8
1 MADWARNA Laqgħa Ġenerali- Nixtieq ngħid grazzi mill-qalb lil dawk li kienu preżenti għal-Laqgħa Ġenerali. Għalkemm l-attendenza kienet waħda aċċettabbli kien hemm numru kbir ta’ diriġenti li kienu fi - dmir li jattendu u għal raġuni jew oħra ma attendewx. Inħoss li dan qed juri nuqqas ta’ impenn minn dawk li huma responsabbli fil-kunsilli u ċ-ċirkoli. L-iskop ta’ din il-laqgħa jkun li flimkien, il- Kunsill Ġenerali, naraw fejn qegħdin f’dak li xtaqna nagħmlu u x’effett qed ikollha l-ħidma tagħna. Minbarra li nagħtu ħarsa lura naraw fejn aħna u fejn irridu naslu. Nittama ħafna li ’l quddiem din il- laqgħa daqstant importanti tingħata l-attenzjoni li hemm bżonn. Proġett ŻAK House B’Kara- Waqt l-aħħar Skola tal-Appostolat kif ukoll waqt il-Laqgħa Ġener- ali saret preżentazzjoni viżiva dwar ix-xogħol li qed jitwettaq f’dan il-proġett, ġie spjegat it-tibdil strutturali li qed isir kif ukoll rendikont tal-ispejjeż kbar li jridu jitħallsu. Waqt il-Laqgħa Ġenerali l- Kummissjoni Romol tal-Fergħa Nisa ppreżentat għotja ta’ 300 ewro b’risq dan il -proġett lill- President taż-ŻAK. Proġetti Ġodda: Fergħa Adulti żgħażagħ AKM- Ilu ħafna jinħass il-bżonn li tinħoloq il-Fergħa Adulti żgħażagħ AKM. Fil-prattika s-sitwazzjoni attwali fl-AKM hemm żewġ taqsimiet: Adolexxenti u Żgħażagħ, u Adulti kbar/kbar ħafna fl-eta. Bejniethom hemm vojt kbir u hemm bżonn li nsibu mod ta’ kontinwità biex dak li jkun inżera’ fl-adolexxenza jkompli jikber u jissaħħaħ. Qegħdin naħsbu li jinbena proġett li joffri spazju u opportunità lil żgħażagħ li jkunu ħarġu mill -fażi tal-adolexxenza u li jkompli l-formazzjoni tagħhom filwaqt li jinvolvu ruħhom f’appostolat li l - AKM twettaq. Lapes u Gomma- Proġett ieħor li l-AKM qed tistudja l-possibbiltà li jitwaqqaf huwa li, b’mod vo- lontarju, ngħinu lit-tfal bi bżonnijiet ta’ għajnuna fil-qari u l-kitba b’tagħlim u support supplemen- tarju wara l-ħin tal-iskola. F’dan il-proġett ukoll nixtiequ noffru l-possibbiltà ta’ korsijiet b’temi differenti li nistgħu norganizzaw għall-membri u persuni mhux membri permezz ta’ nies esperti. U ħaġa oħra komplementari tkun li ċ-ċentru jkun ‘Drop-in Centre’ fejn tkun tista’ tingħata informazzjoni bażika lil min jiġi jfittixha. Inħeġġeġ lil kull min jista’ jagħti s-sehem tiegħu fit-twettieq ta’ dawn il-proġetti ma joqgħodx lura u jkellimna. President Ġenerali Sinjura Carmen Agius LULJU/AWWISSU 2011 NEWSPAPERPOST INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 IKUN MFAĦĦAR ĠESÙ KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA ISTITUT KATTOLIKU FLORIANA FRN 1441 TEL: 21 222239/21 237031 Website: www.akmalta.org Email: [email protected] NUMRU 267

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

1

MADWARNA

Laqgħa Ġenerali- Nixtieq ngħid grazzi mill-qalb lil dawk li kienu preżenti għal-Laqgħa Ġenerali.

Għalkemm l-attendenza kienet waħda aċċettabbli kien hemm numru kbir ta’ diriġenti li kienu fi-

dmir li jattendu u għal raġuni jew oħra ma attendewx. Inħoss li dan qed juri nuqqas ta’ impenn minn

dawk li huma responsabbli fil-kunsilli u ċ-ċirkoli. L-iskop ta’ din il-laqgħa jkun li flimkien, il-

Kunsill Ġenerali, naraw fejn qegħdin f’dak li xtaqna nagħmlu u x’effett qed ikollha l-ħidma tagħna.

Minbarra li nagħtu ħarsa lura naraw fejn aħna u fejn irridu naslu. Nittama ħafna li ’l quddiem din il-

laqgħa daqstant importanti tingħata l-attenzjoni li hemm bżonn.

Proġett ŻAK House B’Kara- Waqt l-aħħar Skola tal-Appostolat kif ukoll waqt il-Laqgħa Ġener-

ali saret preżentazzjoni viżiva dwar ix-xogħol li qed jitwettaq f’dan il-proġett, ġie spjegat it-tibdil

strutturali li qed isir kif ukoll rendikont tal-ispejjeż kbar li jridu jitħallsu. Waqt il-Laqgħa Ġenerali l-

Kummissjoni Romol tal-Fergħa Nisa ppreżentat għotja ta’ 300 ewro b’risq dan il-proġett lill-

President taż-ŻAK.

Proġetti Ġodda: Fergħa Adulti żgħażagħ AKM- Ilu ħafna jinħass il-bżonn li tinħoloq il-Fergħa

Adulti żgħażagħ AKM. Fil-prattika s-sitwazzjoni attwali fl-AKM hemm żewġ taqsimiet:

Adolexxenti u Żgħażagħ, u Adulti kbar/kbar ħafna fl-eta. Bejniethom hemm vojt kbir u hemm

bżonn li nsibu mod ta’ kontinwità biex dak li jkun inżera’ fl-adolexxenza jkompli jikber u jissaħħaħ.

Qegħdin naħsbu li jinbena proġett li joffri spazju u opportunità lil żgħażagħ li jkunu ħarġu mill-fażi

tal-adolexxenza u li jkompli l-formazzjoni tagħhom filwaqt li jinvolvu ruħhom f’appostolat li l-

AKM twettaq.

Lapes u Gomma- Proġett ieħor li l-AKM qed tistudja l-possibbiltà li jitwaqqaf huwa li, b’mod vo-

lontarju, ngħinu lit-tfal bi bżonnijiet ta’ għajnuna fil-qari u l-kitba b’tagħlim u support supplemen-

tarju wara l-ħin tal-iskola. F’dan il-proġett ukoll nixtiequ noffru l-possibbiltà ta’ korsijiet b’temi

differenti li nistgħu norganizzaw għall-membri u persuni mhux membri permezz ta’ nies esperti. U

ħaġa oħra komplementari tkun li ċ-ċentru jkun ‘Drop-in Centre’ fejn tkun tista’ tingħata

informazzjoni bażika lil min jiġi jfittixha.

Inħeġġeġ lil kull min jista’ jagħti s-sehem tiegħu fit-twettieq ta’ dawn il-proġetti ma joqgħodx lura u

jkellimna.

President Ġenerali

Sinjura Carmen Agius

LULJU/AWWISSU 2011

N E W S P A P E R P O S T

INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 IKUN MFAĦĦAR ĠESÙ KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

ISTITUT KATTOLIKU

FLORIANA FRN 1441

TEL: 21 222239/21 237031

Website: www.akmalta.org

Email: [email protected]

NUMRU 267

Page 2: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

2

A ZZ JO N I K AT T O L IK A MA L T IJA IN FO RM AT IO N S H EET L U L J U/ AW WIS S U 2 01 1

ATTIVITAJIET GĦAX-XAHAR TA’

LULJU 2011

Ħamis 30

-3

ŻAK ŻAK Leadership Seminars fil-Kulleġġ Santa Margerita

(Subien) il-Birgu.

Tnejn 4–

11

ŻAK Exchange bejn grupp mill-eRko u membri taż-ŻAK ta’ Ħal

Safi, Ħal Tarxien u B’Kara li se ssir fis-Slovakja

Erbgħa 6 ŻAK ŻAK Band se tanima quddiesa fil-Parroċċa ta’ San Lawrenz

Għawdex, l-ewwel attività tal-erbgħat ta’ San Lawrenz

Ħamis 7 Fergħa Nisa Kunsill Ċentrali fid-9.30 ta' filgħodu - Xgħajra

Ħadd 17

24

ŻAK Exchange li qed tiġi organizzata f’Malta bejn iż-ŻAK, Azzjoni

Kattolika Milan, grupp mir-Rumanija u grupp mill-Polonja. L-

isem ta’ 1:100 fuq it-tema tal-volontarjat.

Ħamis 21 Fergħa Nisa Quddiesa ta’ Ringrazzjament il-Għargħur fis-7.00 ta’

filgħaxija għall-membri tal-Kunsill Fergħa Nisa.

Ħadd 24

31

ŻAK KAMP SAJF 2011—IGNITE: ‘kull ma għamiltu ma’ wieħed

mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.’ Mt 25:40.

Attivitajiet għall-membri kollha taż-ŻAK minn 10 snin sa 19-

il sena.

AWWISSU

Ħamis 4 –

12

ŻAK Grupp ta’ 8 membri taż-ŻAK se jipparteċipaw fil-

EUROCAMP 2011 li se jiġi organizzat ġewwa Barċellona.

Tlieta 9-

23

ŻAK Grupp ta’ 17 membru taż-ŻAK se jmorru għal Jum Dinji taż-

Żgħażagħ, mal-Papa Benedittu XVI, ġewwa Madrid.

Sibt 20

-

21

ŻAK Attività mtella’ ġewwa l-Mosta b’xandira diretta mal-Jum

Dinji taż-Żgħażagħ ġewwa Madrid, Spanja.

ŻAK—ŻGHAŻAGH AZZJONI KATTOLIKA

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika tixtieq tgħid GRAZZI Kbira lill-Azzjoni Kattolika

Nisa, tad-donazzjoni sabiħa ta' €100, u lill-Kummisjoni Romol tad-donazzjoni

ġeneruża ta' €300. Dawn id-donazzjonijiet se jmorru għall-ispejjeż li ż-ŻAK qed tagħ-

mel fuq il-proġett tagħhom ġewwa B'Kara. Filwaqt li nixtiequ nfakkru li l-bżonnijiet

tal-Azzjoni Kattolika ma jiqfux, kull min jixtieq jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja

għal proġett taż-ŻAK House jista' jagħmilha mas-Segreterija tal-Azzjoni Kattolika

ġewwa l-Istitut Kattoliku.

Grazzi u nkomplu nitolbu għal xulxin.

Page 3: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

3

A ZZ JO N I K AT T O L IK A MA L T IJA I N FO RM AT IO N S H EE T L UL J U/ AW WI SS U 2 01 1

Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Persuni b’Diżabilità

Reġa’ wasal il-mument li niltaqgħu, mat-tezori li l-Mulej fdalna f’idejna,

f’riġlejn ir-Redentur biex noffrulu l-ferħ, in-niket, it-tbatijiet, is-

sodisfazzjon, il-mard u l-abbiltajiet tagħna. Hu refa’ fuqu dak kollu li

jweġġagħna waqt li ħaddan is-salib fi triqtu lejn it-tislib. Iżda, għax

iħobbna, l-istorja ma waqfitx hemm. Hu rebaħ is-salib u l-mewt biex lilna jagħtina l-

qawmien għal dejjem miegħu u bih.

Biex bħas-snin l-oħra niċċelebraw l-imħabba infinita ta’ Alla għalina, li wasslitu jibgħat lil

Ibnu l-Waħdieni fid-dinja biex jeħlisna minn kulma jxekkilna, qed nistednuhom biex

tingħaqdu magħna nhar is-Sibt, 2 ta’ Lulju 2011 fis-6:15 ta’ filghaxija fil-Parroċċa Marija

Bambina, l-Isla.

Matul ix-xhur tas-Sajf, id-diriġenti tal-Kummissjoni Ħidma għall-Morda u

Persuni b’Diżabilità, ikunu qed jaħdmu fuq xogħol ta’ wara l-kwinti bi

tħejjija għas-sena soċjali li jmiss. Fost ħwejjeġ oħra, ikun qed isir updating

tad-databases tal-Kummissjoni. Ikun apprezzat ħafna jekk id-Delegati

Morda u d-Distributuri tal-FARAĠ li għandhom xi listi tal-morda li

fihom tibdil, jikkuntattjaw lis-Segretarja fuq 21445868 jew 99282974 biex jaġġornaw l-

informazzjoni. Min juża l-posta elettronika jista’ jibgħat l-informazzjoni fuq

[email protected] . L-indirizz postali hu 153 Betanja, Triq il-Wied, B’Kara BKR

9012.

Il-Kummissjoni tixtieq iġġedded l-appell tagħha lill-membri tal-Azzjoni

Kattolika li jixtiequ joffru l-ħin u l-karozza tagħhom biex iwasslu lill-

mistednin tagħha għall-attivitajiet li torganizza matul is-sena. L-

ispejjeż għat-trasport mikri qegħdin dejjem jogħlew. Minbarra li

sewwieqa volontieri jkunu qed jgħinu lill-Kummissjoni fil-ħidma fdata

f’idejha, huma jkunu wkoll qegħdin jakkwistaw is-sodisfazzjon li jferrħu lil dawn it-teżori

tant prezzjużi fil-qalb mimlija mħabba tal-Mulej Ġesù. Min jixtieq jibda joffri dan is-servizz

jista’ jikkuntattja lis-Segretarja direttament.

Il-programm Solidarjetà li jixxandar fuq Radju Malta kull nhar ta’ Ħadd fis-7.15 ta’

filgħaxija se jixxandar kif ġej:

Lulju 3 10 17 24 31

Awwissu 7 14 21 28

Settembru 4 11 18 25

Page 4: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

4

A ZZ JO N I K AT T O L IK A MA L T IJA IN FO RM AT IO N S H EET L UL J U/ AW WIS S U 2 01 1

DAR TAL-ANZJANI FAMILJA MQADDSA — NAXXAR

GARDEN DINNER

FIL-GONNA TAD-DAR FAMILJA MQADDSA—

NAXXAR

SATURDAY 23 July 2011 at 7.30pm With the participation of Singers and Actors

Menu

Pasta with Squid(Klamari) Sauce or

Melon and Smoked Ham

******

Grilled Cuberoll with Mushroom Sauce

Served with Courgettes, Carrots and Roast Potatoes OR

Chicken Roulade stuffed with Ham and cheese

Served with Courgettes, Carrots and Roast Potatoes OR

Salmon in Cartoccio

Served with boiled potatoes, Tomato and Green salad

******

Dessert

Profiterols or Macedonia of fresh fruit

Free glass of wine or soft drink

******

Children’s Menu

Chicken nuggets chips and salad

Profiterols and soft drink

Price €16 Adults €5 Children

Tel: 21 438025 to reserve a table

Page 5: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

5

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INFORMATION SHEET LU LJU/AWWISSU 2011

SEGRETARJAT ASSISTENZA SOĊJALI

Solidarjetà ma’ Ħutna Morda Bil-Kanċer

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju 2011, fis-6.30 ta’ filgħaxija, fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl

Nawfragu, il-Belt Valletta se ssir quddiesa b’solidarjetà ma’ ħutna morda bil-kanċer. Din il-

quddiesa tagħlaq in-Novena ta’ San Mikiel tal-Qaddisin kollha, Patrun tal-morda bil-Kanċer.

Inħeġġu lill-membri kollha tas-Segretarjat Assistenza Soċjali u l-membri tal-Azzjoni Kattolika

biex jattendu għal din il-Quddiesa.

SERVIZZ BIL-MINIBUSES

Nixtiequ nappellaw b’mod partikulari lil dawk il-Parroċċi li qatt s’issa ma għamlu użu minn dan

is-servizz. Araw fil-Parroċċa fejn hemm anzjani li ma joħorgux minħabba l-kundizzjoni

tagħhom. Ibbukkjaw ħarġa biex huma wkoll iħossuhom parti mill-Komunità.

Ċemplu fuq 21 226920 u ħallu MESSAĠĠ fuq l-Answering Machine u s-Sur Theuma jċempel

lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu

l-Uffiċċju SAS 21220286 u agħmlu l-booking tagħkom.

//////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////////

DAR TAL-ANZJANI FAMILJA MQADDSA — NAXXAR

Pellegrinaġġ f’Lourdes organizzat

mid-Dar Familja Mqaddsa

1 – 6 Awwissu 2011

4 t’ijiem sħaħ

Inżuru : Bartres, Meridien Shopping Centre, Gavarnie, Parc Animalier

des Pyrenees, Pont d’Espagne u Cite’ St. Pierre

Prezz Minn €470

Għall-aktar informazzjoni ċempel 99230230

Ħinijiet tas-Sajf fl-Istitut Kattoliku:

i. Mil-1 sal-31 ta' Lulju 2011 mit-8.30 ta’ filgħodu sas-7.00 ta’ filgħaxija.

ii. Mill-1 sal-31 ta' Awwissu 2011 mit-8.30 ta’ filgħodu sas-1.00.

iii. Mill-1 ta' Settembru 'l quddiem mit-8.30 ta’ filgħodu sad-9.00 ta’ filgħaxija.

Page 6: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

6

A ZZ JO N I K AT T O L IK A MA L T IJA IN FO RM AT IO N S H EET L UL J U/ AW WIS S U 2 01 1

NEWSPAPER POST

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

ISTITUT KATTOLIKU

FLORIANA FRN 1441

////////////////////////////////////////////////////////////////////////

LIBRERIJA AZZJONI KATTOLIKA—FLORIANA

Wieћed isib:

Kull tip ta’ kotba reliġjużi bil-Malti u bl-Ingliż – gћall-kbar u gћat-tfal,

kotba ta’ interess ġenerali, oġġetti reliġjużi – statwi, ikoni, santi, station-

ery, rigali u ћafna affarijiet oћra. Jistgħu jinxtraw ukoll ‘Book Tokens’ u

‘Gift Vouchers’.

Ħinijiet tal-Ftuћ: Matul il-ġimgћa - 9.00 ta’ filgћodu sa nofsinhar, 4

sas-7.30 ta’ filgћaxija u s-Sibt filgћodu biss. Tel: 21 237031

AWWISSU—MAGHLUQIN

Gћalhekk ixtri r-rigali tiegћek minn din il-Librerija u barra li tkun qed

tagћti rigal mill-qalb tkun qed tgћin lil Azzjoni Kattolika Maltija fil-

ћidma tagћha.

Page 7: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

7

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INFORMATION SHEET MEJJU 2011

Page 8: INFORMATION SHEET LULJU/AWWISSU 2011 · ŻAK —KAMP SAJF 2011 IGNITE: ... lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

8