21
Il-Ħajja ta’ Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli Mikiel Anton Vassalli

Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli

  • Upload
    malise

  • View
    407

  • Download
    13

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli. Min kien Mikiel Anton Vassalli?. Missier l-Ilsien Malti Il-mudell ta’ kif wieħed ikun Malti tajjeb Kittieb u Lingwista Ħassieb u Riformatur Ribell u Studjuż Rivoluzzjonarju. It-tfulija ta’ Vassalli. Twieled Ħaż-Żebbuġ fil-5 ta’ Marzu 1764 - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Il-Ħajja ta’ Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton VassalliMikiel Anton Vassalli

Page 2: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Min kien Mikiel Anton Vassalli?

• Missier l-Ilsien Malti• Il-mudell ta’ kif wieħed ikun Malti tajjeb• Kittieb u Lingwista• Ħassieb u Riformatur• Ribell u Studjuż• Rivoluzzjonarju

Page 3: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

It-tfulija ta’ Vassalli

• Twieled Ħaż-Żebbuġ fil-5 ta’ Marzu 1764

• Meta kien għad għandu sentejn, missieru miet fl-għomor ta’ 32 sena

Page 4: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Iż-żgħożija ta’ Vassalli

• Fl-1845 ngħata premju mill-iskola tal-Għarbi, il-Belt

• Kien jemmen li l-Maltin għandhom “iwarrbu d-dalma tal-injoranza, ikissru l-ktajjen ta’ fehmiet imqarrqa u ta' deni”

• Kompla l-istudji tiegħu f’Ruma fejn tħarreġ tajjeb fil-Latin u t-Taljan iżda l-iktar fl-ilsna Semitiċi, u ma damx ma sar professur tagħhom

Page 5: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Iż-żgħożija ta’ Vassalli

• Dan il-fatt għenu biex jagħraf il-bixra vera tal-ilsien Malti li dak iż-żmien kien imwarrab sew mill-poplu tiegħu stess

Page 6: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Iż-żgħożija ta’ Vassalli

• Ħa sehem fit-tkeċċija tal-Kavallieri minn Malta, favur il-ħakma Franċiża

• Għalhekk intbagħat il-ħabs mill-Kavallieri fil-forti Rikażli, fejn dam sentejn sakemm inħeles minn Napuljun

Page 7: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

• Meta l-Ingliżi waslu Malta tefgħu lil Vassalli mill-ġdid fil-ħabs “fuq suspett li hu miftiehem mal-għedewwa”

• Qatta’ sena fil-qorti tal-Imdina sakemm marad

Iż-żgħożija ta’ Vassalli

Page 8: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Iż-żgħożija ta’ Vassalli

• Xahar wara eżiljawh fi Franza għal dejjem bħala ‘ġakbin’

• Iżda għoxrin sena wara, fl-1820, wasal lura Malta, għajjien u nieqes minn mezzi ta’ għajxien għalih u għal uliedu

Page 9: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Lura Malta minn Franza

• Meta ġie Malta minn Franza kien fqir u miżżewweġ Maltija, b’erba’ ulied.

• Beda jgħallem ukoll il-Franċiż

• Beda jikkollabora mal-Protestanti fil-qlib tal-Kotba Mqaddsa

Page 10: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

• Il-kotba li bdew joħorġu l-Protestanti kienu bil-Malti, l-Ingliż u t-Taljan

• Bis-saħħa tal-President tal-Kunsill tal-Università, sar l-ewwel professur tal-Malti fl-Università

• Imma Vassalli xorta baqa’ mċaħħad mit-twettiq ta’ għanijietu li jistampa l-kotba tiegħu

Lura Malta minn Franza

Page 11: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Lura Malta minn Franza

• Vassalli sab għajnuna mingħand iċ-Church Missionary Society li kienet knisja Protestanta u li kienet waqqfet ċentru f’Malta mnejn tqassam il-Bibbja fi lsien il-poplu.

• Vassalli ġie fdat bit-traduzzjoni tal-Vanġeli, bil-wegħda li jistampawlu wkoll il-grammatika riveduta tiegħu tal-Malti

Page 12: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Lura Malta minn Franza

• L-għan tat-traduzzjoni tiegħu tal-Vanġeli ma kienx reliġjuż iżda biex il-Maltin isiru midħla tal-Malti

• Iżda meta miet fit-12 ta’ Jannar 1828, il-Kappillan ma riedx jagħtih difna Kattolika minħabba l-kollaborazzjoni tiegħu mal-Protestanti - għalkemm Vassalli qatt ma sar membru magħhom

Page 13: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

• Billi ħbiebu l-Protestanti ma xtaqux li l-katavru tiegħu jindifen f’post imwarrab, difnuh f’wieħed miċ-ċimiterji tal-Ingliżi

Lura Malta minn Franza

Iċ-ċimiterju tal-Imsida

Page 14: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Vassalli u l-Ilsien Malti

• Ried li l-Maltin ma jibqgħux injoranti

• Għall-ewwel, Vassalli beda jiġbor il-qwiel Maltin biex joħroġ minnhom l-għerf mhux miktub ta’ missirijietna

Page 15: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

• “Il-lingwa hi strettament marbuta mal-istorja tal-bnedmin li jitkellmuha”

• Kien kontra n-nies tal-bliet li kienu jqisu l-kliem barrani isbaħ mill-Malti

Vassalli u l-Ilsien Malti

Page 16: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Vassalli u l-Ilsien Malti

• Ried dinjità u attenzjoni lill-wirt qadim iżda mwarrab bħalma kien l-għana

• Fost il-kitbiet tiegħu nsibu l-Alfabett Malti mfisser bil-Malti u bit-Taljan

• Vassalli kiteb ukoll l-ewwel dizzjunarju Malti – Lexicon li kien ippubblikat fl-1796. Kull kelma kienet spjegata bil-Latin u bit-Taljan

Page 17: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli
Page 18: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

Vassalli u l-Ilsien Malti

• Għal Vassalli, l-unika soluzzjoni kienet l-edukazzjoni, speċjalment it-tagħlim tal-qari u tal-kitba

• Vassalli ried li l-edukazzjoni tkun dritt għat-tfal, bla ħlas

Page 19: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

• Kien tal-fehma li l-livell tal-edukazzjoni jikber jekk l-għalliema jispjegaw bi lsien pajjiżhom, jiġifieri bl-ilsien Malti

Vassalli u l-Ilsien Malti

Page 20: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

• Il-monument ta’ Vassalli jinsab int u dieħel Ħaż-Żebbuġ

• Kull Malti ta’ min jammira l-kapaċità u l-impenn personali ta’ Vassalli b’risq l-ilsien Malti

Il-monument ta’ Vassalli

Page 21: Il-Ħajja ta’  Mikiel Anton Vassalli

TMIEMMelanie Gauci, Steven Mifsud u Yanica VassalloMelanie Gauci, Steven Mifsud u Yanica Vassallo

20112011