19
Kelma tal-Ħajja Mejju 2012

Kelma tal-Ħajja

  • Upload
    loe

  • View
    46

  • Download
    7

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Kelma tal-Ħajja. M ejju 2012. « Nar ġejt inqiegħed fuq l-art ; U kemm nixtieq li diġ à qabad !» (L q 12,49). - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja

Mejju 2012Mejju 2012

Page 2: Kelma tal-Ħajja

«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!»

(Lq 12,49).

Page 3: Kelma tal-Ħajja

Fit-Testment il-Qadim in-nar

huwa xbieha tal-Kelma t’Alla kif imħabbra mill-profeti. Imma

anki l-ġustizzja t’Alla hi mxebbha

man-nar, il-ġustizzja li biha Alla kien jgħaddi minn ġo nofs il-

poplu tiegħu biex isaffih.

Page 4: Kelma tal-Ħajja

L-istess il-Kelma ta’ Ġesù. Din hi kelma li tibni, imma fl-istess waqt teqred dak kollu li hu

fieragħ, dak li jrid jintemm, dak li hu frugħa. Biex tibqa’ biss il-verità.

Page 5: Kelma tal-Ħajja

Ġwanni l-Battista kien qal dan fuq

Ġesù: “Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar” (Lq 3, 16).

B’hekk ħabbar minn qabel il-magħmudija

nisranija li bdiet isseħħ dakinhar li niżel l-Ispirtu s-

Santu fuq l-appostli u dehru

ilsna tan-nar.

Page 6: Kelma tal-Ħajja

Jiġifieri l-missjoni ta’ Ġesù hi li

jwassal in-nar fuq l-art, li hu

l-Ispirtu s-Santu li

jġedded u jsaffi kollox.

Page 7: Kelma tal-Ħajja

«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!»

(Lq 12,49).

Page 8: Kelma tal-Ħajja

Ġesù jagħtina l-Ispirtu.Imma kif jaħdem l-Ispirtu s-Santu ġewwa

fina?

Page 9: Kelma tal-Ħajja

Jaħdem billi jpoġġi fina l-imħabba – dik l-imħabba li Hu jixtieq li aħna nżommuha

dejjem tixgħel f’qalbna.

Page 10: Kelma tal-Ħajja

Din x’imħabba hi?Mhijiex xi ħaġa ta’ din id-dinja, limitata. Hi l-

imħabba kif insibuha fil-Vanġelu. Hi li tħobb lil kulħadd, l-istess waħda li biha jħobbna l-Missier li

hu fis-Sema, li jibgħat ix-xemx u x-xita fuq kulħadd, fuq it-tajbin u l-ħżiena, saħansitra fuq l-

għedewwa.

Page 11: Kelma tal-Ħajja

Din hi mħabba li ma tistenna xejn mingħand ħadd, imma tħobb hi l-

ewwel.

Page 12: Kelma tal-Ħajja

Hi mħabba li ssir ħaġa waħda ma’ kulħadd: tbati, tifraħ, tinkwieta u tittama ma’ kulħadd. U,

jekk ikun hemm bżonn, dan tagħmlu bil-fatti. Għalhekk din mhijiex xi mħabba sentimentali,

bil-kliem biss.

Page 13: Kelma tal-Ħajja

Din l-imħabba tħobb ’il Kristu li jinsab f’kull wieħed u waħda minn ħutna l-bnedmin; b’hekk niftakru fi kliem

Ġesù: “Kull ma għamiltu... għamiltuh miegħi”.Din l-imħabba trid li ħaddieħor jasal biex iħobb huwa

wkoll, biex flimkien mal-oħrajn isseħħ l-imħabba reċiproka:

jien lilek u inti lili.

Page 14: Kelma tal-Ħajja

Din l-imħabba hi espressjoni konkreta li tidher tal-ħajja tagħna tal-Vanġelu. Hija

tagħti siwi kbir lill-kelma li mbagħad aħna nistgħu u għandna nwassluha lill-oħrajn.

Page 15: Kelma tal-Ħajja

«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!»

(Lq 12,49).

Page 16: Kelma tal-Ħajja

L-imħabba hi bħan-nar.

L-importanti li tibqa’ taqbad.

Page 17: Kelma tal-Ħajja

Biex isir dan, irridu l-ħin kollu nqabbdu xi ħaġa. L-ewwel u qabel kollox irridu nitfgħu l-

jien tagħna ġon-nar. Dan nagħmluh għax meta nħobbu, aħna jkollna f’moħħna lill-

oħrajn. Jew ikollna f’moħħna lil Alla, u b’hekk nagħmlu r-rieda tiegħu, jew lill-proxxmu,

meta aħna ngħinuh.

Page 18: Kelma tal-Ħajja

Jekk inżommu n-nar il-ħin kollu jaqbad, anki jekk ikun nar żgħir, dan jista’ jwassal għal ħuġġieġa kbira. Dan hu n-nar li Ġesù ġab

fuq din l-art: nar ta’ mħabba u ta’ sliem,

li bih kulħadd ikun aħwa ta’ xulxin.

Page 19: Kelma tal-Ħajja

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-2001

Grafika Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ nies madwar id-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

Dan il-PPT, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-2001

Grafika Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ nies madwar id-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

Dan il-PPT, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!»

(Lq 12,49).