12
Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes AD1878, Parroçça Santa Marija Qrendi Mariapolis Il-Belt ta’ Marija Óar©a 7 Festa Nru 138 – Lulju 2016

Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

  • Upload
    others

  • View
    3

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes AD1878, Parroçça Santa Marija Qrendi

Mari

apoli

sIl

-Belt

ta’ M

arija

Óar©a 7 Festa Nru 138 – Lulju 2016

Page 2: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

2 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016Mariapolis

IntroduzzjoniIl-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes

tal-Qrendi għas-seba’ sena konsekuttiva qiegħda twassal il-messaġġ tagħha fid-djar tagħkom permezz tar-rivista annwali tagħha MARIAPOLIS. Il-Grupp Mexxej din is-sena qiegħed jiddedika din ir-rivista lil dawk kollha li għal dawn l-aħħar 138 sena ħadmu sabiex il-Festa f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes tkun iċċelebrata b’dinjità minkejja li mhux dejjem kien kollox ward u żahar.

Il-Grupp Mexxej kompla jinvesti f’din ir-rivista għaliex jemmen li hija waħda mill-kanali ewlenin ta’ komunikazzjoni li l-Konfraternità Lourdes għandha sabiex twassal leħinha

fid-djarkom. Ta’ min ifakkar li din kienet l-ewwel rivista tax-xorta tagħha ippubblikata minn Fratellanzi fil-komunità tagħna.

Grazzi mill-qalb tmur lejn dawk kollha li taw sehemhom biex din il-ħarġa ssir realtà, fosthom l-artikolisti u l-fotografi. Bħala Grupp Mexxej nixtiequ nirringrazzjaw lill-familjari tagħna li dejjem jifhmuna u jagħtuna s-sapport kollu tagħhom sabiex matul il-

jiem kollha tas-sena nkomplu naħdmu b’risq il-Konfraternità Lourdes.

Grazzi lis-Sur Mario Abela, il-Management u l-ħaddiema kollha ta’ Best Print Co. Ltd. għall-għajnuna u l-paċenzja tagħhom. Grazzi wkoll lis-Sur John Buttigieg għall-qari tal-provi, liema xogħol huwa meħtieġ biex din il-pubblikazzjoni tilħaq il-livell meħtieġ. Grazzi lill-Kappillan Fr Glen, il-Kleru tal-Parroċċa, diversi saċerdoti, is-Sindku, il-Viċi-Sindku u l-Kunsilliera tal-Qrendi talli jkomplu jemmnu fina, jifhmuna u jagħtuna s-sapport tagħhom biex il-ħidma tal-Konfraternità tkompli tagħti l-frott mixtieq.

Grazzi lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes u lis-sezzjonijiet kollha fi ħdanha talli jieħdu ħsieb il-Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem jibqgħu dawk ċelebrati fil-Knisja. Grazzi lilkom ilkoll li tagħtu l-appoġġ tagħkom matul is-sena kollha b’risq il-Konfraternità Lourdes.

Il-Konfraternità Lourdes Punt ta’ Riferiment

Is-Sur Godfrey Axiaq, il-benefattur

tal-Bradella l-ġdida

Page 3: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

3Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016 Mariapolis

“Inħennu bħall-Missier”. Dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwasslilna l-Ġublew għas-Sena tal-Ħniena li nieda l-Papa Franġisku. Hu Ġesù nnifsu li jagħmlilna din is-sejħa: “ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36). Lourdes, il-post fejn Ommna Marija dehret lil Santa Bernardina għal tmintax-il darba, hi l-Belt Marjana fejn il-messaġġ tal-Ħniena hu prattikat kuljum. Lourdes hi xmara ħajja ta’ mħabba fejn Ommna Marija twassal u tagħti l-ħniena tagħha lil diversi pellegrini li jagħmlu l-mixja tagħhom sabiex isibu l-fejqan tar-ruħ u tal-ġisem.

Il-Konfraternità Lourdes għalhekk tħeġġeġ lil kulħadd sabiex il-Festa li ser niċċelebraw tkun Festa li tirrifletti l-messaġġ ta’ Papa Franġisku bil-fatti u mhux bil-paroli. Nistgħu niktbu u npinġu lilna nfusna bħala qaddisin mexjin fl-art, pero mbagħad bil-fatti nagħmlu kollox bil-kontra. Il-mixja tal-Ħniena żgur ma titlobx minna li nħammġu w nitfgħu t-tajn fuq l-oħrajn minn wara darhom. Il-Ġublew tal-Ħniena jpoġġielna quddiemna diversi sfidi, u għalhekk dikjarazzjonijiet bħal: supremazija; prima klassi; sekonda klassi; tagħna tagħna, tagħkom tagħna; tagħna biss; ‘spot the difference’; dnub li ma jinħafirx; tridu toħorġu bilfors; u ħafna battutti oħra li saħansitra ġieli saru anke waqt purċissjonijiet fiż-żewġ festi tar-raħal tagħna, żgur li ma jirriflettux il-kliem u r-rakkomandazzjonijiet ta’ Papa Franġisku għal dan il-Ġublew daqstant importanti. Għalhekk l-appell tal-Konfraternità Lourdes hu li niċċelebraw Festa ta’ rispett, mħabba u ferħ bejnietna ilkoll bħala familja waħda.

Il-Konfraternità Lourdes hija determinata li tkompli toffri lid-devoti Marjani kollha liturġija ħajja, friska u kreattiva matul il-ġimgħa tal-Festa, sabiex jitwassal il-messaġġ ta’ Marija b’mod effettiv. Dan kollu qiegħed isir id f’id mal-Kappillan tagħna, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, diversi għaqdiet, u Konfraternitajiet lokali u internazzjonali oħra. Il-Konfraternità Lourdes tagħraf il-Festa f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes bħala l-quċċata taċ-ċelebrazzjonijiet tagħha, madankollu taħdem b’mod kontinwu matul is-sena kollha sabiex tkun vuċi u xhud ta’ Ommna Marija kulfejn tkun, dan għamlitu dejjem fl-aħħar snin u matul l-eżistenza kollha tagħha.

Ħidmiet il-Konfraternità 2015/2016Il-Konfraternità Lourdes kompliet taħdem fuq diversi

livelli matul is-sena 2015 u 2016 sabiex twassal il-messaġġ tagħha u tkompli tindokra l-patrimonju ta’ paramenti sagri propjetà tagħha. Il-Grupp Mexxej kompla jiltaqa’ b’mod regolari matul is-sena kollha sabiex jieħu ħsieb it-tmexxija tal-Konfraternità, id f’id mal-Kappillan Fr Glen bħala r-ragħaj spiritwali tagħna.

Ċelebrazzjonijiet ReliġjużiIl-Konfraternità Lourdes kompliet taħdem id f’id mal-

Kappillan u l-Parroċċa sabiex jiġu organizzati t-tifkiriet tad-dehriet f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes, kif ukoll il-liturġija ta’ matul il-ġimgħa tal-Festa. Bħala Konfraternità ninsabu sodisfatti li fis-snin li għaddew għamilna avvanzi kbar fil-kwalità tat-tħejjija taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, kif ukoll fil-parteċipazzjoni tal-membri tal-Parroċċa għall-funzjonijiet fil-jiem tal-Festa. Dan kollu jimliena bil-kuraġġ sabiex inkomplu nkunu kreattivi f’dan il-qasam fis-snin li ġejjin.

Mezzi ta’ komunikazzjoniIl-Konfraternità Lourdes kompliet tieħu ħsieb il-mezzi

ta’ komunikazzjoni tagħha matul is-sena kollha, fosthom il-webpage bl-isem www.lourdesconfraternityqrendi.com u anke l-paġna ta’ facebook bl-isem Lourdes Confraternity Qrendi – Malta li tlaħħaq aktar minn 3,200 membru. Bħala Konfraternità nħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ jgħinu f’dan il-qasam sabiex ikellmu lil xi membru tal-Grupp Mexxej.

Ġemellaġġi Internazzjonali u Lokali Bħala Konfraternità konna pijunieri biex bnejna w

saħħaħna r-relazzjonijiet ma’ diversi Konfraternitajiet Lokali u Internazzjonali permezz ta’ Ġemellaġġi ta’ fraternità. Dawn il-Ġemellaġġi minkejja li jirrikjedu ħafna ħin u sagrifiċċju sabiex jiġu organizzati, tawna viżjoni aktar ċara ta’ x’inhu mistenni minna bħala Konfraternità, imlewna b’ideat innovattivi sabiex inkabbru d-devozzjoni popolari lejn Ommna Marija u Binha Ġesù sal-punt li sirna qisna familja waħda.

Din is-sena l-Konfraternità Lourdes żaret il-Confraternità dell SS. Crocifisso f’Monreale fi Sqallija u lil Confradia della Maracena, f’Sevilja fi Spanja. Grazzi mill-qalb tmur lejn is-Sur Valentino Mirto u s-Sur Carlos Bravos għall-

Il-Messaġġ tal-Konfraternità Lourdes għall-Ġublew tal-Ħniena

Page 4: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

4 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016Mariapolis

għajnuna u s-sapport kollu tagħhom f’dan il-qasam. Fuq livell lokali komplejna bil-parteċipazzjoni tagħna fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Imqabba, fil-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes fiż-Żejtun, kif ukoll fil-Festi speċjali li saru fil-Knisja ta’ Santa Teresa f`Bormla. Minn hawnhekk nirringrazzjaw lil Fr Martin Borg; lis-Sur Anthony Spagnol; lis-Sur Joe Gauci u ħafna oħrajn għall-koperazzjoni tagħhom mal-Konfraternità Lourdes.

Il-pjanijiet tagħna bħala Konfraternità huma li nkompli għaddejjin bl-organizzazzjoni ta’ dawn il-Ġemellaġġi Lokali u Internazzjonali, u bi pjaċir inħabbru li f’Ottubru li ġej il-Konfraternità ser tipparteċipa fil-Cammino Nazionale dei Giovani Confrati li ser ikun organizzat mill-Confederazione delle Confraternite delle Diocesi d’Italia fejn il-Konfraternità Lourdes ġiet mistiedna b’mod uffiċjali sabiex tipparteċipa flimkien mal-Konfraternitajiet Taljani.

Proġetti ta’ Opri Ġodda u RestawrIs-sena 2015 tibqa’ mfakkra bħala sena speċjali għalina

minħabba l-fatt li l-Konfraternità Lourdes żanżnet Bradella u Bankun ġdid għall-istatwa tant sabiħa u maħbuba ta’ Ommna Marija ta’ Lourdes. Grazzi speċjali tmur lejn is-Sur Godfrey Axiaq li għamel din il-ħolma realtà, u lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex din l-opra tkun tassew opra maestuża li tirrifletti l-imħabba tagħna lejn il-Madonna. Fost dawk kollha li taw sehemhom bħala Konfraternità nixtiequ nirringrazzjaw lil artisti kollha fosthom is-Sur Renzo Gauci, is-Sur Ġilju u Charlie Sacco, u ħafna oħrajn.

Grazzi speċjali tmur lejn Fr Mario Mifsud u Fr Glen Buhagiar talli tawna s-sapport kollu tagħhom biex dan il-proġett seta’ jinħadem, jitlesta, u jiġi mżmum fi stat tajjeb ukoll. Bħala Konfraternità inħarsu ’l quddiem għal aktar

proġetti ta’ dan it-tip, proġetti li ġew imfaħħra minn kulħadd, proġetti li l-Konfraternità Lourdes ser tkun qiegħda tagħmel talba għalihom lill-Kappillan Fr Glen, sabiex inkomplu nżidu l-kullana ta’ paramenti sagri mill-isbaħ propjetà tal-Konfraternità Lourdes.

Fis-sena 2015 tlesta wkoll proġett kbir ta’ restawr fejn il-Konfraternità ħadmet sabiex jitlesta restawr fuq il-profeti u l-appostli li jintramaw fuq l-artal maġġur u l-artal tal-Agunija li fuqu hemm il-kwadru tal-Madonna ta’ Lourdes, il-gandlieri tal-artali ta’ San Pawl u tal-Kunċizzjoni, il-lasti tal-Bandalori ta’ San Filippu Neri u tal-Madonna ta’ Lourdes, estensjoni tal-lasti tal-mant, sar bdil fl-istruttura tal-ħadid tal-Mant minħabba l-bradella, u diversi inizjattivi ta’ restawr oħra.

Barra minnhekk il-Konfraternità akkwistat sett siġġijiet antiki għall-artal maġġur li ġew restawrati u mżanżna s-sena l-oħra. Dawn is-siġġijiet ġew imfaħħra minn kulħadd għaliex huma tassew sbieħ fl-istil tagħhom u għandhom valur kbir għaliex huma antiki.

Minn hawnhekk inħeġġu lil kulħadd sabiex matul il-jiem tal-Festa nkunu ġenerużi ħalli jinġabru l-fondi neċessarji għall-ħlas tal-aħħar pagament tal-Gandlieri tal-artal maġġur u b’hekk inkunu nistgħu ngħidu li r-restawr kollu li sar fl-aħħar snin hu lest u mħallas kollu sa Awwissu 2016.

Proġett Bandalora tal-KonsorelliDin is-sena l-Konfraternità Lourdes ser tkun qiegħda

tinawgura l-pittura restawrata tal-Madonna ta’ Lourdes li kienet instabet fi stat ħazin ħafna fis-sena 2011. Grazzi għall-intervent u d-dedikazzjoni tas-Sur Anthony Spagnol u t-tim kollu tiegħu, din il-pittura reġgħet tinsab fl-istat oriġinali tagħha.

Page 5: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

5Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016 Mariapolis

Din il-pittura ser tkun esebita fil-Knisja fil-jiem tal-Festa, sabiex wara l-festa tiġi mfassla l-bandalora biex titwaħħal magħha. Kulmin jixtieq jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu b’risq dan il-proġett li ġej jiswa aktar minn 3,000 ewro għandu jkellem lil xi membru tal-Grupp Mexxej. Għal kull donazzjoni tingħata rċevuta.

GħeluqF’isem il-Konfraternità Lourdes nirringrazzja lil kulħadd

għall-għajnuna u sapport li tagħtuna matul is-sena kollha. Kull min jixtieq jgħin lill-Konfraternità fil-jiem tal-Festa, u matul is-sena inħeġġuh ikellem lil xi membru tal-Grupp Mexxej.

Kif għamilna fis-snin l-imgħoddija, l-Konfraternità Lourdes ser tkompli taħdem sabiex tkun punt ta’ riferiment għall-membri tagħha, u anke għal Konfraternitajiet oħrajn. Għalhekk il-konċentrazzjoni tagħna mhux ser tkun biss fuq il-manutenzjoni tal-opri sagri, imma ser nifirxu ħidmietna fuq inizjattivi oħra ta’ fejda.

Inħeġġu lil kulħadd jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet interni matul il-ġimgħa kollha, b’mod speċjali fil-Quddiesa Solenni ta’ nhar il-Festa u matul il-purċissjoni fejn jingħad ir-rużarju flimkien ma’ talb għal fejqan.

Importanti li matul il-jiem tal-Festa nersqu lejn is-Sagramenti tal-Qrar u tat-Tqarbin sabiex verament il-Festa f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes twassalna sabiex nixorbu u nduqu x-xmara ta’ ħniena u mħabba li Ommna Marija u Binha Ġesù għandhom ġhalina. Awguri għal Festa Qaddisa lil kulħadd.

Page 6: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

6 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016Mariapolis

Is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2016 7.30pm Ħruġ tax-xbieha tal-Madonna ta’ Lourdes min-niċċa

sabiex titpoġġa fuq il-bradella mill-membri tal-Konfraternità Lourdes.

It-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad ir-Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u

animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-familji u t-tfal animata mill-Katekisti.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal tal-Komunità tal-Qrendi flimkien mal-familji kollha. It-tfal kollha flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġa jipparteċipaw f’din iċ-ċelebrazzjoni. Wara l-quddiesa jsir mument ta’ talb u wara tingħata l-barka sagramentali.

It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u

animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi

Bżonnijiet Differenti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huwa mistieden kulħadd flimkien mal-għaqdiet li jieħdu ħsieb il-Morda, il-Persuni bi Bżonnijiet Differenti u l-Anzjani. Il-Kant ser jitmexxa mill-Kor Magnificat tal-Parroċċa tal-Qrendi. Waqt il-quddiesa ser ikun amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara jsir mument ta’ talb u tingħata l-Barka Sagramentali.

Kif tispiċċa l-quddiesa jsir it-tqarbin tal-morda u l-anzjani kollha tal-parroċċa mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

Nirringrazzjaw bil-quddiem l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL); l-Azzjoni Kattolika - Ħidma Morda; Caritas Malta; ir-Residenza San Vinċenz; ir-Residenza Monte Carmeli; id-Dar tal-Providenza; u entitajiet oħra li sena wara sena joffru s-servizz tagħhom sabiex il-morda u l-anzjani jkunu jistgħu jipparteċpaw f’din il-liturġija.

L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad ir-Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u

animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ u membri tal-Għaqdiet

Reliġjużi, Soċjali u Kulturali tal-Qrendi. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali ż-Żgħażagħ, kif ukoll il-Kunsill Lokali, l-Għaqdiet u l-Gruppi kollha li joperaw fil-Komunità Qrendija. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2016L-Ewwel Jum tat-Tridu 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa bil-prietka tat-Tridu minn Patri Joseph

Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve

Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016It-Tieni Jum tat-Tridu 7.45am Quddiesa Kantata. 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30am Quddiesa bil-prietka tat-Tridu minn Patri Joseph

Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve

Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Is-Sibt 2 ta’ Lulju Ġunju 2016It-Tielet Jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa 7.45am Quddiesa Kantata. 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa bit-talba tal-Għasar kantat. Il-predikatur

waqt il-Quddiesa ser ikun Patri Joseph Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve

Programm tal-Festi ta’ Ġewwa

Festa tal-Madonna ta’ Lourdesil-Qrendi 2016

Page 7: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

7Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016 Mariapolis

Reġina, il-Litanija, l-Antifona, it-Te Deum, u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2016Jum il-Festa 6.00am Quddiesa Kantata. 7.00am Quddiesa Kantata. 8.00am Korteo li jitlaq minn fejn is-sede tal-Kunsill

Lokali tal-Qrendi fejn membri tal-Konfraternità Lourdes jakkumpanjaw lis-Sindku, il-Viċi Sindku u l-Kunsilliera flimkien mad-Diriġenti tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes għall-Quddiesa Kantata Solenni. Il-Korteo ikun immexxi mill-Scouts Group ta’ Ħaż-Żabbar.

8.30am Quddiesa Kantata Solenni immexxija mill-W.R. Kan. Dr. Jonathan Farrugia. Wara l-Vanġelu Patri Renald Lofreda O. Carm., Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Fgura, jinseġ il-Paniġierku tal-Festa. Il-Quddiesa Solenni ser tkun akkumpanjata mill-Kor Sine Macula ta’ Ħal Safi u l-Kor Parrokkjali Magnificat. Jiehdu sehem membri mill-Confraternità dell SS. Crocifisso (Monreale) u mill-Confraternità dell Immaculata Concezione (Bitonto).

11.00am Quddiesa Kantata. 6.00pm Għasar solenni.

7.00pm Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna ta’ Lourdes immexxija mill- W.R. Kan. Dr. Jonathan Farrugia flimkien mal-Kappillan u l-Kleru tal-Parroċċa u akkumpanjata mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi, mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba, mill-Confraternità dell SS. Crocifisso (Monreale), mill-Konfraternità dell Immaculata Concezione (Molfetta), u Konfraternitajiet oħrajn. Lejn tmiem il-purċissjoni issir Aux Flambeaux b’talb u kant reliġjuż. Inħeġġu lid-devoti kollha tal-Madonna sabiex jingħaqdu lkoll fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex insellmu lil Ommna Marija u nroddulha ħajr għall-grazzji kbar li tatna matul din is-sena, filwaqt li nipparteċipaw fil-mixja devota madwar it-toroq tal-Qrendi fejn isir talb għall-fejqan tal-morda.

10.00pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Kurunella, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Mużika tal-Festa ser tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Tony Pace. Il-Konfraternità Lourdes tħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja organizzati mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi. Tkun ħaġa xierqa li kulħadd jersaq għas-Sagramenti tal-Qrar u tat-Tqarbin f’dawn il-jiem ta’ Festa.

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2016 Ġemellaġġ Lokali. Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni Solenni bil-vara tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Imqabba.Awwissu 2016 Armar ta’ Paramenti Sagri tal-Konfraternità Lourdes għall-Festa Titulari ta’ Santa Marija.Awwissu 2016 Ġbir ta’ Fondi mill-Grupp Mexxej tal-Konfraternità LourdesIt-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2016 Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni Solenni bil-vara ta’ Santa Marija.Awwissu 2016 Ġemellaġġ Lokali. Parteċipazzjoni fil-Pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa ż-Żejtun.Il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2016 Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni bil-vara tal-Madonna taċ-Ċintura.Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2016 Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tar-Rużarju.Is-Sibt 22 ta’ Ottubru 2016 Parteċipazzjoni fil-Cammino Nazionale dei Confrati Giovani ġewwa l-Vatikan (Ruma).Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru 2016 Parteċipazzjoni fil-Cammino Nazionale dei Confrati Giovani ġewwa l-Vatikan (Ruma).

Impenji oħra tal-Konfraternità Lourdes għas-Sena 2016

Page 8: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

8 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016Mariapolis

Din hi t-tema li għażilna bħala Parroċċa għall-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes għal din is-sena. Marija hija x-xmara li minnha jgħaddu grazzji kbar. Hu Kristu nnifsu l-ilma tal-grazzja t’Alla. Marija hija l-intermedjarja ta’ dawn il-grazzji.

Matul din is-sena, bħala Knisja, qed ngħixu s-sena tal-

Ħniena. Il-messaġġi li Marija tat lil Bernardette ġewwa l-Grotta ta’ Lourdes, huma messaġġi ta’ ħniena mal-bnedmin. L-għajn li Bernardette skopriet fid-disa’ dehra hi simbolu tal-messaġġ kollu li Marija fdat f’idejn it-tfajla ta’ Massabielle. L-għajn tissimbolizza il-persuna ta’ Kristu.

Għalhekk, meta s-Sinjura talbet lil Bernardette biex tmur tixrob u taħsel wiċċha f’dik il-għajn, kienet qed tistedinha biex tidħol fil-misteru tal-ħajja ta’ Binha Ġesù. Fil-ħajja tan-nisrani mhux biżżejjed li nkunu nafu fuq Ġesù, imma rridu nagħmlu esperjenza ħajja ta’ Kristu u tal-Ħniena tiegħu.

Dan ifisser li jien irrid insir midħla tal-Kelma t’Alla, u li nħalli lil din il-Kelma tibdel il-qalb tiegħi billi nersaq ukoll lejn is-Sagramenti tar-Rikonċiljazzjoni (il-Qrar) u tal-Ewkaristija, li huma għejun li jgħinuni ninbidel fiH.

Marija turi lil Bernardette li d-dnub iħassar lill-bniedem u jbiegħdu minn Alla. Fil-ħniena tiegħu, Alla qatt ma warrab il-bniedem. Għalhekk, hu ħaseb u ried lil Marija, qaddisa u bla tebgħa fl-imħabba, biex issir Omm il-Feddej.

Bl-‘Iva’ tagħha, Marija tat lid-dinja lil Sidna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu aħna ġejna salvi. Hu neċessarju li fil-ħajja tagħna aħna nidħlu ftit fina nfusna, u naraw x’inhu dak li qed ibegħdna minn Alla u mill-oħrajn u nitolbu l-grazzja ta’Alla biex nagħmlu bidla radikali fil-ħajja tagħna, li twassalna biex il-qalb tagħna tkun aktar sors ta’ mħabba u karità, qalb mimlija kompassjoni, li tħoss mal-persuna li tkun qed tbati, li jkollna qalb ħelwa u li turi ħniena u maħfra.

Inkunu qed nagħmlu biss attività kulturali jekk nagħżlu li niċċelebraw il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes mingħajr ma nfittxu li din tħalli effett spiritwali fil-ħajja tagħna! Mela ejjew nersqu lejn ix-xmara tal-ħniena u nixorbu u naħslu wiċċna, jiġifieri li nagħmlu l-esperjenza tal-Ħniena ta’ Kristu, b’mod speċjali fis-Sagramenti u nafdaw f’idejn il-Verġni Marija, sabiex tgħinna nidħlu fis-Santwarju tal-Ħniena Divina permezz ta’ Binha li hu l-Bieb li jwassalna għall-mergħat tas-salvazzjoni.

Messaġġ mill-Kappillan Dun Glen Buhagiar

Xmara ta’ Ħniena jisimha Marija

Page 9: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

9Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016 Mariapolis

Din il-pittura fuq it-tila turi xbieha tal-Madonna ta’ Lourdes impittra minn Giuseppe Bonnici fis-seklu dsatax. Oriġinarjament din il-pittura kienet tagħmel parti minn bandalora.

Matul iż-żmien din ix-xbieha ġarrbet ħsarat estensivi li

kienu jinkludu tiċrit u deformazzjonijiet fit-tila kif ukoll ammont kbir ta’ żebgħa oriġinali li intilfet.

Dan il-proġett ta’ konservazzjoni u restawr ħa madwar tlett snin; beda fl-2013 u ġie fi tmiemu fl-2015.

Konservazzjoni u Restawr fuq Pittura tal-Madonna ta’ LourdesRestawr minn: Anthony Spagnol, Jeanelle Lentini u Sephora Borg

Il-pittura qabel u wara il-konservazzjoni u r-restawr

Dettall tal-pittura fejn tidher tiċrita fit-tila

Ritratt tal-pittura fejn juri

d-deformazzjonijiet fit-tila

Dettall tal-pittura fejn jidher l-ammont kbir ta’ żebgħa oriġinali li ntilfet

Matul il-fażi ta’ restawr ġie skopert li xbieha simili ta’ din il-Madonna ta’ Lourdes, impittra ukoll minn Giuseppe Bonnici fl-1877, tinsab fis-sagristija tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi. Din tal-aħħar serviet bħala punt ta’ referiment mill-aktar utli sabiex jiġu rikostruwiti l-partijiet in-nieqsa fuq ix-xbieha li kienet qed tiġi restawrata.

Il-pittura ta’ Giuseppe Bonnici li tinstab fis-sagristija tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi

Page 10: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

10 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016Mariapolis

Għalkemm il-pittura sofriet minn ħsarat estensivi, l-iktar ħaġa importanti kienet li jiġi kkonservat dak li kien għad fadal mill-pittura u għalhekk inbeda xogħol ta’ konservazzjoni fuq it-tila. Il-proġett beda billi tneħħew id-deformazzjonijiet kollha li kienu preżenti fit-tila imbagħad fejn kien hemm tiċrit dawn twaħħlu flimkien b’materjal sintetiku. Minħabba li t-tila oriġinali kienet dgħajfa ħafna, ġie deċiz li l-pittura oriġinali tiġi rinfurzata b’tila oħra għal aktar stabbilta’.

Ritratti waqt il-fażi ta’ twaħħil tal-pittura oriġinali ma’ tila ġdida

Dettalji tal-pittura waqt it-trattament ta’ tindif

Dettall tal-pittura qabel u wara li ntlew il-partijiet nieqsa bi stokk addattat

Il-pittura qabel ir-restawr u wara li twaħħlet ma’ tila ġdida, u wara l-applikazzjoni ta’ stokk

addattat

Page 11: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

11Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016 Mariapolis

Wara li sar ix-xogħol ta’ konservazzjoni fuq is-sapport tal-pittura, bdew ukoll trattamenti fuq iż-żebgħa pittorika. Il-pittura tnaddfet minn trabijiet u ħmieġ superfiċjali imbagħad wara ġie applikat verniċ sintetiku sabiex jiġu separati t-trattamenti ta’ restawr minn mal-oriġinali.

Partijiet fejn iż-żebgħa oriġinali kienet mitlufa ntlew bi stokk bażi naturali. L-irtokk fuq il-partijiet nieqsin sar b’kuluri bażi ta’ verniċ. Fl-aħħar tal-intervent, ġie applikat verniċ sintetiku bi

Dettall tal-pittura qabel ir-restawr, waqt u wara il-fażi tal-irtokk

Dettall tal-pittura qabel u wara l-fażi tal-irtokk Il-pittura stirata fuq il-Perspex

(ritratt minn wara)

sprej bħala protezzjoni għall-kulur. Peress li hemm il-ħsieb li l-pittura tiġi inserita ġo

bandalora, kif kienet oriġinarjament, għall-konservazzjoni tagħha, ġiet stirata fuq Perspex irqieqa li inqatgħet bil-forma tal-pittura.

Il-Grupp Mexxej tal-Konfraternità Lourdesjavża li ser ikunu qed jinġabru donazzjonijiet b’risq

dan il-proġett ta’ restawr matul il-jiem tal-Festa.Inħeġġu lil kulħadd ikun ġeneruż.

Page 12: Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta · Festi ta’ barra b’tant galbu u dedikazzjoni, u talli jikkordinaw magħna bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festi dejjem

12 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016Mariapolis