Upload
others
View
2
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 1 minn 12
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali 2017
ID-DISA’ SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u nofs
L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: ______________
Din il-karta tal-eżami fiha SITT taqsimiet.
Aqra sewwa l-istruzzjonijiet fit-titlu ta’ kull eżerċizzju.
Wieġeb il-mistoqsijiet KOLLHA. ________________________________________________________________________________
Għall-użu tal-għalliema
Taqsima
A
Taqsima
B
Taqsima
C
Taqsima
D
Taqsima
E
Taqsima
F
Total
20
19
17
18
14
12
100
Paġna 2 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017
TAQSIMA A (20 marka)
L-AWTENTIĊITÀ
Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (4 marki)
1. Tkun oriġinali tfisser li tkun (twajjeb, kopja, awtentiku).
2. (Alla, Ġesù, L-Ispirtu s-Santu) huwa bħal skultur li jnaqqax lill-bniedem minn biċċa
rħama li għandu quddiemu.
3. Santa Klara u (San Girgor, San Franġisk, San Gejtanu) huma żewġ qaddisin li kienu ħbieb
ta’ xulxin.
4. Wieħed jilbes maskra meta (jgħid il-verità, jigdeb, jitlob).
Qabbel Kolonna A ma’ Kolonna B billi tikteb in-numri minn 6 sa 9 fil-kolonna l-vojta.
In-numru 5 hija eżempju. (4 marki)
Kolonna A Kolonna B
5. Il-Fariżej kien missier Ġakobb u Għesaw.
6. Nikodemu kien ħabib kbir ta’ David.
7. Iżakk ltaqa’ ma’ Ġesù billejl biex ikellmu b’mod personali.
8. Ġonatan kiteb l-innu tal-imħabba.
9. San Pawl 5 kienu msejħin ‘oqbra mbajda’ minn Ġesù.
Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 3 minn 12
Ġakobb u Għesaw.
Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (2 marki)
10. F’dak iż-żmien it-tifel il-k__________________ kellu dritt għall-primoġenitura.
11. Il-primoġenitura kienet tagħti d-dritt għall-b____________________ tal-missier
tal-familja.
Wieġeb għal dan li ġej:
12. a. Min seraq il-barka tal-missier: Ġakobb jew Għesaw?
_________________________________________________________________ (marka)
b. Spjega kif irnexxielu jagħmel dan.
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
13. Ħafna drabi, aħna wkoll nuru nuqqas ta’ rispett lejn min jieħu ħsiebna. Permezz ta’ żewġ
eżempji mill-ħajja ta’ kuljum, uri kif int tista’ turi tassew imħabba sinċiera lejn dawn
in-nies.
a. ________________________________________________________________(marka)
b. ________________________________________________________________(marka)
Paġna 4 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017
Ġesù wera ħbiberija sinċiera ma’ kulħadd.
14. Min kienu l-ħbieb ta’ Ġesù f’din id-dinja?
__________________________________________________________________(marka)
15. Agħti eżempju ta’ kif Ġesù ġab ruħu bħala ħabib sinċier ma’ sħabu.
__________________________________________________________________(marka)
16. Fuq il-mezzi soċjali jista’ jkollok diversi persuni bħala ħbieb.
a. Semmi karatteristika ta’ ħbiberija vera.
_________________________________________________________________(marka)
b. Spjega għaliex il-ħbieb fuq il-mezzi soċjali mhux dejjem huma ħbieb ta’ veru.
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
TAQSIMA B (19-il marka)
BNIEDEM SĦIĦ
Imla l-vojt bil-kliem mogħti. (4 marki)
tajjeb Alla Ġesù lill-bniedem
1. ______________________ħalaq kollox _____________________ .
2. Alla żejjen lill- ____________________ bi kwalitajiet tajbin li jagħmluh jixbah lilu.
3. _________________ wera lid-dinja kif għandna nħobbu lil xulxin.
Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 5 minn 12
Qabbel Kolonna A ma’ Kolonna B billi tikteb in-numri 4 sa 8 fil-kaxxi vojta tan-nofs.
(5 marki)
Kolonna A Kolonna B
4. L-imħabba L-abilità li żżomm bilanċ f’dak li tagħmel.
5. L-għaqal Il-kapaċità li tagħraf it-talenti tiegħek bla ma tikber fuq
l-oħrajn.
6. L-umiltà L-abilità li tibqa’ temmen, tagħder u tirrispetta minkejja
d-diffikultajiet li jittantawk biex tieqaf.
7. Il-qjies Il-ħila li tagħraf x’inhu l-veru ġid u tagħżel mezzi ġusti
biex tikseb dan il-ġid.
8. Il-paċenzja Il-kapaċità li tħares lejn il-ġid tal-oħrajn qabel l-interessi
tiegħek.
Il-bnedmin ġew maħluqin biex jgħixu flimkien f’għaqda ta’ mħabba.
Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (2 marki)
9. Skont Henri J.M. Nouwen, il-vera s_______________ hija meta l-bniedem iħossu iżolat u
mwarrab mill-o______________.
Wieġeb.
10. Xi drabi jkun hemm bżonn li ngħaddu xi żmien waħidna. Spjega għaliex din mhix ħaġa
negattiva.
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
Paġna 6 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017
Il-Fariżej ħadu mara midinba quddiem Ġesù u qalulu, “Din il-mara inqabdet tiżni
fil-fatt.”
Wieġeb.
11. X’kien id-dnub ta’ din il-mara?
__________________________________________________________________(marka)
12. Skont il-liġi ta’ Mosè, x’kastig kellu jingħata lil din il-mara?
__________________________________________________________________(marka)
Kompli dawn is-sentenzi. (4 marki)
13. Ġesù ħafrilha u____________________________________________________________
________________________________________________________________________.
14. Min din il-ġrajja nitgħallmu _________________________________________________
________________________________________________________________________.
Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 7 minn 12
TAQSIMA C (17-il marka)
RELAZZJONIJIET
Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (4 marki)
1. San P______________ jgħidilna li ġewwa fina jgħammar l-Ispirtu s-Santu.
2. Irridu nieħdu ħsieb kemm il-ġisem kif ukoll ir-r______________ tagħna.
3. Irridu niskopru u nħaddmu t-t______________ u l-kapaċitajiet li Alla poġġa ġewwa fina.
4. Irridu nirbħu t-t_______________ u nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin.
Wieġeb. (3 marki)
5. Agħti eżempju ta’ kif nistgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna:
a. fiżikament:____________________________________________________________
_____________________________________________________________________
b. mentalment:___________________________________________________________
_____________________________________________________________________
c. spiritwalment:__________________________________________________________
____________________________________________________________________
Kompli dawn li ġejjin: (4 marki)
6. Nibżgħu għall-ġisem tagħna billi nħarsuh_______________________________________
________________________________________________________________________
7. Il-kuxjenza hija ___________________________________________________________
________________________________________________________________________
Paġna 8 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017
Luke kien ilu ħafna jixtieq joħroġ ma’ Sarah. Madwar ġimagħtejn ilu, għamel il-kuraġġ
u staqsa lil Sarah. Sarah aċċettat mal-ewwel għaliex anke hi xtaqet toħroġ miegħu.
8. X’parir tagħti lil Luke u Sarah dwar kif għandhom jibnu r-relazzjoni tagħhom?
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
9. Xi jfisser iż-żwieġ, skont il-Knisja?
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
10. L-Insara kif għandhom iħarsu lejn d-dinjità ta’ kull bniedem?
_________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
TAQSIMA D (18-il marka)
X’JAGĦMILNI NISRANI?
Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (2 marki)
1. Il-Papa Ġwanni 23 sejjaħ il-Konċilju (Vatikan l-Ewwel,
Vatikan it-Tieni, ta’ Trentu).
2. Dan il-konċilju jurina li l-attitudni tal-Knisja u tan-Nisrani fid-dinja
tal-lum għandha tkun waħda ta’ (konfront, djalogu, kundanna).
Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (3 marki)
3. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew insibu d-Diskors tal-M____________________.
4. F’dan id-diskors, Ġesù jitkellem fuq il-liġi l-ġ____________________.
5. Il-b___________________ huma tmienja u jfasslu l-identità Nisranija.
Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 9 minn 12
Qabbel Kolonna A ma’ Kolonna B billi tikteb in-numri 6 sa 9 fil-kaxxi l-vojta tan-nofs.
(4 marki)
Kolonna A Kolonna B
6. Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax huma jsibu l-ħniena.
7. Ħenjin l-imnikkta, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
8. Ħenjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jkunu mfarrġa.
9. Ħenjin dawk li jħennu, għax huma jissejħu wlied Alla.
Iż-żminijiet li qed ngħixu fihom huma ftit diffiċli għal min tassew irid jgħix it-tagħlim
ta’ Ġesù. In-Nisrani ħafna drabi jrid jaqdef kontra l-kurrent ta’ dak li tippreżentalu
s-soċjetà. Ġesù jitlobna biex inkunu “il-melħ tal-art” u “id-dawl tad-dinja”.
10. Agħti eżempju wieħed, mill-ħajja tal-lum, li jmur kontra t-tagħlim Nisrani.
__________________________________________________________________(marka)
11. X’ried ifisser Ġesù meta qalilna biex inkunu:
(a) “il-melħ tal-art”
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________(2 marki)
(b) “id-dawl tad-dinja”
___________________________________________________________________________
___________________________________________________________________(2 marki)
Fit-Testment il-Qadim, il-poplu Lhudi kellu ħafna mexxejja.
12. Semmi tnejn mill-mexxejja li kellhom il-Lhud.
a. _______________________________________________________________(marka)
b. _______________________________________________________________(marka)
Paġna 10 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017
13. Ikteb żewġ karatteristiċi ta’ mexxej tajjeb, kif kien Ġesù.
a. ______________________________________________________________ (marka)
b. ______________________________________________________________ (marka)
TAQSIMA E (14-il marka)
IT-TAJJEB vs IL-ĦAŻIN
Imla l-vojt billi tkompli l-kelma. L-ewwel ittra qed tingħata. (4 marki)
1. L-ewwel rakkont tal-Ġenesi huwa miktub f’forma ta’ i______________.
2. Fis-s______________ jum, l-awtur jiddeskrivi l-ħolqien
tal-bniedem.
3. L-awtur jgħidilna: “U ħares Alla lejn kulma kien għamel.
U ara, kollox kien t_______________ ħafna.”
4. Ir-rakkont tal-waqgħa fid-dnub tal-ewwel bnedmin huwa
ppreżentat bħala parabbola s______________.
Wieġeb.
5. Mir-rakkont tal-ħolqien li nsibu fil-Bibbja, agħti żewġ raġunijiet għaliex il-bniedem huwa
l-quċċata tal-ħolqien.
a. _______________________________________________________________(marka)
b. _______________________________________________________________(marka)
6. X’konsegwenzi jġib il-bniedem meta jieħu post Alla?
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 11 minn 12
Kompli dawn is-sentenzi.
7. Meta nibni ħajti fuq ir-ramel _________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
8. Jekk nibni ħajti fuq il-blat ___________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
9. Nista’ nġib il-ferħ f’ħajti u f’dawk ta’ madwari meta _____________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
TAQSIMA F (12-il marka)
PARTI MINN DINJA AKBAR MINNI
Ir-reliġjon u l-kultura Kristjana Kattolika sawru l-identità ta’
ġensna u ta’ gżiritna.
1. Kif bdiet ir-reliġjon Nisranija f’pajjiżna?
_________________________________________________________________(2 marki)
2. Xi tfisser il-kelma:
(a) Kristjani _______________________________________________________(marka)
(b) Kattolika ______________________________________________________ (marka)
3. Semmi firda kbira li seħħet fl-istorja tal-Kristjaneżmu.
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
4. X’inhu l-iskop tal-Moviment Ekumeniku?
________________________________________________________________________
_________________________________________________________________(2 marki)
Paġna 12 minn 12 Ir-Reliġjon – Id-Disa’ Sena – 2017
5. “Kienu ħafna ċ-ċirkostanzi fejn ir-reliġjon serviet ta’ firda bejn il-popli u l-ġnus.”
F’madwar 80 kelma ikteb dwar żewġ ideat ta’ kieku inti x’tagħmel biex tgħaqqad
ir-reliġjonijiet tad-dinja.

_________________________________________________________________(4 marki)
TMIEM IL-KARTA