64
IL-PULIZIJA Marzu 2015 • Vol 22 • Nru. 1 Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp Newspaper Post u aktar... Fil-Paġni ta' ġewwa Numru tal-Emerġenza 112 Attivitajiet fi żmien il-Milied Rwol tal-Pulizija u l-effett fuq il-familja Is-sensi tal-klieb

Marzu 2015 • Vol 22 • Nru. 1 IL-PULIZIJA · lizija, il-Milied huwa jum ieħor normali ta’ xogħol; għalhekk ħassu obbligat li personalment jiġi jgħidilna grazzi tal-ħidma

  • Upload
    others

  • View
    46

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

IL-PULIZIJAMarzu 2015 • Vol 22 • Nru. 1

Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp

Newspaper Post

u aktar...

Fil-Paġni ta' ġewwa• Numru tal-Emerġenza 112• Attivitajiet fi żmien il-Milied• Rwol tal-Pulizija u l-effett fuq il-familja • Is-sensi tal-klieb

Advert inside Front

3Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Werrej

Membri tal-Bord Editorjali:

President: Assistent Kummissarju Mario Spiteri

Editur: Spettur Graziella Muscat

Membri: WPS 101 Roberta Grima

WPC 25 Charlene Cilia

PC 256 Kurt Bugeja Coster

Supt Antonello Grech

Il-Pulizija tirringrazzja lid-ditti u l-aġenti tar-reklamar li għoġobhom jagħtu l-għajnuna tagħhom. L-artikli li jidhru f ’dan il-magażin ma jirriflettux bilfors l-opinjoni tal-Bord. Kull korrispondenza għandha tkun ittajpjata u għandha tintbagħat fl-indirizz hawn taħt:

Editur, “Il-Pulizija”, C.M.R.U., Police Headquarters, Floriana, VLT 2000 jew [email protected]

Disinn u riklamar

Ability Publications Ltd.Tel: 21 241317, 27 241345

Fax: 21 241317e-mail: [email protected]

Stampar

UNION PRESS - MARSA

Marzu 2015 • Vol 22 • Nru. 1

Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp

W E R R E J 7

21

31

51

Ritratt: Sezzjoni Fotografija - FSL

5. Editorjal

7. "Inħossni obbligat li għandi nirringrazzjakom"...

8. Mal-Passi tal-Korp

11. Dan l-aħħar...

17. Kont taf li....

21. Numru tal-Emerġenza 112

22. Informazzjoni siewja mit-Taqsima tal-Klieb

27. Ir-rwol tal-Pulizija u l-ħajja fil-familja

31. Attivitajiet fi żmien il-Milied

40. Il-funzjonijiet tal-Pulizija lil hinn mill-ġlieda kontra l- kriminalita'

44. Xorta ta' piż ordinarju misjub f 'kunjarda

48. Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

51. Il-Qasam tas-Saħħa u l-Kwarantina f 'Malta

53. Paġna għat-Tfal

54. Inservu b'differenza

57. International Police Association

60. Malta Association of Retired Police Officers

62. Obitwarju

advert

4 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

5Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Editorjal

Advert

Ed

ito

rja

l Kif se taraw fil-kontenut ta’ din l-edizzjoni, dan l-aħħar ġew appuntati

disgħa u għoxrin Spettur, bi tli-eta minnhom jieħdu l-ġurament bħala membri tal-Korp tal-Pu-lizija, kif ħadna aħna lkoll. Fil-maġġor parti tagħna, nistgħu ngħidu li għaddew is-snin mindu sirna pulizija. Żgur li kull min ħa dan l-istess ġurament kien eċċitat li se jsir membru tal-Korp. Allura qajla naħsbu sew fuqu u fuq dak li nkunu qed naħilfu jew niddikja-raw. Tali ġurament iġorr piż kbir miegħu u forsi xi kultant, bis-snin li jgħaddu minn fuqna, naqdu d-dmirijiet u d-doveri tagħna, nin-sew dak li nkunu ħlifna għalih. Għalhekk nieħu l-okkażjoni biex infakkar f ’dan il-ġurament. Ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin jekk inżommu kopja tiegħu fil-post tax-xogħol tagħna u forsi xi kultant nerġgħu naqrawh, għalkemm nemmen li għandu jkun minqux f ’moħħna u f ’qalbna:

“Jien, solennement naħlef / nid-dikjara li nkun tassew fidil u le-ali lejn il-poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha u li naqdi fedelment l-imsemmija Repubblika matul is-servizz tiegħi fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta; bħala Uffiċjal tal-Pulizija, li noqgħod taħt kull Kodiċi, Att, Ordinanza, ordni u

regolament li għandu x’jaqsam mal-Korp li hemm fis-seħħ jew li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu fis-seħħ, u li naqdi d-dmirijiet kollha ta’ Uffiċjal tal-Pulizija skont il-liġi, mingħajr biża’ jew favuri, ġidba jew mibegħda (Hekk Alla jgħini).”

advert

6 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

7Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Feature

F'jum il-Milied, il-Minist-ru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onorevoli

Carmelo Abela għamel żjara qa-sira fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan, fejn fiha rringrazzja lill-

Forzi kollha tal-ordni, fosthom lill-Korp tal-Pulizija tal-ħidma tagħhom matul is-sena, iżda iżjed u iżjed f ’dawk il-jiem ta’ festi. Fi kliem il-Ministru, għalina l-Pu-lizija, il-Milied huwa jum ieħor normali ta’ xogħol; għalhekk

ħassu obbligat li personalment jiġi jgħidilna grazzi tal-ħidma tagħna.Preżenti waqt din iż-zjara kien hemm il-Kummissarju tal-Pu-lizija, is-Sur Michael Cassar, flimkien ma’ bosta uffiċjali oħra.

F'diskors qasir li għamel il-Kum-missarju wkoll, hu rringrazzja lill-Pulizija li f ’dawk il-jiem ta’ festi qegħdin ’il bogħod mill-familji tagħhom, sabiex il-bqija tal-poplu jkun jista’ jgawdi l-festi f ’sigurtà. Semma' li x-xogħol għalina f ’dawn

il-jiem jiżdied, minn stop leave, għall-patrols, road checks u l-bq-ija tal-ħidma. Temm jgħid iżda, li dan kollu ssarraf f ’riżultat pożittiv, tant, li fortunatament, f 'dak il-lejl ma kienx hemm inċidenti kbar.

Flimkien mal-Pulizija tad-dis-trett ta’ San Ġiljan, fl-Għassa kien hemm ukoll Pulizija mis-Sezzjo-ni tat-Traffiku, kif ukoll Pulizija mir-Rapid Intervention Unit.

"Inħossni obbligat li għandi nirringrazzjakom"...Is-Sur Carmelo Abela - Ministru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali

minn WPS 96 Rodianne Bartolo - CMRU

[email protected]

Feature

8 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

“Jien m’għandix idea ċara tal-permess biex Pulizija jkun jista’ jiżżewweġ. Jien iżżewwiġt fit-13 ta’ Frar tal-1944 u ma niftakarx li tlabt permess. Iżda kont staqsejt lis-Surġent Barbieri, li għamel żmien twil fl-uffiċċju tar-Rabat; illum (fl-2001) għandu fuq is-sebgħin sena u hu bed ridden u qalli li jiftakar li kien talab dan il-permess.

Naħseb li din tal-permess għaż-żwieġ kienet inqalgħet meta għall-ħabta tal-1927, kien hemm ċertu Pulizija mill-Ħamrun, li ġabuh għassa Ħad-Dingli u kumbinazzjoni kien joqgħod f ’din id-dar fejn noqgħod jien. Martu kienet mara li ma kinitx ta’ karattru tajjeb.

Darba minnhom, lil dan sabuh mejjet fl-Għassa ta’ Ħad-Dingli. Kien spara għal rasu bir-revolver. Maż-żmien sirt naf li martu marret toqgħod fi Triq Imrabat, Tas-Sliema, peress li kont ordnat biex nilbes pajżan u nirrapporta jekk iddaħħlax irġiel fid-dar.

Naħseb li dan il-fatt għen biex jintalab il-permess. Kienet prassi wkoll li biex tidħol Pulizija, aħjar tkun rakkomandat minn xi kappillan, surmast tal-iskola eċċ. Għandek tkun taf li anki biex tiġbor il-merħla tan-nagħaġ u tal-mogħoż u tagħmilha ta’ ragħaj, ridt permess u barra milli ried ikollok kondotta tajba, ried ikun rakkomandat minn żewġ persuni prominenti, jew inkella l-kappillan u s-surmast.

Dan il-permess, li membru tal-Pulizija kien jitlob qabel jiżżewweġ, jaf kien jintalab biex il-Korp ikun jaf jekk il-mara li se jieħu, kinitx tkun ta’ karattru morali sew. Illum ma kienx fadallu ebda skop, għax meta kien Prim Ministru Dom Mintoff, biddel il-Kostituzzjoni; daħħal lill-pulizija nisa; neħħa l-adulterju mil-Liġi Kriminali u aċċetta d-divorzju ta’ Stati barranin.

Allura seta’ jkun li fl-istess Għassa jkun hemm nisa u rġiel jaħdmu flimkien.

Meta l-adulterju kien għadu meqjus bħala att kriminali, niftakar li fl-1945 kont trasferit għall-Ħamrun u fl-ewwel lejl hemm, bħala patrol Sergeant, wara t-8.00 p.m. ġiet ċerta mara, Grima u qaltli li żewġha jinsab rieqed ma’ mara oħra, mhux bogħod ħafna mill-Għassa.

Jien ħadt Pulizija miegħi u kif ħabbatna l-bieb fetħilna hu. Kien bil-ħwejjeġ ta’ taħt. Ressaqniehom quddiem il-Qorti u weħlu disa’ xhur ħabs kull wieħed. Kif inhi l-liġi llum, il-Pulizija ma tistax tindaħal.”

Mal-Passi tal-Korp minn Charles B Spiteri

[email protected]

Siltiet minn intervisti mal-eks Surġent George Muscat minn Ħad-DingliIl-ġurnalist Charles B. Spiteri kien għamel dawk l-intervisti lil George Muscat fl-2001.

Il-permess għaż-żwieġ tal-pulizija

Il-Widows’ and Orphans Fund

“Forsi ma tafx meta u għaliex inħolqot il-Widows’ and Orphans Fund fl-1927, li żmien wara, neħħieha Mintoff.

Mela Kummissarju tal-Pulizija kien ċertu Busuttil, li kien sinjur tal-paga biss. Dan miet fi żmien qasir u ħalla lill-familja tiegħu fil-bżonn. Wieħed minn uliedu kien il-Patri Emvin Busuttil, Ġiżwita.

Il-Gvern Nazzjonalista kien ivvinta dan il-Fond b’liġi, fejn kull min ikun kuntistabbli mal-Gvern iħallas tant fix-xahar skont ir-rank u meta jmut, il-mara jew uliedu żgħar jieħdu skont il-ħlas li jkun ħallas.

Darba, meta kont għassa l-Gżira, inqala’ każ ta’ waħda armla ta’ kapural tal-Pulizija, li kienet tiġi l-Għassa biex il-maġġur jiddikjaraha li hi armla.

Din, skont aħna u wkoll skont il-Kappillan, kienet poġġuta ma’ suldat ġuvni pensjonant u meta ġie biex imut, il-mara bagħtet għall-Kappillan Manchè, li riedha toħroġ mid-dar biex imur jassistih.

Il-każ ġie riferit lill-Kurja u din qaltlu b'messaġġ tal-Pulizija li kollox sewwa, għax dawk miżżewġin b’matrimonio di conoxxenza.”

9Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

ADVERT

ADVERT

10 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

11Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

FeatureFeature

Bħas-snin ta’ qabel, din is-sena wkoll waslet dik il-ġurnata li fiha jiġu ppremjati mem-bri tal-Korp li b’xi mod ikunu ddistingwew

ruħhom matul is-sena li tkun għaddiet. Jiġi pprem-jat ukoll dak id-distrett li jkun irnexxielu jnaqqas

ir-rata ta’ kriminalità fil-lokalitajiet li jaqgħu taħtu. Proprju nhar l-4 ta’ Jannar 2015 saret ċerimonja fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, li għaliha attendew il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

s-Sur Carmelo Abela; l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia; il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Michael Cassar u bosta uffiċjali għolja fi ħdan il-Korp. Ma setax jonqos li jattendu wkoll il-pensjonanti u membri tal-Korp tal-Pulizija.

Dan l-aħħar...minn WPC 25 Charlene Cilia

u WPC 176 Sloune Gatt Fabri - CMRU

Feature

Il-bidu ta’ din iċ-ċerimonja saret billi l-Kappillan tal-Korp qal talba qasira u tfakkru dawk l-eks-mem-bri li għaddew għal ħajja oħra.

Sitt membri tal-Korp ingħataw ċertifikat ta’ kom-mendazzjoni, talli permezz ta’ xogħolhom kienu ta’ servizz għal diversi persuni f’sitwazzjonijiet u ċirkustanzi differenti. Dawn il-membri kienu: PS1585 James Weatherill u PC103 Tonjoe Farru-gia; PC79 Antoine Grixti; PC840 Roderick Psaila; PC173 Jonathan Agius u PS435 David D’Amato. Fil-fatt, wieħed minnhom – PC840 Roderick Psaila ngħata l-Award – Uffiċjal tas-Sena 2014, u dan talli ddistingwa ruħu nhar il-15 ta’ Marzu, 2014 f’Ta’ Xbiex, meta qabeż il-baħar f’tentattiv biex isalva l-ħajja ta’ persuna li kienet maqbuda fil-karozza tagħha taħt l-ilma. ( ritratt fuq pagna 11)

Id-Distrett numru erbgħa rebaħ ix-shield talli s-sena li għaddiet irnexxielu jnaqqas ir-rata ta’ kriminal-ità b’marġini sostanzjali minn dik reġistrata s-sena l-oħra. Ta’ min jgħid li f’okkażjonijiet bħal dawn tiġi ppremjata l-ħidma u l-entużjażmu ta’ dawk koll-ha li jagħmlu xogħolhom mill-qalb u b’serjetà: hekk kif mistenni minnhom. Okkażjoni bħal din tista’ tkun mezz biex tagħti xi ftit kuraġġ u motivazzjoni lil dawk kollha fil-Korp li jridu jaħdmu. Ma jistax jonqos, li dawk li rtiraw mis-servizz wara ħamsa u għoxrin sena jew iktar, jingħataw tifkira u ċertifikat bħala ringrazzjament u apprezzament għax-xogħol tagħhom.

Nhar il-25 ta’ Jannar 2015, il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija kienu miftuħin biex il-pubbliku seta’ jmur u jżur il-mużew u x-xelter li jinsabu fil-bini. Dan bħala parti minn ġimgħa ddedikata għas-Servizz Pubbliku.

12 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

13Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

ADVERT

Advert

14 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

15Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

[email protected]

Fil-ġurnata tal-Ħadd 25 ta’ Jannar, il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Michael Cassar laqa’ lill-Onorev-oli Carmelo Abela – Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, fejn flimkien żaru l-mużew tal-Pulizija.

Fl-20 ta’ Frar 2015, numru ta’ Spetturi ġodda ħadu l-ġurament tagħhom u b’hekk issa għandna disgħa u għoxrin Spettur ġdid fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn id-disgħa u għoxrin, sebgħa huma nisa.

Preżenti kien hemm il-Ministru tal-Intern u s-Sig-urtà Nazzjonali, l-Onorevoli Carmelo Abela kif ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Michael Cassar, fost uffiċjali għolja oħra mill-Korp tal-Pu-lizija. F’diskors qasir mill-Ministru, filwaqt li saħaq li l-entużjażmu għax-xogħol ma jridx jonqos, hu jistenna li l-poplu jkun moqdi bl-aħjar mod.

Dan ix-xogħol mhuwiex xogħol bħal oħrajn tenna l-Ministru u jistgħu jieħdu eżempju mill-fizzjali li hawn bħalissa. Importanti wkoll li l-eżempju li jimxu fuqu u li jagħtu, ikun dejjem għall-aħjar. Fil-waqt li awgura kull suċċess lill-uffiċjali l-ġodda, hu temm billi qal li bħala Ministru jemmen f’taħriġ kontinwu għall-Korp kollu u li kull membru għandu jkollu taħriġ fl-Akkademja, fir-rijorganizzazzjoni fil-Korp u fl-introduzzjoni ta' Kap Eżekuttiv li jir-rapporta lill-Kummissarju.

Fid-diskors tiegħu, il-Kummisarju awgura lil dawn l-Ispetturi karriera mill-isbaħ u sabiex ikomplu ja-vvanzaw fi ħdan il-Korp. Hu spjega li r-responsab-biltajiet tagħhom se jkunu varji, speċjalment f’dan ir-rank li jaqa’ fin-nofs tal-ġerarkija tal-Korp tal-

Pulizija. Hu kompla jispjega kif fiż-żmien li ġej se jkollhom l-opportunità li jamalgamaw l-aspett ak-kademiku ma’ dak prattiku bħala Spetturi tal-Pu-lizija. Filwaqt li awgura lil dawn l-Ispetturi l-ġodda kull suċċess fil-karriera tagħhom, is-Sur Cassar tenna li hu persważ li hemm elementi tajbin ħafna fosthom, u ċert li se jagħmlu ħilithom kollha fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Sena tax-xogħol Total ta’ sick leave meħud fis-sena Kumplament ta’ sick leave mhux utilizzat

1990 eż. 15-il ġurnata eż. 15-il ġurnata

1991 eż. 11-il ġurnata eż. 19-il ġurnata

1992 eż. 20 ġurnata eż. 10 tijiem

IT-TOTAL TAS-SNIN KOLLHA

TAS-SERVIZZ IRIDU JIĠU NKLUŻI

2013 eż. 15-il ġurnata eż. 15-il ġurnata

2014 eż. 19-il ġurnata eż. 11-il ġurnata

2015 eż. 10 t'ijiem eż. 20 ġurnata

TOTAL ta’ sick leave mhux meħud

matul is-snin:-

eż. 90 ġurnata

Kif tiġi kkalkulata l-formola eż. 90 ġurnata / 4 = 22.5 ġurnata

advert

16 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

17Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

FeatureFeature

Mistoqsija:Kif inhi l-proċedura li wieħed irid isegwi meta jkun wasal biex jagħlaq bis-servizz? X’regolamenti japplikaw u xi jkun intitolat kull individwu?

Tweġiba:L-ewwel nett, bħala regola ġenerali, kull membru tal-Korp jista’ jkun intitolat għal dak li jissejjaħ pre-retirement leave, skont il-provedimenti li nsibu f ’ċirkulari GHQ Nru. 168/2005 u MPO 115/2005;

Kont taf li....minn SM 128 Joseph Farrugia għar-Riżorsi Umani

Sena tax-xogħol Total ta’ sick leave meħud fis-sena Kumplament ta’ sick leave mhux utilizzat

1990 eż. 15-il ġurnata eż. 15-il ġurnata

1991 eż. 11-il ġurnata eż. 19-il ġurnata

1992 eż. 20 ġurnata eż. 10 tijiem

IT-TOTAL TAS-SNIN KOLLHA

TAS-SERVIZZ IRIDU JIĠU NKLUŻI

2013 eż. 15-il ġurnata eż. 15-il ġurnata

2014 eż. 19-il ġurnata eż. 11-il ġurnata

2015 eż. 10 t'ijiem eż. 20 ġurnata

TOTAL ta’ sick leave mhux meħud

matul is-snin:-

eż. 90 ġurnata

Kif tiġi kkalkulata l-formola eż. 90 ġurnata / 4 = 22.5 ġurnata

B'effett mill-1 ta’ Jannar 2006, kull membru tal-Korp ġie intitolat li juża parti mis-sick leave full pay li ma jkunx ħa matul is-servizz tiegħu bħala pre-retirement leave, qabel jispiċċa mis-servizz.

Dan jinħadem fuq bażi ta’ pro-rata, kif spjegat aħjar hawn taħt:-

[email protected]

Feature

• Ir-riżultat kif jidher hawn fuq ta’ eż. 90 ġurnata jiġi diviż b'erbgħa biex b’hekk joħroġ it-total ta’ ġranet li wieħed ikun intitulat biex jieħu bħala pre-retirement leave;

• Il-perjodu ta’ pre-retirement leave ma jistax ikun ta' iktar minn tliet (3) xhur;

• Dawn it-tliet xhur għandhom ikunu meħuda bħala perjodu konsekuttiv, li matulu l-individwu jibqa’ jirċievi biss il-paga bażika, mingħajr l-ebda tip ta’ allowances skont kif provdut ukoll f ’artiklu 2.4.2 tal-Public Service Management Code (PSMC);

• Kull min ikun irid li jieħu l-pre-retirement leave, irid jagħti tali avviż bil-miktub sa tliet (3) xhur qabel jibda;

• Fi ftit kliem u b'eżempju sempliċi, ejja nagħtu l-każ li persuna tikkwalifika għall-pre-retirement leave ta’ tliet xhur u tixtieq tispiċċa fl-10 ta’ Jannar 2016, ovvjament wara li tkun għalqet bis-servizz. Din tkun trid tiġi f ’dan l-uffiċċju sa mhux aktar tard minn sitt (6) xhur qabel din id-data, jiġifieri sal-10 ta’ Lulju 2015. Sussegwentament tibda l-pre-retirement leave b'effett mill-10 ta' Ottubru 2015;

• L-entitlement għall-vacation leave tal-individwu ma jkunx

affettwat, u ovvjament dan irid jittieħed qabel ma jinbeda l-pre-retirement leave;

• Vacation leave li ma jkunx utilizzat mill-individwu jintilef u l-ebda ħlas tiegħu ma jista’ jingħata lill-persuna kkonċernata;

• Hu importanti li l-ID Card tas-servizz kif ukoll l-affarijiet li ngħataw mill-QMS jiġu ritornati fl-ewwel jiem tal-pre-retirement leave ħalli dak li jkun iserraħ rasu li jkun konformi mal-liġi u ċjoè l-artiklu 19 tal-Att dwar il-Pulizija, Kapitlu 164 tal-liġijiet ta’ Malta;

• Importanti li jsir hand-over kif jixraq tax-xogħol u/jew rapporti pendenti ħalli jkun hemm kontinwità fix-xogħol tal-Pulizija;

• Bħala proċedura sabiex wieħed jirċievi l-pensjoni, jiġi ggwidat fuq bażi personali mill-uffiċċju tagħna iżda bħala ammonti u/jew dettalji oħra relatati ma’ ħlasijiet, l-aħjar hu li l-individwu jmur personalment fl-uffiċċju tad-Dipartiment tat-Teżor fil-Floriana. Tajjeb jingħad li hemm ko-operazzjoni tajba ħafna bejn iż-żewġ dipartimenti u wieħed jiġi ggwidat bl-aħjar mod possibbli;

• Ikollna każi fejn wieħed ikun jixtieq jaħdem part-time ma’ xi entità oħra waqt li jkun fil-pre-

retirement leave. Din tista’ tkun permessa biss jekk issir talba mill-individwu u tiġi approvata mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ħadd ma jista’ jiġi mpjegat ma’ ħaddieħor waqt li jkun għadu fis-servizz, mingħajr il-permess bil-miktub mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija;

• F’każ fejn wieħed li jkun magħluq bis-servizz, jiddeċiedi li ma jiħux dan il-pre-retirement leave, minħabba raġunijiet personali, forsi għax ikun sab impjieg ieħor li ma jistenniex, jista’ jispiċċa minnufih wara li t-talba tiegħu tkun hekk ġiet approvata mill-Kummissarju tal-Pulizija;

• Bħala referenza u għall-informazzjoni ta’ kulħadd, f ’każ ta’ riżenja qabel il-ħamsa u għoxrin sena servizz, wieħed jista’ jara ċirkulari GHQ Nru. 30/2013 u PAHRO 3/2013 – ‘Period of notice of termination of employment in the case of indefinite contracts of employment’. Apparti minn hekk teżisti wkoll proċedura sabiex qabel ir-riżenja, l-individwu jħallas lura xi flus li jkunu dovuti lejn il-Korp minħabba diversi fatturi bħal pereżempju korsijiet ta’ studju / akkademiċi, eċċ, u jiġu evalwati fuq bażi personali.

18 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

19Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Advert

Advert

21Il-Pulizija Magazine • Marzu

Nhar il-11 ta’ Frar, mad-war l-Ewropa jiġi ċċelebrat Jum il-Linja

tal-Emerġenza 112. Din id-da-ta ġiet magħżula apposta għax tirrappreżenta dan in-numru.

L-iskopijiet għal dan il-jum huma biex il-poplu jkun jaf dan in-num-ru u l-użu tiegħu u sabiex ma jsirx abbuż minn din il-linja, peress li jista’ jkun hemm ħajja ta’ persuna fin-nofs.

Il-Pulizija b'kollaborazzjoni mal-entitajiet l-oħra li huma Diparti-ment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei ħejjew promotional video clip sa-biex iwasslu l-messaġġ tax-xogħol li jsir, kif ukoll sabiex ma jiġix abbużat l-użu ta’ din il-linja.

Wieħed jista’ jara din il-video clip fuq il-paġna tal-facebook jew fuq YouTube tal-Korp tal-Pulizija.

L-erba’ dipartimenti ngħaqdu flim-kien proprju fil-ġurnata tal-11 ta’ Frar fil-Belt Valletta sabiex jagħtu bidu għal din il-kampanja ta’ għarfien fost il-pubbliku preżenti.

Magħna ngħaqad ukoll il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onorevoli Carmelo Abela, fejn flimkien mal-Kummissarju sellem lill-uffiċjali preżenti kif ukoll indi-rizzaw lill-pubbliku u l-ġurnalisti li nġabru hemm għal din l-okkażjoni. Barra minn hekk il-Korp tal-Pulizija ħejja stickers, li jistgħu jinġabru mill-Għasses jew mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. L-iskop tagħhom hu li jitwaħħlu ma’ post fid-dar fejn jekk dak li jkun tinqalagħlu emerġenza, jkol-lu aċċess malajr għan-numru 112 jekk ikun taħt xokk.

Ġie introdott in-numru 7977 0112, fejn persuni li għal xi raġunijiet ma jistgħux iċemplu fuq in-numru tal-Emerġenza, issa jistgħu jibagħtu SMS fuq in-numru 7977 0112 u jwasslu l-emerġenza tagħhom b’dan il-mod.

Feature

Numru tal-Emerġenza 112

[email protected]

Feature

Ħbieb nilqagħkom għal darb'oħra f 'din il-ħarġa ddedikata għall-klieb tal-Pulizija. F'din l-edizzjoni se nkomplu nitkellmu dwar uħud mis-sensi tal-kli-eb, wara li f 'edizzjonijiet ta’ qabel tkellimna dwar is-sens tax-xamm.

Is-sens tas-smigħĦafna nies jaħsbu li meta l-kelb tagħhom ma jib-diex jagħti kashom, dan iseħħ għax il-kelb ma jkunx semagħhom. Iżda fil-maġġoranza tal-każi dan iseħħ għax il-kelb ikun qiegħed jilgħab il-parti u għalhekk jagħmilha tabirruħu li ma semax. Fi ftit kliem, eżatt bħalma xi kultant nagħmlu aħna meta nisimgħu xi ħaġa li ma ddoqqx għal widnejna.

Għall-kuntrarju, permezz tal-evoluzzjoni, il-klieb irnexxielhom jiżviluppaw is-sens tas-smigħ ferm ak-tar milli għamel il-bniedem. Dan għax studji juru li widnejn il-klieb kapaċi jisimgħu frekwenza sa mas-simu ta' 44,000KHz filwaqt li l-bniedem kapaċi jisma’ sa massimu ta' 20,000KHz. Riżultat ta’ dan narawh meta l-klieb ikunu kapaċi jisimgħu s-suffara tagħhom jew aħjar kif inhi magħrufa is-silent whistle.

Apparti minn hekk tajjeb li nsemmu wkoll li wid-nejn il-kelb huma komposti minn madwar tmintax-il muskolu, fejn dawn jikkontrollaw il-moviment tal-istess widna biex b'hekk jagħmlu l-widna ak-tar flessibbli sabiex jiffukaw fuq dak li jkunu jridu jisimgħu. Xi ħaġa oħra interessanti hi, li l-klieb huma wkoll kapaċi jagħlqu l-parti interna tal-widna sabiex ikunu jistgħu jiffukaw fuq dak il-ħoss parti-kulari sabiex jiffiltrawh mill-kumplament tal-ħsejjes l-oħra li ma jkunux ta’ importanza.

Is-sens tal-messDan is-sens hu wkoll importanti fil-ħajja tal-klieb. Bħalna l-bnedmin, il-ġisem tagħhom hu mdawwar minn ammont kbir ta’ dawk li jissejħu touch sensitive

nerve endings, fejn dawn jibagħtu diversi messaġġi fil-moħħ tal-kelb. Dawn jibdew jiffunzjonaw minn meta jitwieldu. Infatti meta l-omm tibda tilgħaq lill-ġriewi tagħha, dawn in-nervituri jibagħtu messaġġ lill-moħħ tal-kelb u b'hekk joħolqu sens ta’ mħabba, kumdità u saħansitra serħan il-moħħ.

Meta dawn il-klieb jikbru, dan is-sens jibqa’ jqan-qal l-istess emozzjonijiet speċjalment meta wieħed imelles lill-kelb. Apparti l-fatt li dan l-att isaħħaħ ir-relazzjoni ta’ bejn is-sid u l-kelb, jgħin ukoll biex inaqqas l-istress billi jnaqqas, kemm il-pressjoni tad-demm u wkoll ir-rata tat-tħabbita tal-qalb.

Is-sens tat-togħmaIs-sens tat-togħma fil-klieb hu wieħed minn dawk is-sensi fejn permezz tal-evoluzzjoni, il-kelb ma’ żviluppahx daqskemm irnexxielu jiżviluppah il-bniedem. Infatti, studji juru li l-bniedem għandu madwar 9,000 taste bud filwaqt li l-kelb għandu biss madwar 1,700.

Dan il-fattur jista’ jkun seħħ minħabba l-evoluzz-joni, fejn il-kelb selvaġġ u wkoll l-antenat tiegħu l-lupu, ma kellhomx iċ-ċans li jagħżlu l-ikel tagħhom u għalhekk kienu jieklu dak li tipprovdi n-natura, jiġifieri dak li jiltaqgħu miegħu.

L-istess bħall-bniedem, il-klieb huma kapaċi jirreġistraw l-affarijiet ħelwin, morri, qarsa u wkoll mielħa. Apparti minn hekk huma wkoll kapaċi jirreġistraw it-togħma tal-ilma. Dawn il-buds jin-sabu fil-ponta ta’ lsien il-kelb, li hi l-istess parti fejn il-kelb juża sabiex itella’ l-ilma għal ġo ħalqu. Din il-parti tkun attiva l-ħin kollu, iżda meta l-kelb ikun kiel xi ħaġa ħelwa jew saħansitra mielħa, din is-sen-sittività tiżdied.

Informazzjoni siewja mit-Taqsima tal-Klieb.minn PS 1182 Christopher Formosa - Taqsima tal-Klieb

22 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

23Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Advert

Feature

Advert

24 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

25Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Finalment meta kelb jiġi sabiex jagħżel x’jiekol, l-ewwel tiġi r-riħa, imbagħad il-forma u fl-aħħar nett it-togħma.

‘Taste bud’

Sors www.akitarescueoftulsa.com Il-vistaIl-maġġoranza tal-klieb huma kapaċi jaraw aħjar milli naraw aħna f 'dawl baxx, ċaqliq u saħansitra meta jiġu biex jindunaw b'moviment differen-ti. Madankollu, dawn huma inqas kapaċi minna meta jiġu biex jiffukaw. Dan għax studji juru li l-klieb kapaċi jiffukaw ċar sa madwar id-distanza ta’ għoxrin pied meta mqabbla mal-bniedem, fejn dan kapaċi jara ċar sa madwar ħamsa u sebgħin pied.

Ir-raġuni ewlenija għaliex kelb kapaċi jara aħjar minna fid-dlam hi minħabba l-anatomija tal-istess għajn. Dan għax ir-retina tal-għajn għandha aktar rod cells li huma sensittivi għad-dawl baxx minn dawk li għandna aħna. Ir-raġuni l-oħra hi li dawn għandhom saff ta’ dak li jissejjaħ tapedum lucidum fejn dawn iservu sabiex jirriflettu d-dawl lura lejn ir-retina biex b'hekk iżidu l-ammont ta’ dawl lura lejn il-photoreceptors li jinsabu fl-istess retina. Tajjeb li wieħed isemmi li t-tapedum lucidum huma assenti fin-nies.

Madankollu, il-klieb jaraw dinja kompletament dif-ferenti minn dik li naraw aħna. Qabel kien jingħad li l-klieb ma jarawx kuluri u għalhekk jaraw biss l-abjad u l-iswed iżda dan mhux il-fatt. Dan peress li skont studji li saru, jirriżulta li l-klieb, apparti li ja-raw sfumaturi ta’ abjad u iswed, jaraw ukoll sfuma-turi tal-blu u l-isfar. Infatti l-bniedem għandu tliet tipi ta’ koni li jirrispondu għal diversi wavelenghts ta’ dawl, fosthom l-aħmar għal long wavelenghts, l-aħdar għal medium wavelenghts, u l-blu għal short wavelengths, filwaqt li l-klieb għandhom biss żewġ koni dawk tal-blu u l-isfar.Dan ifisser li l-istruttura tal-għajn tal-klieb hi simili għal dik tan-nies li huma green-red colour blinded fejn dawn ukoll ikollhom kon inqas minn dawk it-tlieta li normalment insibu fin-nies.

Sors, Dr Cameron Whittaker – Veterinary Ophthalmologist

Ħbieb, għal darb'oħra naħseb li rġajna tajna naqra in-formazzjoni fuq fuq, dwar is-sensi tal-klieb. Hemm diversi aspetti oħra fuq xiex wieħed jista’ jitkellem fejn tidħol id-dinja tal-klieb speċjalment fejn jidħol it-tagħlim. Jekk il-Bambin irid nkunu nistgħu nit-kellmu fuq dawn is-suġġetti matul il-ħarġiet li jmiss.

Min-naħa tiegħi jekk ikun hemm xi ħadd li jixtieq jikkuntattjani dwar xi suġġett f ’dan ir-rigward jew għal aktar informazzjoni, jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 2294 3572. [email protected]

Advert

26 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

27Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Feature

Bosta studji juru kif ix-xogħol tal-Pulizija

jista’ jkun stressanti f 'diversi modi. L-għejja

tax-xogħol ta’ Pulizija tista’ tkun kemm ta’

natura operattiva (bħal vjolenza, theddid u inċidenti)

kif ukoll ta’ natura organizzattiva (bħal xifts, stili ta’

management, u bidliet). Dawn is-sitwazzjonijiet

jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv ir-relazzjonijiet tal-

Pulizija, mal-partners u mal-familji tagħhom. Barra

minn hekk, dawn is-sitwazzjonijiet li jikkawżaw

l-istress jistgħu jaffettwaw lill-Pulizija f ’xogħlu billi,

tonqoslu l-motivazzjoni, tonqoslu l-kapaċità li jieħu

deċiżjoni tajba, isir inqas produttiv u jista’ jkollu

burnout, fost l-oħrajn.

L-effett fuq il-familji tal-Pulizija jista’ jkun

emozzjonali, soċjali u/jew ta’ mġiba. Il-fatturi li

l-iktar jolqtu ħażin lill-familja huma l-ħinijiet twal, ix-

xifts, il-leave li jiġi kkanċellat u x-xogħol perikoluż u li

jitlob ħafna attenzjoni. Barra minn hekk, il-metodi li

jintużaw mill-Pulizija biex jindirizzaw sitwazzjonijiet

stressanti, spiss joħolqu iżjed problemi għall-partners u għall-familji tagħhom. Dan iwassal biex teħel il-

familja mal-Pulizija u ma tantx jinvolvu ruħhom fil-

ħajja tal-familja.

Xogħol bix-Xift

Ix-xogħol bix-xift hu meqjus bħala wieħed mill-iktar

fatturi stressanti fil-ħajja tal-Pulizija. Ix-xogħol bix-

xift iħarbat il-ħajja tal-familja, l-irqad, u l-vaganzi,

speċjalment fil-familji ta’ ġenitur wieħed. In-nuqqas

ta’ rqad jista’ jwassal għal tnaqqis ta’ konċentrazzjoni

u attenzjoni, dipressjoni u bdil ta’ burdati, li min-naħa

tagħhom jaffettwaw l-eżekuzzjoni tax-xogħol tal-

pulizija. Barra minn hekk, ir-riċerka turi li x-xogħol

bix-xift jaffettwa fiżikament lill-individwu minħabba

t-tibdil emozzjonali, bħal irritazzjoni u tensjoni ogħla

fid-dar. Konsegwenza fiżika oħra tax-xogħol bix-xift

hi t-tħarbit tal-irqad kemm tal-pulizija kif ukoll tal-

membri l-oħra tal-familja. Ir-relazzjonijiet ta’ bejn il-

pulizija u l-familji tagħhom huma meqjusa vulnerabbli

ħafna minħabba l-kawżi ta’ stress tax-xogħol innifsu,

kif ukoll minħabba l-istress ikkawżat mix-xift. Huwa

tajjeb li l-pulizija jippjanaw il-ħin li jqattgħu mal-

familja, kif ukoll li jiftiehmu mal-membri tal-familja

dwar il-ħinijiet li fihom ikollhom bżonn jorqdu

mingħajr ma jiġu disturbati. B'mod speċjali f ’dawk il-

familji fejn hemm it-tfal, tista’ tkun ta’ għajnuna għall-

pulizija biex iħossuhom iktar involuti fil-familja meta

jkunu ’l bogħod mid-dar, li jħallu noti miktubin biex

l-għeżież tagħhom isibuhom meta jqumu.

Xogħol UndercoverIn-natura delikata u sensittiva tax-xogħol undercover,

jista’ joħloq stress lill-familja tal-Pulizija minħabba

sigħat twal, mhux ippjanati, kif ukoll tħassib dwar is-

sigurtà tal-Pulizija minħabba s-segretezza tax-xogħol.

Il-partner li jibqa’ d-dar, ukoll jiġi affettwat minħabba

li r-responsabbiltà tal-familja, inkluż it-tfal, taqa’

kollha fuqu/ha waqt li l-Pulizija jkun xogħol; ħafna

drabi għal ħinijiet twal.

Reazzjoni għal inċidenti trawmatiċi

Il-Pulizija huma iktar vulnerabbli għal trawma

qawwija minn professjonijiet oħra, li hi fattur

sinifikanti ta’ stress. Huwa komuni li Pulizija li jkun

iltaqa’ ma’ sitwazzjoni trawmatika, ikollu sintomi għal

minn Ms Marica Aquilina - Social Worker Employee Support Programme Unit

Ir-rwol tal-Pulizija u l-ħajja fil-familja

żmien twil bħal ansjetà, dipressjoni, problemi ta’ rqad u

irritazzjoni. Għal bosta, id-dannu psikoloġiku hu kbir,

mhux mistenni u mhux dejjem jiġi mifhum. Ħafna

drabi, inċidenti u emozzjonijiet bħal dawn jaffettwaw

lill-familja tal-Pulizija, kemm jekk jindunaw u kemm

jekk le. Il-familji u l-persuni qrib tal-Pulizija, kultant

iħossuhom mitlufin f 'sitwazzjonijiet bħal dawn għax

ma jkunux jafu x’se jaqbdu jgħidu jew jagħmlu, u

dan jista’ jwassal li jitbiegħdu mill-Pulizija u jinħoloq

kunflitt.

Protezzjoni żejda tal-familja

Bħala reazzjoni tan-natura ta’ dan ix-xogħol, hemm

it-tendenza li l-Pulizija jsiru protettivi żżejjed tal-

familja tagħhom. Ir-rieda tal-uffiċjali biex jipproteġu

lill-familja tagħhom tista’ tant tkun qawwija, li kultant

hu diffiċli biex il-Pulizija stess jinduna. Dan għax

filwaqt li dan l-atteġġjament hu meħtieġ u għandu jiġi

implimentat fil-post tax-xogħol, joħloq kunflitt fir-

relazzjonijiet mal-familja.

Mod ta’ kif il-Pulizija jipproteġu żżejjed lill-partners

tagħhom u lil uliedhom hu li jkunu jridu jkunu jafu

l-post fejn qegħdin u l-ħin eżatt ta’ meta se jaslu

d-dar. Il-Pulizija jistgħu ma jindunawx li jkunu qed

jesaġeraw u mill-banda l-oħra, il-partners tagħhom

jistgħu jħossuhom li mhumiex qed jiġu fdati. Kultant,

il-protezzjoni żejda tista’ twassal għal restrizzjonijiet

esaġerati kemm għall-ulied kif ukoll għall-partners minħabba l-biża’ li jista’ jiġrilhom xi ħaġa. Mod ieħor

ta’ protezzjoni żejda hu meta l-Pulizija ma jkunux

iridu jitkellmu mal-partners tagħhom dwar problemi

jew biżgħat relatati ma’ xogħolhom. Billi jirrifjutaw

li jitkellmu dwar xogħolhom, il-Pulizija jkun

mingħalihom li b'hekk qed jipproteġu lill-membri

tal-familja tagħhom milli jiġu milqutin mit-trawma

jew kwistjoni tax-xogħol. Dan jista’ jwassal biex il-

Pulizija jitbiegħdu mill-familji tagħhom u b’hekk

jistgħu jħossuhom waħedhom u irritati.

Vjolenza domestika

Xi Pulizija tant jiġu affettwati mill-istress u l-pressjoni

tax-xogħol li jaslu f ’punt li jabbużaw minn dawk il-

persuni li huma tant għeżież għalihom – il-familja. Il-

karriera tal-infurzar tal-liġi ta’ kultant, tista’ tirrikjedi

l-użu tal-forza fiżika, l-ubbidjenza u s-suspett, li

jistgħu jwasslu għar-riskju ta’ żieda fil-vjolenza

domestika.

Bħal uffiċjali pubbliċi oħra, il-pulizija għandhom

mnejn ma jaqblux mas-superjuri tagħhom, jew

jirrabjaw minħabba ordnijiet li ma jkunux jaqblu

magħhom. Madankollu, fil-Korp tal-Pulizija, jekk

wieħed jesprimi nuqqas ta’ qbil jew rabja, jista’ jiġi

kkunsidrat bħala att ta’ insubordinazzjoni. Għalhekk,

il-Pulizija għandhom joqogħdu attenti ferm li jevitaw

li dawn is-sitwazzjonijiet iwassluhom li jisvugaw din

il-frustrazzjoni jew rabja fuq il-familji tagħhom.

Fittex appoġġ professjonali

Jekk tinsab f ’diffikultajiet simili għal dawk imsemmija

hawn fuq, l-appoġġ professjonali u l-counselling jistgħu jgħinuk tħossok aħjar u tibqa’ magħqud mal-

familja tiegħek. Il-counselling hu opportunità biex issir

taf lilek innifsek aħjar u tiżviluppa individwalment.

Għal għajnuna professjonali, mingħajr ħlas u b’rispett

sħiħ lejn il-kunfidenzjalità, tista’ tikkuntattja lill-

Employee Support Programme fuq 2200 1210 għal

appuntament.

[email protected]

28 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

29Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Advert

FeatureFeature

ADVERT

30 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Attivitajiet fi żmien il-Milied

31Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

32 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Festin tat-tfal

33Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Festin tal-Pulizija

34 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Festin tal-Pulizija

35Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

High Tea

Kunċert Lejliet il-Milied

Il-Pulizija Magazine • Marzu 201536

37Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Quddiesa ta' nofs il-lejl

Istrina

38 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Festin ta' l-ufficjali

39Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Feature

Il-funzjonijiet tal-Pulizija lil hinn mill-ġlieda kontra l-kriminalita' minn Dr Mark Said - Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iċ-ċinema u t-televiżjoni jagħtuna stampa 0baljata dwar il-Pulizija, u kif din tiffunzjona. L-istampi mwaħħla fina ta’ sparaturi, bil-pu-

lizija jissieltu fiżikament mal-kriminali u bl-isforzi tagħhom sabiex jantiċipaw lill-kriminali, assoluta-ment mhumiex realistiċi. Ma rridx ngħid li dawn l-affarijiet qatt ma jiġru, iżda ma jiġrux ta’ spiss daqskemm xi wħud jaħsbu. Fil-fatt, nofs l-uffiċjali f ’xi Għassa tal-Pulizija tal-lokal bilkemm jagħmlu arrest wieħed f ’sena partikulari. F'ċentri urbani, il-Pulizija forsi tuża armi tan-nar xi darbtejn jew tlieta fis-sena. B'ħarsa fil-fond lejn x'effettivament tagħmel il-Pulizija, l-aspetti li jagħtu sura lid-dmiri-jiet tagħha, u analiżi tas-sistema tal-pulizija nnifisha, nistgħu nifhmu l-Korp tal-Pulizija fir-realtà. Nib-da biex nuri l-uffiċjali tal-pulizija x’jagħmlu fil-fatt.

Minkejja li l-Pulizija titqies bħala mezz t'infurzar tal-liġi, l-istħarriġ tal-kriminalità u l-arrest tal-kriminali huma biss waħda mill-bosta funzjonijiet li l-Pulizija twettaq fid-dmirijiet normali tagħha. Fid-dmirijiet tagħha jidħlu wkoll dawk li tip-provdi servizzi soċjali bażiċi u ż-żamma tal-ordni. Fit-twettiq tiegħu fil-funzjoni ta’ servizz soċjali, uffiċjal tal-pulizija jaf jagħti l-ewwel għajnuna, isib tfal mitlufa, u saħansitra jagħti direzzjonijiet. F'bosta ġranet, madwar nofs it-telefonati li tirċievi, il-Pulizija tkun mitluba twettaq servizz soċjali, b'madwar għoxrin fil-mija biss mit-telefonati li jkollhom x'jaqsmu mal-kriminalità. Fiż-żamma tal-ordni jidħlu r-regolament tat-traffiku, il-kon-troll tal-folol, medjaturi f ’argumenti domestiċi, u l-ħarsien ġenerali tal-paċi pubblika. Jiena nsemmi ħdax-il responsabbiltà li l-Pulizija terfa’, li huma:

l-identifikazzjoni u l-arrest ta’ min jikser il-liġi, is-sehem tagħha fil-qrati fil-proċess tal-kawżi krimi-nali, it-tnaqqis t'opportunitajiet għall-kummissjoni tar-reati, l-għoti t'għajnuna lil min hu mhedded bi ħsara fiżika, l-infurzar tal-garanziji kostituzzjona-li, il-medjazzjoni f ’argumenti, li n-nies u l-vetturi jiskorru b’mod tajjeb, l-għajnuna lil dawk li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom, l-identifikazzjoni tal-problemi b'potenzjal gravi, it-tkattir tas-sigurtà fil-komunità, iż-żamma tal-ordni pubbliku, u ser-vizzi oħra fuq bażi t'emerġenza. Il-prijoritajiet li jagħtu sura lix-xogħol tal-pulizija huma importan-ti daqs ix-xogħol imwettaq mill-pulizija nfushom.

Bosta aspetti jagħtu sura lix-xogħol tal-pulizija. L-ewwel hu l-fatt li l-Pulizija topera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum f ’kuntatt mal-pubbliku in ġenerali. In-nies iċemplu lill-pulizija peress li ma jkun hemm ebda aġenzija oħra disponibbli. Dawn it-telefonati joħolqu piż enormi fuq ix-xogħol tal-pulizija. Fat-tur ieħor li jagħti sura lix-xogħol tal-pulizija hu l-awtorizzazzjoni biex tintuża l-forza, inkluż forza letali, il-ħila fl-arrest u l-forza fiżika. Hi x’inhi t-telefonata, il-Pulizija trid tkun lesta li thedded il-forza u ssostniha bl-azzjoni. Il-Pulizija tiddependi fuq l-esperjenza tagħha u mhux bilfors dejjem fuq l-esperjenza individwali, iżda fuq esperjenza li tintiret mas-snin. Il-Pulizija għandha d-dritt li tuża wkoll id-diskrezzjoni, li tagħtiha l-għażla fost bosta modi t’azzjoni jew, f ’ċerti ċirkustanzi, ebda azzjoni. Eżempji diskrezzjonarji huma deċiżjonijiet li

40 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

41Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Feature

Advert

Advert

42 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

43Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Feature

jolqtu l-arrest; jekk hemmx kontravenzjoni jew le, l-użu tal-forza letali, u każi individwali t’abbuż domestiku. Il-gravità tad-delitt u l-kwantità ta’ provi, jolqtu d-deċiżjoni tal-Pulizija tarrestax jew le. Il-mod kif suspettat iġib ruħu, ukoll jolqot id-diskrezzjoni tal-Pulizija. Pereżempju, pulizija li jwieġeb telefonata dwar argument domestiku, imur fil-post u ma jsib ebda sinjali fuq il-mara, bir-raġel ikun assolutament ko-operattiv, u kalm. F'dan il-każ, l-uffiċjal jista’ juża d-diskrezzjoni tiegħu billi jkellem b'mod iebes lir-raġel u billi jistaqsi lill-mara jekk tridx li żewġha jittieħed l-Għassa. Jekk ma tkunx trid, u l-uffiċjal, mill-esperjen-za tiegħu, iħoss li r-raġel jiddispjaċih, jaf iħallih b'sempliċement twiddiba. Uffiċjal jew aktar minn wieħed jistgħu wkoll jiddeċiedu li jabbandunaw insegwiment bil-vettura (ġaladarba jkun ittieħed in-numru ta’ reġistrazzjoni u s-sid ikun ġie iden-tifikat) minħabba s-sogru lil tant oħrajn fit-triq.

Il-Kwartieri Ġenerali jassistu lill-Pulizija tal-lo-kal fl-istħarriġ kriminali, fiż-żamma ta’ statis-tika dwar kriminalità għall-pajjiż, fir-ronda fit-toroq u fil-ħidma fil-Laboratorju Forensiku. Il-mod kif il-Pulizija torganizza lilha nnifisha, ukoll hi parti mis-sistema. L-aġenziji tal-Pulizija jitħaddmu fi ħdan struttura burokratika li tam-ministra l-inkarigi u dmirijiet, li tagħmel użu minn katina ta’ kmand, u topera fi ħdan sistema ta’ regoli u regolamenti. Hu għalhekk li, bħal ħafna burokraziji, l-aġenziji tal-Pulizija għandhom ten-denza li jinqabdu f ’xibka ta’ red tape li toħloq nuqqas ta’ flessibbiltà u d-dgħajjef l-aspett uman fil-pulizija. Bosta dipartimenti jieħdu direttament wara l-militar fis-sens li jġorru uniformi, armi tan-nar, juru l-kariga tagħhom fuq l-uniformi, u

jagħtu ordnijiet minn fuq ’l isfel. Dan ix-xebħ mili-tari jaf joħloq problema billi jxerred atteġġjament ‘militari’ li l-Pulizija qisha bħal donnha fil-gwerra.Jidħlu fis-sistema tal-Pulizija l-istrateġiji mħaddna mid-dipartimenti. L-ewwel u s-sinsla tal-ħidma tal-pulizija hi r-ronda. Il-pulizija fuq ir-ronda huma parti mil-ħajja ta’ kuljum fl-irħula u l-ibli-et. L-uffiċjali jagħmlu r-ronda filwaqt li jżommu għajnejhom fuq il-kriminalità u jbegħduha. Huma jiżviluppaw ukoll relazzjonijiet mal-pubbliku in ġenerali, u jgħinu lil kulħadd iħossuhom ak-tar sikuri. L-iskwadra mobbli tieħu sehem fir-ronda u tgħin biex toħloq sens ta’ preżenza tal-pulizija fil-postijiet kollha u fil-ħinijiet kollha. Fost strateġiji oħra hemm il-pulizija pro-attiva, li tinvolvi l-użu ta’ lixki fittizji, operazzjonijiet taħt kopertura, assalti, l-użu t'informaturi, li jħufu dawk li ta’ spiss jiksru l-liġi, u l-preżenza tal-pu-lizija f ’ċerti zoni biex iżommu l-ordni. Strateġiji oħra bħall-istħarriġ u operazzjonijiet speċjali huma parti mis-sistema ġenerali tal-Pulizija.

Forsi, ċerti dipartimenti tal-Pulizija, għandhom nuqqas ta’ personall, mgħobbija bix-xogħol u miżgħuda bil-ġlieda kontra l-kriminalità. Iżda, b'danakollu, iwettqu xogħol, li ftit li xejn jiġi ap-prezzat, verament tajjeb. Ħafna minna jħossuhom żguri fi djarhom, iżda jekk le, jistgħu jkunu ak-tar attivi fil-komunitajiet tagħhom biex itejbu s-sitwazzjoni. Jekk xi ħadd forsi għandu xi prob-lema ma’ xi dipartiment tal-Pulizija, għandu biss jiftakar li x’aktarx jinsab fi ksur tal-liġi fl-ewwel lok. Fi kliem ieħor, biex ma jkollniex il-pulizija ma saqajna, għandna lkoll nobdu l-liġi.

[email protected]

Ftit tax-xhur ilu, waqt xogħol ta’ restawr li kien qiegħed isir f 'waħda mill-kmamar ta’ fuq tal-Għassa ta’ Ħal Qormi, instabet kitba

fuq biċċa karta, mill-istess pulizija li kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol. Din tpoġġiet fil-bejta ta’ waħda mill-kunjardi tal-ħajt, mitwija b'munita ta’ tlett milleżmi fiha. Ta’ min jgħid li għalkemm fis-sempliċità tagħha, din in-nota li kienu ħallew żewg membri, PC 654 Alphonse Spiteri u PC 234 Alfredo Attard, meta kienu qegħdin jagħmlu xogħol ta’ tibjid madwar erbgħin sena ilu, tqanqallek ċertu in-

teress, sew mill-att tat-talba nnifisha, kif ukoll għax qed tixħet dawl interessanti f ’kuntest ta’ żmien. It-talba, li hi espressjoni ta’ tnejn min-nies, li fil-mu-ment aktarx kienu qed jissoponu li n-nota li għalqu fil-ħajt tinstab f ’xi żmien meta huma jkunu ħallew din id-dinja. Biha aktarx li xtaqu jiġu mfakkra. Semmejt il-kuntest taż-żmien. Meta nkitbet din in-nota, l-użanza kienet titlob li biex tkun rikonoxxuta, ma’ kull skrizzjoni, l-awtur kien irid iwaħħal bolla b'valuta ta’ ftit ħbub jew soldi. Sakemm ma tkunx bolla b'valuta fiskali, f ’każ li d-dokument ikun ta’ ċerta importanza, bħalma ngħidu aħna jkunu xi testmenti jew kuntratti, piżijiet jew xorta oħra li ji-tolbu obbligu jew dmir. Ma’ dawn iż-żewġ kollegi tagħna żgur li twettaq dak li huma kienu talbu, permezz ta’ dan il-piż ordinarju li ħallew. Magħhom ukoll ma jkunu qatt minsija l-kollegi l-oħrajn kollha.

Piżijiet ta’ din ix-xorta f ’Malta, jidher li fil-ġeneru tagħhom kienu jeżistu sa minn żminijiet Medjevali, l-aktar mill-awtoritajiet Ekleżjastiċi.

Għaldaqstant, nieħu l-okkażjoni sabiex nifraħ lill-istess persuna, li kien sab din l-iskrizzjoni, PC 360 C. Vassallo, għax-xogħol professjonali li jwettaq kull meta jiġi mqabbad sabiex jaħdem fuq strut-turi ta’ bini antik. Ir-riżultat ma’ jkunx għajr li jerġa’ jagħti dinjità f ’dimensjoni oriġinali u prattikabbli, kif mistħoqq, lil dawn il-binjiet arkitettoniċi, ġojjelli taċ-ċiviltà Maltija.

Feature

Xorta ta' piż ordinarju misjub f 'kunjardaminn SM 1133 Joseph Borg – Kwartieri Ġenerali

PC 234 Alfredo Attard

PC 654 Alphonse Spiteri

[email protected]

44 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

45Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Advert

46 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Advert

48

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-PulizijaApprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015 49

Advert

50 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Is-sistema tas-saħħa f ’Malta tista’ tgħid li de-

jjem kienet titqies bħala waħda mill-aqwa

matul iż-żminijiet. Jingħad ukoll li waħda

mir-raġunijiet setgħet kienet ir-regoli serji u pjut-

tost riġidi li kien hawn rigward il-kwarantina

(quaranta 40) - l-erbgħin ġurnata ta’ iżolament

(Isola) li kull persuna jew merkanzija tkun xi tkun,

kellhom jagħmlu kif appena jmissu riġlejhom fuq

artna. 

Meta l-ewwel Gvernatur ta’ Malta, Sir Thomas

Maitland u dinjitarji oħra kienu waslu Malta,

f ’Novembru tal-1813, żmien il-pesta; l-awtoritajiet

Maltin ordnawlu wkoll sabiex jgħaddi minn dan

il-proċess ta’ kwarantina, skont ma’ kienu l-liġijiet

ta’ Malta. Fil-fatt inżamm erbgħin ġurnata

f ’Lazzarett, f ’Manoel Island.

51Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Feature

Il-Qasam tas-Saħħa u l-Kwarantina f 'Malta minn SM 1133 Joseph Borg - Kwartieri Ġenerali

Meta xi ħadd b'ċertifikat f ’idu kien juri li ħareġ

minn Malta, l-awtoritajiet tal-post, tista` tgħid

li kienu jserrħu rashom li kien ġej minn post

li jittratta dan il-qasam b'serjetà kbira. Dan iċ-

ċertifikat kien jissejjaħ bħala bill of health, li

jfisser li l-persuna li qiegħda tippreżentah, hi

persuna ħielsa mill-mard u l-aktar dak infettiv.

Il-Pulizija ta’ Malta kienet responsabbli minn

dan il-qasam ta’ saħħa u kwarantina tista’ tgħid

mill-bidu tat-twaqqif tagħha.

Jalla, matul iż-żminijiet, l-awtoritajiet Maltin

jibqgħu iżommu dawn il-prinċipji riġidi, iżda ef-

fettivi bħalma pprattikaw missirijietna.

                                                                                            

[email protected]

Advert Elisa Mercieca

7 snin

52 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

53Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Feature

Pa©na g˙at-Tfal

Dawk il-membri tal-Korp li għandhom it-tfal u jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom f ’din il-paġna, permezz ta’ kitba jew tpinġija relatata mal-Korp tal-Pulizija, jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu kuntatt mal-Bord Editorjali fuq [email protected]

Elisa Mercieca7 snin

[email protected]

Inservu b'differenza minn WPC 25 Charlene Cilia - CMRU

Feature

Kull minn isegwi l-paġna tal-Facebook tagħna b’mod rego-lari seta’ jara li minkejja li xi

kultant naqilgħu xi kritika, xorta waħda hemm minn japprezza x-xogħol tagħna, speċjalment meta s-servizz li nagħtu jkun differenti minn tas-soltu.

Waqt investigazzjoni li kienet għaddejja, tifel ta’ 7 snin dar fuq l-Ispettur u qalilha “illum għandi l-birthday u issa mhux ħa jkolli party”. Dan id-diskors daħal f ’qalb l-investigaturi u bl-għajnuna tal-Ispettur Graziella Muscat mit-taqsima tas-CMRU malajr sabu soluzzjoni. It-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija offrew lil dan iċ-ċkejken ġurnata mill-isbaħ fejn kellu l-opportunita` li jilgħab mal-klieb b'mod partikolari mal-kelb Ross. Ġurnata li żgur mhux ħa jinsa fejn anki kellu kejk li qasam flimkien mal-kollegi tagħna mit-Taqsima tal-Klieb, kif ukoll ingħata tifkira żgħira bħala rigal.

54 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

55Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

ADVERT

Advert

56 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

57Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Official Statement - International president"Friendship has to be, otherwise there will be no future for Mankind."

The words of our founder Arthur Troop take a very important meaning, while witnessing what happened these last days in France and elsewhere in the world.

We, members of the International Police Association, the world’s largest police association with 420,000 members in more than 100 countries, are committed to the fundamental principles of the Universal Declaration of Human Rights.

Without distinction as to rank/position, sex, race, colour, language or religion, we seek to foster mutual help and understanding, to contribute, within the limits of our possibilities, to peaceful co-existence between people and to the preservation of world peace.

We all are therefore especially saddened by the brutality of the acts perpetrated in Paris which violated to such an extreme degree the constitutional rights and the democratic values of freedom.

The State is the guarantor of the freedom of individuals, in accordance with the standards that enable peaceful co-existence. As police officers, we serve and represent such a State by protecting this freedom.

Any person pointing his gun and killing a policeman undermines the State and the basic social values that we guarantee by our daily work.

On behalf of all members of the IPA, we appeal to our authorities and all citizens, so that recent events do not cause an increase of hatred and xenophobia but reinforce the defense of constitutional rights and democratic values. Let us come together and use the cement of friendship to put all our bricks together in order to build an inspiring tower of hope.

Today, grief affects us all because every life of a policeman taken in the line of duty represents as many values and rights violated.

On behalf of the International Police Association, under the flag of friendship and our motto "Servo per Amikeco", we offer our deepest condolences primarily to families torn apart by these events, but also to all our fellow officers worldwide.

Pierre-Martin MoulinInternational Police Association

IPA HousesIPA now has over 63 properties in 21 countries which can accommodate members at reasonable prices. Today, there are IPA Houses across the globe and the concept is still developing with more houses being opened each year. You can find IPA Houses in Australia, Belgium, Brazil, Denmark, Finland, France, Germany, Greece, Hungary, Ireland, Luxembourg, Netherlands, Norway, Poland, Portugal, Romania, South Africa, Spain, Sweden and the United Kingdom.

There are other accommodation facilities offered by national sections to IPA members. Often, members either own the property or a special rate has been obtained by the respective national section. These can be found in: Austria, Canada, Czech Republic, Estonia, Germany, Greece, Hungary, Ireland, Italy, Mexico, Netherlands, New Zealand, Norway, Poland, Portugal, Russia, Slovenia, South Africa, Spain, Sri Lanka, Switzerland, Ukraine, the United Kingdom and the United States of America.

IPA Malta members and their families can make use of these facilities. Should you need more information you may view a full list of these properties at the IPA office.

IPA Malta 2015This year we will host the 2nd IPA International Pistol Shooting Competition between the 23rd and 27th

International Police Association

International Police Association - Malta Section Neville Mercieca - National President

April, 2015. We have foreign colleagues who will visit our island from as far as Kenya. This is a fantastic opportunity to promote our section, the Police Force and our islands with the participants. IPA members will have the opportunity to meet the participants during various activities we will be organising as this event coincides with our 51st Anniversary.

Apart from the 2nd IPA Malta International Pistol Shooting Competition, we are planning the following events (until June), • Community work • Day trip to Sicily • Thanksgiving Mass • 51st Anniversary Gala Dinner • Social event at IPA Office

IPA Malta MembershipSince last year, membership has increased by 240 per cent. To us, this is very encouraging and means that our work is being appreciated. We have embarked on

a public relations campaign where members of the National Executive Committee will make direct contact with members and prospective members to explain the benefits of IPA. IPA has a lot to offer and we will make our utmost to create more awareness. You never know when you might need a helping hand in times of difficulty.

As you also have been informed, the new cards are already being delivered to those who have paid their membership fees. This card is recognized in all countries where IPA is found and is the same worldwide.

We urge members to pay their pending membership fees to receive their cards for 2015.

International Police Association

ADVERT

[email protected]

58 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

59Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Advert

Malta Association of Retired Police Officerseks-Sur©ent Joe Borda, PRO/Ass. TeΩorier (M.A.R.P.O.)

Riċeviment Annwali fid-Depot tal-PulizijaNhar il-Ħadd 4 ta' Jannar 2015, fis-Sala Vilhena tal-Kwartieri Ġenerali tal-Korp, fil-Furjana, saret l-attività mistennija ta’ kull sena, meta l-Kummissarju tal-Pulizija, Michael Cassar jistieden lill-pulizija rtitari għal reunion annwali. Għal din l-attivita' attendew il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, u uffiċjali tal-Korp u mistiednin oħra.

L-attività bdiet bid-dħul tal-Bandiera Maltija, il-Colours tal-Korp tal-Pulizija u dawk tal-M.A.R.P.O. li nġarru mill-President tal-Għaqda, Charles Curmi. Dawn kienu akkumpanjati mill-Pipes and Drums tal-Korp.

Wara kienet iċċelebrata quddiesa ta’ radd il-ħajr mill-Kappillan tal-Korp, Fr. Ray Bonnici OFM. Hekk kif spiċċat il-quddiesa, ingħatat tislima lil dawk il-membri tal-Korp li ħallewna għall-ħajja eterna, kemm wara li spiċċaw mis-servizz, kif ukoll waqt li kienu għadhom membri tal-Korp.

Numru ta’ membri tal-Korp kienu ppremjati għall-ħidma tagħhom kif ukoll ingħataw premjijiet oħrajn bħal ċertifikati, ukoll lil dawk il-membri tal-Korp li rtiraw wara 25 sena servizz jew aktar.

Saret ukoll preżentazzjoni ta’ apprezzament lill-Kummissarju Michael Cassar, għan-nom tal-membri kollha tal-M.A.R.P.O., mill-Presidenttal-Għaqda, Charles Curmi.

Wara kien hemm is-soltu riċeviment li jkun mistenni ħafna mill-membri tal-Għaqda, fejn wieħed jiltaqa’ ma’ sħabu l-antiki u jerġgħu jirrakkuntaw xi storja tal-imgħoddi u xi esperjenza sabiħa li jkunu għaddew minnha!

Din hi attività li tkun mistennija minn kulħadd, peress li wieħed ikun jista’ jiltaqa’ ma’ kollegi u ħbieb antiki !

Infakkar li s-seduta dwar il-Kawża Kostituzzjonali fuq il-Pensjoni saret il-Ħamis 12 ta’ Marzu 2015.

ĦARĠA GĦAL GĦAWDEXM.A.R.P.O ser torganizza ħarġa ta’ ġurnata f 'Għawdex, nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Mejju 2015, festa pubblika.

Għal aktar tagħrif u biljetti ċemplu lil wieħed minn dawn il-membri:

Albert Polidano  2149 6454 John Mizzi  2144 4673 Anthony Gatt  7961 8139

Aħsbu Kmieni, Postijiet Limitati.Korrispondenza u Miżata

Kull korrispondenza li għandha x’taqsam mal-Assoċjazzjoni għandha tintbagħat f ’dan l-indirizz :

M.A.R.P.O.Kaxxa Postali 36, Birkirkara

Ftuħ tal-Uffiċċju tal-Għaqda

L-uffiċċju tal-Għaqda jkun miftuħ kull nhar ta’ Tnejn bejn 09.00 ta’ filgħodu u nofsinhar għas-servizz

tal-membri tal-Għaqda. In-numru tat-telefon hu 2124 4182 .

60 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

61Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Malta Association of Retired Police Officers

Illum għandna ritratt ta’ ħames pulizija, li kienu jagħmlu xogħolhom Strada Stretta. Kif wieħed jista’ jara, dawn kollha kienu nies ta’ saħħa kbira, u ħadd ma kien jiċċajta magħhom.Il-Pulizija f ’dan ir-ritratt huma:PC 414 Carmelo Attard, li kien ukoll magħruf bħala t-‘Tiny’, PS 692 George Attard, PC 439 Anthony Bonanno, il-Mellieħi, PC 618 Carmel Mizzi, PC Saviour Abdilla.

Nieqes mir-ritratt hemm PC 752 Emanuel Fenech, magħruf bħala iċ-Ċinjol, li kien qed jieħu r-ritratt.

Kulma fadal ħajjin min dawn huma tnejn. Emanuel Fenech, iċ-Ċinjol u Anthony Bonanno, il-Mellieħi li silifni dan ir-ritratt. Minn hawn nirringrazzjah u nixtieqlu ħajja twila u feliċi.

Mill-Imgħoddi

Il-President u l-Kumitat M.A.R.P.O. jawguraw l-Għid it-Tajjeb lilkom u 'l familji tagħkom.

Advert

Obitwarju

Ex Ps 343 George Sciberras1946 – 20141975 – 2002

Ex A.C. Lawrence Cauchi1953 – 20151976 – 2014

Ex Ps 412 Alfred Baldacchino1937 – 20151980 - 1998

Ex A.C Bartolomeo Mula1948 – 20151976 - 2009

Ex Pc 121 Saviour Apap1929 – 20141950 – 1976

Gozo & Australia

Ex Pc 956 Emmanuel Scicluna1924 – 20151955 – 1979

Ex Pc 224 Michael Zahra1926 – 20151949 – 1977

62 Il-Pulizija Magazine • Marzu 2015

Advert

AdvertBACK PAGE