12

FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar
Page 2: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

2

FESTI INKLUSSIVI 2018

Formola tal-Applikazzjoni

Il-formola tal-applikazzjoni tista’ timtela kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż.

Jintlaqgħu biss dawk l-applikazzjonijiet li jiġu kkompilati b’mod sħiħ, skont il-

kriterji tal-eliġibilità u fi żmien stipulat. Qabel timtela’ l-formola tal-

applikazzjoni, jekk jogħġbok aqra sew id-dokumentazzjoni annessa ma’ din l-

applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jridu jintbagħtu bil-posta lis-Segretarjat

Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Palazzo Ferreria, Triq

ir-Repubblika, Valletta jew b’email fuq [email protected] sal-31 ta’ Mejju

2018.

L-Iskop

L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva huwa li tħeġġeġ lill-Każini tal-Banda ta’

madwar Malta u Għawdex joħolqu inizjattivi li bihom iħeġġu lill-komunità

kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom.

Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar sinifikanti f’Malta u f’Għawdex u ta’

importanza kbira għal raġunijiet varji, fosthom dawk reliġjużi u kulturali. Id-

dinamika tal-festa hija waħda kumplessa u interessanti. Imnissġa fil-ħadma

tagħha nsibu, fost oħrajn, l-ispiritwalità, l-arti, l-identità u t-tradizzjonijiet. Il-

festa tlaqqa’ flimkien u toħloq l-opportunità għall-individwi sabiex jingħaqdu

flimkien f’ambjent fejn jistgħu jitkellmu, jiċċelebraw u jitolbu.

Il-festa toħloq sens ta’ komunità, u kapaċi tiġbor fiha u tiċċelebra ġabra ta’

emozzjonijiet, flimkien ma’ motivazzjonijiet ta’ interessi varji u passjonijiet.

Bħala kullana ta’ kultura, storja, patrimonju soċjali u spiritwali, u rikkezzi

pjuttost uniċi u importanti, il-festa hija fenomenu li għandu jiġi ppreservat u

mrawwem.

Bħal kull fenomenu ieħor fis-soċjetà hemm bżonn li naraw li l-festa tkun

aċċessibbli għal kulħadd, kif ukoll tkun opportunità eċċellenti fejn jinħoloq

ambjent ekwu, fejn kulħadd jista’ jieħu pjaċir u jipparteċipa.

Bord tal-Għażla

Ġie maħtur Bord tal-Għażla sabiex janalizza l-applikazzjonijiet li ser jiġu

Page 3: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

3

sottomessi. Huwa importanti li ma’ din l-applikazzjoni jiġu sottomessi tal-

inqas 3 kwotazzjonijiet għal kull spiża proposta li taqbeż il-€100. Il-Bord

għandu d-dritt li jitlob lill-Każin tal-Banda applikant iktar dokumenti

neċessarji, u jekk dawn id-dokumenti ma jiġux sottomessi, l-applikazzjoni

tista’ tiġi miċħuda mill-istess Bord.

Meta l-Bord tal-Għażla jaċċetta li l-proġett propost jibbenefika mill-Fond

Festi Inklussivi, jingħata lill-Każin tal-Banda rispettiv 25% tal-ammont

finanzjarju approvat tal-proġett. Il-kumplament tal-ammont finanzjarju

approvat tal-proġett, jiġifieri 75%, jingħata meta l-proġett ikun tlesta,

jekk dejjem dan ikun sar in linja ma’ dak stipulat mill-Bord tal-Għażla.

Jekk il-proġett ma jiġix finalizzat in linja ma’ dak stipulat mill-Bord tal-

Għażla, il-25% tal-ammont finanzjarju approvat tal-proġett li jkun diġa’

ngħata lill-Każin tal-Banda rispettiv irid jintradd lura lill-Fond Festi

Inklussivi.

Huwa essenzjali illi jiġu ppreżentati rċevuti għal kull spiża koperta mill-

ammont maħruġ mill-Fond Festi Inklussivi, kemm fir-rigward tal-25%

maħruġin fil-bidu tal-proġett, kif ukoll fir-rigward tal-75% li jingħataw

wara li jitlesta l-proġett, u li tali rċevuti jkunu fiskali, kif ukoll oriġinali.

L-irċevuti jridu jkopru l-ammonti kollha dikjarati fir-rigward tal-25% tal-

ammont finanzjarju approvat tal-proġett u tal-75% tal-ammont

finanzjarju approvat tal-proġett. Spejjeż li jiffurmaw parti mill-75% li ma

jkunux koperti b’irċevuti ma jitħallsux lill-Każin tal-Banda, u spejjeż li

jiffurmaw parti mill-25% li ma jkunux koperti b’irċevuti jridu jitħallsu lura

mill-Każin tal-Banda.

Il-proġett propost mill-Każin tal-Banda rispettiv irid ikun lest f’sena mid-

data tal-ittra mibgħuta mill-Bord tal-Għażla li tindika li l-proġett ġie

aċċettat. Jekk il-proġett ma jkunx sar f’dan iż-żmien stipulat, il-Każin tal-

Banda rispettiv ma jibbenefikax minn dan il-Fond.

L-inizjattiva li għaliha jintalbu l-fondi tista’ ukoll tkun fażi waħda ta’

proġett akbar li jkun jikkonsisti f’ħafna fażijiet. F’dan il-każ ukoll l-

inizjattiva in kwistjoni trid titlesti f’sena.

Il-Bord tal-Għażla jista’ jiddeċiedi li l-ammont finanzjarju li Każin tal-

Banda jingħata mill-Fond Festi Inklussivi jkun inqas minn dak propost

Page 4: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

4

mill-Każin tal-Banda rispettiv. Jekk dan ikun il-każ, il-Każin tal-Banda

rispettiv irid jaċċetta li jkompli bil-proġett propost.

Il-Każin tal-Banda li jiġi allokat il-fondi mill-Fond Festi Inklussivi jingħata

tali fondi wara li jiġi ffirmat kuntratt bejn il-Każin tal-Banda u l-Ministeru

għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u skont it-termini u l-

kundizzjonijiet kollha li jkunu jinsabu f’dan il-kuntratt.

Il-massimu li Każin tal-Banda jista’ jibbenefika mill-Fond Festi Inklussivi

huwa ta’ €10,000.

Sabiex il-Każini tal-Banda jibbenefikaw minn dan il-Fond, iridu jkunu

reġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u jkunu

konformi mal-liġi li tirregola s-settur volontorju fid-data tal-għeluq tal-

applikazzjonijiet.

Il-Każini tal-Banda iridu jkunu attivi kif ukoll reġistrati mal-Għaqda Każini

tal-Banda.

Matul il-proġett irid ikun hemm tabella fejn ikun qiegħed isir il-proġett,

jew inkella fil-bini tal-Każin tal-Banda rispettiv, li turi li l-proġett huwa

parti mill-inizjattiva Festi Inklussivi u d-disinn tagħha ser ikun provdut

mill-Bord tal-Għażla. Din it-tabella trid tibqa’ fil-post anke wara li l-

proġett jiġi finalizzat.

Kriterji tal-Għażla

Il-proġett irid jassigura li l-parti tal-festa li tiġi organizzata mill-Każin tal-

Banda rispettiv tkun aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u/jew

għall-anzjani.

Il-proġett irid juri l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità u/jew l-anzjani.

Il-proġett propost irid ikun innovattiv.

Il-proġett irid jippromwovi l-inklużjoni u l-aċċessibilità b’mod ħolistiku

(wieħed jew aktar minn dawn l-elementi: aċċessibilità fiżika, intelletwali

u/jew sensorjali).

Page 5: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

5

Il-proġett irid ikun ta’ xprun għall-kumplament tal-komunità u jkompli

jħajjar aktar transformazzjonijet fl-imsemmija komunità.

Parti A:

L-identità tal-Każin tal-Banda

Isem il-Każin tal Banda: Lokalità: Membru tal-Għaqda Każini tal-Banda: Iva / Le (Immarka b’ċirku) VO Number:

Deskrizzjoni qasira tal-Każin tal-Banda (storja, attivitajiet, eċċ):

Page 6: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

6

Informazzjoni dwar applikazzjonijiet passati għal xi tip ta’ fondi, minn kwalunkwe sors, għal proġetti li għamel jew li ried jagħmel il-Każin tal-Banda:

Page 7: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

7

Parti B:

L-Iskop tal-Inizjattiva

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-inizjattiva ppjanata.

Page 8: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

8

Parti Ċ:

Livell ta’ Impenn

Jekk jogħġbok indika l-ammont finanzjarju u d-dettalji tal-investiment għal dan il-proġett u t-terminu ta’ żmien li matulu ser jitlesta l-proġett. Importanti li jiġu mehmużin mal-applikazzjoni dokumenti li juru l-ammont finanzjarju propost.

Page 9: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

9

Parti D:

Impatt

B’liema mod din l-inizzjattiva ser tkun qiegħda ttejjeb l-aċċessibilità u l-inklużjoni fil-festa tal-Belt jew raħal tiegħek, u għalhekk il-kwalità tal-ħajja tal-

persuni b’diżabilità u/jew l-anzjani?

Page 10: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

10

Parti E:

Involviment tal-Persuni b’Diżabilità u/jew Anzjani u Imsieħba

Relevanti

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-involviment tal-persuni b’diżabilità u/jew anzjani fl-ippjanar ta’ din l-inizjattiva li għandha l-għan li żżid l-aċċessibilità u l-inklużjoni.

Page 11: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

11

Parti F:

X’inhu dak li ser jiddistingwi l-proġett minn oħrajn?

Page 12: FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom. Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar

12

Parti Ġ:

Kuntatt

Isem u Kunjom l-uffiċjal awtorizzat illi jiffirma skont l-istatut tal-Każin tal- Banda: Pożizzjoni fil-Każin tal-Banda: Firma: Data: Numru tat-telefon u mobile: Email: Website Uffiċjali tal-Każin tal-Banda: Facebook Page Profile tal-Każin tal-Banda: Twitter Profile tal-Każin tal-Banda: