3
Votazzjoni fl-Awstralja Il-votazzjoni fl-elezzjoni statali ta’ NSW 2019 Min għandu jivvota fl-elezzjonijiet Awstraljani? Int meħtieġ/a li tniżżel ismek fuq il-lista tal-votanti u tivvota fl-Awstralja jekk: int ċittadin/a Awstraljan/a għandek 16-il sena jew aktar (imma ma tistax tivvota sakemm ikollok 18-il sena) tkun ilek toqgħod fl-indirizz kurrenti tiegħek għal tal-anqas xahar. Meta tniżżel ismek fuq il-lista tal-votanti jkun ifisser li tkun fuq il-lista biex tivvota fl-elezzjonijiet kollha: elezzjonijiet nazzjonali, statali u tal-gvern lokali. Kif nivvota fl-elezzjoni Statali ta’ NSW? L-elezzjoni statali ta’ NSW hija fit-23 ta’ Marzu 2019. Fil-ġurnata tal-elezzjoni, int tivvota personalment f’ċentru tal-votazzjoni fid-distrett tiegħek. Tista’ ssib lista ta’ ċentri tal-votazzjoni fid-distrett tiegħek f’elections.nsw.gov.au Jekk ma tkunx tista’ tivvota mingħajr interpretu, itlob lill-ħaddiema fiċ-ċentru tal-votazzjoni biex jorganizzaw interpretu fuq it-telefown għalik. Tista’ tieħu wkoll persuna biex tgħinek tivvota. 1 Kun żgur/a li ismek ikun immarkat li vvutajt fuq ir-reġistru elettorali Il-ħaddiema waqt l-elezzjoni jistaqsuk ismek, id-data tat-twelid tiegħek, l-indirizz tiegħek u jekk tkunx ivvutajt qabel f’din l-elezzjoni. Jista’ jkun ta’ għajnuna għalik li tieħu dawn id-dettalji miktuba jekk ikollok diffikultà bl- Ingliż. 2 Il-Votazzjoni Nagħtuk żewġ karti tal-votazzjoni biex tieħu miegħek f’post privat biex tivvota. 3 Issottometti l-vot tiegħek Il-karti tal-votazzjoni jitpoġġew f’kaxxi differenti. Itlob lill-ħaddiema waqt l-elezzjoni biex jgħinuk jekk ma tkunx ċert/a. Hekk tkun spiċċajt il-proċess tal-votazzjoni. Karta żgħira tal-votazzjoni Ikteb in-numru 1 fil-kaxxa maġenb il-persuna li tkun qed tivvota għaliha. Tista’ tivvota għal aktar minn persuna waħda billi tagħmel in-numri fil-kaxxi l-oħra skont l-ordni tal-għażla tiegħek. Tista’ tivvota għal kemm nies trid. Il-karta kbira tal-votazzjoni A Votazzjoni ‘l fuq mil-linja Ikteb in-numru 1 fil-kaxxa maġenb il-grupp jew partit li tkun qed tivvota għalih. Tista’ tivvota għal aktar gruppi jew partiti billi tagħmel numru fil-kaxxi l-oħra skont l-ordni tal-għażla tal-preferenza tiegħek. Tista’ tivvota għal kemm gruppi jew partiti li trid. JEW B Votazzjoni ‘l isfel mil-linja Trid tivvota għal tal-anqas 15-il persuna. Ivvota billi tagħmel numru fil- kaxxi maġenb isimhom fl-ordni tal-għażla tiegħek. A B Page 1 of 3 TR002Ma Maltese

Il-votazzjoni fl-elezzjoni statali ta’ NSW 2019 sheet... · • Tista’ tivvota għal aktar minn persuna waħda billi tagħmel in-numri fil-kaxxi l-oħra skont l-ordni tal-għażla

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Il-votazzjoni fl-elezzjoni statali ta’ NSW 2019 sheet... · • Tista’ tivvota għal aktar minn persuna waħda billi tagħmel in-numri fil-kaxxi l-oħra skont l-ordni tal-għażla

Votazzjoni fl-Awstralja Il-votazzjoni fl-elezzjoni statali ta’ NSW 2019

Min għandu jivvota fl-elezzjonijiet Awstraljani?Int meħtieġ/a li tniżżel ismek fuq il-lista tal-votanti u tivvota fl-Awstralja jekk:

• int ċittadin/a Awstraljan/a• għandek 16-il sena jew aktar (imma ma tistax tivvota sakemm ikollok 18-il sena)• tkun ilek toqgħod fl-indirizz kurrenti tiegħek għal tal-anqas xahar.

Meta tniżżel ismek fuq il-lista tal-votanti jkun ifisser li tkun fuq il-lista biex tivvota fl-elezzjonijiet kollha: elezzjonijiet nazzjonali, statali u tal-gvern lokali.

Kif nivvota fl-elezzjoni Statali ta’ NSW?L-elezzjoni statali ta’ NSW hija fit-23 ta’ Marzu 2019. Fil-ġurnata tal-elezzjoni, int tivvota personalment f’ċentru tal-votazzjoni fid-distrett tiegħek. Tista’ ssib lista ta’ ċentri tal-votazzjoni fid-distrett tiegħek f’elections.nsw.gov.au

Jekk ma tkunx tista’ tivvota mingħajr interpretu, itlob lill-ħaddiema fiċ-ċentru tal-votazzjoni biex jorganizzaw interpretu fuq it-telefown għalik. Tista’ tieħu wkoll persuna biex tgħinek tivvota.

1Kun żgur/a li ismek ikun immarkat li vvutajt fuq ir-reġistru elettoraliIl-ħaddiema waqt l-elezzjoni jistaqsuk ismek, id-data tat-twelid tiegħek, l-indirizz tiegħek u jekk tkunx ivvutajt qabel f’din l-elezzjoni. Jista’ jkun ta’ għajnuna għalik li tieħu dawn id-dettalji miktuba jekk ikollok diffikultà bl-Ingliż.

2 Il-Votazzjoni

Nagħtuk żewġ karti tal-votazzjoni biex tieħu miegħek f’post privat biex tivvota.

3Issottometti l-vot tiegħekIl-karti tal-votazzjoni jitpoġġew f’kaxxi differenti. Itlob lill-ħaddiema waqt l-elezzjoni biex jgħinuk jekk ma tkunx ċert/a. Hekk tkun spiċċajt il-proċess tal-votazzjoni.

Karta żgħira tal-votazzjoni

• Ikteb in-numru 1 fil-kaxxa maġenb il-persuna li tkun qed tivvota għaliha.• Tista’ tivvota għal aktar minn persuna waħda billi tagħmel in-numri fil-kaxxi

l-oħra skont l-ordni tal-għażla tiegħek. Tista’ tivvota għal kemm nies trid.

Il-karta kbira tal-votazzjoni

A Votazzjoni ‘l fuq mil-linja

• Ikteb in-numru 1 fil-kaxxa maġenb il-grupp jew partit li tkun qed tivvota għalih.

• Tista’ tivvota għal aktar gruppi jew partiti billi tagħmel numru fil-kaxxi l-oħra skont l-ordni tal-għażla tal-preferenza tiegħek. Tista’ tivvota għalkemm gruppi jew partiti li trid.

JEW

B Votazzjoni ‘l isfel mil-linja

• Trid tivvota għal tal-anqas 15-il persuna. Ivvota billi tagħmel numru fil-kaxxi maġenb isimhom fl-ordni tal-għażla tiegħek.

A

B

Page 1 of 3

TR002Ma Maltese

Page 2: Il-votazzjoni fl-elezzjoni statali ta’ NSW 2019 sheet... · • Tista’ tivvota għal aktar minn persuna waħda billi tagħmel in-numri fil-kaxxi l-oħra skont l-ordni tal-għażla

X’jiġri jekk ma nkunx nista’ mmur f’ċentru tal-votazzjoni nhar l-elezzjoni?Jekk ma tkunx tista’ tmur f’ċentru tal-votazzjoni nhar l-elezzjoni, tista’ tivvota qabel id-data tal-elezzjoni billi tuża waħda minn dawn l-għażliet:

• tivvota personalment f’uffiċċju ta’ maniġer tal-elezzjoni• tivvota fuq l-internet jew bit-telefown (iVote)• tivvota bil-posta.

Votazzjoni personali f’uffiċċju ta’ maniġer tal-elezzjoniIl-votazzjoni f’uffiċċji ta’ maniġers tal-elezzjoni tibda fil-11 ta’ Marzu 2019.

1Ara fejn ikunu l-uffiċċji tal-maniġers tal-elezzjoni f’elections.nsw.gov.au jew ċempel 1300 135 736

2Votazzjoni personali f’uffiċċju ta’ maniġer tal-elezzjoni. L-uffiċċji jkunu miftuħa bejn 8:00am u 6:00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Jekk ikollok bżonn interpretu, itlob lill-ħaddiema fl-uffiċċju tal-maniġer tal-elezzjoni biex jorganizzaw interpretu bit-telefown għalik jew ħu miegħek lil xi ħadd biex jgħinek tivvota.

Votazzjoni fuq l-internet jew bit-telefown (iVote)Jekk tkun eliġibbli, tista’ tivvota billi tuża iVote minflok illi tivvota personalment.

Hemm struzzjonijiet b’lingwi differenti dwar is-sistema tal-iVote għall-votazzjoni fuq l-internet u bit-telefown f’ivote.nsw.gov.au

Is-sistema tal-votazzjoni fuq l-internet għandha traduzzjonijiet f’sitt lingwi:

• Għarbi• Ċiniż Simplifikat• Ċiniż Tradizzjonali• Vjetnamiż• Grieg• Taljan

Jekk jogħġbok innota li votazzjoni bit-telefown issir bl-Ingliż u biex il-votazzjoni tinżamm sigura, li ċċempel lil terza persuna bħal m’hu interpretu mhux permess.

1Applika biex tuża votazzjoni bl-internet jew bit-telefown bejn il-11 ta’ Frar u s- 1:00PM tat-23 ta’ Marzu 2019. Applika:

• online f’ivote.nsw.gov.au jew• billi ċċempel 1300 248 683 (jekk iċċempel minn madwar l-Awstralja)

jew +612 9290 5287 (jekk tkun qed iċċempel barra l-Awstralja).

2Ivvota bejn il-11 ta’ Marzu u s-6:00PM tat-23 ta’ Marzu 2019.

3 Tista’ tiċċekkja l-għażliet tal-votazzjoni li tkun issottomettejt fuq iVote Verification App.

Page 2 of 3

Page 3: Il-votazzjoni fl-elezzjoni statali ta’ NSW 2019 sheet... · • Tista’ tivvota għal aktar minn persuna waħda billi tagħmel in-numri fil-kaxxi l-oħra skont l-ordni tal-għażla

Votazzjoni bil-postaJekk jogħġbok innota li l-votazzjoni postali hija bl-Ingliż. Jista’ jkollok bżonn għajnuna biex tapplika u biex tivvota jekk ikollok diffikultajiet bl-Ingliż.

1 Applika biex tuża vot postali:

• online f’elections.nsw.gov.au jew• ipprintja l-formula, imliha u ibgħatha lura liċ-ċentru tal-votazzjoni postali tal-Kummissjoni Elettorali ta’

NSW:Centralised Postal Vote Count CentreNSW Electoral Commission Reply Paid 89531 Alexandria NSW 2015

L-applikazzjoni tiegħek trid tasal għand in-NSW Electoral Commission sas-6:00pm sat-Tnejn 18 ta’ Marzu 2019. Il-karti tal-votazzjoni mbagħad ikunu mpustati lilek.

2Ivvota fuq il-karti tal-votazzjoni u mpustahom lura. Il-vot tiegħek irid isir sad-data tal-elezzjoni u jasal għand in-NSW Electoral Commission sas-6:00PM tal-Erbgha 27 ta’ Marzu 2019.

Tista’ tivvota billi tuża waħda minn dawn l-għażliet jekk ma tkunx tista’ tmur f’ċentru tal-votazzjoni nhar l-elezzjoni. Xi wħud mir-raġunijiet komuni aċċettati biex tuża għażliet ta’ votazzjoni kmieni huma:

• tkun qed taħdem nhar l-elezzjoni bejn it-8:00am u s-6:00pm (ma tkunx tista’ tivvota bl-iVote)• ma tkunx fi New South Wales nhar l-elezzjoni• ikollok diżabilità

Għal aktar raġunijiet aċċettati biex tuża għażliet ta’ votazzjoni kmieni, iċċekkja f’ elections.nsw.gov.au

Page 3 of 3 TR00

2Ma_

Vot

e_N

OV

18

| V

OTI

NG

AT

THE

NS

W S

TATE

ELE

CTI

ON

201

9