżjoni”, “imħarreġ u kompetenti” u “iħarreġ lill-

oħrajn”.

4. L-iżvilupp ta’ min jitħarreġ għandu jkun dokumentat b’mod ċar progressivament fir-reġistri tat-taħriġ. Daqstant ieħor, il-livell

tas-superviżjoni għandu jkun traċċabbli fir-reġistri tat-taħriġ.

5. It-trejner firmatarju jista’ jkun kwalunkwe trejner kompetenti identifikat. Lista awtorizzata ta’ dawk li jħarrġu tista’ tkun ta’

għajnuna għat-trainees.

6. Reviżjoni regolari tat-taħriġ tgħin sabiex jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tat-taħriġ u l-ħtiġijiet fil-futur. Bidliet fir-Rwoli għandhom

jirrikjedu reviżjoni tat-taħriġ sabiex jiġi żgurat li jinkisbu t-taħriġ u l-kompetenza għar-responsabbiltajiet il-ġodda.

7. It-trainee għandu jiffirma u jinizjala sabiex jikkonferma l-identifikazzjoni tar-reġistru tat-taħriġ u dokumenti oħrajn.

8. Il-modulu, it-teknika u l-ispeċi eżatti involuti għandhom jiġu definiti b’mod ċar billi tiġi pprovduta entrata separata fil-ġurnal

tat-taħriġ.

Page 93: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

Nota ta’ referenza lill-persunal kompetenti kurrenti u dawk li jħarrġu: aktar milli ttemm it-taqsima sħiħa tar-reġistru tat-

taħriġ għal kull modulu definit, il-persuna responsabbli mit-taħriġ tiffirma biss darba fuq il-paġna rilevanti sabiex tikkonferma

li l-membru tal-persunal huwa meqjus kompetenti u/jew għandu r-reġistri storiċi li jikkonfermaw dan.

Page 94: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

Nru tal-Formola.: Data tal-Ħruġ:

Isem: ________________ Data tal-Bidu: ______________ Firma _______________ Inizjali _____/______/______

1. Reġistru ta’ Modulu tat-Taħriġ

Modulu Ewlieni / Funzjoni

Speċifika / Addizzjonali

Speċi

Fornitur tat-Taħriġ Data tat-Taħriġ (Bidu)

Data tat-Taħriġ (Tmiem)

Ikkonfermat minn (Isem/titlu/firma)

Page 95: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

Nru tal-Formola.: Data tal-Ħruġ:

2. Proċeduri/Ħiliet

Proċedura Speċi Trainee taħt superviżjoni Kompetenza Miksuba Status ta’ Trejner Miksub

Data

Livell ta’

superviżjoni

Trainee (inizjali)

Trejner (inizjali)

Data

Trainee (inizjali)

Trejner (inizjali)

Data

Trainee (inizjali)

Trejner (inizjali)

4 – Is-superviżur ikun preżenti meta ssir il-proċedura sabiex jipprovdi superviżjoni u pariri diretti 3 – Is-superviżur ikun jaf li qegħdin isiru proċeduri u jkun disponibbli sabiex jintervjeni b’mod rapidu jekk ikun meħtieġ (jiġifieri qrib il-proċedura)

2 – Is-superviżur ikun jaf li qegħdin isiru proċeduri u jkun disponibbli li jattendi sabiex jagħti pariri jekk ikun meħtieġ (jiġifieri fil-viċinanzi tal-istabbiliment)

1 – Is-superviżur ikun jaf li qegħdin iseħħu l-proċeduri u jkun disponibbli għad-diskussjoni sabiex jipprovdi pariri jekk ikun meħtieġ (eż. bit-telefown) 0 – Ma tkun meħtieġa l-ebda superviżjoni

Page 96: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

Nru tal-Formola.: Data tal-Ħruġ:

3. CPD u Taħriġ Estern

Taħriġ Reviżjoni Interna

Data

Trainee (inizjali)

Trejner (inizjali)

Deskrizzjoni u data/dati tal-kors u l-eżitu/iċ-ċertifikazzjoni miksuba

Page 97: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

Nru tal-Formola.: Data tal-Ħruġ:

4. Moduli ta’ Taħriġ Ġenerali (eż. Saħħa u Sikurezza; Sigurtà)

Rekwiżit ta’ Taħriġ (intern) Trainee taħt superviżjoni Kompetenza Miksuba Status ta’ Trejner Miksub

Data

Trainee (inizjali)

Trejner (inizjali)

Data

Trainee (inizjali)

Trejner (inizjali)

Data

Trainee (inizjali)

Trejner (inizjali)

Page 98: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

97

Appendiċi V

Rakkomandazzjonijiet għall-Persuna (jew persuni) li jwettqu spezzjonijiet skont l-Artikolu

34

Dan l-Appendiċi fih suġġerimenti tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Esperti għal profil adegwat ta’ Spettur

u għat-taħriġ f’dan ir-rwol. L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għal din id-Direttiva

jappoġġjaw bis-sħiħ l-għanijiet u l-kontenut ta’ dawn is-suġġerimenti. Madankollu, billi l-

kompetenza għall-edukazzjoni u t-taħriġ hija primarjament f’idejn l-Istati Membri, flimkien mal-

fatt li l-kompetenzi formali dwar l-ispezzjoni u l-infurzar ivarjaw bejn l-Istati Membri, l-

Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għal din id-Direttiva mhumiex f’qagħda li formalment

japprovaw dan l-appendiċi partikulari. Madankollu huwa importanti li din l-informazzjoni tkun

disponibbli kemm jista’ jkun billi l-kontenut tagħha jista’ jiffaċilita u jipprovdi gwida dwar profil

adegwat tal-ispetturi u t-taħriġ tagħhom.

Rakkomandazzjonijiet għall-Persuna (jew persuni) li jwettqu spezzjonijiet skont l-Artikolu

34

L-Artikolu 34 jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu spezzjonijiet regolari tal-

istabbilimenti kollha li jrabbu, fornituri u utenti, sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti

tad-Direttiva.

L-Ispetturi jistgħu jkunu ġejjin minn kuntesti differenti, kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll

bejniethom. Bħala konsegwenza, il-ħtiġijiet tat-taħriġ tagħhom probabbli li jvarjaw, skont it-

taħriġ preċedenti tagħhom u l-esperjenza fil-qasam ta’ riċerka xjentifika.

Huwa rikonoxxut li t-taħriġ ma jkunx neċessarjament tlesta kollu qabel il-bidu tal-ħidma bħala

Spettur, fejn huma pprovduti superviżjoni u appoġġ xierqa.

Il-Profil Rakkomandat

Sabiex jivverifikaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva, l-Ispetturi jrid ikollhom għarfien dettaljat u fehim

tajjeb tal-leġiżlazzjoni rilevanti u kwalunkwe politiki nazzjonali rilevanti. Huma għandhom

jifhmu r-rwoli differenti u r-responsabbiltajiet tal-persunal involut, u l-bażi tal-

awtorizzazzjonijiet għal stabbilimenti u d-dettall mitlub fihom.

L-Ispetturi għandu jkollhom fehim tajjeb dwar it-trattament tajjeb tal-annimali, it-tnissil u l-

akkomodazzjoni tal-annimali u prattiċi ta’ kura.

Għal spezzjonijiet fi stabbilimenti utenti, sabiex jippermettu l-verifikazzjoni li t-Tliet Rs qegħdin

jiġu implimentati kemm jista’ jkun fil-proġetti li qed jiġu spezzjonati, l-Ispetturi għandu

jkollhom fehim tajjeb tat-tfassil ta’ proġetti u esperimenti, u tal-kontenut tal-awtorizzazzjonijiet

ta’ proġetti għall-istabbilimenti li qegħdin jiġu spezzjonati.

Page 99: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

98

Dan ir-rwol jista’ jimtela minn persuni li jkollhom fehim tajjeb tal-kura u l-użu tal-annimali fi

proċeduri xjentifiċi, b’mod partikulari l-applikazzjoni tat-Tliet Rs. Dawn jistgħu jkunu

veterinarji. Bijoloġisti u persunal ieħor b’taħriġ u għarfien espert adattat fix-xjenzi mediċi,

bijomediċi u bijoloġiċi, ukoll jistgħu jaqdu dan ir-rwol. L-Ispetturi għandu jkollhom esperjenza

wiesgħa u dettaljata fix-xjenza u l-metodi xjentifiċi, fit-tfassil sperimentali u għarfien espertu /

jew interess ħaj fit-titjib tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali.

L-Ispetturi għandhom ikunu proattivi u jippromwovu prattika mtejba fil-kura u l-użu tal-

annimali, u l-iżvilupp u ż-żamma ta’ kultura tajba ta’ kura. L-Ispetturi jista’ jkollhom il-ħila

jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni bejn l-atturi ewlenin li jaħdmu fi ħdan l-istabbilimenti. Il-ħidma

f’tim bejn l-Ispetturi tiffaċilita t-tixrid tal-għarfien u l-qsim ta’ esperjenzi u tippromwovi l-

konsistenza.

L-Ispetturi għandu jkollhom “awtorità personali” ġejja mill-kuntest, l-esperjenza u l-għarfien

tagħhom. Ħiliet effettivi interpersonali, li jinkludu l-komunikazzjoni orali u bil-kitba, huma ta’

benefiċċju.

L-Ispetturi għandhom jitħarrġu sabiex jidentifikaw kunflitti ta’ interess u kif jevitawhom. Dan

għandu jippermetti li l-ispezzjonijiet ikunu indipendenti u jżidu l-fiduċja tal-pubbliku fis-

superviżjoni regolatorja.

Taħriġ inizjali

It-taħriġ għall-ispetturi għandu jkun imfassal għal kull individwu, billi jieħu inkonsiderazzjoni r-

rwol mitlub waqt li jqis il-mod kif id-Direttiva hija implimentata fl-Istat Membru inkwistjoni, u

l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-esperjenza preċedenti. Fejn ir-rwol jimtela minn veterinarju kwalifikat

- b’esperjenza sinifikanti fil-qasam tar-riċerka tal-annimali, huwa probabbli li l-Eżiti tat-Tagħlim

ta’ wħud mill-moduli jkunu diġà ġew miksuba. F’ċirkustanzi bħal dawn, wara analiżi tan-

nuqqasijiet tal-eżiti tat-tagħlim, il-veterinarju jista’ jiġi eżentat minn kwalunkwe modulu, jew

minn partijiet tal-Modulu dwar l-Ispettur.

L-ispetturi kollha għandhom iwettqu analiżi tan-nuqqasijiet tal-moduli li ġejjin u jirrevedu l-Eżiti

tat-Tagħlim marbutin magħhom sabiex jiżguraw li jinkisbu l-ħiliet kollha rilevanti u l-għarfien:

Moduli 1 - 3.1

Moduli 4 - 6.1

Moduli 7, 9 - 11

Moduli 20, 23

Modulu 51

Kwalunkwe moduli addizzjonali bħalma huma 21 u 22 meta jkunu jiffurmaw parti

mir-responsabbiltajiet tal-ispezzjonijiet tagħhom.

Page 100: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

99

It-taħriġ ewlieni li jiżgura l-fehim tar-rwol tal-Ispettur u r-rekwiżiti ta’

(http://ec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/inspections/mt.pdf ) huwa kopert

fi:

Modulu dwar l-Ispettur

Bil-kuntrarju tar-rwoli l-oħrajn, għadd ta’ Eżiti tat-Tagħlim la jiffurmaw parti mill-kompiti tal-

ispettur u lanqas mir-responsabbiltajiet tiegħu. Minflok huma għandhom juru livell suffiċjenti ta’

fehim li jippermetti li l-konformità tkun ikkonfermata. Dan għandu jkun rifless fil-

valutazzjoni tagħhom u fir-reġistri tagħhom tat-taħriġ.

Is-CPD

L-ispetturi għandhom iżommu ruħhom aġġornati mal-aqwa prattika kurrenti fix-xjenza u l-kura u

t-trobbija tal-annimali u t-Tliet Rs billi jkollhom programm formali ta’ Żvilupp Professjonali

Kontinwu (CPD)

Page 101: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

100

Modulu dwar l-Ispettur

Dan il-modulu jipprovdi l-elementi kollha neċessarji tal-proċess ta’ spezzjoni mitlub mill-Artikolu 34, u

huwa maħsub għal dawk li għandhom fehim tajjeb ħafna tal-kura u l-użu tal-annimali fi proċeduri

xjentifiċi u tal-leġiżlazzjoni li tkopri tali użu. Jirrikjedi fehim dettaljat tar-rekwiżiti leġiżlattivi għall-

ispezzjoni u l-infurzar, u jinkludi gwida u prinċipji dwar it-tfassil, it-twettiq u r-rapportar ta’

spezzjonijiet.

L-Eżiti tat-Tagħlim

It-trainees għandhom ikunu kapaċi:

(i) Jifhmu r-rekwiżiti leġiżlattivi dwar il-kura u l-użu tal-annimali fir-riċerkaSp.1.

Sp.1 Apprezza l-kwistjonijiet etiċi relatati mal-użu tal-annimali fi proċeduri xjentifiċi li jinsabu

għaddejjin u / jew li ġew mitmuma (bħala każistika).

Sp.2 Uri kif il-kunċetti tat-Tliet Rs huma mnaqqxa fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-

Direttiva Ewropea 2010/63/UE. Uri fehim dettaljat tal-prinċipji tas-sostituzzjoni, tar-riduzzjoni u tar-

raffinament (it-Tliet Rs), u l-implimentazzjoni prattika tagħhom, fil-kura tal-annimali u l-prattiċi tat-

tnissil u fi proġetti ta’ riċerka xjentifika li jinsabu għaddejjin u / jew li ġew mitmuma, b’mod

partikolari

i. uri fehim tal-potenzjal tal-implimentazzjoni ta’ raffinamenti permezz ta’ għarfien

tajjeb tal-ispeċi li qegħdin jintużaw, ‘valutazzjoni tat-trattament’ tajba, u kontroll

effettiv tal-effetti avversi bl-użu ta’ trattament u / jew punti ta’ tmiem umani ċari

u xjentifikament validi.

ii. iddeskrivi kif it-taħriġ, l-arranġamenti tajbin ta’ akkomodazzjoni, trobbija u

trattament tal-annimali, u l-applikazzjoni ta’ punti ta’ tmiem adattati jistgħu

jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tat-Tliet Rs u jtejbu l-kwalità tax-xjenza.

Sp.3. Iddiskrimina bejn proċeduri sperimentali għall-annimali, u l-prattika veterinarja, it-trobbija u

proċeduri nonsperimentali.

Sp.4. Spjega t-tqassim korrett tal-proġetti skont l-iskopijiet ta’ proċeduri xjentifiċi (l-Artikolu 5).

Sp.5. Iddeskrivi l-bażijiet għal eżenzjoni mir-rekwiżiti li jintużaw annimali mrobbija apposta tal-

ispeċi elenkati fl-Anness 1.

Sp.6. Qabbel ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet ta’ dawk li jaħdmu skont id-Direttiva fi

ħdan l-istabbiliment.

Sp.7. Spjega l-kompożizzjoni legali u r-rwol tal-Korp għalt-trattament xieraq tal-Annimali.

Sp.8. Iddeskrivi l-kundizzjonijiet/rekwiżiti għall-ħelsien u t-tqegħid ta’ annimali lura fl-abitazzjoni.

(ii) Jifhmu l-prinċipji u l-prattika tal-ispezzjoni

Sp.9. Uri kif il-kontrolli ddettaljati speċifikati fil-leġiżlazzjoni japplikaw għall-ispezzjoni.

Page 102: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

101

Sp.10. Iddeskrivi r-rekwiżiti legali tal-ispezzjoni u ta’ funzjonijiet oħra relatati (ġbir ta’

informazzjoni, ġestjoni u tixrid, diskussjoni tat-Tliet Rs, kontinwità, pariri lill-komunità tal-utenti u

lill-awtorità kompetenti).

Sp.11. Spjega d-doveri u r-responsabbiltajiet tal-ispetturi inklużi n-newtralità u l-korrettezza (onestà,

integrità, imġibaxierqa, eċċ.) u l-interazzjoni bejn l-ispetturi u persuni/korpi oħrajn responabbli

bħalma hu l-Korp għalt-trattament xieraq tal-Annimali.

Sp.12. Iddeskrivi x’għandha tinvolvi spezzjoni effettiva

(http://ec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/inspections/mt.pdf) eż.l-

approċċ għall-ispezzjoni, il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni/rapport, ir-rwol li jingħarfu l-konformità/in-

nuqqas ta’ konformità.

Sp.13. Iddeskrivi l-prinċipji tal-analiżi tar-riskju, ir-rekwiżiti legali għal spezzjoni frekwenti,

spezzjonijiet mhux imħabbrinkontra dawk imħabbrin, l-istandards rikjesti tal-prestazzjoni u tal-

valutazzjoni tar-riskju.

Sp.14. Iddeskrivi l-għejun ewlenin tal-pariri u l-għarfien addizzjonali għall-ispettur dwar il-

leġiżlazzjoni, il-politika, prattiċi ta’ ħidma u stejjer ta’ każijiet.

Sp.15. Indika l-istandards mitluba ta’ komunikazzjoni (inklużi r-rapporti bil-miktub) mal-awtorità

kompetenti u l-partijiet interessati, u r-rekwiżiti tal-ħżin ta’ reġistri.

Sp.16. Iddeskrivi kif jiġu aċċessati l-proposti, l-evalwazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ta’ proġetti u

kif tiġi ppjanata spezzjoni bbażata fuq din l-informazzjoni.

Sp.17. Spjega kif ir-rekwiżiti dwar l-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ annimali jistgħu jiġu ssodisfati

u kif jiġi ddeterminat meta dawn ma jkunux ġew issodisfati.

Sp.18. Iddeskrivi metodi ta’ qtil inqas krudili ta’ annimali użati skont din il-leġiżlazzjoni u spjega kif

dawn huma permessi.

Sp.19. Iddeskrivi l-qafas tal-valutazzjoni tas-severità inkluża s-severità kumulattiva, u r-

responsabbiltajiet ta’ dawk kollha involuti li jħallu impatt fuq it-taffija tat-tbatija u t-tnaqqis tas-

severità minn meta proġett jinħaseb sa ma jintemm.

Sp.20. Spjega l-assenjament prospettiv tas-severità u s-severità attwali u l-iskopijiet ta’ tali

valutazzjonijiet.

Sp.21. Assenja korrettament klassifikazzjoni ta’ severità lil kampjuni ta’ annimali li qed jitrabbew

(Alterazzjoni Ġenetika) u / jew jintużaw għal skop xjentifiku skont l-Anness VIII u l-EU severity

assessment framework document (http://ec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/severity/mt.pdf )

Sp.22. Iddeskrivi metodi prattiċi adattati ta’ valutazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali u kif dawn

jistgħu jintużaw sabiex inaqqsu t-tbatija fi qbil mal-kisba tal-għanijiet xjentifiċi waqt l-ispezzjonijiet

tal-ħidma xjentifika li tkun għaddejja.

Sp.23. Iddiskrimina bejn l-użu ripetut u l-użu kontinwu u spjega s-sitwazzjonijiet fejn l-użu ripetut

jista’ jkun legalment awtorizzat.

Page 103: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

102

Sp.24. Spjega l-bażi għall-ġbir tal-istatistika annwali dwar l-użu tal-annimali fi proċeduri (l-Artikolu

54 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni relatata).

Sp.25. Iddeskrivi l-arranġamenti ta’ penali (eż offiżi u ksur, avviżi/notifiki ta’ konformità) għas-

sospensjoni / it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni u spjega kif dawn jiġu rrapportati lill-Awtorità (jew

Awtoritajiet) Kompetenti kkonċernati u kif jiġu ttrattati.

(iii) Japprezzaw id-differenzi fit-tipi ta’ stabbilimenti u unitajiet magħżula għall-annimali, u fil-

ġestjoni ta’ faċilitajiet għall-annimali.

Sp.26. Spjega r-rekwiżiti legali għall-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment.

Sp.27. Indika t-tip(i) ta’ ħidma tal-annimali li probabbilment jinstab(u) f’kull tip ta’ stabbiliment.

Sp.28. Semmi t-tipi ta’ żoni għaż-żamma tal-annimali u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom.

Sp.29. Iddeskrivi l-istrateġiji użati għall-manutenzjoni ta’ livelli differenti ta’ bijosigurtà u l-

prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-ispettur sabiex jevita t-tifrix ta’ patoġeni jew allerġeni tal-

annimali.

Sp.30. Iddeskrivi l-istrateġiji involuti għat-tnaqqis ta’ annimali żejda / tnissil iktar milli meħtieġ ta’

annimali, inklużi annimali ġenetikament alterati.

Sp.31. Iddeskrivi strateġiji li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni ta’ organi u tessuti mill-annimali.

Sp.32. Indika l-konsiderazzjonijiet għat-trasport ta’ annimali minn sit għal ieħor (inkluż it-trasport

nazzjonali u internazzjonali)

Sp.33. Iddeskrivi l-konsiderazzjonijiet u l-metodi speċjali li għandhom jintużaw fl-ispezzjoni ta’ tipi

partikolari ta’ stabbilimenti u proġetti (eż. proġetti tossikoloġiċi regolatorji, ħidma fis-selvaġġ).

Sp.34. Iddiskuti r-rekwiżiti tal-kura u l-akkomodazzjoni tal-Anness III għal kull waħda mill-ispeċi

rilevanti ta’ annimali li jintużaw fil-laboratorju, u spjega l-konsegwenzi fuq it-trattament xieraq tal-

annimali u l-konsegwenzi xjentifiċi li jistgħu jinqalgħu meta l-bżonnijiet tat-trobbija u tat-trattament

xieraq tagħhom ma jiġux issodisfati.

Sp.35. Apprezza l-konsiderazzjonijiet speċjali rikjesti għall-kura u l-użu ta’ ċerti annimali (eż. primati

mhux umani, annimali meħuda mis-selvaġġ, animali mitlufin/maħruba ta’ speċi domestiċi u speċi fil-

periklu tal-estinzjoni).

i. iddiskuti r-raġunijiet għala dawn il-gruppi jirċievu konsiderazzjoni speċjali u r-

razzjonal meħtieġ għal eżenzjonijiet

ii. identifika l-partijiet tal-leġiżlazzjoni dwar l-użu ta’ ċerti speċi u eżenzjonijiet

iii. iddeskrivi l-kundizzjonijiet li fihom l-użu ta’ dawn l-ispeċi jiġi awtorizzat jew

jingħataw eżenzjonijiet.

(iv) Mediċini

Sp.36. Iddeskrivi l-prattika tajba fl-użu tal-mediċini fl-istabbilimenti.

Page 104: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni

103

(v) Jifhmu l-prinċipji tat-taħriġ u tal-valutazzjoni

Sp.37. Identifika r-rakkomandazzjonijiet għat-taħriġ tal-persunal kif delineati f’“Dokument ta’ ħidma

dwar l-iżvilupp ta’ qafas komuni ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont id-

Direttiva” (flimkien ma’ kwalunkwe rekwiżiti nazzjonali jew lokali addizzjonali).

Sp.38. Spjega r-rekwiżiti minimi għar-reġistri tat-taħriġ u l-kompetenza u s-CPD tal-persunal u

ddeskrivi kif dawn jistgħu jiġu riveduti waqt il-proċess ta’ spezzjoni.

Sp.39. Iddeskrivi ċirkustanzi li fihom jistgħu jkunu permessi eżenzjonijiet diskrezzjonarji minn

moduli jew elementi speċifiċi ta’ taħriġ.

(vi) Jifhmu l-prinċipji u l-metodi li bihom jitwettqu l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’

programmi ta’ ħidma.

Sp.40. Iddeskrivi l-prinċipji tal-analiżi tal-ħsarat u l-benefiċċji.

Sp.41. Iddeskrivi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tat-Tliet R fi proġett.

i. indika għejun ta’ informazzjoni dwar metodi li jissostitwixxu b’mod sħiħ jew

parzjali, jirriduċu jew jirraffinaw l-użu ta’ annimali

ii. uri fehim tal-iskop għat-tnaqqis tal-użu tal-annimali permezz ta’ strateġija

sperimentali ċara, tfassil tajjeb, analiżi valida u rappurtar komprensiv tal-istudji

fuq l-annimali

Sp.42. Spjega kif jiġu awtorizzati l-proġetti.

Sp.43. Iddetermina korrettament f’xogħol li għadu għaddej u / jew li ntemm, proġetti xjentifiċi li

mhumiex konformi mal-awtorizzazzjoni tal-proġett fejn jidħol l-użu tal-iktar protokoll raffinat u l-

iktar punti ta’ tmiem uman bikrin konsistenti mal-kisba tal-għanijiet xjentifiċi.

(vii) Jifhmu r-rwol tal-Ispettur bħala komunikatur, promotur ta’ prattiċi tabin u tat-Tliet Rs

Sp.44. Iddiskuti l-kunċett ta’ kultura ta’ kura.

Sp.45. Elenka kwistjonijiet li jikkontribwixxu għal kultura ta’ kura tajba (approċċ proattiv għat-Tliet

Rs, mekkaniżmi ċari għall-komunikazzjoni bejn il-persunal kollu li jintużaw b’mod effettiv,

kollaborazzjoni effettiva bejn l-atturi ewlenin)

Sp.46. Iddeskrivi metodi li jistgħu jintużaw sabiex jippromwovu xjenza u rappurtar ta’ kwalità aħjar

(eż. l-użu tal-linji gwida tal-ARRIVE).

Sp.47. Spjega l-benefiċċji ta’ sistema ta’ spezzjoni konsistenti u proattiva.

Page 105: Nv N U TAĦRIĠ - ec.europa.euec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/pdf/guidance/education_training/mt.pdf · 1 L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni