1
FERĦ U GĦAQDA Il-festa isimha magħha. L-element reliġjuż jiżżewwaq mad-divertiment tal-komunità. Il-ġimgħa tal-festa tlaqqa’ lill-komunità kollha, inklużi dawk li ma baqgħux jgħixu fil-lokalità fejn trabbew, f’atmosfera ta’ ferħ u għaqda. IL-FESTI TAGĦNA... IL-KOMUNITÀ TIĊĊELEBRA © 2020 Publishing DIMOSTRAZZJONIJIET U MARĊI L-aktar popolari fost iż-żgħażagħ huma l-marċi tal-briju, bil-banda ddoqq innijiet ferrieħa u l-partitarji jaqbżu u jkantaw quddiemha. F’waħda mis-serati ta’ qabel jum il-festa jkun hemm id-dimostrazzjoni fejn l-istatwa ta’ barra tal-qaddis (differenti minn dik tal-purċissjoni ta’ nhar il-festa) tiġi mdawwra mal-lokalità u wara mtella’ fuq kolonna jew pedestal kbir fejn tibqa’ hemm sa tmiem il-festa. IS-SUNETTI Il-pjazez u t-toroq jinksew b’karti żgħar ta’ kull kulur u għamla, speċjalment waqt il-purċissjoni, id-dimostrazzjoni jew xi marċ. Dawn jintefgħu mill-kampnari tal-knisja u mill-bjut u l-galleriji tad-djar u l-każini. Jintefgħu wkoll karti mdaqqsa bl-innijiet u s-sunetti (poeżiji b’14-il-vers). FESTA TA’ IKEL Mingħajr ikel u xorb m’hemmx festa! Il-pjazez ewlenin tal-lokalità jimtlew bil-bejjiegħa tal-ikel, tal-ħelu, tax-xorb u tal-ġelati. Fost l-aktar tradizzjonali hemm dawk tal-qubbajt, ħelu magħmul miz-zokkor u l-ġellewż. Il-bank tal-qubbajt ikollu miżien kbir imdendel f’ark tal-injam u vetrina mimlija biċċiet tal-qubbajt ta’ daqs, għamla u kuluri varji. IX-XALATA L-għada tal-festa ħafna min-nies tal-lokalità jorganizzaw ix-xalata. Huma jerħulha lejn il-baħar minn filgħodu u jgħaddu l-ġurnata hemm. Fit-triq lura lejn id-dar issir carcade b’ħafna briju li jinstema’ minn seba’ mili bogħod. KOMPETIZZJONIJIET Numru ta’ lokalitajiet li jinsabu ħdejn il-baħar jorganizzaw il-ġostra. Din tikkonsisti f’arblu twil mwaħħal fit-tarf ta’ moll jew irdum baxx u mmejjel għal fuq l-ilma. Mal-ponta tiegħu jintrabtu xi premjijiet filwaqt li l-arblu jindilek bix-xaħam. Min jirnexxielu jasal sat-tarf jieħu wieħed mill-premjijiet. Drawwa marbuta mal-ibliet u l-irħula ta’ madwar il-portijiet hija r-regatta (tlielaq tad-dgħajjes). Illum din issir fit-8 ta’ Settembru, il-Festa tal-Bambina (it-twelid tal-Madonna) u tal-Vitorja (ir-Rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565). Fil-passat, kien hemm festi oħra li fihom kienu jsiru t-tiġrijiet tad-dgħajjes. Diversi lokalitajiet li ma jinsabux ħdejn il-baħar jorganizzaw it-tiġrijiet tal-bhejjem, speċjalment iż-żwiemel. Dawn huma popolari l-aktar f’Għawdex. Fil-passat kienu jiġu organizzati ukoll tlielaq għan-nies.

IL-FESTI TAGĦNA KOMPETIZZJONIJIET IL-KOMUNITÀ … · 2020. 8. 31. · tal-Assedju l-Kbir tal-1565). Fil-passat, kien hemm festi oħra li fihom kienu jsiru t-tiġrijiet tad-dgħajjes

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • FERĦ U GĦAQDAIl-festa isimha magħha. L-element reliġjuż jiżżewwaq mad-divertiment tal-komunità. Il-ġimgħa tal-festa tlaqqa’ lill-komunità kollha, inklużi dawk li ma baqgħux jgħixu fil-lokalità fejn trabbew, f’atmosfera ta’ ferħ u għaqda.

    IL-FESTI TAGĦNA...IL-KOMUNITÀ TIĊĊELEBRA

    © 2020 Publishing

    DIMOSTRAZZJONIJIET U MARĊIL-aktar popolari fost iż-żgħażagħ huma l-marċi tal-briju, bil-banda ddoqq innijiet ferrieħa u l-partitarji jaqbżu u

    jkantaw quddiemha. F’waħda mis-serati ta’ qabel jum il-festa jkun hemm id-dimostrazzjoni fejn l-istatwa ta’ barra

    tal-qaddis (differenti minn dik tal-purċissjoni ta’ nhar il-festa) tiġi mdawwra mal-lokalità u wara mtella’ fuq kolonna jew

    pedestal kbir fejn tibqa’ hemm sa tmiem il-festa.

    IS-SUNETTIIl-pjazez u t-toroq jinksew b’karti żgħar

    ta’ kull kulur u għamla, speċjalment waqt il-purċissjoni, id-dimostrazzjoni jew xi marċ.

    Dawn jintefgħu mill-kampnari tal-knisja u mill-bjut u l-galleriji tad-djar u l-każini.

    Jintefgħu wkoll karti mdaqqsa bl-innijiet u s-sunetti (poeżiji b’14-il-vers).

    FESTA TA’ IKELMingħajr ikel u xorb m’hemmx festa! Il-pjazez ewlenin

    tal-lokalità jimtlew bil-bejjiegħa tal-ikel, tal-ħelu, tax-xorb u tal-ġelati. Fost l-aktar tradizzjonali hemm

    dawk tal-qubbajt, ħelu magħmul miz-zokkor u l-ġellewż. Il-bank tal-qubbajt ikollu miżien kbir

    imdendel f’ark tal-injam u vetrina mimlija biċċiet tal-qubbajt ta’ daqs, għamla u kuluri varji.

    IX-XALATAL-għada tal-festa ħafna min-nies tal-lokalità jorganizzaw ix-xalata. Huma jerħulha lejn il-baħar minn

    filgħodu u jgħaddu l-ġurnata hemm. Fit-triq lura lejn id-dar issir carcade b’ħafna briju li jinstema’

    minn seba’ mili bogħod.

    KOMPETIZZJONIJIET

    Numru ta’ lokalitajiet li jinsabu ħdejn il-baħar jorganizzaw il-ġostra. Din tikkonsisti f’arblu twil mwaħħal fit-tarf ta’ moll jew irdum baxx u mmejjel għal

    fuq l-ilma. Mal-ponta tiegħu jintrabtu xi premjijiet

    filwaqt li l-arblu jindilek bix-xaħam. Min jirnexxielu jasal

    sat-tarf jieħu wieħed mill-premjijiet.

    Drawwa marbuta mal-ibliet u l-irħula ta’ madwar il-portijiet hija r-regatta (tlielaq tad-dgħajjes). Illum din issir fit-8 ta’ Settembru,

    il-Festa tal-Bambina (it-twelid tal-Madonna) u tal-Vitorja (ir-Rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565). Fil-passat, kien hemm festi oħra li fihom

    kienu jsiru t-tiġrijiet tad-dgħajjes.

    Diversi lokalitajiet li ma jinsabux ħdejn il-baħar jorganizzaw it-tiġrijiet tal-bhejjem, speċjalment iż-żwiemel. Dawn huma popolari l-aktar f’Għawdex. Fil-passat kienu jiġu organizzati

    ukoll tlielaq għan-nies.