59
Il-Gwida dwar il-Konsum L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA! L-Ambjent (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)

(L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

  • Upload
    others

  • View
    11

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

Il-Gwida dwar il-Konsum

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU

DIFFERENZA KBIRA!

L-Ambjent

(L-aħħar aġġornament sar fl-2014)

Page 2: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

2

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Kontenut (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)

Il-kampanja 3

Effiċjenza fl-Użu tar-Riżorsi 4

X'inhi? 4Għaliex għandna bżonnha? 4Kif teqleb l-iskart f'riżorsa 4Ilma: riżorsa vitali 6

Nagħmlu l-Ekonomija tal-UE 7

X'inhi l-ekonomija ekoloġika? 7It-trasformazzjoni tal-Ewropa f'ekonomija ekoloġika 7Il-politiki li jippreservaw ir-riżorsi naturali 8L-ekonomija ekoloġika u l-impjiegi

Suġġerimenti 12

Arja 13Ilma 16Ħamrija: 24Minerali 26Injam/injam tas-siġar 28Biodiversita 30Skart 35Użu mill-Ġdid 44Użu mill-ġdid 46Trasport/Ivvjaġġar 49Effiċjenza fl-enerġija 51Konsum żejjed 55Ekonomija ambjentali 58

Page 3: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

3

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Il-kampanjaL-għażliet li tagħmel jagħmlu differenza kbira!

Trid tgħix ħajja kompluta waqt li tirrispetta n-natura? Allura Generation Awake hi għalik. Hi kollha dwar li nżommu għajnejna miftuħin għall-għażliet li jsiru minna bħala konsumatur u l-konsegwenzi li dawn għand-hom fuq ir-riżorsi naturali tad-dinja. Meta tkun parti minn Generation Awake, tkun konxju li l-għażliet tiegħek mhux biss ser ibiddlu d-dinja tiegħek, imma wkoll il-pjaneta.

Kif? Peress li l-ħajja hi kollha dwar għażliet, it-teħid ta' deċiżjonijiet għaqlija kuljum li jikkunsidraw l-ambjent ukoll jagħmlu differenza f'ħajtek u dik ta' familtek u ta' ħbiebek. L-ewwelnett ser tgħinek tiffranka l-flus u ttejjeb l-istil ta' ħajja tiegħek - u tgħin l-ekonomija wkoll. Barra minn hekk, għażliet għaqlija tal-konsumatur jagħmlu mill-lokalità tiegħek, il-pajjiż tiegħek, l-Ewropa u l-pjaneta aktar b'saħħitha u aktar sostenibbli issa u għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Flimkien nistgħu naħdmu lejn soċjeta fejn inkunu tgħallimna niksbu iktar minn inqas, fejn il-kultura tar-rimi tkun xi ħaġa tal-passat, fejn l-iskart jitnaqqas għal żero, u fejn l-oġġetti kollha jkollhom valur u jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw jew jerġgħu jiġu pproċessati bħallikieku kienu ġodda.

Generation Awake hija kampanja maħluqa mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tenfasizza dak li kull wieħed minna jista' jagħmel fil-ħajja tagħna ta' kuljum biex niffrankaw l-ilma, l-enerġija u riżorsi naturali oħrajn u nnaqqsu l-iskart. Jekk trid tara aktar, aqsam il-messaġġ mal-ħbieb u mal-familja tiegħek u ssieħeb magħna fuq Facebook ukoll. Grazzi - tkun ħaġa ferm sabiħa għalina li inti tissieħeb magħna.

Page 4: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

4

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Effiċjenza fl-Użu tar-RiżorsiX'inhi?

Għandna bżonn ta’ riżorsi naturali bħal metalli, minerali, foresti, art, ikel, ilma u ilma għall-prosperità u l-benesseri tagħna, iżda qed nużawhom b’rata iktar mgħaġġla milli nistgħu nirkupraw. Meta neqirdu anni-mali u pjanti li jżommu l-bilanċ fl-ekosistema tagħna, inkunu qed nibnu problemi għall-ġejjieni.

Biex inkunu żguri li aħna - u uliedna - ikollna ġejjieni bi kwalità tajba tal-ħajja, ambjent b’saħħtu u eko-nomija fuq tagħha, irridu nibdlu l-mod kif nużaw ir-riżorsi, bħala individwi u bħala soċjetà. L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi hi dwar li tagħmel iktar b'inqas, billi tuża r-riżorsi b'mod aktar sostenibbli u li timmini-mizza l-impatti fuq l-ambjent.

Għaliex għandna bżonnha?

Sal-2050, jekk nibqaw għaddejjin bl-istess xejra li qbadna, ser ikunu qegħdin jiġu estratti ħames darbiet aktar riżorsi milli fil-preżent. Dan probabbilment mhux ser ikun possibbli. Aktar minn 60 % tal-ekosistemi tagħna huma diġà sfruttati żżejjed, il-ħażniet globali tal-ħut qegħdin jiffaċċjaw theddid serju, u qegħdin inpoġġu f’periklu l-kwalità tal-ilma u l-arja tagħna billi naqtgħu wisq siġar.

Hekk kif il-popolazzjoni tad-dinja qiegħda tqarreb id-9 biljun ruħ, irridu nsiru soċjetà li tuża r-riżorsi b’mod aktar effiċjenti - waħda li taħdem biex ittejjeb l-ambjent minflok tagħmilu ħsara.

Din hija r-raġuni għaliex l-UE qiegħda tinsisti għall-effiċjenza fir-riżorsi, li jfisser li r-riżorsi jintużaw b’mod aktar sostenibbli. Il-materji primi bħall-ilma, il-minerali u l-injam jeħtieġ li jiġu ġestiti b’mod aktar effiċjenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, minn meta jiġu estratti sa meta jaslu biex jintremew.

L-akbar impatti tal-konsum tagħna fuq l-ambjent ġejjin mill-ikel, il-bini u t-trasport, u għalhekk dawn l-o-qsma huma dawk li l-aktar jeħtieġu bidla. Bħala konsumaturi, nistgħu nagħmlu l-parti tagħna, billi nikkun-sidraw il-ħajja u l-impatt tal-prodotti li nixtru, u kif nużaw l-enerġija u l-ilma ġewwa djarna, u billi nitkellmu mal-ħbieb u l-familja dwar id-deċiżjonijiet tax-xiri tagħna.

Kif teqleb l-iskart f'riżorsa

Tradizzjonalment, l-iskart tqies bħala sors ta’ tniġġis. Iżda skart immaniġġjat sew jista’ jkun sors utli ta’ materjali, speċjalment meta l-materja prima qed issir skarsa.

L-aqwa għażla hi li tieqaf toħloq skart. Meta dan ma jkunx possibbli, hemm għażliet tajbin oħrajn bħal użu mill-ġdid u riċiklaġġ.

Page 5: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

5

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Tnaqqis

Ikkunsidra l-impatt ambjentali li għandhom l-affarijiet li tixtri, inkluż l-imballaġġ. Dejjem uża boroż riċiklabbli għax-xiri, naqqas l-iskart mill-ikel, u agħżel prodotti li jistgħu jerġgħu jimtlew jekk tkun tista’, u evita l-kon-tenituri li jintużaw darba biss. Għala ma twaħħalx stiker “titfax posta mhux mixtieqa” fuq il-kaxxa tal-ittri tiegħek u ma tneħħix l-abbonament tiegħek mil-listi ta’ indirizzi tal-karta stampata favur newsletters, fuljetti tal-vaganzi u katalgi online u bl-email? Tista’ tagħżel li tħallas il-kontijiet u tara d-dikjarazzjonijiet tal-bank tiegħek fuq l-internet, jew tibda tibda tagħmel kompost magħmul mill-iskart tal-frott u l-ħaxix ġewwa darek? Meta tagħti xi rigali lil dawk li tgħożż, ikkunsidra li toffrilhom servizz minflok oġġett materjali, bħal biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn prodott li ser tuża darba biss - bħal ktieb jew għodda - ara tistax tissellfu minflok tixtrih. Jekk għandek tarbija, ikkunsidra li tuża ħrieqi li jistgħu jerġgħu jintużaw. Sakemm ikollu/ikollha sentejn u nofs, tifel jew tifla li juża/tuża ħrieqi li jintremew ser ikun/tkun uża(t) madwar 6 500 ħarqa, ekwivalenti għal 1.5 tunnellata ta’ skart.

Użu mill-Ġdid

L-użu mill-ġdid ta' oġġetti għandu ħafna benefiċċji. Tinqata’ d-domanda għal riżorsi naturali, tiġi ffran-kata enerġija, jonqos l-iskart u int tiffranka l-flus.

Int jaf ma jkollokx iktar bżonn tal-ħwejjeġ, il-kotba, il-basktijiet, l-għamara jew il-mobile l-antiki tiegħek, iżda forsi ħaddieħor iva. Qatt ħsibt li tista’ tbiegħ jew tagħti b’donazzjoni oġġetti li m’għandekx bżonn per-mezz ta’ ħwienet online jew ħwienet tal-karità, jew li tpartathom ma’ sħabek? Tista’ tagħti s-sehem tie-għek ukoll billi tixtri ħwejjeġ użati u oġġetti oħrajn.

Ikkunsidra x-xiri ta’ prodotti riutilizzabbli fuq oħrajn li mhumiex meta jkollok għażla – bħal batteriji rikarikab-bli – u li terġa’ tuża oġġetti għal skop ieħor jekk tista’. Kontenituri tal-plastik għall-ikel huma ideali għall-ħżin fi friżer, vażetti tal-ġam għall-ħwawar u kartolini antiki għal tikketti ma’ rigali jew għal xi collage.

Sir af kif tista’ ssewwi oġġetti li nkisru jew li marru qabel tarmihom, u aħseb fil-potenzjal ta’ tiswija meta tixtri prodotti ġodda.

Websajts lokali ta’ “freecycling” (riċiklaġġ b’xejn) huma tajbin biex ilaqqgħu nies li għandhom oġġetti x’ja-għtu b’donazzjoni ma’ dawk li jridu jiġbru xi ħaġa b’xejn, minn ħwejjeġ ta’ trabi sa televixins antiki u materjal ta’ bini mwaqqa’. Ħafna disinjaturi u imprendituri qed jaqbdu r-rivalorizzazzjoni, billi jibdlu oġġetti antiki u żejda f’oħrajn uniċi u mixtiqin li jistgħu jġibu prezz tajjeb. Ġojjellerija mkissra, drapp u għamara mwarrbin – speċjalment oġġetti qodma – jistgħu jkunu provvisti tajbin għal imħuħ kreattivi. Għax ma tagħtix daqqa t’għajn lejn websajts tal-artiġjanat biex tispira ruħek u tipprova int stess?

Page 6: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

6

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Użu mill-ġdid

Ir-riċiklaġġ huwa l-aqwa għażla li jmiss wara l-użu mill-ġdid. Jikkonverti l-oġġetti użati fi prodott ġodda, jgħin jiffranka r-riżorsi limitati u jħares l-ħabitats naturali. Ir-riċiklaġġ jevita t-tniġġis tal-ilma u l-arja li joħolqu l-minjieri, il-barrieri, u l-qtugħ tas-siġar għall-materja prima, u jeħtieġ anqas enerġija biex isiru prodotti ġodda meta mqabbel mal-materja prima. Ifisser ukoll li jnaqqas l-ammont ta’ skart li jispiċċa fis-siti ta’ inċinerazzjoni u l-miżbliet, li huma emittenti ewlenin tal-metan, gass serra li għandu impatt 20 darba akbar fuq fuq it-tibdil fil-klima mid-dijossidu tal-karbonju.

Ir-rati ta’ riċiklaġġ tal-iskart muniċipali żdiedu b’mod sinifikanti fl-UE minn 23 % fl-2001 għal 35 % fl-2010 - iżda għad hemm ħafna lok għal titjib, peress li fil-preżent 4 minn 28 pajjiż biss jissodisfaw il-mira leġiżlattiva li jiġi riċiklat 50 % tal-iskart domestiku u skart simili sal-2020. Il-biċċa l-kbira tal-iskart domestiku tagħna jista’ jiġi riċiklat: l-iskart organiku inkluż l-ikel nej u msajjar, il-karti u l-kartun, it-tes-suti, il-metall, il-ħġieġ u ċertu plastik. Diversi muniċipalitajiet joffru ġbir minn dar għal dar għal dan it-tip ta’ skart riċiklabbli jew għal parti minnu. Jekk il-muniċipalità tiegħek ma tagħmilx hekk, forsi għandek ċentru ta’ riċiklaġġ lokali fejn tista’ tieħu l-oġġetti direttament.

Ilma: riżorsa vitali

L-ilma huwa abbundanti f’xi partijiet tal-Ewropa u skars f’partijiet oħrajn, iżda irrispettivament minn fejn tgħix, hija xi ħaġa tajba li tkun konxju dwar l-użu tiegħek tal-ilma u biex fejn ikun possibbli tevita li taħlih. L-ilma huwa riżorsa li tispiċċa. Irid jiġi ttrattat biex ikun jista’ jinxtorob mingħajr periklu, u l-ilma mormi jrid jiġi pproċessat qabel ma jmur lura fl-ambjent: dawn iż-żewġ attivitajiet jikkunsmaw enerġija u riżorsi oħra. Meta nħarsu ’l quddiem u naraw futur ta’ skarsezza akbar tal-ilma, avvenimenti ta’ temp aktar imprevedibbli, u żieda fid-domanda globali għall-ilma ħelu, huwa importanti li kull individwu juża l-ilma b’mod aktar effiċjenti, kemm fl-użu dirett kif ukoll indirett tagħna.

Huwa faċli biex tinduna fejn tkun qiegħed taħli l-ilma direttament, u tieħu passi biex tibdel l-attitudni tie-għek. Tista’ tieħu doċċa minflok tinħasel fil-banju, waħħal bexxiexa tad-doċċa li tiffranka l-ilma, installa tojlits u apparati domestiċi oħra li jiffrankaw l-ilma, sewwi l-viti u t-tojlits li jnixxu malajr kemm jista’ jkun, agħlaq il-viti meta taħsel snienek u iġbor l-ilma tax-xita biex issaqqi l-ġnien. Hemm wkoll affarijiet ovvji li ma għandekx tagħmel: tużax it-tojlit bħala kontenitur għall-iskart likwidu, u tarmix żebgħa jew sustanzi ta’ ħsara għall-ambjent mad-drenaġġ.

Il-konsum indirett tal-ilma huwa prinċipalment inviżibbli, u dan ifisser li probabbilment tuża ħafna aktar ilma milli taħseb. Dan peress li l-ilma jintuża fil-produzzjoni ta’ kważi kull ħaġa li teżisti. Pereżempju, meta tixtri borża patata, mill-ħanut lokali tiegħek, l-użu dirett ta’ ilma huwa l-ilma li tuża biex tipprepara, taħsel u tgħalli l-patata. Iżda l-użuindirett huwa l-ilma kollu użat tul il-katina tal-provvista kollha biex l-ewwel nett tiġi prodotta l-patata: ix-xhur tat-tisqija, it-trasport, il-karburanti għall-makkinarju u l-bqija. Ħafna mill-ku-mpaniji bdew jikkalkulaw u jippubbliċizzaw l-impronta fuq l-ilma tal-prodotti tagħhom, u jekk tagħżel pro-dotti b’impronti iżgħar, probabbilment tkun qiegħed tagħmel favur lill-ambjent. Sir af aktar dwar l-użu indirett u dirett tal-ilma fil-Gwida dwar l-Ilma tagħna (http://www.imagineallthewater.eu).

Page 7: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

7

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Nagħmlu l-Ekonomija tal-UEX'inhi l-ekonomija ekoloġika?

Biex niffaċċjaw l-isfidi li għandna quddiemna bħalissa, irridu nibdlu l-mod li bih nipproduċu u nikkunsmaw l-oġġetti. Irridu noħolqu aktar valur filwaqt li nużaw anqas kontributi, inaqqsu l-ispejjeż u nimminimizzaw l-impatti fuq l-ambjent. Irridu nagħmlu aktar b’anqas.

Proċessi ta’ produzzjoni aktar effiċjenti u sistemi ta’ ġestjoni ambjentali aħjar jistgħu jnaqqsu b’mod sini-fikanti t-tniġġis u l-iskart, u jiffrankaw l-ilma u riżorsi oħrajn. Dan huwa tajjeb għan-negozju wkoll, peress li jista’ jnaqqas il-kostijiet operatorji u d-dipendenza fuq il-materja prima.

Dan huwa l-ħsieb wara l-ekonomija ekoloġika (jew ċirkolari), sistema li tottimizza l-fluss ta’ oġġetti u ser-vizzi biex il-materja prima tintuża bl-aħjar mod possibbli u biex l-iskart jitnaqqas sal-ammont l-aktar baxx possibbli.

Fl-ekonomija ekoloġija, il-materjali huma diviżi skont it-tip. Materjali bijoloġiċi - ikel, skart veġetali, injam, fibri tat-tessut - jiġu kkunsmati u mbagħad jerġgħu jidħlu fl-ambjent bħala kompost jew fertilizzant biex jirrestawraw in-nutrijenti lill-ħamrija, u/jew ipproċessati biex jipproduċu enerġija rinnovabbli. Il-materjali tekniċi jinżammu, jerġgħu jintużaw, jiġu rranġati jew riċiklati għal diversi drabi f’sistema b’ċiklu magħluq. Is-sistema hija effiċjenti fl-enerġija u tuża l-enerġija rinnovabbli sa fejn huwa possibbli, u b’hekk tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

L-ekonomija ekoloġika ser ikollha bżonn ta’ bidla minn approċċ “ħu, uża, armi” għall-manifattura.

Ser toħloq dinamika ġdida fis-setturi kollha. Ser ikun hemm domanda għall-innovazzjoni fid-disinn tal-prodotti u l-manifattura hekk kif infittxu li niżviluppaw ġenerazzjoni ġdida ta’ prodotti li għandhom ċikli ta’ ħajja estiżi u li jistgħu jerġgħu jintużaw, jissewwew, jiġu żarmati u l-komponenti tagħhom jerġgħu jintużaw jew riċiklati.

Il-gvernijiet u n-negozji ser ikollhom bżonn jgħinu lill-popolazzjoni attiva tiżviluppa ħiliet ġodda biex tis-sodisfa d-domandi ta’ ekonomija ekoloġika.

It-trasformazzjoni tal-Ewropa f'ekonomija ekoloġika

Ħafna mill-Ewropej igawdu minn kwalità tajba tal-ħajja, b’aċċess faċli għal firxa vasta ta’ prodotti u prodotti tal-konsumatur. Hija sitwazzjoni li ħafna ma jistmawhiex biżżejjed, iżda l-fatt hu li qed nużaw riżorsi naturali b’rata iktar mgħaġġla milli nirkupraw. Hekk kif il-ġid jiżdied madwar id-dinja, in-nies f’reġjuni oħrajn jistennew, b’mod kemxejn raġonevoli, li huma wkoll ser ikunu jistgħu jgawdu minn kwalità tal-ħajja għolja simili.

Page 8: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

8

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Din hija r-raġuni għaliex l-Ewropa għandha bżonn ekonomija ekoloġika. U huwa possibbli li jsir iktar billi tintuża inqas materja prima, u li nnaqqsu l-impatt tagħna fuq l-ambjent permezz ta’ iktar innovazzjoni u mudelli kummerċjali effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u mmaniġġjar ottimali tal-iskart bħala riżorsa. It-triq lejn l-ekonomija ekoloġika għandha titgħallem u tibni fuq is-suċċess tal-ekoindustriji Ewropej, f’oqsma bħat-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart, it-trattament u l-provvista tal-ilma, u l-enerġiji rinnovabbli. Dawn kienu fost l-iktar setturi felħana u li stagħnaw fl-aħħar snin u matul il-kriżi finanzjarja.

Bidla lejn ekonomija ekoloġika ser tgħin ukoll biex tiġi pprovduta tmexxija lil ekonomija globali li għandha għatx kbir għal soluzzjonijiet għall-isfidi ta’ popolazzjoni li qed tikber, riżorsi skarsi u ambjent naturali degradat.

Il-politiki li jippreservaw ir-riżorsi naturali

L-aħbar tajba hi li qed isir progress. L-ilma u l-arja tagħna huma ferm aktar nodfa milli kienu xi ftit deċenni ilu. Huwa fatt ukoll li aktar min-natura tal-Ewropa hija protetta iżjed minn qatt qabel. L-UE issa qiegħda tiffoka biex tagħmel l-ekonomija Ewropea aktar effiċjenti fir-rigward tar-riżorsi, b'politiki ġodda biex timmobilizza n-negozju, l-industrija, u l-konsumaturi individwali.

Ħafna mill-ideat jistgħu jinstabu fil-“Pjan direzzjonali għal Ewropa b’użu effiċjenti tar-Riżorsi”. Jenfasizza l-passi li huma meħtieġa li jsiru minn persuni li jfasslu l-politika biex nagħmlu d-dinja tagħna aktar effiċjenti fir-rigward tar-riżorsi, u jiġu stabbiliti miri li juru l-mod kif aħna sejrin.

Fuq linja simili, il-Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE - “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” - tistabbilixxi viżjoni ta' ekonomija ambjentali u inklussiva sabiex tintlaħaq sa nofs dan is-seklu. F'dan il-futur sostenibbli, ambjent prosperuż, b'saħħtu jirriżulta minn ekonomija innovattiva, ċirkolari meta xejn ma jinħela u fejn ir-riżorsi naturali jiġu ġestiti b'modi li jżidu l-użu mill-ġdid tar-riżorsi mis-soċjetà tagħna.http://ec.europa.eu/environment/newprg/index.htm

L-effiċjenza tar-riżorsi hi wkoll komponent ewlieni tal-Ewropa 2020, l-istrateġija tal-UE li ssir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva. Issa tnedew numru ta’ inizjattivi fuq il-livell tal-UE li jikkon-tribwixxu għall-mira politika, inkluż f’oqsma bħat-trasport u l-enerġija, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li r-riżori skarsi jintużaw b’mod aktar effiċjenti u li jkun hemm konsum aktar sostenibbli. http://ec.europa.eu/resource-efficient-europe/

L-isforzi biex tiġi promossa l-ekoloġizzazzjoni tas-suq uniku jinkludu t-tnedija ta’ metodi mifruxa madwar l-UE biex titkejjel il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u l-organizzazzjoni, biex tinbena l-fiduċja fost il-produtturi u l-konsumaturi. Il-metodoloġiji proposti għandhom jgħinu biex jiżguraw li l-aktar prodotti effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u favur l-ambjent fis-suq ikunu magħrufin u rikonoxxibbli.http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/index.htm

Page 9: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

9

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

L-UE sejra tkompli tippromwovi u tħeġġeġ metodi ta' produzzjoni u oġġetti effiċjenti fir-riżorsi. Eżempju wieħed huwa l-Inizjattiva Ewropea għal Vetturi Ekoloġiċi Fil-preżent, 73 % taż-żejt kollu kkonsmat fl-Ewropa jintuża fit-trasport u stimi attwali jbassru li fl-20 sena li ġejjin, l-ammont ta' karozzi tal-pas-siġġieri sejjer jirdoppja. L-Inizjattiva għal Vetturi Ekoloġiċi timmira li tħeġġeġ ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-vetturi li jibżgħu għall-ambjent.http://www.green-cars-initiative.eu/funding/open-fp7-calls/2013-call-texts/FP7-2013-MATERIALS_FOR_GREEN_CARS.pdf/viewhttp://ec.europa.eu/research/transport/road/green_cars/index_en.htm

Fil-Pjan Direzzjonali 2050 għal Ekonomija b’Użu Baxx ta’ Karbonju tista’ taqra wkoll kif is-setturi respon-sabbli għall-akbar ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Ewropa - il-ġenerazzjoni ta’ enerġija, l-industrija, it-trasport, il-bini, il-kostruzzjoni u l-agrikoltura - huma mistennija li jagħmlu t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju matul id-deċennji li ġejjin.http://ec.europa.eu/clima/policies/roadmap/index_en.htm

Bħala segwitu mill-Pjan Direzzjonali għal-Livell Baxx ta' Karbonju, ara kif il-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija ta' 2050 jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Unjoni, bil-għan ta' tnaqqis ta' 80-95 % fl-emissjonijiet tal-UE sal-2050.http://ec.europa.eu/energy/index_en.htm

Qatt ħsibt sew kemm hija essenzjali l-bijodiversità għas-sopravvivenza tagħna? U kif din qed tintilef? L-Istrateġija dwar il-Bijodiversità qed timmira biex treġġa' lura din it-tendenza. Sal-2050 il-bijodiversità tal-UE u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi - il-kapital naturali tagħha - għandhom jiġu protetti, ivva-lutati u rrestawrati mill-ġdid.http://ec.europa.eu/environment/nature/index_en.htm

Id-Direttiva dwar l-Għasafar iżżomm il-popolazzjonijiet tal-għasafar selvaġġi fl-Ewropa u tipproteġi l-artijiet mistagħdra ta’ importanza internazzjonali.http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/birdsdirective/index_en.htm

In-network Natura 2000 ta' żoni ta' protezzjoni tan-natura ġie stabbilit biex jiggarantixxi s-sopravivenza fit-tul tal-ispeċi l-aktar importanti u mhedda u l-ħabitats fl-Ewropa. http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/index_en.htm

Id-Direttiva dwar il-Ħabitats qed tagħti ħajja mill-ġdid lill-ħabitats u lill-ispeċi protetti Ewropej u qed tgħin toħloq netwerk ekoloġiku koerenti Ewropew ta' siti protetti.http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/habitatsdirective/index_en.htm

Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE) qed jikkontribwixxu biex jipproteġu s-sistemi kollha tal-ilma minn ħsara ambjentali. WISE hi l-portal għall-informazzjoni dwar l-ilma Ewropew.http://ec.europa.eu/environment/water/water-framework/index_en.htmlhttp://www.water.europa.eu/

Page 10: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

10

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ilma għall-2012 iwitti t-triq għal implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-ilma u għal aktar integrazzjoni politika.http://ec.europa.eu/environment/water/blueprint/index_en.htm

Fl-2013, daħlet fis-seħħ liġi ġdida dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-injam sabiex tiġġieled il-kummerċ ta' importazzjonijiet illegali ta' injam lejn l-UE.http://ec.europa.eu/environment/forests/timber_regulation.htm

Bħalissa, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġestjoni tal-iskart qiegħda tiġi riveduta, bil-għan li tagħmel ċert li l-iskart li ma jistax jiġi evitat jiġi ttrattat bħala riżorsa. It-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart, permezz taż-żieda tar-rati ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ, l-eliminazzjoni gradwali tal-miżbliet u l-limitazzjoni stretta tal-irkupru tal-enerġija għal skart mhux riċiklabbli, it-tnaqqis ta’ skart tal-plastik (inkluż it-tnaqqis fin-nu-mru ta’ basktijiet tal-plastik użati fl-UE), it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar u t-titjib tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart huma wħud fost l-azzjonijiet previsti. http://ec.europa.eu/environment/waste/index.htm

L-Ewropa tiddependi b’mod sinifikanti fuq il-materjal prima importata u l-enerġija. Tista’ ssir taf kif il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fl-użu tar-riżorsi jirrakkomanda żieda fil-produttività tar-riżorsi u li t-tkabbir ekonomiku jiġi sseparat mill-użu tar-riżorsi biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u titna-qqas id-dipendenza tagħna fuq l-importazzjonijiet, filwaqt li nħarsu aħjar il-kapital naturali tagħna.http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/

Fil-bidu tal-2012, ittieħed pass importanti bit-tnedija tas-Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima. Is-Sħubijiet għall-Innovazzjoni jlaqqgħu flimkien il-partijiet pubbliċi u privati interessati minn pajjiżi u setturi differenti sabiex titħaffef l-innovazzjoni li tgħin tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-materja prima u tagħti spinta lill-effiċjenza fl-użu tal-materjali u t-tnaqqis tal-iskart sal-2020.http://ec.europa.eu/enterprise/policies/raw-materials/innovation-partnership/index_en.htm

Kont taf li l-awtoritajiet pubbliċi Ewropej huma konsumaturi ewlenin? Kull sena, jonfqu madwar EUR 2 triljuni, ekwivalenti għal madwar 17 % tal-Prodott Domestiku Gross tal-UE. Bl-użu tal-poter ta' akkwist tagħhom li jagħżlu oġġetti u servizzi b'inqas impatti fuq l-ambjent, jistgħu jagħtu kontribut kbir għal konsum u produzzjoni sostenibbli. Fittex aktar dwar Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE): http://ec.europa.eu/environment/gpp/whaten.htm http://ec.europa.eu/environment/gpp/what_en.htm

Page 11: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

11

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

L-ekonomija ekoloġika u l-impjiegi

L-ekonomija ekoloġika toffri opportunitajiet ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi fl-Ewropa fil-ġejjieni. Setturi bħar-riċiklaġġ, it-trattament tal-ilma, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, il-forestrija u l-agrikoltura sostenib-bli, u l-prodotti u s-servizzi li jiffavorixxu l-ekoloġija – magħrufin flimkien bħala ekoindustriji – huma responsabbli għal madwar 2.5 % tal-PGD tal-UE u wrew ir-reżiljenza tagħhom għall-kriżi ekonomika, billi kibru b’madwar 8 % kull sena fl-aħħar 10 snin.

L-Ewropa għandha sehem qawwi mis-suq globali fi wħud minn dawn is-setturi, pereżempju, sehem stmat ta’ 50 % mis-suq globali fl-industriji tar-riċiklaġġ. Il-biedja organika hija qasam ieħor li qed jirreġistra tkabbir.

L-esportazzjonijiet ta’ prodotti u servizzi ambjentali żdiedu kważi bi tliet darbiet bejn l-1999 u l-2010, għal iktar minn EUR 24 biljun. L-ekoindustriji diġà jimpjegaw iktar nies mis-setturi tal-azzar, tal-far-maċewtika u tal-karozzi.

Studju riċenti tal-Harvard Business Review wera li l-kumpaniji li jinvestu fis-sostenibbiltà jmorru aħjar finanzjarjament. Wera wkoll li kumpaniji effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li jużaw inqas enerġija u ilma, u li jipproduċu inqas skart biex jiġġeneraw unità ta’ dħul, għandhom it-tendenza li jipproduċu dħul mill-investiment ogħla minn tar-rivali tagħhom. Ara:http://blogs.hbr.org/2012/09/sustainable-investing-time-to/

L-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda għall-iskart, billi jiġi ttrattat bħala riżorsa flok bħala piż, joffri opportu-nità sinifikanti biex jinħolqu impjiegi ġodda kif ukoll jiġu ffrankati r-riżorsi naturali. Ser jiġu żviluppati inizjattivi ġodda mill-UE fis-snin li ġejjin biex intejbu l-mod li bih nindirizzaw l-iskart u nittrattaw it-tipi differenti tiegħu. Skont studju li sar fl-2012, jekk il-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar l-iskart tiġi implimen-tata, l-Ewropa tiffranka EUR 72 biljun fis-sena, il-fatturat mis-settur tar-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart jiżdied b’EUR 42 biljun, u jinħolqu 400 000 impjieġ ġdid sal-2020.

Page 12: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

12

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

SuġġerimentiHawn ġbarna l-ideat kollha disponibbli fuq il-websajt tagħna – u ħafna iktar.

Il-pariri jitqassmu skont it-tema – ajru, ilma, ħamrija, minerali, skart u l-bqija – biex jgħinuk tifhem aħjar l-impatt ta’ bosta oġġetti u drawwiet ta’ kuljum fuq ir-riżorsi naturali u l-ambjent, u biex jip-preżentaw alternattivi sostenibbli, sabiex tkun tista’ tagħmel għażliet tal-konsum għaqlin ta’ kuljum – għalik u għall-pjaneta.

Għandna wkoll gwida speċjali dwar l-ilma [link to PDF], li tikxef ċerti fatti sorprendenti dwar l-am-monti inviżibbli ta’ ilma li nikkunsmaw indirettament.

Il-qari t-tajjeb, u ftakar - l-għażliet li tagħmel jagħmlu differenza kbira!

Page 13: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

13

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Arja

Bħala bnedmin, l-aċċess għall-arja nadifa hu wieħed mill-aktar ħtiġijiet bażiċi tagħna. Iżda l-kwalità tal-arja tagħna qed tiddgħajjef b’bosta modi. Iżda l-kwalità tal-arja tagħna qed tiġi kompromessa minn atti-vitajiet bħal sewqan ta' karozzi, ħruq ta' karburanti fossili u t-trobbija ta' bhejjem, li jniġġsu l-atmosfera b'gassijiet serra li jikkaġunaw ħsara bħal carbon dioxide u l-metanu. Billi nieħdu passi sempliċi bħal aktar mixi, l-użu ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded u tiekol ikel b'inqas laħam, nistgħu lkoll ngħinu ntaffu d-danni kkawżati lill-atmosfera tagħna.

Żebgħa

Iż-żebgħa tiegħek ħadra?

Hemm miljuni ta' nies dilettanti li jagħmlu kollox huma (DIY) fl-Ewropa. Kull sena, is-sidien tad-djar jonfqu biljuni ta' ewros fuq injam, żebgħa, verniċ u materjali oħra għal proġetti DIY. Iżda tista' tnaqqas l-impatt tie-għek fuq l-ambjent billi tuża l-materjali mill-ġdid, tiċċekkja li l-injam tiegħek ikun sostenibbli u billi tixtri żebgħa aktar ekoloġika. B'mod partikolari, iż-żebgħa fiha benefiċċji ambjentali kbar billi tobdi xi regoli sempliċi. Meta tagħżel iż-żebgħa, verniċ jew preservattiv għall-injam, fittex waħda li jkollha l-inqas impatt ambjentali. Ikkalkula kemm ser ikollok bżonn u pprova tixtrix iżżejjed - ħafna żebgħa li n-nies jixtru qatt ma tintuża u tispiċċa bħala skart problematiku. Jekk ikollok l-għażla, agħżel prodott mingħajr twissija ta' periklu fuq it-tikketta (f'ħafna pajjiżi, dan ikun simbolu iswed fuq kaxxa oranġjo jew safra flimkien ma' deskrizzjoni tal-pe-riklu). Żebgħa 'naturali' jew żebgħa 'kollha naturali' milk paints u l-ġir għat-tibjid ta' spiss ikun fihom sustanzi li jagħmlu inqas ħsara minn żebgħa ordinarja. Jagħmluha isbaħ li taħdem fil-post u huma aħjar għall-kwalità tal-arja ta’ ġewwa wkoll. Xi manifatturi joffru anki żebgħa riċiklata. Fl-aħħar nett, fittex għall-European Ecola-bel għal żebgħa li tintuża fuq ġewwa. Dan ifisser li jkollha inqas impatt fuq l-ambjent.

Bike

Kemm emissjonijiet tas-CO2 tiffranka meta tuża rota?

Jekk biżżejjed nies jaqilbu mill-użu tal-karozzi għall-użu tar-roti, l-effett fuq l-emissjonijiet tas-CO2 se jkun enormi. U t-tendenza tidher li qed tipponta f'din id-direzzjoni. Probabbilment innutajt li aktar nies fir-raħal jew fil-belt tiegħek qed jużaw ir-rota. Is-sena l-oħra, fir-Renju Unit kien hemm 1.3 miljun ċiklista iktar, biex in-numru ta’ ċiklisti fir-Renju Unit sar 13-il miljun (jiġifieri 27 % tal-popolazzjoni). Minn dawn iċ-ċiklisti l-ġodda, 500 000 jużaw ir-roti spiss jew b’mod regolari.

Page 14: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

14

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Meta tuża r-rota biex tmur ix-xogħol jew għall-gost biss, il-benefiċċji huma ħafna. L-ewwel nett, hu mod tajjeb biex iżomm ruħek f'saħħtek. Fl-istess ħin tkun qed tikkontribwixxi għal ambjent aktar b'saħħtu u nadif li jkun fih inqas tniġġis fl-arja u fl-istess ħin tnaqqas it-traffiku mit-toroq. Hu wkoll mod ferm irħas u eħfef biex tasal fejn trid tmur għax tevita l-konġestjoni tat-traffiku u l-ispejjeż tal-fjuwil. M'hemm l-ebda dubju dwar dan, iċ-ċikliżmu hu ferm effiċjenti fejn jidħlu r-riżorsi. Trid issir saħansitra aktar ekoloġiku? Jekk għadek ma xtrajtx rota, għax ma tixtrix waħda użata? Filwaqt li l-popolarità taċ-ċikliżmu qed tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju u toħloq soċjetà li tipproteġi aktar lill- ambjent, din il-popolarità taċ-ċikliżmu rriżultat ukoll f'żieda fir-roti mhux mixtieqa. Ir-roti l-qodma ta' spiss jispiċċaw mormija f'miżbla, minkejja li huma magħmulin minn ħafna materjali li jistgħu jiġu rriċiklati, bħal aluminju u plastik, u allura xorta għandhom valur bħala skart. Jekk tixtri rota ġdida, kun żgur li tixtri waħda li tkun magħmula tajjeb biex isservik fit-tul - u ibża' għaliha. Ħafna roti jinxtraw b'intenzjonijiet tajba dwar li jintużaw biex wieħed imur bihom għax-xogħol, u mbagħad jiġu abbandunati u jsaddu. Dan mhux użu tajjeb ta' riżorsi. Idea tajba hi tissellef rota għal ġimagħtejn u tara kif tmur. Ġaladarba tkun drajtha, allura mbagħad tkun tista' tmur tixtri rota użata jew waħda ġdida.

Kompjuter

L-imgħallem tiegħek għandu jgħidlek biex taħdem mid-dar aktar ta' spiss?

Minħabba li huwa aħjar għall-ambjent... L-ivvjaġġar biex tmur ix-xogħol mhux biss jikkawża tniġġis; juża wkoll ir-riżorsi - aħseb pereżempju dwar ix-xedd u kedd fuq it-toroq u l-materjali ġodda u r-riżorsi meħtieġa biex jissewwew. Naturalment, xi wħud minna jkollhom isuqu biex jaħdmu, imma kemm minna ma jsuqux? Il-konġestjoni tat- traffiku ta' filgħodu jew ta' filgħaxija hi xi ħaġa li lkoll nixtiequ li nevitaw. Kont taf li s-sew-qan b'pass ta' nemla fit-traffiku bejn wieħed u ieħor jirdoppja l-konsum tal-fjuwil tiegħek? U dan biex ma nsemmux l-emissjonijiet żejda li tkun qed tikkawża. Li tmur bir-rota jew timxi sal-post tax-xogħol hu mod eċċellenti ta' kif tnaqqas l-użu tar-riżorsi tiegħek u fl-istess ħin iżżomm ruħek b'saħħtek. Għaliex ma tużax it-trasport pubbliku, jew tmur bil-karozza ma' kollega tiegħek jew ma' xi ħadd ieħor li jkun sejjer fl-istess direzzjoni? Dan inaqqas kemm l-ispejjeż tiegħek kif ukoll l-emissjonijiet tal-karbonju. Tista' wkoll saħansitra teħles mill-karozza tiegħek u tingħaqad ma' klabb tal-karozzi fejn il-membri jkollhom aċċess għal vettura fuq bażi ta' kull siegħa, ta' kuljum jew ta' kull ġimgħa. Iżda għax ma tistaqsix lill-imgħallem tiegħek jekk tistax taħdem mid-dar?

Ċwievet tal-karozza

Mhux faċli li tgħix mingħajr il-karozza tiegħek, iżda hi dik raġuni biex qatt ma tipprova tagħmel hekk?

Xi wħud mill-affarijiet li nistgħu nagħmlu biex ngħixu ħajja iktar 'ekoloġika' jeħtieġu li nagħmlu sforz qawwi min-naħa tagħna. Oħrajn jistgħu jkunu ħafna eħfef biex tagħmilhom. Imxi minflok issuq - hi ħaġa tant sem-pliċi biex tagħmilha u għandha tant benefiċċji ovvji ambjentali: inqas tniġġis tal-arja u tniġġis mill-istorbju,

Page 15: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

15

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

inqas użu tar-riżorsi meħtieġa biex karozza tinbena, titħaddem u tinżamm f'kundizzjoni tajba, biex ma nsem-mux il-benefiċċji għas-saħħa assoċjati ma' meta tagħmel eżerċizzju fiżiku regolari. Naturalment, ikun hemm sitwazzjonijiet fejn l-użu ta' karozza jkun inevitabbli, iżda għal vjaġġi qosra, bħal dawk lejn ħwienet lokali jew biex tiltaqa' ma' ħabib għal kafe, ikkunsidra jekk verament għandekx bżonn li tuża karozza biex tagħmel dak il-vjaġġ jew jekk tistax tmur fil-post li tixtieq faċilment billi timxi. Hawn xi ħadd li verament iħobb jagħmel ix-xiri tal-merċa? Il-kjuwijiet, il-folol, il-ġlieda biex toħroġ mill- parkeġġ - dan kollu jista' jkun ta' dwejjaq. Allura d-darba li jmiss li ssib ruħek fiċ-checkout ta' xi supermarket, staqsi lilek innifsek jekk verament kellekx bżonn tagħmel dak il-vjaġġ? Ma stajtx ordnajt l-oġġetti tal-merċa u ġabuhomlok id-dar? Ix-xiri online għall-prodotti tal-merċa hu mod aktar effiċjenti ta' kif l-ikel jasal id-dar tagħna. Nagħtuk parir wieħed: kun żgur li tiċċekkja d-dati ta' skadenza fuq l-ikel meta jasal f'darek biex tkun taf dak li għandek bżonn tiekol u meta, għax il-ħela tal-ikel hu ħela ta' riżorsi. Jekk tippreferi li tmur il-ħanut, allura aħseb dwar jekk tistax tixtri dak li għandek bżonn lokalment u pprova mur bil-mixi jew bir-rota. U tinsiex tieħu l-lista ta' oġġetti li trid tixtri.

Page 16: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

16

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Banju

Għax ma tiħux doċċa minflok banju?

Irridu nidraw il-fatt li l-ilma hu riżorsa limitata. Globalment, kważi wieħed minn ħamsa tal-popolazzjoni dinjija issa qed jgħix f'żoni fejn hemm skarsezza tal-ilma, u nofs biljun ruħ oħra qed jibdew jiffaċċjaw nuq-qas serju ta' ilma wkoll. Hemm biżżejjed ilma ħelu fuq il-pjaneta biex isostni l-popolazzjoni attwali ta' seba' biljun ruħ - għalkemm dak in-numru dejjem qed jiżdied - iżda hu mqassam b'mod irregolari u ħafna minnu qed jinħela. Fl-Ewropa, numru dejjem jikber ta' żoni qed jiġu esposti għal skarsezza ta' ilma u nixfa. Għalhekk hi r-responsabbiltà tagħna li nippruvaw nużaw l-ilma b'mod aktar effiċjenti. Nistgħu nagħmlu dan faċilm-ent billi nagħmlu tibdil żgħir fir-rutina tagħna ta' kuljum, bħal li nieħdu doċċa minflok banju. Li timla banju taħli ħafna iktar ilma milli tieħu doċċa malajr. Doċċa ta' ħames minuti kuljum minflok banju tiffranka 400 litru ta' ilma kull ġimgħa - u tuża ħafna inqas enerġija. Iżda jekk għandek bżonn tieħu banju, ipprova timlihx iżżejjed - u jekk tant tagħmel ilma sħun li jkollok iżżid ilma kiesaħ, tkun qed taħli l-enerġija kif ukoll l-ilma!

Ilma tal-banju

Tista' taqsam l-ilma tal-banju tiegħek ma' ħaddieħor?

Jekk tiddeċiedi li tieħu banju, probabbli tagħmel hekk għax tixtieq tirrilassa u tinħasel biex tkun nadif Allura għax ma tħallix l-ilma għal ħaddieħor biex jużah wara li tkun lestejt? Allura għala ma tħallix l-ilma sabiex jużah xi ħadd ieħor wara li tkun lestejt? Imla nofs il-banju minflok timlih sax-xifer u ibqa' ċċekkja t-temperatura tal-ilma biex ma jkollokx bżonn iżżidu bl-ilma kiesaħ jew sħun wara.

Ilma

Meta tkun tgħix fl-Ewropa, hu faċli li tinsa li l-ilma hu riżorsa li tispiċċa u li hu wieħed li ħafna nies fuq in-naħa l-oħra tad-dinja huma mċaħħda minn aċċess regolari għalih. Il-mod li bih nużaw l-ilma jaffettwa nies oħra u allura għandna responsabbiltà biex nużawh b'aktar effiċjenza kemm fl-użu dirett tiegħu, billi pereżempju nieħdu doċċa aktar milli banju, u billi ma naħlux prodotti li jużaw l-ilma fil-produzzjoni tagħhom. With the effects of climate change – and in the not so distant future - larger parts of Europe are likely to face the problem of water scarcity and limited access to good quality drinking water. Bl-effetti tat-tibdil fil-klima – u fil-futur mhux tant il-bogħod - partijiet kbar mill-Ewropa aktarx li ser jaffaċċjaw il-problema ta’ skarsità tal-ilma u aċċess limitat għal ilma tax-xorb ta’ kwalità tajba.

Page 17: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

17

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Shampoo

Qatt ħsibt biex tixtri shampoo li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent?

Biex jaħdmu b'mod effettiv, xi shampoos u conditioners jeħtieġ li jitħallew fix-xagħar tiegħek għal diversi minuti - waqt li l-vit ikun miftuħ u l-ilma jkun qed jinħela. Ipprova ixtri prodotti tax-xagħar li ma jkollokx bżonn tħallihom f'xagħrek għal ħin twil biex jaħdmu. Jew għax ma tixtrix shampoos u conditioners organiċi? Huma magħmulin minn sustanzi naturali u jagħmlu ħafna inqas ħsara lill-ekosistemi ta' ilma li jispiċċaw fihom.

Vit

Il-vit tiegħek qed iqattar?

Vit iqattar jista' jaħli iktar minn 100 litru ta' ilma fix-xahar. Xi kultant tkun trid biss taċċerta ruħek li l-vit ikun magħluq kif suppost, iżda jekk ikollu tqattir permanenti, ħu ħsieb li ssewwih mill-aktar fis possibbli.

Ammont ta' fluss tal-vit

Qed tpoġġi l-ilma tiegħek taħt pressjoni żejda?

Il-viti jvarjaw immensament fl-ammont ta' fluss, minn 2 sa 25 litru kull minuta, iżda kważi qatt mhu se jkol-lok bżonn aktar minn 10 litri kull minuta. Tista' tikkontrollah billi tiftaħ il-vit inqas jew billi ma tħallihx miftuħ għal ħafna ħin. Jew tista' tnaqqas ir-rata tal-fluss billi tibdel il-fittings tal-vit u tad-doċċa li jkollhom fluss baxx, billi twaħħal restrictors tal-fluss ma' viti u doċoċ, jew billi twaħħal valv li jillimita l-pressjoni biex tnaq-qas il-fluss lis- sistema kollha tal-ilma. Aħseb dwar dan meta tiftaħ il-vit: hemm bżonn ta' ħafna enerġija biex ilma maħmuġ isir tajjeb għax-xorb, u għalhekk hu aħjar li tuża biss il-kwantità ta' ilma li fil-fatt teħtieġ.

Temperatura tal-ilma

L-ilma tiegħek jaħraq iżżejjed?

Jekk l-ilma tiegħek jaħraq wisq, ser ikollok iżżid l-ilma kiesaħ biex tikseb it-temperatura li tixtieq. Suppost li tista' tnaqqas it-temperatura billi taġġusta t-termostat li hemm fuq is-sistema tat-tisħin tiegħek. U jekk ikol-lok toqgħod tistenna l-ilma biex jisħon, iġbor l-ilma kiesaħ li ma użajtx f'buqar u użah bħala ilma tax-xorb jew biex issaqqi l-pjanti bih. Anki jekk it-temperatura tal-ilma tiegħek tkun tajba, xorta hi idea tajba li tuża l-ilma sħun mill-inqas possibbli biex tiffranka l-enerġija kollha meħtieġa biex issaħħan l-ilma.

Page 18: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

18

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ħwejjeġ

Il-ħwejjeġ tiegħek sejimpurtahom jekk terġa' tilbishom?

Għal raġunijiet ta'iġjene, tkun idea tajba li taħsel ħwejjeġ bħal kalzetti u ħwejjeġ ta' taħt kull darba li tilbi-shom. Iżda oħrajn, bħal flokkijiet u qliezet, jistgħu jintlibsu diversi drabi qabel ma jkollhom bżonn jinħaslu. Aktar ma tilbes il-ħwejjeġ bejn ħasla u oħra, aktar tkun qed tiffranka ilma.

Trab tal-ħasil

X'jaħsbu x-xmajjar dwar it-trab tal-ħasil tiegħek?

It-trab li tuża għall-ħwejjeġ tal-ħasil eventwalment isib ruħu fix-xmajjar u fl-ibħra. Xi deterġenti fihom nutrijenti inorganiċi bħall-fosfati li jistgħu jikkawżaw it-tkabbir mgħaġel ta' algi, u dan jirriżulta fit-t-niġġis tal-ilma. Billi tuża inqas deterġent, tista' tnaqqas l-ammont ta' fosfati li jispiċċaw fl-ekosistema. Tista' wkoll tikkunsidra li tuża deterġenti organiċi; l-ingredjenti naturali tagħhom iniġġsu ħafna inqas lill-ekosistemi tal- ilma li jispiċċaw fihom.

Vit tal-kċina

Għaliex ma tagħtix tazza ilma lill-pjanti tiegħek?

Jekk tkun qed tixrob tazza ilma u ma tixrobhiex kollha, tarmihiex. Użaha biex issaqqi l-pjanti tad-dar tiegħek. Se jirringrazzjawk talli tkun għamilt hekk.

Kikkra kafe

Il-kitla tiegħek verament għandha bżonn terġa' timtela?

Tbattalx u timla mill-ġdid il-kitla tiegħek kull darba li tkun trid tagħmel xarba sħuna. Hu tajjeb li tuża l-ilma li jkun diġà fiha. Jekk timla l-kitla u l-kazzoli tiegħek bl-ammont ta' ilma li jkollok bżonn biss, se tiffranka l-enerġija għax tkun trid tgħalli ammont iżgħar ta' ilma.

Page 19: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

19

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Sink

Żomm il-platti nodfa - iżda żomm il-ħasil favur l-ambjent!

Jekk tixtieq tieqaf taħli l-ilma, huma l-affarijiet iż-żgħar li jgħinuk tagħmel dan. Pereżempju, taħsilx il-platti bil-vit miftuħ il-ħin kollu. U ftakar li l-volum ta' ilma li jkun ħiereġ minn vit tal-kċina jvarja bil-kbir - minn 2 litri sa 25 litru kull minuta - għalhekk kemm iddawwar il-vit biex joħroġ l-ilma u kemm iddum bil-vit miftuħ, ser ikollu effett kbir fuq kemm ilma se tuża.

Uża friskatur tal-ħasil jew poġġi tapp fis-sink u naqqas il-ħela tal-ilma b'50 % jew aktar. U, naturalment, jekk tiftaħ il-vit tal-misħun, dan juża ferm aktar milli sempliċiment l-ilma - tibqa' mbellah meta ssir taf l-ispiża tal-enerġija meħtieġa biex isaħħan l-ilma. Jekk l-ilma tiegħek jaħraq iżżejjed, iċċekkja t-termostat fuq il-gey-ser. Jista' jkun sempliċement każ li tkun trid taġġustah.

Dishwasher

Id-dishwasher tiegħek effiċjenti kemm għandha jkun?

Jekk tagħżel li tuża dishwasher minflok taħsel il-platti b'idejk, ixtri magna li jkollha grad għoli ta' effiċjenza fir-rigward tal-enerġija u uża ċ-ċiklu ekonomiku meta jkun possibbli. Dan se juża ħafna inqas ilma minn ċiklu regolari. Neħħi kwalunkwe ikel żejjed u poġġih ġo skutella (u rriċiklah u agħmlu kompost!) iżda taħsilx il-platti minn qabel taħt il-vit qabel ma tpoġġihom ġod-dishwasher. Ħafna dishwashers huma b'saħħithom biżżejjed biex inaddfu t-tbajja mingħajr ma jkollok taħsilhom minn qabel. U tinsiex: tħaddimx dishwasher jekk ikun nofsu mimli biss. Stenna sakemm ikun mimli - u tużax trab jew pilloli tal-ħasil żejda. Aħseb dwar l-effetti devastanti tal-fosfati u ammonti kbar ta' algi fuq l-ibħra u x-xmajjar.

Ċwievet tal-karozza

Tixtieq tkun taf kif tista' tnaqqas l-ammont ta' ilma li tuża?

Tista' taħseb li jekk taħsel il-karozza tiegħek id-dar hu iktar effiċjenti fir-rigward tal-użu tal-ilma milli jekk tmur f'carwash - iżda fil-fatt dan hu bil-kontra. Carwash awtomatika ekonomika għandha ħabta tuża inqas ilma għal kull vettura milli kieku taħsel l-istess karozza d-dar. Jekk verament tippreferi taħsel il-karozza tie-għek id-dar, evita l-użu ta' pajp tal-ilma, għax dan jispara l-ilma b'rata ta' madwar 18-il litru kull minuta. Min-flok, uża l-ilma tax-xita li tkun ġbart f'barmil. Inaddaf il-karozza b'mod eċċellenti. U ftakar li l-karozzi m'għandhomx bżonn jinħaslu darba f'ġimgħa; fil-fatt, xi karozzi jinħaslu biss darba f'sena!

Page 20: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

20

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Frott

Il-frott u l-ħaxix tal-borma organiku huma daqshekk ħodor?

II-ħxejjex tal-borma u l-frott organiku jitkabbru b'mod sostenibbli u ma jitbexxux bl-insettiċidi u kimiċi oħrajn. Jitkabbru f'ħamrija li ma jkunx fiha pestiċidi u komposti magħmulin mill-bniedem. Tista' ssib xi bugħarwien fil-ħass tiegħek, iżda dan hu biss prova biss li hu aktar naturali. Li tuża frott u ħaxix organiku jiffranka l-ilma wkoll, għax ma jkollokx bżonn taħslu daqshekk bir-reqqa daqs frott u ħaxix li jkunu ġew ittrattati kimikament. U mhu se jkun hemm ebda xema' f'dak il-qxur tal-lumi maħkuk b'attenzjoni!

Tieqa

Ħu vantaġġ minn dawk il-ġranet bix-xita!

Li tuża l-ilma tal-vit fuq il-pjanti hu ħela totali meta għandna ilma b'xejn is-sena kollha. Minflok, tista' tħalli l-pjanti tiegħek fejn jistgħu jissaqqew bix-xita jew tista' tħalli bramel f'postijiet fejn ikunu jistgħu jilqgħu l-ilma li jkun nieżel minn fuq il-bjut jew minn ġol-katusi. Jew tant aħjar, għala ma twaħħalx tank tal-ilma mal-pajp tad-drejn tiegħek u tiġbor biżżejjed ilma biex issaqqi l-ġnien u taħsel barra wkoll? Il-pjanti tiegħek jippreferu ħafna iktar li jixorbu l-ilma tax-xita u se jgħidulek grazzi talli tkun qed tagħmel hekk.

Lampa

X'inhi r-rabta bejn l-ilma u l-enerġija?

II-produzzjoni tal-enerġija teħtieġ ammonti kolossali ta' ilma, l-aktar biex jiġu mkessħa l-impjanti tal-enerġija. Filwaqt li l-ilma ta' spiss jinxteħet lura fix-xmajjar wara l-użu, id-differenzi fit-temperaturi u l-kwantitajiet jista' jkollhom effett negattiv fuq l-ekosistema. Anki jekk l-elettriku jiġi mill-idroenerġija, id-digi jiksru l-kontinwità tax-xmajjar, u ma jħallux il-ħut jilħaq il-postijiet fejn ikun jista' jbid. Maż-żmien, dawn l-ostakoli jista' jkollhom l-effett li jikkawża li xmara tmut.

Doċċa

Id-doċċa tiegħek iddum aktar ħin mill-kanzunetta favorita tiegħek?

Nużaw ħafna ilma fid-dar kuljum, imma kemm minnu hu verament essenzjali? L-ilma hi riżorsa limitata u ħafna partijiet tad-dinja, li jinkludu partijiet tal-Ewropa, diġà qed ibatu minn nuqqas ta' provvista ta' ilma. Inti tista' tgħin biex tikkonserva din ir-riżorsa prezzjuża. Id-doċċa ta' filgħodu hi responsabbli għal ħafna mill-ilma

Page 21: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

21

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

użat fl-Ewropa - imma mhux id-doċoċ kollha huma effiċjenti. Power showers, pereżempju, jużaw aktar ilma f'ħames minuti minn banju ilma mimli sa fuq. Hemm diversi modi li bihom tista' tieħu doċċa b'mod aktar effiċjenti. Tista' tagħlaq il-vit waqt li tkun qed tuża x-shampoo jew is-shower gel tiegħek. Jew tista' tnaqqas il-ħin kemm iddum tieħu doċċa. Allura aħseb biex tixtri arloġġ għad-doċċa u ibdel il-power shower tiegħek b'mudell li għandu rata ta' fluss iktar baxxa.

Toilet

It-toilet tiegħek hu aktar intelliġenti milli taħseb?

B'sistemi bħal flush doppju tista' teħles minn likwidi u karti bi flush malajr li juża 70 % inqas ilma minn flush standard. Jekk m'għandekx din is-sistema, hi faċli u rħisa biex tinstallaha u tħaddimha, u taqbel ma' kważi t-toilets standard kollha.

sink

Meta tiftaħ il-vit, tkun sempliċement qed taħli l-ilma?

Biex taħsel snienek iddum madwar żewġ minuti. Iżda m'hemmx bżonn li tħalli l-vit miftuħ waqt li tkun qed tagħmel dan. Iftaħ il-vit biss meta jkollok bżonn tlaħlaħ it-toothbrush. L-istess jgħodd għal meta tqaxxar il-leħja. Imla nofs is-sink bl-ilma meta tibda, iżda tħallix il-vit miftuħ il-ħin kollu.

Magna tal-Ħasil

Aħsel fi 30 grad, sakemm il-ħwejjeġ ma jkunux maħmuġin ħafna.

Il-magni tal-ħasil huma konsumaturi kbar tal-ilma fid-dar, iżda hemm modi kif taħsel il-ħwejjeġ b'mod aktar effiċjenti. Il-maġġoranza tal-magni tal-ħasil moderni għandhom kontroll ekoloġiku li juża inqas ilma minn ħasla regolari. Fil-fatt, ħafna mill-magni tal-ħasil l-iktar effiċjenti llum jużaw inqas minn 50 litru ta' ilma għal kull ħasla. Tkun idea tajba wkoll li taħsel il-ħwejjeġ fuq kontrolli ta' temperatura ta' sħana baxxa għax dawn jużaw ħafna inqas dawl minn kontrolli ta' temperatura sħuna (50°C u aktar). Jekk dejjem taħsel b’tempera-turi baxxi, ftakar li għandek tagħmel ħasla bl-ilma jaħraq xi kultant biex iżżomm il-magna u l-pajpijiet nodfa.

Page 22: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

22

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ħwejjeġ maħmuġin

Tista' ddeffes iktar ħwejjeġ ġol-magna tal-ħasil tiegħek?

Hu ovvju li jekk timla l-magna tal-ħasil b'nofs l-ammont ta'ħwejjeġ li tiflaħ għal żewġ ħasliet, se tuża d-dop-pju tal-ilma daqs li kieku kont tuża li kieku deffist l-istess ammont ta' ħwejjeġ f'ħasla waħda. Jekk taħseb minn qabel dwar meta se jkollok bżonn tilbes oġġetti speċifiċi ta' lbies, mhux se tispiċċa jkollok taħsilhom fi żmien meta mhux se jkollok l-ebda ħwejjeġ maħmuġin oħra.

Armarju tal-mediċina

Fejn se tispiċċa din il-mediċina kollha?

Il-mediċini huma vitali, iżda hemm tendenza moderna li nużawhom iżżejjed. Il-problema hi li ġaladarba l-me-diċini jgħaddu minn ġo ġismek, il-kimiċi li jkun hemm ġo fihom, iniġġsu l-ilma li jispiċċaw fih. Għalhekk ipprova użahom kemm jista' jkun mill-inqas. U dejjem armi kwalunkwe mediċina mhux użata b'mod responsabbli billi teħodha lura għand l-ispiżjar. Qatt m'għandek tifflaxxjhom fit-toilet jew tarmihom fir-reċipjent tal-iskart, għax inkella se jispiċċaw mill-ġdid fiċ- ċiklu tal-ilma.

Xugaman

Kemm hu nadif ix-xugaman tiegħek?

Xugaman jintuża biex tnixxef lill-ġismek bih meta tkun nadif, u għalhekk, ix-xugaman ikun imxarrab biss u mhux maħmuġ. Dan ifisser li tista' tuża x-xugamani diversi drabi qabel ma jkollok bżonn taħsilhom. Illum, ħafna lukandi jagħtuk l-għażla li tuża mill-ġdid ix-xugamani użati tiegħek, u għalhekk tħallihomx fl-art fil- kamra tal-banju, għax dan jiġi interpretat li tkun tixtieq xugamani ġodda.

Karozza ġugarell

Tixtieq tkun taf kif tista' tnaqqas l-ammont ta' ilma li tuża?

Faċli taħsel karozza tal-logħob, imma x’taf dwar l-aħjar mod kif taħsel ir-roti ta’ veru? Tista' taħseb li jekk taħsel il-karozza tiegħek id-dar hu iktar effiċjenti fir-rigward tal-użu tal-ilma milli jekk tmur f'carwash - iżda fil-fatt dan hu bil-kontra. Carwash awtomatika ekonomika għandha ħabta tuża inqas ilma għal kull vettura milli kieku taħsel l-istess karozza d-dar. Jekk tippreferi taħsel il-karozza tiegħek id-dar, evita l-użu ta' pajp tal-ilma, għax dan jispara l-ilma b'rata ta' madwar 18-il litru kull minuta. Minflok, uża l-ilma tax-xita li tkun ġbart f'barmil. Inaddaf il-karozza b'mod eċċellenti. U ftakar li l-karozzi m'għandhomx bżonn jinħaslu darba f'ġimgħa; fil-fatt, xi karozzi jinħaslu biss darba f'sena!

Page 23: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

23

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Likwidu tal-ħasil

L-aġenti tat-tindif għaliex ma jitsgħux ineħħu biss id-dlik u l-ħmieġ?

Kull trab tal-ħasil, prodott tat-tindif, diżinfettant u deterġent, isib triqtu lura permezz tal-kanali tad-dranaġġ fix-xmajjar, lagi u oċeani. Xi wħud minnhom ikun fihom nutrijenti inorganiċi li jarrikkixxu l-ilma u jikkawżaw żvilupp eċċessiv ta' alga. Meta eventwalent jiddekomponu, huma jneħħu l-ossiġnu mill-ilma, u minħabba f'hekk ħafna speċi ta' ħlejjaq imutu f'qiegħ il-baħar. Tista’ tevita milli tkun parti mill-problema billi tuża deterġenti tat-tnaddif organiċi. U fittex suġġerimenti oħra dwar it-tindif ekoloġiku - nies anzjani jistgħu jgħid-ulek ħafna dwar kif ma taħlix U tkun ekoloġiku. L-uċuh ta' fejn taħdem, id-drapp u l-art jieħdu gost bi tratta-ment iktar ġentili, u jekk it-toilet, sink jew drejn tiegħek jinstaddu, ipprova uża planġer biss. Dan il-metodu jaħdem tajjeb daqs caustic cleaner, u se jkun hemm inqas riskju li dan ikun ta' dannu għalik - kif ukoll għall-ambjent.

Page 24: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

24

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

MINIMU

II-ħamrija taħt id-dar tiegħek qed tmut bil-għatx?

Kull sena fl-Ewropa, aktar u aktar spazji ħodor qed jintilfu hekk kif aħna qed nibnu iktar żoni residenzjali, toroq, bini u infrastruttura. Naturalment, dan l-iżvilupp ta' spiss ikun meħtieġ biex jipprovdi djar, konnes-sjonijiet għat-trasport u xogħol għan-nies lokali, iżda ġaladarba l-art tkun ġiet miksija, il-funzjonijiet ewle-nin tal- ħamrija jintilfu. Iżda hemm modi li bihom is-sidien tad-djar jistgħu jgħinu biex jippreservaw ir-rabta bejn din il-ħamrija midfuna u b'hekk inaqqsu t-telf tal-funzjoni vitali tal-ħamrija li jgħaddi l-ilma minnha u l-kapaċità tal-ħażna tal-ilma, u jippermettu minimu ta' ħajja fil-ħamrija biex tgħix. Pereżempju, jekk qed tagħmel madum jew siment ġdid fuq id-driveway jew fil-ġnien tiegħek, ikkunsidra li tuża materjal li jgħaddi l-ilma minnu bħal asfalt bil-pori, terf taż-żrar jew lawn, li jżomm il-ħamrija f'kuntatt mal-atmosfera u jippermetti li l-ilma jgħaddi minnha. Fejn l-ilma ma jkunx jista' jgħaddi minn ġol-ħamrija b'mod naturali, ikun hemm riskju li jseħħ xi għargħar; għalhekk ipprova aħżen l-ilma u użah bil-għaqal. Tista' tuża tank tal-ilma biex tiġbor l-ilma tal-bejt u tużah biex issaqqi bih minflok ma tuża ilma tal-vit. U jekk qed tħossok tassew avventuruż, għax ma tagħmilx il-bejt tiegħek bejt aħdar? Ġnien fuq il-bejt nor-malment jista' jinħoloq fuq saff irqiq ħafna ta' ħamrija. Jassorbi l-ilma tax-xita, isostni l-bijodiversità, u jipprovdi insulazzjoni. Tista' saħansitra toħloq dar ġdida għall-ħlejjaq lokali li jgħixu fin-natura!

Ħamrija:

Il-ħamrija ma nistmawhiex biżżejjed. Hija ta’ importanza essenzjali għall-organiżmi slavaġ u tippro-vdi n-nutrienti meħtieġa biex jikber l-ikel li jsostnina, u għalhekk, immaniġġjar tajjeb tal-ħamrija huwa fundamentali għall-prosperità tagħna fil-ġejjieni. Madankollu, żoni vasti ta’ ħamrija ġew degradati minħabba ragħha eċċessiv, deforestazzjoni u prattiki agrikoli dgħajfin li jikkaġunaw nutriz-zjoni ħażina u diffikultajiet oħrajn lil miljuni. Hemm metodi sempliċi li bihom nistgħu ngħinu, bħal li nieklu inqas laħam mal-ikel, nagħżlu injam minn foresti mmaniġġjati b'mod sostenibbli u nixtru ikel organiku.

Page 25: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

25

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Pjanti

Kif jista' t-tkabbir tal-pjanti fil-fatt joqtol il-pjaneta tagħna bil-guħ?

Jekk tħobb il-ġnien u tħobb il-pjaneta, oqgħod attent/a li tixtri kompost. Artijiet mimlijin peat jidhru bħala wesgħat koroh bla utilità, mistgħadra, iżda l-ħamrija tagħhom hija importanti ferm, u tappoġġa lil ħlejjaq sla-vaġ li huma rari u lill-bijodiversità, tipproduċi l-ikel, u għandha rwol importanti fiċ-ċiklu tal-ilma. Huma jaħżnu wkoll il-karbonju, li mbagħad joħroġ lura fl-atmosfera meta ħamrija bil-peat titħaffer. Fil-fatt, hu stmat li madwar nofs miljun tunnellata ta' dijossidu tal-karbonju fis-sena joħorġ fl-atmosfera b'riżultat tal-estraz-zjoni tal-peat minn siti fir-Renju Unit biss għall-użu fl-ortikultura. Xi pajjiżi qed jikkunsidraw taxxa fuq kom-posti bbażati fuq il-peat. Għalissa, tkun idea tajba li tixtri kompost li jkun ittikkettat bħala “ħieles mill-peat” fejn ikun possibbli, għax anki kompost ittikkettat bħala “għal diversi użi” jista' jkun fih bejn 70 % u 100 % ta' peat. Aħjar minn hekk, agħmel il-kompost tiegħek stess. M'hemmx mod aħjar li tuża r-riżorsi tiegħek b'mod effiċjenti milli li tagħmel il-kompost minn skart mill-ikel jew tal-ġnien tiegħek u mbagħad tużah biex tkabbar iktar pjanti.

Zliezet

Kemm-il darba tiekol laħam?

Jekk tiekol inqas laħam, dan ser inaqqas l-impatt ambjentali tad-dieta tiegħek - iżda taf għala? Biex trabbi l-bhejjem mhux biss ikollok bżonn tal-art li fuqha jitrabbew il-bhejjem, iżda se jkollok bżonn ukoll art biex fuqha tkabbar l-uċuħ għall-għalf ta' dawk il-bhejjem. Waħda minn dawn l-uċuħ hi s-sojja, li l-produzzjoni tagħha rduppjat fl-aħħar 15-il sena, l-aktar minħabba l-użu dejjem jikber tagħha fl-għalf. Dan ta' sikwit isir għad-detriment tal-ħabitats naturali bħas-Cerrado Brażiljana, savanna tropikali kbira li tospita 5 % tal-bijo-diversità tad-dinja. Il-bhejjem huma wkoll kontributur sinifikanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra, b'mod partikulari permezz tal-produzzjoni tal-gass metanu, u hu stmat li jammontaw għal 8 % tal-użu tagħna tal-ilma globalment. Dawn il-pressjonijiet kollha se jiggravaw hekk kif il-popolazzjoni tal-bniedem qed tkompli tiżdied u d-domanda għal-laħam tikber, partikularment f'pajjiżi b'ekonomiji emerġenti. Allura x'nistgħu nagħmlu dwar dan? Sewwa, is-sitwazzjoni mhijiex daqshekk drastika b'tali mod li aħna lkoll jeħtieġ li nsiru veġetarjani; madankollu, nistgħu naħsbu dwar li nieklu ftit inqas laħamu nadattaw l-ikliet minn żmiem għal żmien sabiex ma jkollhomx bżonn laħam. Pereżempju, għaliex ma żżidx tadam nej u faqqiegħ maz-zalza tal-i-spaghetti minflok ma tuża pakkett ikkapuljat? Tagħmel x'tagħmel, taħlix laħam. Li tarmi l-laħam ifisser li dik l-enerġija kollha prezzjuża u l-ilma li ntużaw biex jipproduċuh, ikunu nħlew fix-xejn.

Page 26: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

26

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

It-telefowns ċellulari

Kont taf li l-mobile qadim tiegħek hu oġġett ta' valur?

It-teknoloġija tal-mobile qed tinbidel malajr. Ikollok mobile ġdid għall-Milied, u sas-sajf ikun diġà għadda żmienu! U tant joħorġu mudelli ġodda li hemm tentazzjoni kbira li taġġorna t-telefon tiegħek kull sentejn. Fil-fatt, ħafna nies jagħmlu hekk: madwar tliet kwarti ta' biljun abbonat tal-mobile fl-Ewropa kollha jibdlu l-mobile tagħhom bħala medja kull 18-il xahar. Dan jagħmel il-mobiles uniċi: l-ebda kategorija oħra ta' apparat elettroniku m'għandha rata daqshekk għolja ta' sostituzzjoni. Allura għala hemm fatturat daqshekk għoli u hu sostenibbli? Xi drabi jkollna bżonn ta' telefon ġdid għaliex il-qa-dim tagħna tiġrilu l-ħsara jew jieqaf jaħdem, iżda ħafna drabi nkunu rridu nixtru l-aħħar teknoloġija. Qabel ma tgħaġel biex tikseb l-aħħar mudell, ikkunsidra r-riżorsi li jkunu ntużaw fil-produzzjoni tiegħu u staqsi lilek innifsek jekk tistax tgħaddi bit-telefon li għandek bħalissa għal sena oħra. Phones ġodda fihom metalli prezzjużi inkluż deheb, ram, fidda u platinum, kif ukoll bosta minerali rari. Jekk tiddeċiedi li taġġorna, aċċerta ruħek li tarmi t-telefon qadim tiegħek b'mod responsabbli - agħtih lil ħabib, biegħu jew irriċiklah. Tħallihx f'kexxun.

Minerali

Il-minerali jinsabu madwarna lkoll. Jinsabu fil-ġojjelli li nilbsu, fis-sodda li norqdu fuqha u fil-mo-bile li nżommu ġol-but. Iżda l-estrazzjoni ta' minerali jista' jkollha konsegwenzi kemm għall-bnedmin - permezz ta' sfruttament tax-xogħol - kif ukoll għall-ambjent - permezz ta' kontaminazzjoni ta' provvisti tal-ilma. Għandna rwol x'inwettqu billi nnaqqsu l-impatt tal-estrazzjoni ta' minerali billi nixtru b'mod etiku u li nissostitwixxu biss prodotti meta aħna verament ikun hemm bżonn.

Page 27: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

27

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Żveljarin

Allarmat bin-numru ta' batteriji li tuża?

Il-batteriji saru essenzjali għall-mod ta' ħajja moderna tagħna. Imma l-produzzjoni, l-użu u r-rimi tagħhom jaffettwaw l-ambjent u għalhekk għandna nsibu metodi aktar effiċjenti kif nużawhom. Il-merkurju, iċ-ċomb u l-kadmju li jinsabu fil-batteriji jistgħu jispiċċaw fil-ħamrija jekk dawn ma jitpoġġewx fil-miżbliet, u l-inċin-erazzjoni ser iżżid mal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra. II-batteriji kollha jistgħu jiġu rriċiklati - dawk standard fl-iżveljarin tiegħek u dawk speċjali fil-mobile, kamera jew arloġġ. L-eluf ta' tunnellati ta' metalli rkuprati fil-proċess jistgħu mbagħad jintbagħtu lura fil-produzzjoni ta' batteriji ġodda. Direttiva Ewropea kie-net introdotta riċentement biex tinkoraġġixxi aktar riċiklaġġ ta' batteriji, biex inti tkun tista' ssib reċipjenti speċjali f'postijiet bħas-supermarket lokali fejn tkun tista' tarmi batteriji qodma b'mod sigur u responsabbli. Ix-xiri ta' batteriji li jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid ser jiffrankalek il-flus fuq perjodu ta' tul ta' żmien.

Laned fil-friġġ

Fejn imur l-aluminju kollu?

Hemm raġuni tajba għax insibu l-aluminju f'ħafna oġġetti ta' kuljum, minn laned tax-xorb u CDs sa frejms tar-roti u arloġġi. L-aluminju mhux biss hu l-iktar metall abbundanti fid-dinja; hu wkoll wieħed mill-aktar metalli effiċjenti tagħha. Hu ħafif, iservi fit-tul, reżistenti u faċilment riċiklabbli. Fil-fatt, li tipproduċi prodott minn aluminju li jkun intrema, jeħtieġ 95 % inqas enerġija milli kieku tipproduċih mill-ġdid minn materjali primi verġni. L-aluminju hu wieħed mill-materjali fl-Ewropa li l-aktar li jiġi rriċiklat għalhekk kun żgur li tir-riċikla dak kollu li tista' - mhux biss affarijiet ovvji bħal laned tal-ikel u tax-xorb, iżda oġġetti bħal kompjuters, magni tal-ħasil u l-telefons ċellulari, li kważi ċertament se jkun fihom ċertu ammont ta' aluminju.

Page 28: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

28

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Sufan

Il-kwalità tas-sufan favorit tiegħek għandu impatt fuq il-pjaneta?

Iva, għandu. Ħafna prodotti jidhru irħas - u allura nixtruhom u ma ninkwetawx dwar meta narmuhom ftit snin wara meta jinkisru jew nixbgħu minnhom. Dan mhux użu tajjeb ta' riżorsi. Ħafna riżorsi tant ilhom irħas li nassumu li huma abbundanti, jew li għall-inqas, mhumiex mhedda. Imma l-prezz tagħhom ma jir-riflettix il-valur veru jew l-iskarsezza futura tagħhom. Il-produzzjoni tal-għamara tuża ħafna riżorsi. Għalhekk, meta tkun ser tixtri xi ħaġa ġdida, aħseb ftit kemm żmien ser isservik. Ikkunsidra jekk is-sufan tiegħek hux magħmul tajjeb u jekk hux ser jibqa' jogħġbok fi żmien sentejn oħra meta l-moda tkun inbi-dlet. Probabbilment ikollok inqas ħajra li tarmi prodott jekk tkun xtrajt wieħed li jkun magħmul biex iservi. U jekk oġġett jinkiser, għaliex ma ssewwihx minflok tixtri ieħor minfloku? Hu minħabba li aħna ninsabu maqbuda fi drawwiet li kienu maħsuba għal żmien meta r-riżorsi u l-ekosistemi ma kinux daqshekk mhedda, u konna qed niġu mħeġġa biex nikkonsmaw. Għamara mkissra tista' tkun aktar faċli li ssewwiha milli taħseb. U kkunsidra l-użu mill-ġdid u r-riċiklabilità tal-materjali. L-injam solidu jista' jerġa' jintuża mill-ġdid, jiġi rriċiklat jew jinħaraq, u anke jekk jintrema, xorta għadu bijodegradabbli b'mod sħiħ.

Tissues

X’jiġri jekk foresti jisparixxu malajr daqs kemm jogħsfru t-tissues tiegħek?

Għalkemm il-prodotti tal-karta li jintremew wara li jintużaw jistgħu jiġu prodotti minn karta riċiklata, ħafna minnhom għadhom qed jiġu mmanifatturati minn fibra verġni, i.e. injam li jinqata’ għall-produzz-joni tal- karta. Fejn ikun possibbli, għandek tipprova tixtri prodotti li jkunu magħmulin minn fibri riċiklati għax il-produzzjoni tagħhom tuża ħafna inqas enerġija - u ssalva s-siġar. Jekk prodotti kompletament riċiklati ma jkunux disponibbli, tista’ tfittex għal-logos ta’ FSC (Forest Stewardship Council) jew PEFC (Pro-gramme for the Endorsement of Forest Certification), li jiggarantixxu li ċertu persentaġġ tal-fibra verġni fil-prodott ikun ġej minn foresti mmaniġġjati tajjeb. Garanzija oħra affidabbli li tkun qed tixtri l-prodott it-tajjeb hi l-European Ecolabel li tista’ tagħrafha mil-logo tal-fjura.

Injam/injam tas-siġar

Minn sodod sa kotba sa bankijiet tal-park, l-injam hu l-bażi għal ħafna mill-prodotti li nieħdu 'for granted'. Iżda d-deforestazzjoni għandha konsegwenzi ambjentali u soċjali serji, u hu biss billi tixtri injam li jkun ġej minn sorsi sostenibbli li nkunu qed nixtru b'kuxjenza safja.

Page 29: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

29

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Sodda

Ser tqatta' terz ta' ħajtek fis-sodda, imma inti taf minn fejn ġie l-injam?

Ovvjament, mhux is-sodod kollha huma tal-injam. Jistgħu jkunu magħmulin ukoll mill-metall jew minn materjali sintetiċi (fittex għal azzar riċiklat, perżempju). Iżda l-injam għandu żewġ vantaġġi prinċipali: jista' jerġa' jintuża u huwa riżorsa biodegradabbli u l-produzzjoni tiegħu toħloq inqas emissjonijiet ta' gassijiet serra milli minn materjali alternattivi. Imma dak mhux bilfors jagħmel sodda tal-injam prodott sostenibbli inerenti. L-injam, il-prodotti tal-injam u tal-karta li nixtru jafu l-oriġini tagħhom f'foresta. U għalkemm ħafna mill-injam tagħna jiġi minn foresti mmaniġġjati tajjeb, dan mhux il-każ għall-injam kollu. Il-qtugħ illegali tas-siġar għadu problema kbira u hu kontributur ewlieni għal emissjonijiet tal-karbonju u għall-ispostament ta' komu-nitajiet u għall-qerda ta' ħabitats naturali. Allura kif ser tkun żgur li qed tagħżel xi ħaġa li ġiet prodotta b'mod sostenibbli mingħajr ma tikkaġuna ħsara lil persuni u annimali? Meta tixtri prodotti tal-injam fittex għal-logos ta' FSC (Forest Stewardship Council) jew PEFC (Programme for the Endorsement of Forest Certification), li t-t-nejn jiċċertifikaw li l-injam ġej minn foresti mmaniġġjati tajjeb. Jew inkella għax ma tixtrix għamara użata? B'hekk tiffranka l-flus wkoll - u ser iżżomm 'il bogħod dak il-ħmar il-lejl ambjentali!

(Roll) tal-karti tal-kċina

It-tindif għandu dejjem ifisser dejjem li tuża aktar?

Roll tal-kċina huwa prodott utli u versatili, imma ipprova użah b'mod effiċjenti. Karta tal-kċina aktar b'saħħitha għandha mnejn tiswa ftit aktar, imma se jkollok bżonn tuża inqas minnha. Aħseb daqsxejn kif il-prodott ikun sar. Xi prodotti issa għandhom it-tikketta Ecolabel tal- UE, jiġifieri li tkun saret b'impatt ambjentali minimu. U meta tarmih, ftakar li tista' tagħmlu kompost sakemm ma jkunx ġie espost għal kimiċi qawwija.

Page 30: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

30

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ħwawar

Kif nista' nkabbar il-ħwawar mingħajr ġnien?

Li żżid il-ħwawar adattati jista' jagħmel differenza bejn ikla tajba u ikla eċċezzjonali. Iżda ħwawar ippa-kkjati minn qabel jistgħu jkunu għaljin mill-ħwienet tal-ikel u ħafna drabi nispiċċaw nużaw kwantità żgħira f'riċetta u mbagħad narmu l-kumplament. Jekk dan japplika għalik, allura għaliex ma toħloqx il-ġnien tal-ħwawar tiegħek stess? It-tkabbir tal-ħwawar tiegħek hu mod meraviljuż biex jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi. Aħseb daqsxejn fuq l-enerġija kollha li tmur fit-tnixxif, l-ippakkjar u l-ġarr tal-ħwawar - enerġija li tista' tiffranka billi tkabbar il-ħwawar tiegħek stess. M'għandekx bżonn ta' ġnien biex tkabbar ħxejjex aroma-tiċi. Ħoġor tat-tieqa xemxi hu ideali għat-tkabbir ta' kurrat, nagħniegħ, ħabaq, tursin, salvja u sagħtar (biex ma nsemmux bżar, tadam żgħir u ċili). Ftakar li għandek tieħu ħsieb il-pjanti tiegħek. Aqta' minnhom u użahom ta' spiss biex tinkoraġġixxi tkabbir abbundanti u fejn ikun possibbli iżragħhom f'kompost li ma jkollux peat fih. F'ħakka t'għajn tkun kapaċi żżid il-ħwawar tiegħek stess mkabbra d-dar maz-zalza li saret mit-tadam artab!

Biodiversita

Bijodiversità tfisser il-firxa mogħnija ta’ forom tal-ħajja fil-pjaneta tagħna. Il-varjazzjoni fl-għaml-iet ta' ħajja, magħrufa wkoll bħala l-bijodiversità, hi vitali għas-saħħa tal-ekosistemi u s-sopravi-venza tal-ispeċi. Aħna niddependu fuq il-bijodiversità għall-ikel, is-sħana, id-divertiment, il-fertilità tal- ħamrija, l-ilma u għall-ħażna tal-karbonju. Ir-rikkezza tagħha hija sors ta’ pjaċir - u rilassament. Imma meta nisfruttaw in-natura għal benefiċċju tagħna stess fuq perjodu qasir ta' żmien, billi naqt-għu s-siġar mill-foresti jew nistadu żżejjed, inkunu qed inħallsu prezz għoli fuq perjodu twil ta' żmien għas-soċjetà, għax l-ekosistemi li jipprovdulna l-prodotti u servizzi tagħna jiġu mhedda. Biex ngħinu fil-protezzjoni tal-bijodiversità għandna nippruvaw nużaw mill-ġdid il-prodotti, nirriċiklaw kemm jista' jkun u nnaqqsu l-konsum globali tagħna.

Page 31: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

31

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Box scheme tal-ħxejjex

Nista' nikseb ikel sostenibbli u sustanzjuż direttament fid-dar tiegħi?

Jekk għalik ix-xiri tal-merċa hu ta' dwejjaq, tajjeb li tkun taf li billi jġibulek il-prodotti tal-merċa d-dar hu mod ħafna aktar “ekoloġiku” biex timla l-friġġ tiegħek. Mhux biss supermarkets joffru servizzi ta' tqassim ta' pro-dotti, iżda aktar u aktar ħwienet lokali qed joperaw skemi fejn il-frott u l-ħxejjex jitwasslu dritt id-dar tiegħek. Hemm ħafna vantaġġi f'dawn l-iskemi. Tkun qed tgħin lill-bdiewa lokali u tnaqqas mit-trasport tal- ikel; ma jkollokx bżonn issuq u tiffranka mill-emissjonijiet tal-karbonju u l-ikel ser ikun ukoll iggarantit li jkun frisk. Biex tiżgura li l-iskema tiegħek hi l-iktar waħda possibbli li tħares lill-ambjent, iċċekkja li tbiegħ prodotti lokali u li tuża frott u ħxejjex staġjonali, u pprova sib skemi onesti li jagħtu informazzjoni dwar liema prodotti tista' tistenna li tirċievi u meta. Ipprova sib skemi li jipprovdu ħaxix organiku għax il-metodi ta' produzzjoni orga-nika jużaw inqas kimiċi u jeħtieġu inqas fertilizzant. Box schemes se jagħtuk ukoll ideat għar-riċetti għall- prodott li jibagħtu, u li tiekol aktar ħxejjex u inqas laħam hi sitwazzjoni favorevoli doppjament f'termini ta' effiċjenza ta' riżorsi u ta' saħħtek. Fl-aħħarnett, jekk qed tipprova box scheme għall-ewwel darba, ibda b'ka-xxa iżgħar biex ma taħlix ikel.

Pjanti

Jistgħu l-pjanti jneħħu l-irwejjaħ ħżiena?

Il-pjanti tad-dar huma mod tajjeb ħafna biex iddaħħal in-natura f’darek, iżda kont taf li jaġixxu bħala filtri naturali tal-arja u li jistgħu jgħinuk biex ma timradx? Il-pjanti jneħħu sa 87 % tal-komposti organiċi volatili - li jinsabu f’fibri magħmulin mill-bniedem, boroż tal-plastik, żebgħa, linka u duħħan tas-sigaretti – f’24 sie-għa, skont riċerka tan-NASA. Il-pjanti jixorbu t-tossini fil-ħamrija fejn l-organiżmi jibdluhom f’ikel għall-pjanta. B’hekk, minflok ma żżid it-tniġġis f’darek billi tuża sustanzi kimiċi li jfewħu l-arja li jgħattu, flok ikeċċu, l-irwejjaħ, agħżel pjanti tad-dar li jsaffu l-arja. Fl-istess ħin, jassorbu dijossidu tal-karbonju u jeħilsu ossiġenu b’inhar, il-kuntrarju ta’ dak li nagħmlu meta nieħdu n-nifs. Dan ifisser li jsaħħu l-livelli ta’ ossiġenu f’kamra. Mhux hekk biss, talli billi jeħilsu ħafna mill-ilma li jassorbu fl-arja, joħolqu l-umdità, li tgħin biex jonqsu s-so-għla, l-irjiħat, l-uġigħ fil-griżmejn u l-ġilda niexfa f’ambjent magħluq. Meta tagħżel pjanti tad-dar, agħżilhom skont il-kundizzjonijiet tad-dawl u oħrajn relatati mat-tkabbir, u saqqihom biss meta l-ħamrija tal-wiċċ tkun niexfa, u sakemm it-toqob tal-iskular ikunu niedja.

Page 32: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

32

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Fjuri

Kemm ivvjaġġaw dawn il-fjuri biexġew hawn?

II-fjuri huma mod naturali stupend li bih tista' ssebbaħ u tagħti dehra sabiħa lid-dar tiegħek, iżda jistgħu wkoll ikollhom impatt qawwi fuq l-ambjent. Ħafna mill-fjuri mixtrija fl-Ewropa kull sena jkunu ġew importati minn pajjiżi li għandhom provvisti skarsi tal-ilma, u għalhekk jitkabbru bl-użu ta' din ir-riżorsa prezzjuża. Natural-ment, l-industrija tal-fjuri tista'tkun mezz ta'dħul tant meħtieġ għal pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda għad hemm dibattitu dwar jekk għandniex inkabbru fjuri minflok uċuħ għall-ikel f'żoni fid-dinja fejn l-ilma hu skars. Aktar minn hekk, il-fjuri u l-pjanti importati mill-Afrika jinġarru distanzi twal bl-ajru u ta' spiss ikunu tkabbru bl-użu ta' fertilizzanti u pestiċidi li jikkaġunaw il-ħsara. Bħala regola ġenerali, ipprova ixtri fjuri organiċi jew imkab-bra lokalment, fejn ikun possibbli. Jekk tixtri fjuri importati, agħżel dawk li jkunu ġew iċċertifikati minn Fair-trade, li jfisser li l-fornituri jkunu ttrattaw lill-ħaddiema tagħhom b'mod ġust u investew flus fi proġetti soċjali jew ambjentali. Ixtri fjuri li jkun l-istaġun tagħhom - b'hekk tista'tkun żgur li ma jkunux tkabbru fis-serer taħt kundizzjonijiet artifiċjali fejn intużaw ħafna enerġija u ilma. Aħjar minn hekk, għaliex ma tkabbarx il-fjuri tie-għek inti stess? Mhux biss ser isebbħu aktar il-ġnien tiegħek, iżda ser jiġbdu wkoll in-naħal u l-friefet.

Bjankerija tas-sodda

Intużawpestiċidi biexjagħmlu l-lożor tal-qoton tiegħek?

Il-qoton hu negozju kbir. Hemm 30 miljun bidwi li jaħdmu fl-industrija tal-qoton madwar id-dinja u l-qoton ikopri 2.4 % tal-art agrikola tad-dinja. Imma kont taf ukoll li l-kultivazzjoni tal-qoton tammonta għal madwar 50 % tal-pestiċidi kimiċi kollha użati fil-biedja? Aħna lkoll neħtieġu friex tas-sodda iżda hemm metodi biex tiżgura li l-bjankerija li tixtri jkollha impatt minimu fuq l-ambjent. Il-produzzjoni organika żżomm jew saħans-itra ttejjeb il-fertilità tal-ħamrija u żżomm l-ilma taħt l-art u x-xmajjar ħielsa minn kimiċi sintetiċi. Jintuża wkoll ħafna ilma biex isir il-qoton. Jekk ikun hemm bżonn ta' 2 700 litru biex jiġi prodott t-shirt wieħed, aħseb ftit kemm ikun hemm bżonn biex tiġi prodotta l-bjankerija tas-sodda tiegħek! Ipprova ħu ħsieb il-bjankerija tas- sodda tiegħek biex isservik għal żmien twil kemm jista' jkun u meta teħles minnha, irriċiklaha. Meta jkol-lok bżonn tibdilha, żgura li l-bjankerija ġdida tkun maħsuba biex isservi fit-tul - tessuti rħas ta' spiss jidde-terjoraw malajr u jispiċċaw jintremew malajr ħafna. Tista' wkoll tikkunsidra l-impatt soċjali tal-qoton li tixtri. Tikketti ta' kummerċ ġust jiggarantixxu li l-qoton ikun ġie mkabbar skont standards għoljin ta' etika kif ukoll ambjentali.

Page 33: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

33

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Bodymilk

Minn jaf x'jaħseb orang-utan dwar il-lozzjon ta' ġismek?

Mhumiex biss il-kimiċi fis-sapun u l-prodotti tad-doċċa tiegħek li għandhom impatt fuq l-ambjent. Kont taf, pereżempju, li l-għażla tiegħek ta' ġel għad-doċċa jew body lotion jista' jkollha effett dirett fuq id- defore-stazzjoni fuq in-naħa l-oħra tad-dinja? Iż-żejt tal-palm jintuża f'diversi prodotti - minn kożmetiċi sa prodotti tal-ikel - biex isiru aktar kremużi, iżda s-siġar tal-palm taż-żejt jikbru biss fil-foresti tropikali f'pajjiżi bħall-Malażja u l-Indoneżja.

Id-domanda dejjem tikber għaż-żejt tal-palm tfisser li żoni kbar ta' foresti tropikali qegħdin jinqatgħu u meded kbar ta' artijiet bil-peat qed jiġu ddrejnjati biex isiru pjantaġġuni ġodda għal siġar taż-żejt tal-palm. Dan mhux biss qed jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima iżda wkoll qed jgħaġel il-qerda tal-ħabitat naturali ta' speċi ta' annimali mhedda, bħal orang-utan u t-tigra tas-Sumatra, u l-ispostament ta' persuni lokali li jidde-pendu fuq il-foresti għall-ikel u l-kenn. Liġijiet attwali dwar l-ittikkettar jippermettu lill- manifatturi li jelen-kaw iż-żejt tal-palm bħala żejt “veġetali” mingħajr ma jindikaw b'mod separat il-kontenut taż-żejt tal-palm fuq il-pakkett. Meta tixtri l-prodotti, oqgħod attent għal żejt tal-palm li hu ċċertifikat bħala li hu sostenibbli. Meta tagħmel hekk, tista' tgħin biex tikser ir-rabta bejn iż-żejt tal-palm u d-deforestazzjoni u tkun qed tagħmel pressjoni fuq il-kumpaniji biex jimpenjaw ruħhom li jipproduċu żejt tal-palm b'mod sostenibbli.

Kafe

Għandek aptit tixrob 140 litru ta' ilma mal-kolazzjon tiegħek?

Għal ħafna minna, tazza kafe jew te filgħodu hi parti mir-rutina ta'kuljum tagħna, iżda dawn iż-żewġ prodotti huma dipendenti ħafna fuq ir-riżorsi. L-enerġija u l-ilma huma meħtieġa f'kull stadju tal-katina tal-provvista, mill-produzzjoni u t-trasport sal-ipproċessar u l-konsum, u mbagħad jista'jkun hemm ħalib u zokkor miżjuda fl-ipproċessar tal-prodott. Il-fornituri tal-kafe u t-te qed isiru dejjem aktar konxji tal-ħtieġa li jiżguraw li jkunu jistgħu iżommu l-produzzjoni tal-kafe u t-te għal ħafna snin li ġejjin u qed ifittxu skemi sostenibbli (bħal Rain-forest Alliance, Fairtrade u Utz Certified) biex joffru lill-konsumaturi prova tal-prattika tajba tagħhom. Dawn l-iskemi huma kollha differenti, iżda huma bbażati fuq l-istess prinċipji: li jiġu stabbiliti standards soċjali, ambjentali u ekonomiċi għall-produzzjoni tat-te u l-kafe. Kull fejn ikun possibbli agħżel prodotti li jġorru l-logos tagħhom; b'dak il-mod tista' tkun żgur li l-prodott ikun ġie mmanifatturat skont dawn l-istandards. U bilħaqq, ħaġa oħra: jekk regolarment tixtri kafe bħala takeaway, għaliex ma tiħux it-tazza tiegħek stess?

Page 34: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

34

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Prodotti tat-tindif

Kemm huma ndaf il-prodotti tat-tindif tiegħek?

Indikatur ewlieni tas-sostenibbiltà ta' prodott hu kemm ta' spiss ikollok tibdlu. Il-prodotti tat-tindif huma eżempju tajjeb ta'kifjista'jsir l-aħjar użu mir-riżorsi. Ħafna tipi ta'prodotti tat-tindif, minn deterġenti sa window cleaners, issa qed jiġu f'għamliet ikkonċentrati, li jfisser kwantità iżgħar tal-prodott tagħti l-istess riżultat bħala prodott alternattiv mhux ikkonċentrat. Fliexken iżgħar jużaw anqas plastik, li jfisser li inqas fjuwil hu meħtieġ biex jinġarru l-prodotti u jkollok inqas prodotti tal-ippakkjar x'tirriċikla wara l-użu. Il-qofol tal-użu tal-pro-dotti ikkonċentrati hu li tagħmel żgur li tuża l-ammont korrett. Kun żgur li taqra t-tikketta b'attenzjoni għax inkella tkun qed iżżarma l-ħidma li l-manifattur jkun għamel biex itejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi tal-prodott.

Ħut

Sajd sostenibbli jfisser li wieħed jista'jiekol il-ħut għall-kumplament ta' ħajtu?

Il-qawl antik li hemm ħafna aktar ħut fil-baħar issa hu miftuħ għal dibattitu. Iva, il-ħut huma riżorsa komuni iżda huma wkoll riżorsa li mhux qed nimmaniġġjaw b'mod sostenibbli. F'żoni kbar ta' ilmijiet Ewropej, aktar minn 70 % tal-istokks magħrufa qed isir sajd żejjed fihom. Dan l-aħħar l-Unjoni Ewropea rriformat il-politika tagħha dwar is-sajd biex terġa’ ttella’ l-ħażniet tagħha f’livelli sostenibbli. Fl-istess ħin, aħna l-konsumaturi nistgħu nagħtu s-sehem tagħna biex ngħinu ħalli l-ħażniet jirkupraw. Meta tkun qed tixtri l-ħut, fittex għal tikketti bħal MSC (Marine Stewardship Council), li juru li l-ħut ikun inqabad minn żona ta' sajd sostenibbli. Ukoll, għaliex ma tippruvax varjetà ġdida ta' ħut minn żmien għal żmien? L-aktar speċi popolari, bħall-merl-uzz, bakkaljaw, gambli kbar u tonn (u speċjalment it-tonn tal-ġwienaħ blu) huma wħud mill-aktar speċi mistada żżejjed - u n-numri tagħhom iridu ż-żmien biex jirkupraw. Ħut abjad alternattiv bħal pollakkju u coley għandhom togħma tajba daqs il-merluzz u l-bakkaljaw u ta' spiss huma orħos. Jew ipprova ħut organiku minn fishfarms iċċertifikati: salamun imrobbi organikament u trota biss huma disponibbli bħalissa, iżda speċi oħrajn, bħall-merluzz, ħalibatt, u l-ispnott għandhom ikunu disponibbli dalwaqt.

Għasel

Kont taf li ħajjitna hi f'idejn (riġlejn) in-naħal?

Isir ħafna sforz, enerġija u ħin biex jiġi prodott l-ikel kollu li jitqiegħed fil-basktijiet tax-xiri tagħna kull ġimgħa. Għal ħafna minn dak l-isforz iridu ngħidu grazzi lin-naħla. In-naħal mhux biss jipproduċu l-għasel; iżda aktar importanti jaġixxu bħala pollinaturi. Fil-fatt, ammont konsiderevoli ta' 80 % tal-uċuħ tal-ikel tagħna jidde-pendu fuq l-insetti għall-pollinazzjoni. Iżda l-popolazzjonijiet tan-naħal qed jonqsu f'ħafna pajjiżi minħabba kombinazzjoni ta' tniġġis ambjentali, pestiċidi agrikoli, mard u ħabitats li qed jinbidlu. Tista' tgħin u tappoġġja ż-żieda tal-popolazzjoni tan-naħal billi toħloq ambjent fil-ġnien tiegħek li jkun jibża għall-pollinaturi. Ħafna mill-pjanti fil-familji tal-warda, minta, piżella u aster huma tajbin għal dan. U jekk verament trid tagħmel dif-ferenza, għaliex ma trabbix in-naħal int stess? Ħafna aktar faċli milli taħseb u ma għandekx bżonn ta' appa-rat li jiswa l-flus - ħafna minn dak li għandek bżonn tista' tagħmlu inti stess.

Page 35: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

35

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Xorb

Jekk l-iskart mill-ikel hu ħażin, xi ngħidu dwar il-ħela tax-xorb?

Mhuwiex biss ikel li aħna narmu - aħseb ftit dwar ix-xorb li jintrema ġos-sink kuljum. Kull darba li narmu xarba, mhuwiex biss il-likwidu nnifsu li qed jinħela: huma l-ilma u l-enerġija li jintużaw biex tkabbru l-uċuħ, biex jiġi pproċessat ix-xorb, biex titnaddaf il-fabbrika u biex jiġi ttrattat ix-xorb mormi fl-impjant tat-trattament tad- drenaġġ. Bħal fl-ikel hemm xi modi sempliċi fejn aħna nistgħu nnaqsu l-ammont ta' xorb li naħlu. Ferra' biss dak li probabbli ser tixrob, speċjalment affarijiet bħal te u kafe li jużaw ħafna riżorsi fil-produzzjoni tagħhom; ixtri xorb ikkonċentrat li juża l-istess ippakkjar imma li jservi aktar mill-prodotti mhux ikkonċentrati; u pprova uża prodotti li jkun għadda l-aħjar żmien minn fuqhom - pereżempju, għaliex ma żżidx dak l-inbid aħmar li għad baqa' ma' dik iż-żalza flimkien ma' dak it-tadam artab u l-ħwawar imkabbra d-dar?

Basket bil-frott

Kemm kellha tivvjaġġa dik l-ananas biex tasal sal-basket tal-frott tiegħek?

Qed niġu inkorraġġiti biex nieklu ħames porzjonijiet ta' frott u ħxejjex kuljum, iżda li tagħżel liema frott se tixtri jista' jikkawża għadd ta' uġigħat ta' ras etiċi. Ħafna organizzazzjonijiet għadhom mhumiex ċerti liema parir se jagħtu. Fl-aħħar mill-aħħar, x'distanza jivvjaġġa l-frott timporta inqas minn kemm naħsbu aħna. Id-distanza li jivvjaġġa l-ikel ta' spiss titqies bħala kontributur ewlieni għall-impatt ambjentali. U ovvjament, jekk il-frott u l-ħxejjex jiġu kkunsinjati bl-ajru, il-vjaġġ tagħhom iżid mal-emissjonijiet tal-karbonju. Iżda f'ċerti staġuni, il- frott importat għandu impatt iktar baxx minn frott li jitkabbar lokal-ment (fis-serer, pereżempju). Imma l-fatt hu li aħna lkoll neħtieġu nieklu iktar frott u ħaxix - u ġeneralm-ent il-frott ser ikollu impatt ambjentali aktar baxx minn ikel ieħor bħal prodotti tal-ħalib, għaġin u laħam. Għalhekk, tinkwetax wisq fuq il-frott, imma meta tista', agħżel frott lokali tal-istaġun u, idealment, li jkun organiku. Oqgħod attent ukoll għat-tikketti tal-Fairtrade jew Rainforest Alliance li jiggarantixxu li l-pro-dotti jkunu ġew imkabbra biex ikun konformi ma' standards etiċi u ambjentali għoljin.

Skart

Meta naħlu prodott inkunu qed naħlu kull riżorsa użata waqt ħajjet il-prodott - mill-produzzjoni tie-għu sakemm jintrema. Aħseb dwar l-impatt ambjentali kkombinat ta' dawk ir-riżorsi mitlufa u aħs-ibha darbtejn qabel ma tarmi xi ħaġa fir-reċipjent tal-iskart.

Page 36: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

36

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Tadam imħassar

Għandek għalfejn tpoġġi t-tadam mħassar fir-reċipjent tal-iskart?

Li tqiegħed ikel fir-reċipjent tal-iskart mhuwiex sostenibbli. Aħseb daqsxejn dwar ir-riżorsi li jkunu meħtieġa biex l-ikel jitkabbar, jiġi ppakkjat, jinġarr u jinħażen fil-friġġ tiegħek; aħseb dwar l-enerġija u l-ilma li jinħlew meta tarmih. Kull sena, l-Ewropej jarmu miljuni ta' tunnellati ta' ikel, proporzjon kbir minn dan ikun għadu tajjeb biex jittiekel. Studji fl-Iżvezja u fir-Renju Unit jistmaw li d-djar jarmu madwar kwart tal-ikel li jixtru - u probabbilment ferm aktar. Ħafna minn dan l-ikel ikun għadu tajjeb biex jittiekel. Jekk dan jittiekel, l-ammont ta'karbonju ffrankat ikun ekwivalenti daqs li tonqos karozza waħda minn kull erbgħa fit-triq. Inti tista'tagħmel il-parti tiegħek biex tevita l-ħela tal-ikel faċilment. Jekk it-tadam ikun irtab wisq biex jittiekel nej, allura għax ma tużahx biex tagħmlu f'zalza jew f'soppa? Imbagħad ma jkollokx għalfejn tixtri vażett ta' żalza pproċess-ata bil-lest, u allura tiffranka l-flus kif ukoll tgħin l-ambjent. Mhux dan biss: għandu togħma aħjar u aktar tajjeb għas-saħħa.

Qxur/qxur tal-bajd

Fejn tista' ssib post għall-qxur tal-ħxejjex tiegħek?

Qxur u qxur tal-bajd idealment jistgħu jitpoġġew f'reċipjent għall-kompost u jintużaw bħala kompost biex titjieb il-kwalità tal-ħamrija fil-ġnien tiegħek. Mod 'ambjentali'ugwali kif wieħed jista'juża skart inevitabbli tal- kċina hu f'wormery. Tista'tagħmel il-wormery tiegħek billi tuża reċipjent antik tal-iskart u kaxxa tal-kar-tun. F'xi żoni l-awtoritajiet lokali jiġbru l-iskart tal-kċina u jużawh biex jagħmlu l-kompost fuq skala kbira, u jibagħtuh għal diġestjoni anerobika fejn id-dud ikissru l-ikel biex jiġi prodott il-bijogass li jista' jintuża għas-sħana u l-elettriku. Kun żgur li tinkludi biss it-tip ta' skart li suppost, inkella tirriskja li tikkontamina r-reċipjent tiegħek bi skart tal-ippakjar.

Il-menu tal-ġimgħa fuq il-friġġ

Taf kif għandek tixtri mill-ħwienet biex tiffranka l-flus?

Kull sena, narmu kwantitajiet kbar ta' ikel li nixtru, li proporzjon kbir minnu jkun għadu tajjeb biex jittiekel. Wieħed mill-aħjar mezzi biex tnaqqas l-ammont ta' ikel li tarmi hu li tippjana dak li ser tiekol. L-ewwel nett, iċċekkja x'ikel diġà għandek id-dar qabel ma tmur fil-ħwienet; b'dak il-mod inti telimina r-riskju li tixtri oġġetti duplikati. It-tieni nett, agħmel lista tal-ikliet li qed tippjana li tipprepara matul il-ġimgħa u l-ingredjenti li ser ikollok bżonn biex issajjar kull ikla; dan ser jiżgura li ser tixtri eżatt dak li teħtieġ. Jekk qed issajjar għal familja, għaliex ma tgħidx lil kull wieħed minnhom biex jgħinu bil-lista? B'dak il-mod ikollhom l-għażla li jixtiequ huma dwar ikla, u dan jiġbor il-familja kollha biex lkoll jaħsbu dwar it-tema importanti tal-iskart tal-ikel.

Page 37: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

37

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Tuffieħ ippakkjat

Kemm ippakkjar jeħtieġ it-tuffieħ?

Ħafna mill-frott diġà jiġi fl-ippakkjar naturali tiegħu stess u allura rari jkun hemm bżonn iżżid miegħu. Jekk tingħata l-għażla biex tixtri bejn pakkett tuffieħ jew tixtri tuffieħ waħdu, ikkunsidra r-riżorsi żejda biex l-ip-pakkjar jiġi prodott, jinġarr u jintrema. Bi frott ippakkjat bil-lest għandu mnejn ikollok bżonn tixtri aktar milli hemm bżonn u tispiċċa tarmi l-kumplament mal-iskart, b'żieda massiva fl-impatt ambjentali tat-tuffieħ. Madankollu, hija idea tajba li tiekol iktar frott: mhux biss il-frott jagħti s-saħħa, imma ġeneralment għandu inqas impatt ambjentali minn ikel ieħor bħal prodotti tal-ħalib u laħam.

Landa tal-kompost

Biddel l-iskart mill-ikel f’deheb iswed

Studji juru li l-Ewropa taħli 90 miljun tunnellata ta’ ikel kull sena, bla ma jinkludu l-agrikoltura u s-sajd Aħseb fl-implikazzjonijiet – dik l-enerġija kollha u dawk ir-riżorsi biex jitkabbar, jinħażen, jiġi ttrasportat u dispost ikel li jispiċċa fir-reċipjent tal-iskart. Li tbiddel f’kompost l-iskart mill-ikel jista’ jgħin biex tittaffa l-ħsara.

L-iskart mill-ikel jiddikomponi fl-arja sabiex jipproduċi kompost rikk li jgħin il-pjanti jikbru u jnaqqas il-ħtieġa tal-ilma, tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi. Il-kompost itejjeb l-istruttura u l-kontenut tan-nutrijenti tal-ħamrija, u jagħmilha kapaċi żżomm iktar l-ilma. Ħamrija fertili hija wkoll iktar kapaċi li tilqa’ kontra l-ħlejjaq qerrieda u l-mard tal-pjanti, minħabba x-xibka alimentari kumplessa li hija tappoġġja. B’kuntrast, l-iskart mill-ikel li jinbagħat fil-miżbla ma jkollux arja u jerħi l-metanu, gass serra qawwi. Ftit li xejn jiġi prodott metanu jekk l-i-stess skart jitbiddel f’kompost.

Jekk dan il-proċess tagħmlu d-dar, tkun qed tipproduċi provvista kostanti ta’ sustanza eċċellenti li ttejjiblek il-ħamrija tal-ġnien u tax-xtieli tiegħek. Il-ġbir muniċipali tal-iskart mill-ikel jista’, barra minn hekk, jittratta l-iskart mill-ikel b’mod sikur għal sistemi ċentralizzati ta’ riċiklaġġ, bħall-proċess biex isir il-kompost jew id-diġestjoni anerobika.

Page 38: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

38

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Fliexken u vażetti tal-ħġieġ

Tixtieq tkun taf għaliex il-ħġieġ hu materjal tal-ewwel klassi?

Avolja għaddew 5 000 sena minn meta beda jsir, għad m'hemm l-ebda sinjal li l-ħġieġ mhux se jintuża aktar - u dan bir-raġun. Jista' jerġa' jintuża 100 % u huwa riċiklabbli b'mod infinit. Jekk ikun possibbli, ixtri xorb fi fliexken li jistgħu jerġgħu jintużaw: iI-fliexken tal-ħġieġ jistgħu jintużaw b'mod sigur għax ma jitilfux il-karatte-ristiċi tagħhom u huma faċli biex jitnaddfu. Jekk jeżistu fiż-żona tiegħek, inqeda bi skemi tad-depożitu tal-fliexken fejn inti tirċievi rifużjoni ċkejkna għal ċerti fliexken vojta tal-ħġieġ li tirritorna għand tal-ħanut. Il-fliexken imbagħad jintbagħtu lura lill-manifattur fejn ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw u inti tħallas biss għax-xarba - u mhux għall-ippakkjar. Inkella, uża fliexken u vażetti tal-ħġieġ bħala reċipjenti għax-xarbiet, ħolders tax-xama jew tal-lapsijiet jew, jekk inti kreattiv/a, tiegħu stil ġdid bħala għamara fejn iddendel il-kowtijiet, lampa jew linfa tal-fliexken tal-ħġieġ. Inkella, agħti l-vażetti u l-fliexken antiki tiegħek lil xi ħadd ieħor li jkun jista' jużahom. Int u tibgħat il-ħġieġ għar-riċiklaġġ, aħseb fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li qed tgħin biex jitnaqqsu: l-enerġija ffrankata bir-riċiklaġġ ta’ flixkun wieħed kapaċi tħaddem sett tat-televixin għal 20 minuta.

PC miksur

Teżor moħbi f'darek

Kont taf li l-pjanċi taċ-ċirkwiti tal-kompjuters u t-telefowns ċellulari jkun fihom metalli prezzjużi fosthom il-fidda u d-deheb? Jew li waqt li l-kumpaniji tal-minjieri jkollhom iċaqalqu tunnellata ta’ materjal mhux maħdum biex joħorġu gramma deheb, l-istess ammont jista’ jinġabar minn 41 telefown ċellulari qadim? Sadanittant, kull sena jintużaw 7 500 tunnellata ta’ fidda fil-manifattura tal-PCs, telefowns ċellulari u appa-rat elettroniku ieħor. Metalli oħra li nsibu fi prodotti elettroniċi wkoll huma ferm riċiklabbli. L-aluminju jista’ sempliċiment jiddewweb u jingħata għamla ġdida billi tintuża biss 5 % tal-enerġija meħtieġa biex jiġi prodott mill-materja prima, bauxite. U l-azzar jista’ jiġi rriċiklat u ffurmat mill-ġdid biex jinbnew pontijiet, linji tal-fer-rovija, karozzi u roti, kif ukoll paperclips u laned tal-ikel. Il-metalli prezzjużi huma skarsi u t-tħaffir fil-minjieri jagħmel il-ħsara lill-ambjent, u safrattant narmu l-gadgets qodma mingħajr ma naħsbu. Dan l-iskart elet-triku u elettroniku – “e-waste” – huwa wieħed mill-iktar sorsi ta’ skart li qed jikbru b’rata mgħaġġla fl-Ewropa, b’żieda ta’ 3-5 % fis-sena. Jekk għandek xi televixin, telefown jew kompjuter qadim li għadu jaħdem, għax ma tirregalahx, tagħtih jew tbigħu sabiex ittawwallu l-użu tiegħu? Dan jgħin biex titnaqqas id-domanda għat-tħaffir għall-materja prima, u jiġu ffrankati r-riżorsi naturali. Jekk l-oġġett m’għadux jaħdem, sib kumpanija lokali li tikkundizzjona mill-ġdid apparat qadim. Dan jgħin biex jinħolqu impjiegi fl-ekonomija ċirkulari u jiżg-ura d-disponibbiltà ta’ gadgets iktar affordabbli. Minkejja l-isforzi tal-UE biex jitjiebu r-rati tal-ġbir u tar-riċiklaġġ, kwantitajiet kbar ta’ e-waste għandhom qegħdin jintbagħtu (illegalment) lejn l-Afrika jew l-Asja, fejn in-nies tal-lokal, inklużi t-tfal, iżarmaw il-komponenti b’idejhom biex jiġbru l-biċċiet tal-metall u jaħarqu li jifdal, u hekk jitfgħu gassijiet tossiċi u jikkontaminaw l-ikel, il-ħamrija u l-ilma tal-wiċċ. L-ewwel darba li jkol-lok xi skart elettroniku għar-rimi, kun ċert li tieħdu f’xi post tal-ġbir adattat – u għax ma tistaqsix lill-awtorità tal-lokal tiegħek eżattament kif jittrattaw l-iskart elettroniku li jiġbru?

Page 39: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

39

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Vażett ta' żebgħa miftuħa

Dan mhuwiex il-mod kif tiżboħ ir-raħal aħmar

Żebgħa, verniċ, batteriji antiki u ħafna skart tad-DIY huwa perikoluż u jeħtieġ li jintrema b'attenzjoni biex tevita milli tikkawża tniġġis. Meta tixtri żebgħa jew verniċ, fittex għall-Ekotikketta u evita milli tixtri prodott mingħajr twissija ta' periklu fuq it-tikketta (f'ħafna pajjiżi, dan ikun simbolu iswed fuq kaxxa oranġjo jew safra flimkien ma' deskrizzjoni tal-periklu). Barra minn hekk, tixtrix iżżejjed - ħafna żebgħa li n-nies jixtru qatt ma tintuża u tispiċċa bħala skart problematiku. Żebgħa 'naturali' jew żebgħa 'kollha naturali' milk paints u l-ġir għat-tibjid ta' spiss ikun fihom sustanzi li jagħmlu inqas ħsara minn żebgħa ordinarja, u xi manifatturi joffru anki żebgħa riċiklata. Jekk ma tridx li jibqgħalek fdal ta' żebgħa mhux mixtieqa, ħudha fl-impjant ta' riċiklaġġ lokali tiegħek. Fir-rigward tal-batteriji, kollha jistgħu jiġu riċiklati. L-eluf ta' tunnellati ta' metalli rkuprati fil-proċess jistgħu mbagħad jintbagħtu lura fil-produzzjoni ta' batteriji ġodda. Mingħajr dan, il-merkurju, iċ-ċomb u l-kadmju li jinsabu fil-batteriji jistgħu jispiċċaw fil-ħamrija. Direttiva Ewropea tinkoraġġixxi aktar riċiklaġġ ta' batteriji, biex inti tkun tista' ssib reċipjenti speċjali f'postijiet bħas-supermarket lokali fejn tkun tista' tarmi batteriji qodma b'mod sigur u responsabbli. U x-xiri ta'batteriji li jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid ser jiffranka-lek il-flus fuq perjodu ta' tul ta' żmien.

Ħadid miksur

Tarmihx, sewwi!

Li ssewwi oġġett miksur jew difettuż tista’ tkun eħfef milli taħseb. Il-forums u l-lezzjonijiet fuq l-internet fihom rikkezza ta’ informazzjoni u dimostrazzjonijiet bil-vidjow dwar kif issewwi l-affarijiet. Ħbiebek u tal-fa-milja tiegħek abbli wkoll jistgħu jgħinuk. Jew ara ssibx kafés u ħwienet li jsewwu fil-lokalità tiegħek: jeżistu ħafna; sempliċiment ma ssibhomx f’postijiet prominenti fit-toroq ewlenin jew fiċ-ċentri kummerċjali. Jistgħu jkunu wkoll inizjattivi soċjali li jipprovdu impjiegi u taħriġ tant meħtieġa fil-komunità. Kemm hu aħjar li tap-poġġja impriża lokali u tgħin biex jitħares l-ambjent milli tarmi oġġett kważi ġdid?

Jekk tassew għandek bżonn tixtri prodott ġdid, saqsi lill-bejjiegħ x’jistgħu jagħmlu biex isewwu l-oġġett jekk tiġrilu l-ħsara. U aqra l-analiżi dwar il-prodott biex taċċerta ruħek li qed tagħżel mudell li huwa probabbli li jservik.

Jekk prodott ma jistax jintuża iktar għall-għan oriġinali tiegħu, jista’ jkun possibbli li jintuża mill-ġdid biex jaqdi xi ħtieġa oħra. Biddel bagalja qadima f’dar tal-pupi; qatta’ l-qasab qodma tal-bambù li tuża fil-ġnien u orbothom qatet biex tagħmel miġbħa għan-naħal; jew uża kuxins, imħaded u kutri kkuttunati biex timla xi kuxxinett kbir jew xi ottoman mgħotti b’xi tapit qadim. Midd idejk u kun kreattiv – u jekk issib li tinqala’ u għandek talent, għax ma tiftaħx ħanut onlajn?

Page 40: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

40

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ħwejjeġ antiki

Il-ħela tar-riżorsi m'għadux moda

Qatt xtrajt libsa għal xi intervista tax-xogħol u meta ġejt biex terġa' tilbisha sibt li m'għadhiex tiġik iżjed? Jew xtrajt xi libsa għal okkażjoni speċjali u qatt ma lbistha darb'oħra? L-ilbies li qatt ma tuża fuq in-naħa ta' ġewwa tal- gwardarobba tiegħek kellu bżonn ta' ħafna materjali u riżorsi tal-enerġija biex sar. Għalhekk, meta terġa' tmur tixtri l-ħwejjeġ ġodda, aħseb dwar ix-xogħol kollu involut biex saru - l-ilma u l-enerġija kollha, tniġġiż possibbli eċċ. - u staqsi lilek nnifsek jekk verament teħtieġhomx. Aħseb kemm flus tista' tiffranka billi tuża aħjar il-ħwejjeġ li diġà għandek minflok ma toqgħod tixtri ħwejjeġ ġodda regolarment.

Jew inkella għax ma tixtrix ħwejjeġ użati? Għandek tkun kapaċi ssib ħafna oġġetti rħas kważi ġodda fi ħwienet tal-użat fl-inħawi tiegħek jew f’siti ta’ rkant fuq l-internet. Jekk għandek oġġetti li m’għandekx bżonn, iltaqa’ mal-ħbieb jew kollegi għal lejla ta’ tpartit u ħudu gost partu affarijiet. Jew agħti l-oġġetti tiegħek b’donaz-zjoni permezz ta’ pjattaformi ddedikati fuq il-web, jew lill-karità. Studju riċenti fir-Renju Unit sab li nistgħu nużaw 10 % biss tal-flusli nonfqu għax-xiri tal-ħwejjeġ ġodda f'kiri ta' oġġetti ta' valur għoli, bħal ilbiesi (tal-irġiel u tan-nisa) u għalhekk niffrankaw 1.7 miljun tunnellati ta' carbon dioxide kull sena. X’inhu jżommok milli tikkunsidra din il-possibilità d-darba li jmiss li jistidnuk għal avveniment speċjali?

Landa taż-żibel (skart residwu)

Kemm hi ħafifa t-tagħbija tiegħek?

Bħala medja, 40 % biss mill-iskart domestiku fl-Ewropa jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat, u f’ċerti pajjiżi iktar minn 80 % għadu jmur fil-miżbla. Din ġennata: qed narmu materjali li għad għandhom valur; naħlu flus, enerġija u r-riżorsi naturali – ilma, metalli, minerali, ħamrija u pjanti – użati biex l-ewwel nett jiġi prodott l-oġġett. B’kull persuna fl-Ewropa li, bħala medja, tipproduċi madwar nofs tunnellata skart domestiku, dan isarraf f’ħela ġmielha ta’ materjali. Il-bidla tal-iskart f’riżorsa hija l-fulkru tal-ekonomija ekoloġika. Kollox jista’ jerġa’ jintuża, jiġi rriċiklat jew kompostat – hija biss kwistjoni ta’ tqassim tajjeb u mmaniġġjar xieraq tal-iskart. Tista’ tibda mid-dar billi tnaqqas il-kontenuti tal-barmil taż-żibel kemm jista’ jkun, u b’hekk tagħmel l-ewwel pass lejn soċjetà li ma tarmi xejn. Ovvjament, biex naslu hemm hemm bżonn ta’ innovaz-zjoni fid-disinn tal-prodott, il-manifattura u l-immaniġġjar tal-iskart ukoll. Iżda kollha kemm aħna kapaċi nagħmlu dan: ixtri biss li għandek bżonn; ixtri prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw; sewwi affarijiet meta jinki-sru; uża l-ikel li jifdal qabel imur; evita imballaġġ żejjed; u biegħ jew agħti oġġetti li m’għandekx bżonn, u qas-sam l-iskart b’mod attiv id-dar, fuq ix-xogħol u agħti pariri lill-familja u l-ħbieb.

Page 41: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

41

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Landa taż-żibel (skart ta' karta u kartonċin)

Qiegħed tagħmel l-użu massimu mis-siġar?

Naqqas l-iskart ta' karti tiegħek billi titlob lill-bejjiegħa bl-imnut favoriti tiegħek u lill-kumpaniji tal-ivvjaġġar sabiex jibagħtulek newsletters u aġġornamenti forma ta' e-mail milli bħala katalgi u brochures ħoxnin bil-po-sta u jagħżlu li jibagħtulek il-kontijiet b'mod elettroniku milli b'mod stampat. Minflok tixti ktieb ġdid li inti se taqra darba biss, uża l-librerija lokali tiegħek, partat kotba ma' ħbiebek jew uża 'swap-shop' lokali (xi cafes għandhom xkafef għal dan il-għan). Tinsiex twaħħal stiker bil-kliem 'Titfax Junk Mail' fuq il-kaxxa tal-ittri tie-għek, ukoll.

Qatt tarmi karti. Il-karti jistgħu jiġu riċiklati sa sitt jew seba' darbiet, fit-teorija, għalkemm fl-Ewropa - il-mexxej globali fir-riċiklaġġ tal-karti - xorta jirnexxielna nirriċiklaw il-karti sa tlieta u erba' darbiet biss. Min-kejja kollox, l-industrija Ewropea tal-karta llum tuża iktar karta rkuprata milli polpa tal-injam bħala materja prima, billi tħallat fibri rriċiklati u verġni fi proporzjon għoli kemm jista’ jkun sabiex tiffranka r-riżorsi naturali u l-enerġija: Hemm bżonn ta' 70 % inqas enerġija biex karta tiġi rriċiklata milli biex tagħmilha minn materja prima Anke l-karta mċappsa bl-ikel tista’ tiġi rriċiklata, imma mhux f’dan ir-reċipjent. Poġġiha fuq il-kompost jew użaha bħala borża jekk qed tiġbor xi skart mill-ikel.

Landa taż-żibel (skart tal-plastik)

X’naqra ta’ eks tazza tal-yoghurt ilbist!

Il-plastik irħis, ħafif u sod. B’hekk mhijiex sorpriża li l-produzzjoni globali tal-plastik żdiedet minn 1.5 miljun tunnellata (Mt) fis-sena fl-1950 għal 288 Mt fl-2012, b’57 Mt fl-Ewropa waħedha. Il-problema li qed naf-faċċjaw issa hija li l-iskart tal-plastik jinsab kullimkien, u jista’ jieħu sa 500 sena biex jiddekomponi. L-iskart tal-plastik jista’ jerġa’ jintuża, iżda xorta bilkemm kwart minnu dak li jinġabar jiġi rriċiklat fl-Ewropa. Il-plastik jista’ jinħall u jerġa’ jiġi fformat fi prodotti ġodda bħal fliexken, pinen, għamara tal-ġnien jew tankijiet tal-ilma, jew inkella jitqatta’ u jsir poliester għall-ilbies: hemm bżonn ta’ 25 flixkun tal-plastik taż-2 litri fid-daqs biex isir flokk tas-suf wieħed tal-adulti. Iżda xorta kważi nofs l-iskart tal-plastik tal-Ewropa jintrema f’miżbla, li la tirriċiklah u lanqas tirkuprah. Kun żgur li s-separazzjoni tal-iskart tal-plastik għall-ġbir hija vitali, iżda t-tnaqqis tal-volum tal-iskart għandu jkun l-ewwel prijorità tiegħek.

Page 42: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

42

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Flixkun tal-plastik

Kemm jesa' żejt flixkun tal-ilma tal-plastik?

Kont taf li l-produzzjoni tal-plastik tuża ammont enormi ta’ fjuwils fossili – madwar 8 % tal-produzzjoni taż-żejt dinjija skont ħafna mill-istimi? Ħares lejha b’dan il-mod: jintuża kwart ta’ litru żejt biex jiġi prodott flixkun wieħed tal-ilma tal-litru. Għal oġġett li jintrema qed jintużaw wisq riżorsi naturali, u dan mingħajr ma biss tit-qies l-enerġija meħtieġa biex il-flixkun jiġi ttrasportat, imqiegħed fis-suq u dispost. Il-fatt hu li fil-biċċa l-k-bira tal-postijiet fl-Ewropa huwa assolutament kollox sew – biex ma nsemmux li tiġik ħafna irħas – li tixrob l-ilma tal-vit, u jekk it-togħma ma togħġbokx tista’ tbiddilha billi tiffiltrah. Jekk għandek bżonn tixtri fliexken tal-plastik, agħżel flixkun kbir wieħed milli pakkett ta' fliexken żgħar. U agħmel ċert li tirriċiklahom: il-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet jiġbru l-fliexken tal-plastik, u jekk bħalissa ma jiġbruhomx, se jkunu obbligati jagħmlu dan sa mhux aktar tard mill-2015.

Bil-pajp u l-maskra

Trid tgħum f'soppa tal-plastik?

Meta tieħu sehem f’jum ta’ tindif ta’ xi xatt jew xmara ma tkunx biss qed tiġbor l-iskart li jkerrah. Tista’ ssalva l-ħajjiet. Kull sena, miljuni ta’ tunnellati ta’ skart jispiċċaw fil-baħar. Il-plastik huwa problema partikulari: il-kurdiċelli tal-bżieżaq, is-“six-pack” rings, u x-xbieki tas-sajd skartati jaqbdu fihom foki, baleni u fkieren tal-baħar, u ħafna għasafar tal-baħar bla ma jafu jieklu oġġetti tal-plastik li jkunu ħasbuhom ikel. Eventwalment, l-iskart tal-plastik fil-baħar jitfarrak f’“għabra tal-plastik” mikroskopika, li l-bażi taż-żejt tagħha tattira kimiċi oħrajn ta’ ħsara fil-baħar. Fl-ilma baħar dawn jikkonċentraw fuq il-frammenti f’livelli sa miljun darba ogħla minn fi bnadi oħra, hekk li jifformaw pilloli ċkejknin tal-velenu. Il-ħut u t-tajr tal-baħar jieklu dawn il-partiċelli li b’hekk jidħlu fil-katina tal-ikel u jistgħu jispiċċaw fil-platti tagħna. Minbarra li nissieħbu fil-jum Ewropew għat-tindif (www.letscleanupeurope.eu), nistgħu ngħinu biex jonqos l-iskart fil-baħar billi noqogħdu attenti kif niddisponu mill-iskart meta noħorġu, u billi nevitaw boroż tal-plastik li jintużaw darba u imballaġġ ieħor tal-plastik li ma jkunx neċessarju.

Page 43: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

43

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Wajps

Aħseb qabel tarmi

L-affarijiet ifflaxxjati fit-tojlit jistgħu jispiċċaw fix-xmajjar, fil-lagi, fl-ibħra u fil-ħamrija, fejn jistgħu jagħmlu l-ħsara lill-ambjent. L-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ jistgħu jeħilsu faċilment mill-iskart uman u mill-karta, imma d-deterġenti u kontaminanti oħrajn huma aktar diffiċli biex jitneħħew, u l-wajps u oġġetti oħrajn solidi jsoddu l-filtri u jiġu jiswew il-flus biex jitneħħew. Ladarba jsibu ruħhom fl-ambjent, il-kontaminanti jinġemgħu u jheddu l-ħabitats u l-annimali selvaġġi. Kont taf li traċċi ta’ prodotti farmaċewtiċi bħalma huma l-antibijotiċi u l-ibuprofen ta’ spiss jinstabu wkoll fl-ilma tax-xorb? Inti tista’ tgħin billi tiżgura li fit-tojlit ma jintefa’ xejn ħlief skart uman u karti iġjeniċi. Prodotti farmaċewtiċi, cotton buds, wajps u assorbenti iġjeniċi għandhom jintremew kollha fir-reċipjent tal-iskart jew wieħed jiddisponi minnhom b’mod xieraq (pereżempju, tista’ tieħu l-mediċini skaduti jew mhux użati fl-ispiżeriji).

Platt

Għandek għajnejk akbar minn żaqqek?

Ipprova evita li tħejji aktar ikel milli tista' tiekol jew servi porzjonijiet biex tnaqqas l-iskart tal-ikel. Hemm bżonn ta' riżorsi biex l-ikel kollu tiegħek jitkabbar, jiġi ppakkjat, jinġarr u jinħażen; aħseb dwar l-enerġija u l-ilma li jinħlew meta tarmih. Kull sena, l-Ewropej jarmu miljuni ta' tunnellati ta' ikel, proporzjon kbir minn dan ikun għadu tajjeb biex jittiekel. Inti tista'tagħmel il-parti tiegħek biex tevita l-ħela tal-ikel faċilment. Ixtri biss dak li teħtieġ u uża l-prodotti friski billi tagħmilhom sopop jew zlazi. Dan jiffrankalek sew il-flus u tkun qed tgħin l-ambjent. Mhux dan biss: ikollha togħma aħjar u tajba aktar għas-saħħa. Ħafna awtoritajiet lokali issa qed jiġbru l-iskart mill-ikel għar-riċiklaġġ, imma jekk l-awtorità tiegħek ma tagħmilx dan, ibda pproduċi l-kom-post inti stess. Jekk m’għandekx fejn, ikkonsidra li tagħmel kaxxa tad-dud, li tista’ tqegħidha f’gallarija jew ġewwa, u li tista’ tipproċessa anke ikel u laħam misjur.

Page 44: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

44

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ktieb

TISTA' tkun taf x'fih ktieb billi tħares lejn il-qoxra tiegħu!

Tibqa' mbellah x'ħin taħseb dwar l-ammont ta' karta li aħna nużaw. Anki jekk il-produzzjoni tal-kotba tam-monta biss għal 2 % tal-użu tal-karta, dan ma jfissirx li ma tagħmel l-ebda differenza lill-ambjent. U xi ngħidu dwar is-siġar kollha li jridu jinqatgħu biex issir il-karta għall-kotba? Allura meta tixtri ktieb, ħares ftit fuq in-naħa ta' ġewwa tal-qoxra. Ħafna manifatturi ewlenin tal-kotba issa qed jużaw karta riċiklata jew karta li tkun ġiet akkreditata minn sistemi ta' ċertifikazzjoni tal-foresti. Jekk il-ktieb ikun stampat fuq karta riċiklata jew li tkun saret minn sorsi sostenibbli, se jkun hemm avviż stampat li jgħid hekk. Ġalad-arba tkun spiċċajt taqra ktieb, tarmihx maż-żibel: agħtih lil xi ħabib, ħudu f'ħanut li jbiegħ kotba użati jew, jekk ma tkunx tista' tagħmel mod ieħor, kun żgur li jiġi rriċiklat. U jekk qlibt minn kotba tal-karta għall-kotba elettroniċi, tħallix it-tagħmir li fuqu taqra dawn it-tip ta' kotba jiċċarġja ġaladarba l-batterija tkun iċċarġjata b'mod sħiħ, u kun żgur li titfi d-dawl meta ma tkunx qed tużah.

Logħba

Game over? Mhux jekk tilgħab sew.

Il-logħob tal-kompjuter jista' jipprovdi sigħat ta' divertiment, imma l-maġġoranza tal-logħob għandu ħajja naturali ta' kemm iservi. Ġaladarba tkun ilħaqt l-ogħla livell tal-logħba, ma jkunx hemm fejn tasal aktar. L-iktar ħaġa importanti li tista' tagħmel hu li tarmi l-logħba b'mod responsabbli. M'għandekx sempliċim-ent tarmi l-logħba fir-reċipjent tal-iskart. Ħafna mill-materjali użati fil-video games, CDs u DVDs huma tossiċi u jkun jeħtieġ li jiġu pproċessati b'mod speċjali. Ġaladarba ma jkollokx bżonn il-logħba aktar, għal-iex ma tgħaddihiex lil xi ħabib, teħodha għand ħanut tal-karità, jew tpartatha ma' logħba oħra? Ħafna ħwienet joffru servizzi ta' skambju fejn inaqqsulek il-flus jekk tixtri logħba oħra jew inkella jixtru l-verżjoni l-qadima tiegħek.

Użu mill-Ġdid

L-effiċjenza tar-riżorsi tfisser li tikseb l-ammont massimu mill-affarijiet li diġà għandek. Billi nużaw prodotti għal ħafna drabi, inkunu qed niffrankaw mir-riżorsi meħtieġa biex nissostitwuhom. For example you can give clothes, shoes and books to charity to extend their life. Pereżempju tista' tagħti ħwejjeġ, żraben u kotba lill-karita biex testendi ħajjithom.

Page 45: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

45

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ċraret

Għaliex ma tużax drapp minflok karti?

Probabbilment ġieli staqsejt lilek innifsek jekk hux aktar effiċjenti għar-riżorsi meta tuża paper towels jew drier tal-idejn wara li taħsel idejk f'postijiet pubbliċi. Imma xi ngħidu għal dawk li jinsabu d-dar? Il-paper towels huma tajbin ħafna biex timsaħ it-tixrid u ċ-ċaflis iżda żgur mhumiex l-iktar l-oġġett tat-tindif li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Għaliex ma tużax drapp minflok? Paper towel irid jintrema wara li jkun intuża darba biss, filwaqt li ċarruta tista' tinħasel u terġa' tintuża diversi drabi oħra. Anke li tixtri biċċa ċarruta hu aħjar milli toqgħod tixtri ħafna kitchen rolls.

Page 46: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

46

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ċraret

Wasal iż-żmien li tibda tuża ċ-ċraret tiegħek?

Probabbilment smajt id-dibattitu dwar jekk hux aktar effiċjenti fir-rigward tar-riżorsi li tuża paper towels jew hand dryer meta taħsel idejk f'postijiet pubbliċi. Imma xi ngħidu dwar l-użu ta' paper towels fid-dar? Ċertament huma eċċellenti biex jimsħu t-tixrid u ċ-ċaflis, iżda żgur li mhumiex l-aktar oġġett tat-tindif li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Jekk tużahom biex tnaddaf jew timsaħ il-kċina tiegħek, allura għax ma tikkunsidrax li tuża ċarruta qadima minflokhom? B'differenza minn paper towel, li jrid jintrema wara li tużah darba, ċarruta qadima tista' tinħasel u mbagħad tintuża ħafna drabi oħrajn. Anke li tixtri biċċa drapp ġdida hu aħjar milli tixtri ħafna kitchen rolls, iżda ipprova żgura li d-drapp ikun organiku jew li jkun ġie mmanifatturat minn qoton bil-marka Fairtrade.

Reċipjent tal-iskart

Għaliex ma żżidx il-familja ta' reċipjenti tal-iskart tiegħek?

Hekk kif is-soċjetà Ewropea ssir aktar sinjura, qed noħolqu aktar u aktar skart. Kull sena fl-UE waħidha tarmi mat-3 biljun tunnellata ta' skart - madwar 6 tunnellati ta' skart solidu għal kull wieħed u waħda minna. Ovvjament, l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu mill-aspett ta' effiċjenza ta' riżorsi hu li ma noħolqux dan l-iskart, imma fejn l-iskart jiġi prodott, irridu nagħmlu l-almu tagħna biex nerġgħu nużawh jew nir-riċiklawh. Ir-riċiklaġġ hu mod eċċellenti biex niffrankaw l-enerġija u nikkonservaw l-ambjent: aktar ma nirriċiklaw, inqas ikunu l-materjali ġodda li jkollna nużaw. Pereżempju, kont taf li 70 % inqas enerġija hi meħtieġa biex karta tiġi rriċiklata milli biex tagħmilha minn materja prima? Agħmel ċert li tiċċekkja dak li jista' jiġi riċiklat fiż-żona lokali tiegħek - huwa probabbli li dan ikun jammonta għal madwar 60 % sa 80 % tal-iskart totali tiegħek. Jekk hemm xi materjali li l-kunsill lokali tiegħek ma jiġborx separatament, għal-iex ma tixtrix xi bins addizzjonali sabiex tkun tista' żżommhom biex imbagħad tieħodhom fl-eqreb sit ta' ġbir qrib tiegħek?

Użu mill-ġdid

Li tibgħat prodotti fil-miżbla mhuwiex sostennibbli. Li tarmi l-prodotti ġo miżbla mhuwiex sostenib-bli; dan jagħmel ħsara lill-ambjent u jaħli riżorsi prezzjużi li jistgħu jintużaw mill-ġdid. Ir-riċiklaġġ ta' materjali bħal karta u plastik, hu mod sempliċi li bih nistgħu nnaqqsu l-impatt ambjentali tal-at-tivitajiet tal-ħajja tagħna ta' kuljum.

Page 47: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

47

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Flixkun tal-plastik

Kemm jesa' ilma flixkun tal-ilma tal-plastik?

Aħna lkoll inkwetati dwar il-volum dejjem jikber ta' skart tal-plastik, iżda hemm ħafna x'nistgħu nagħmlu biex ma nħallux dak l-iskart milli jiġi ġġenerat. Il-fliexken tal-plastik jistgħu faċilment jiġu rriċiklati, iżda ħafna aħjar minn hekk, jistgħu jintużaw mill-ġdid b'mod sigur ħafna drabi, bil-patt li ssegwi ftit regoli sempliċi. Kull darba li tuża flixkun mill-ġdid, kun żgur li taħslu b'ilma sħun u bis-sapun u tnixxfu tajjeb biex tipproteġih kon-tra l-batterji. Imbagħad, meta l-kundizzjoni tal-flixkun tiegħek tibda tmur għall-agħar, tista' tirriċiklah. Il-biċċa I-kbira tal-muniċipalitajiet jiġbru l-fliexken tal-plastik, iżda jekk ma jagħmlux dan, ħu l-fliexken f'sit lokali fejn jinġabru. Fl-maġġoranza tal-postijiet fl-Ewropa huwa perfettament aċċettabbli li tixrob l-ilma tal-vit, iżda jekk ikollok bżonn tixtri l-ilma, ftakar li aħjar tixtri flixkun kbir wieħed mill pakkett ta' fliexken żgħar. Jiġik irħas, u tkun qed tuża riżorsi iktar bil-għaqal!

Kontenitur takeaway tal-plastik

Jista' kontenitur tal-plastik ikollu t-tieni ħajja?

L-ikel takeaway hu ta' pjaċir għal ħafna minna, li jġiegħlna nħossuna ħatja, iżda jista' joffri wkoll modi ta' kif ittejjeb l-effiċjenza ta' kif tuża r-riżorsi tiegħek. Li tixtri kontenituri ġodda tal-plastik biex taħżen l-ikel fihom, jinvolvi l-użu ta' riżorsi ġodda, iżda l-kontenituri li fihom jiġi t-takeaway Ċiniż jew il-curry li tkun xtrajt huma ideali biex taħżen fihom il-fdal tal-ikel, bħal zlazi jew insalati, fil-friġġ jew fil-friża. Biex tiżgura li l-kontenituri jservu fit-tul, aċċerta ruħek li terġa' ssaħħan l-ikel ġo dixx separat. Mhux biss il-kontenitur tiegħek ser iservi iżjed, iżda jkun aktar sigur għax il-kimiċi tal-plastik jistgħu xi kultant inixxu fl-ikel meta ssaħħanhom.

Boroż tal-plastik

Jirnexxilek tagħmel aktar b'boroż li jintużaw darba?

Il-boroż tal-plastik saru sinonimi mas-soċjetà konsumista tal-lum. Aħna nużaw miljuni minnhom kuljum, xi kultant għal ftit minuti qabel ma nitfgħuhom fir-reċipjent tal-iskart. Kull sena, iċ-ċittadin medju Ewropew juża kważi 250 borża tal-plastik u ħafna minnhom jintużaw darba biss. Xi wħud minnhom tant huma rqaq li qatt ma jiġu rriċiklati imma minflok jispiċċaw fil-baħar jew f'xi miżbla, fejn jistgħu jdumu mijiet ta' snin biex jin-qerdu. L-aħjar idea hi li tieħu miegħek baskett mid-dar; boroż tal-qoton jew tad-drapp huma ħfief u faċli biex iġġorhom - preferibbilment uża boroż organiċi b'tikketti ekoloġiċi. Jew inkella għax ma terġax tibda tuża l-basket tradizzjonali tax-xiri?

Page 48: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

48

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ħġieġ

Tixtieq tkun taf għaliex il-ħġieġ hu materjal tal-ewwel klassi?

Avolja għaddew 5 000 sena minn meta beda jsir, għad m'hemm l-ebda sinjal li l-ħġieġ mhux se jintuża aktar - u dan bir-raġun. Hu 100 % riċiklabbli u jista' jiġi rriċiklat ħafna drabi. Qabel ma tieħu fliexken u vażetti tal-ħġieġ f'post għar-riċiklaġġ, aħseb dwar jekk tistax terġa' tużahom. L-użu mill-ġdid tal-prodotti hu aktar effiċjenti fir-rigward tar-riżorsi mir- riċiklaġġ għax ma jeħtieġx l-enerġija addizzjonali, ilma u riżorsi oħra li hemm bżonn biex joħolqu prodotti ġodda minn materjal riċiklat. II-fliexken tal-ħġieġ jistgħu jintużaw b'mod sigur kważi numru bla limitu ta' drabi, għax ma jitilfux il- karatteristiċi tagħhom u huma faċli biex jitnaddfu. Użahom bħala reċipjenti għax-xarbiet, ħolders tax-xama jew tal-lapsijiet jew, jekk inti kreattiv/a, tiegħu stil ġdid bħala għamara fejn iddendel il-kowtijiet, lampa jew linfa tal-fliexken tal-ħġieġ. Inkella, agħti l-vażetti u l-fliexken antiki tiegħek lil xi ħadd ieħor li jkun jista' jużahom. Ħafna ħwienet għandhom sistema ta' depożitu ta' fliexken fejn inti tirċievi ammont żgħir ta' flus għal kull flixkun vojt li tieħu lura. Il-fliexken imbagħad jintbagħtu lura lill-manifattur fejn ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw ħafna drabi oħrajn, u inti tħallas biss għax-xarba - u mhux għall-ippakkjar.

Page 49: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

49

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ritratti tal-btala

Kemm tista' taffettwa t-tibdil fil-klima l-btala tal-familja tiegħek?

L-impatt tal-btala tiegħek jiddependi ħafna fuq kif u kemm distanza tivvjaġġa. L-ivvjaġġar bl-ajru għandu impatt ambjentali ferm ogħla mis-sewqan jew milli tieħu l-ferrovija. Ovvjament, dan ma jfissirx li m'għandekx tmur fuq btala! Imma ftakar dwar jekk għandekx bżonn li tmur bl-ajru. L-ivvjaġġar bl-ajru jaħraq ammonti kbar ta' fjuwil u jikkawża ammonti kbar ta' emissjonijiet ta' CO2. L-ajruplani huma responsabbli direttament għal madwar 3 % tal-emissjonijiet tal-UE tal-gassijiet serra - u jekk l-effetti indiretti jiġu kkunsidrati, l-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima jista' jkun minn darbtejn sa erba' darbiet ogħla minn hekk. Allura għaliex ma tużax trejn jekk tista'? Li tivjaġġa f'karozza ma' ħaddieħor għandu wkoll inqas impatt. Jekk tiddeċiedi li tuża ajruplan, ipprova ikseb kemm tista' minnu - mur fuq btala għal żmien itwal u forsi inqas ta' spiss. Filwaqt li hu dejjem tajjeb li tieħu btala, hu tajjeb li taħseb dwar ir-riżorsi li tuża meta tagħmel hekk. U naturalment, skemi ta'kumpens tal-karbonju jgħinu biex inaqqsu l-impatti ambjentali negattivi tal-ivvjaġġar bl-ajru u attivitajiet oħra li jniġġsu. Hemm ħafna websites fejn tista' tħallas biex tpatti għall-emissjonijiet billi tinvesti f'miżuri ekoloġiċi, bħat-tħawwil tas-siġar jew li tin-stalla pannelli solari fuq il-bini tal-komunità. U meta tasal fid-destinazzjoni tal-btala tiegħek, mur oqgħod f'akkomodazzjoni li tirrispetta l-ambjent lokali, kul ikel lokali, u pprova tużax karozza.

Trasport/Ivvjaġġar

Flimkien mal-akkomodazzjoni u l-produzzjoni l-ikel, it-trasport hu wieħed mill-kawżi ewlenin ta' pressjoni fuq ir- riżorsi naturali. Il-ġarr ta' oġġetti minn a għal b juża l-enerġija u l-enerġija tuża r-riżorsi. Jekk naħsbu b'aktar attenzjoni dwar kif nistgħu niċċaqilqu minn post għall-ieħor, nistgħu nnaqqsu sostanzjalment l-impatt ambjentali tal-ħajja tagħna ta' kuljum.

Page 50: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

50

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ċwievet tal-karozza

Mhux faċli li tgħix mingħajr il-karozza tiegħek, iżda hi dik raġuni biex qatt ma tipprova tagħmel hekk?

Xi wħud mill-affarijiet li nistgħu nagħmlu biex ngħixu ħajja iktar 'ekoloġika' jeħtieġu li nagħmlu sforz qawwi min-naħa tagħna. Oħrajn jistgħu jkunu ħafna eħfef biex tagħmilhom. Imxi minflok issuq. Hi ħaġa tant sem-pliċi biex tagħmilha u għandha tant benefiċċji ovvji ambjentali: inqas tniġġis tal-arja u tniġġis mill-istorbju, inqas użu tar-riżorsi meħtieġa biex karozza tinbena, titħaddem u tinżamm f'kundizzjoni tajba, biex ma nsem-mux il-benefiċċji għas-saħħa assoċjati ma' meta tagħmel eżerċizzju fiżiku regolari. Naturalment, ikun hemm sitwazzjonijiet fejn l-użu ta' karozza jkun inevitabbli, iżda għal vjaġġi qosra, bħal dawk lejn ħwienet lokali jew biex tiltaqa' ma' ħabib għal kafe, ikkunsidra jekk verament għandekx bżonn li tuża karozza biex tagħmel dak il-vjaġġ jew jekk tistax tmur fil-post li tixtieq faċilment billi timxi. Hawn xi ħadd li verament iħobb jagħmel ix-xiri tal-merċa? Il-kjuwijiet, il-folol, il-ġlieda biex toħroġ mill- parkeġġ - dan kollu jista' jkun ta' dwejjaq. Allura d-darba li jmiss li ssib ruħek fiċ-checkout ta' xi supermarket, staqsi lilek innifsek jekk verament kellekx bżonn tagħmel dak il-vjaġġ? Ma stajtx ordnajt l-oġġetti tal-merċa u ġabuhomlok id-dar? Ix-xiri online għall-prodotti tal-merċa hu mod aktar effiċjenti ta' kif l-ikel jasal id-dar tagħna.

Nagħtuk parir wieħed: kun żgur li tiċċekkja d-dati ta' skadenza fuq l-ikel meta jasal f'darek biex tkun taf dak li għandek bżonn tiekol u meta, għax il-ħela tal-ikel hu ħela ta' riżorsi. Jekk tippreferi li tmur il-ħanut, allura aħseb dwar jekk tistax tixtri dak li għandek bżonn lokalment u pprova mur bil-mixi jew bir-rota. U tinsiex tieħu l-lista ta' oġġetti li trid tixtri.

Page 51: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

51

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Il-ħasil tal-ħwejjeġ

Il-magna tal-ħasil tiegħek qed tagħmel ħsara lill-ambjent?

Illum, il-magni tal-ħasil huma ħafna aktar effiċjenti, imma xorta nistgħu nikkontribwixxu biex nimmassi-mizzaw l-effiċjenza tar-riżorsi. Biex tikseb l-ikbar ammont ta' użu possibbli mill-ilma u mill-enerġija li tuża, hemm xi regoli sempliċi li jridu jiġu segwiti. Uża l-programm li għandek bżonn biex taħsel il-ħwejjeġ, iżda dan mhux dejjem irid ikun f'temperatura għolja ħafna. Il-programm tal-ħasil ta' ħwejjeġ tal-qoton f'temperatura ta' 40°C hu maħsub biex jieħu magna sħiħa ta' ħwejjeġ maħmuġin, u allura pprova imla l-magna tal-ħasil. Jekk issib li ħafna drabi inti m'intix kapaċi timliha, forsi jkun jaqbillek tixtri waħda bi drum ta' daqs iżgħar. Fittex għal ċikli ekoloġiċi fuq il-magni - ħafna mill-magni ġodda jinkluduhom u jużaw inqas ilma u enerġija. Iċċekkja t-tikketti fuq il-ħwejjeġ ukoll: ħafna jkollhom “dry clean” biss, iżda inti fil-fatt tkun tista' taħsilhom bl-idejn. Fl-aħħar nett, kemm jista' jkun uża prodotti tal-ħasil li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent - fittex il-fjura tal-Ecolabel.

Frame tat-tieqa (salott)

Inti żgur li mhux qed tarmi l-flus minn ġot-tieqa?

Ftakar li xi 30 % tat-telf tas-sħana fid-dar iseħħ minn ġot-twieqi - u allura twieqi li huma effiċjenti fl-e-nerġija ser jagħmlu differenza kbira u jwaqqfu t-telf tas-sħana. Ser tirkupra malajr l-ispejjez tal-bidu billi tiffranka fuq il-kontijiet tat-tisħin. Tieqa bi ħġieġ doppju jew triplu taħdem billi taqbad in-noble gases bejn żewġ jew tliet ħġiġiet biex tinħoloq barriera iżolanti. Il-benefiċċju l-aktar komuni hu li s-sħana tinżamm ġewwa u li toffri protezzjoni tajba ħafna mill-elementi. Shutters u purtieri tqal itejbu wkoll l-insulazzjoni tas-sħana u tal-ħoss. Jekk biex iżżomm id-dar friska matul temp sħun hija sfida, shutters u blinds tax-xemx jgħinuk tiffranka l-ispejjeż fuq l-enerġija jew l-arja kkundizzjonata. Iżda jekk qed tippjana li tibdel it-twieqi, għaliex ma tiċċekkjax l-insulazzjoni tal-bini kollu (bibien, ħitan, saqaf, kantina, u l-bqija)? Tista' tqabbad espert biex jiġi jiċċekkja l-bini u jgħidlek dwar it-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija li jkun tajjeb li tagħmel.

Effiċjenza fl-enerġija

Bħala soċjetà niddependu wisq fuq sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli bħaż-żejt u l-gass. Hemm bżonn li nsibu modi kif ninkorporaw sorsi rinnovabbli bħall-enerġija solari u tar-riħ fil-ħajjiet tagħna ta’ kuljum. Iżda biex inkunu effiċjenti rridu niksbu l-massimu mill-enerġija li diġà nużaw - u ma naħluhiex. Billi nagħmlu affarijiet sempliċi bħal li nitfu d-dawl meta noħorġu mill-kmamar u nixtru twieqi bi ħġieġ doppju biex ma nħallux is-sħana taħrab, inkunu qed inħarsu lill-ambjent kif ukoll nif-frankaw il-flus.

Page 52: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

52

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Light bulb

Jekk tibdel il-bozoz tad-dawl, tagħti futur isbaħ lin-neputijiet tiegħek?

Iva, hekk hu - u aktar ma jkun hemm nies li jagħmlu dan, aktar ikun aħjar. Bozoz tad-dawl li jaħlu ftit enerġija jistgħu jużaw sa ħames darbiet inqas elettriku mill-bozoz l-antiki, u b'hekk inaqqsu l-emissjonijiet tal-kar-bonju. Illum dawn huma disponibbli kullimkien bi prezzijiet baxxi, anke fis-supermarkets. Tista' tixtri bozoz li ma jaħlux ħafna enerġija li jidhru u jinħassu simili bħall-bozoz tal-istil antik u jagħtu l-istess kwalità ta' dawl. Bozza li tuża ftit enerġija ta' 20 watts u 12,000 siegħa ser tiffranka madwar €70 matul il-perjodu li ddum taħdem meta mqabbla mal-ekwivalenti ta' bozza tradizzjonali ta' 100 watt. L-UE issa waqfet il-bejgħ tal-bo-zoz stil antik għall-użu fid-djar madwar l-Istati Membri kollha. Sal-2020, dawn l-isforzi ser ikunu ffrankaw biżżejjed enerġija li tkun tista' tipprovdi enerġija lil 11-il miljun dar kull sena. Fl-istess ħin, il-manifatturi tal-bozoz malajr imxew għall-iżvilupp ta' bozoz attraenti li jiffrankaw l-enerġija, bħal LEDs, u l-prezz tagħhom qed jaqa' l-ħin kollu. Iżda għad hemm xi tipi ta' bozoz inqas effiċjenti fis-suq u għalhekk għadu importanti ħafna li tivverifika t-tikketti u tagħżel dawk li huma l-aktar effiċjenti fir-rigward tal-enerġija. U anki jekk bozza tkun effiċjenti fir-rigward tal-enerġija, dan ma jfissirx li għandek tħalliha mixgħula meta ma jkunx meħtieġ.

Dishwasher

Biex tikkonsma inqas enerġija, għandek biss tixtri dishwasher aktar effiċjenti?

Jekk irrid li nkun aktar effiċjenti fir-riżorsi, għandi nuża dishwasher jew naħsel il-platti bl-idejn? Dan kollu jid-dependi fuq kif tuża d-dishwasher, it-tip ta'dishwasher li tuża u kemm int effiċjenti fil-ħasil. Fil-fatt m'hemm xejn ħażin li tuża dishwasher - l-ewwel nett jista' juża minn tlieta sa erba' darbiet inqas ilma milli meta taħsel l-istess ammont ta' platti bl-idejn - imma hu importanti li inti tagħżel dishwasher tajjeb. Sib dishwasher b'ra-ting għoli ta' enerġija, uża ċ-ċiklu ekonomiku meta tista' u ħaddmu meta jkun mimli kollu bil-platti. Idealment għandek tħaddmu matul il-lejl: mhux biss għax id-dawl jista' jkun irħas dak il-ħin, imma tkun qed tuża l-elet-triku fi żmien meta l-power stations l-inqas effiċjenti mhux ser ikunu qed jaħdmu, u allura kull unità ta' enerġija ser ikollha footprint ta' karbonju kemmxejn iktar baxx. Jekk taħsel il-platti bl-idejn kun żgur li tixtri likwidu tal-ħasil ekoloġiku, tħallix il-vit miftuħ il-ħin kollu u ssaħħanx l-ilma żżejjed.

Page 53: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

53

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Kontijiet tal-gass/elettriku

Mhux aħjar li l-kontijiet tiegħek ikunu fil-kompjuter tiegħek milli fuq il- mejda?

Ħadd ma jista' jaħrab mill-fatt li aħna se jkollna nużaw aktar enerġija li tiġġedded u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent fil-futur. Irridu naħsbu dwar l-emissjonijiet għolja tal-karbonju assoċjati ma' sorsi tradizzjonali ta' enerġija bħal faħam u żejt. Wieħed mill-metodi kif aħna lkoll nistgħu ninkoraġġixxu l-użu ta' enerġija li tiġġedded hu li nużawha. Aktar ma jkun hemm nies li jużaw sorsi ta'enerġija li ma jagħmlux ħsara lill-am-bjent, dawn is-sorsi aktar jorħsu. Naturalment l-ikbar iffrankar hu meta l-ewwel nett tuża inqas enerġija, imma li ssib metodi kif tuża l-enerġija f'darek permezz ta' enerġija li tiġġedded, tista' tkun ukoll tkun sitwaz-zjoni favorevoli doppjament. L-installazzjoni ta' pannelli solari, pereżempju, tista' tiswa ħafna flus f'terminu ta' żmien qasir, iżda se tipprovdi sors ta' enerġija mingħajr ħlas għas-snin ta' wara mingħajr ma wieħed joq-għod jinkwieta dwar it-tlugħ u l-inżul fil-prezzijiet tal-enerġija. Iżda għal ħafna nies l-aktar mod mgħaġel u ħafif biex tnaqqas il-konsum tal-enerġija hu li ssir aktar effiċjenti. L-ewwel pass biex tagħmel użu aħjar mill-enerġija ta' spiss hu l-installazzjoni ta' smart meter, li jippermettilek timmonitorja l-konsum tal-enerġija tiegħek u tara fejn qed tinħela. Xi fornituri tal-enerġija diġà qed jipprovduhom. L-għan tal-UE hu li jkun hemm smart meters installati fi 80 % tad-djar sal-2020.

Media player

Kemm-il track tista' tixtri bil-flus li taħli meta toqgħod tiċċarġja matul il-lejl?

Allura għaliex ħafna minna jħallu oġġetti bħal mobile phones u midja portabbli u plejers tal-mużika pplag-gjati ġaladarba jkunu ċċarġjati kompletament? Ħafna nies jassumu b'mod żbaljat li jekk kontinwament toq-għod tiċċarġja dawn il-gadgets elettroniċi, dan ser jgħinhom jaħdmu aħjar. Fil-fatt, il-verità hija eżattament l-oppost ta’ dan! l-iċċarġjar kostanti jnaqqas il-ħajja tal-batterija fuq tul ta' żmien, jiġifieri ser ikollok tibdel il-batterija jew il-gadget qabel iż-żmien, li hu ħażin għall-ambjent u tiġik spiża għalja. Batteriji tal-litju-jon bħal dawk użati fi smartphones jaħdmu l-aħjar jekk ma jitħallewx jitbattlu għal kollox u jekk ma jkunux rika-rikati għal kollox kull darba. L-aħjar prattika hija li tirrikarikahom meta jifdlilhom karika ta’ madwar 40 % u li tieqaf tirrikarikahom meta jkollhom karika ta’ madwar 80 %. Is-soluzzjoni hija sempliċi: sir af dwar kemm żmien ser jieħu l-apparat tiegħek biex jiċċarġja b'mod sħiħ u aċċerta ruħek li ser tkun hemm biex tiskonnettjah.

Page 54: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

54

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Frame ta' tieqa (kamra tas-sodda)

Estetiku? Ekonomika Ekoloġiku? Għaliex ma tagħżilx it-tlieta f'daqqa?

L-aħjar mod possibbli kif tista' tagħmel id-dar tiegħek effiċjenti kemm jista' jkun fir-rigward tal-enerġija hu li ma tħallix lill-enerġija toħroġ 'il barra. Is-sħana ser taħrab minn ġo kull spazju jekk tingħata ċ-ċans u allura jagħmel sens finanzjarju u ambjentali li żżommha maqbuda ġewwa. Wieħed mill-metodi prinċipali li bihom is-sħana toħroġ minn djar hu minn ġot-twieqi. Fil-fatt, madwar 30 % tas-sħana fid-dar tintilef minn twieqi li ma jkunux insulati tajjeb jew minn ġo twieqi bi ħġieġa waħda. Allura, għax ma tikkunsidrax li tagħmel it-twi-eqi tiegħek bi ħġieġ doppju jew triplu? Naturalment se jkollok tonfoq inizjalment, iżda fuq perjodu ta' żmien twil, id-dar tiegħek ser tkun aktar sħuna u ser tuża inqas enerġija biex issaħħanha, li mhux biss hu tajjeb għall-ambjent iżda tajjeb għall-but tiegħek ukoll. Meta tiġi biex tagħżel frejm ta' tieqa, aħseb ftit dwar il-ka-ratteristiċi termali tal-materjali kif ukoll dwar is-sostennibilità tagħhom: frejmijiet tal-injam joriġinaw minn sors rinnovabbli u huma biodegradabbli, pereżempju. Finalment, tinsulax mingħajr ma tipprovdi ventilazzjoni adegwata: bosta djar li jkunu għadhom kif ġew insulati għandhom problemi bil-kwalità tal-ajra ġewwa, minħabba l-akkumulazzjoni tal-umdità u pollutanti bħal radon u formaldehyde, li kollha kemm huma jikkawżaw problema ta' saħħa għall-adulti u t-tfal.

Friġġ

Hu tajjeb li timla' l-friġġ tiegħek kompletament?

Hu kunċett popolari żbaljat li friġġ mimlija hi friġġ effiċjenti - tliet kwarti mimlija hu l-aħjar, u b'hekk tkun qed tiffranka l-aktar enerġija. U tinsiex metodi oħra kif tista' tgħin aktar lill-ambjent. Iddefrostja l-friża tiegħek regolarment biex iżżommha taħdem bl-ogħla effiċjenza; tħallix il-bibien miftuħin għal żmien twil għaliex b'hekk tkun qed tħalli l-arja kiesħa toħroġ; u tpoġġix ikel sħun fil-friġġ jew fil-friża tiegħek - ħallih jibred l-ewwel. Barra minn hekk, dejjem iċċekkja l-ikel regolarment - mhemmx raġuni għala żżomm l-ikel kiesaħ u mbagħad tħallih imur. Hekk kif miexjin lejn ekonomija ċirkolari, għandu jkun hemm aktar opportunita li tikri oġġetti kbar bħal friġġijiet u friżi. Il-manifatturi jżommu r-responsabilita għas-servis, tiswija u użu mill-ġdid ta' parts fit-tmiem tal-ħajja tal-prodott, biex b'hekk jiffrankaw l-enerġija u r-riżorsi. Fittex għażliet ta' kiri li huma kost-effettivi jekk qed tagħmel kitting tad-dar tiegħek.

Page 55: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

55

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Żraben

Xorta tkun tridhom meta ma jibqgħux jogħġbuk?

Meta tixtri ż-żraben ipprova tixtrix par li ser tilbsu biss darba jew darbtejn. Jaqbillek tħallas ftit aktar għal par żarbun tajjeb li jservik għal żmien twil. Meta tiddeċiedi li teħles minn par, tarmihx bl-addoċċ fir-reċip-jent tal- iskart. Aħseb kif tista' tirriċiklah jew inkella tagħtih lil xi ħanut lokali għall-karità.

Platt bil-fdal tal-ikel

Għandek għajnejk akbar minn żaqqek?

Il-ħela tal-ikel hi problema kbira. Meta narmu l-ikel mhux biss inkunu qed noħolqu skart li rridu neħilsu minnu, imma naħlu wkoll l-enerġija u l-materjali li jkunu ntużaw biex l-ikel tkabbar, inġarr, ġie pproċessat, inħażen u wasal fil-kċina tagħna. Wieħed mill-mezzi li bih nistgħu nnaqqsu l-iskart tal-ikel hu billi nsajru biss dak li probabbli ser nieklu. Imbagħad jekk ikun fadal xi ikel fit-taġen jew fuq il-platt, iġbru biex tieklu l-għada. Jekk tkun f'ristorant għaliex ma ssaqsix lix-chef biex inaqqaslek ingredjent li taf li mhux ser tiekol jew titlob għal borża biex tieħu d-dar l-ikel li jkun fadal biex tagħtih lill-kelb? Jekk ikun fadal ikel li ma jkunx jista' jerġa' jintuża, allura kun żgur titfgħu fir-reċipjent tal-iskart li suppost. Jekk l-awtorità lokali ma tiġborx skart tal-ikel allura għax ma tinvestix f'wormery jew composter għall-ġnien? Tista' wkoll tixtri x'uħud li jista' jinħażnu fl- armarju tal-kċina u li ma jintnux. Fil-fatt, anke jekk m'għand-ekx ġbir separat tal-iskart tal-ikel, hi idea tajba li tagħmel kompost tal-iskart inti stess għax dan jiffranka l-ispejjeż tal-ġarr u jfisser li ma jkollokx bżonn tixtri ħamrija għall-pjanti tiegħek. Imma l-aħjar mod kif tkun effiċjenti bir-riżorsi hu li ma toħloqx skart.

Konsum żejjed

Fid-dinja tal-Punent il-konsum ta' spiss hu marbut b'mod pożittiv mal-kwalità tal-ħajja. Madankollu, ir-riżorsi bħall-minerali u l-ikel jeżistu f'ammonti fissi, u meta nikkunsmaw iżżejjed, xi ħadd x'imkien ser ikollu jikkonsma ftit wisq. Hekk kif il-popolazzjoni globali tkompli tiżdied, ir-riżorsi tad-dinja jkol-lhom jiġġebbdu dik id-daqsxejn aktar, u aħna bħala konsumaturi rridu nibdew naħsbu inqas dwar dak li rridu u aktar dwar dak li neħtieġu.

Page 56: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

56

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Rigali

Father Christmas ser ikun aktar ambjentali din is-sena?

Kulħadd jieħu gost jagħti u jirċievi rigali imma qatt ikkunsidrajt li tagħti rigal u jkollok f'moħħok l-effiċjenza tar-riżorsi? Meta tagħti xi ħadd il-ħin tiegħek, dan ikun aktar gradevoli minn rigal mhux mixtieq li jista' jispiċċa f'xi armarju - jew fir-reċipjent tal-iskart. Offri li teħodhom ġita jew mawra tar-raħal tiegħek, agħtihom kupun għall-indukrar tat-trabi jew xi lezzjoni f’lingwa li taf iżda li huma ma jafux. Jew agħmlilhom rigal magħmul bl-idejn – ġamm, gallettini, kalzetti meħjutin jew ġojjellerija. Jew x’taħseb dwar biljetti tat-teatru jew għal xi kunċert? Ħwienet tal-artiġjanat online bdew jaraw suċċess enormi fl-aħħar snin, u huma eċċellenti biex issib oġġetti oriġinali, magħmulin bl-idejn u rivalorizzati. Jew għaliex ma tixtrix lil xi ħadd is-siġra tiegħu fil-fore-sta tal-Amażonja, jew voucher li jista' jintuża f'ħanut ekoloġiku, jew tħallaslu kors dwar kif ikabbar il-ħxejjex? Barra li huma ideat innovattivi, dawn ir-rigali ekoloġiċi għandhom bonus miżjud għax jgħinu biex iqajmu l-għarfien dwar temi bħalma huma d-deforestazzjoni u l-effiċjenza fir-riżorsi. Finalment, tinsiex id-dettalji - erġa' uża karti ta' tgeżwir u agħmel il-kard tiegħek inti stess b'materjali riċiklabbli.

Ħwejjeġ

Il-ħela tar-riżorsi m'għadux moda

Qatt xtrajt libsa għal xi intervista tax-xogħol u meta ġejt biex terġa' tilbisha sibt li m'għadhiex tiġik iżjed? Jew xtrajt xi libsa għal okkażjoni speċjali u qatt ma lbistha darb'oħra? L-ilbies li qatt ma tuża fuq in-naħa ta' ġewwa tal- gwardarobba kellu bżonn ta' ħafna materja prima biex sar. Għalhekk, meta terġa' tmur tixtri l-ħwejjeġ ġodda, aħseb dwar ix-xogħol kollu involut biex saru - l-ilma u l-enerġija kollha, tniġġiż possibbli eċċ. - u staqsi lilek nnifsek jekk verament teħtieġhomx. Aħseb kemm flus tista' tiffranka billi tuża aħjar il-ħwejjeġ li diġà għandek minflok ma toqgħod tixtri ħwejjeġ ġodda regolarment.

Jew inkella għax ma tixtrix ħwejjeġ użati? Ħafna oġġetti kważi ġodda huma disponibbli rħas fuq siti ta’ rkant fuq l-Internet. Jekk għandek oġġetti li m’għandekx bżonn, laqqa’ l-ħbieb tiegħek għal lejla ta’ tpartit u ħudu gost partu affarijiet. Jew agħti l-oġġetti tiegħek permezz ta’ ċiklu ħieles jew lill-karità. Studju riċenti fir-Renju Unit sab li nistgħu nużaw 10 % biss tal-flus li nonfqu għax-xiri tal-ħwejjeġ ġodda f'kiri ta' oġġetti ta' valur għoli, bħal ilbiesi (tal-irġiel u tan-nisa) u għalhekk niffrankaw 1.7 miljun tunnellati ta' carbon dioxide kull sena. X’inhu jżommok milli tikkunsidra din il-possibilità d-darba li jmiss li jistidnuk għal avveniment speċjali?

Page 57: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

57

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Ġojjelli

Inti taf l-istorja wara t-tleqqija?

Meta tixtri biċċa ġojjellerija hu faċli li tinsa li biex tkun saret, dan seta' kkawża prezz għoli lin-nies u lill-pjaneta. Din l-industrija madwar id-dinja għamlet ħafna xogħol f'dawn l-aħħar snin biex tindirizza t-tħassib li l-estrazzjoni ta' deheb, fidda u ħaġar prezzjuż jagħmel fir-rigward tal-ħsara lill-ambjent jew fir-rigward tal-isfruttament tal-ħaddiema lokali u popli indiġeni. Iżda xorta għad baqagħlha impatt kbir ambjentali u soċjali. Is-cyanide, il-merkurju u s-sulphuric acid huma biss ftit mill-kimiċi li jintużaw għall-es-trazzjoni ta' metalli prezzjużi, u dan iħalli meded kbar ta' art u ilma kkontaminati severament. L-estrazzjoni tad-deheb teħtieġ ammonti enormi ta' ilma, pereżempju. U hekk kif id-domanda għal metalli prezzjużi qed tiżdied, hekk ukoll se tagħmel il-pressjoni fuq ir-riżorsi u l-ekosistemi. Il-ġojjellerija xorta għadha tkun magħmula minn speċi mhedda. Kif tista' tgħin? Evita oġġetti li jkun fihom qroll, avorju, qoxra tal-fekruna jew rosewood Brażiljan. Jekk tixtri oġġetti li jkunu saru minn annimali mrobbija bħal handbags magħmulin mill-ġilda tal-kukkudrill, kun żgur li jkollhom il-permess mis-CITES biex juru li ma tkun saret l-ebda ħsara lill-bijo-diversità. Għaliex ma tixtrix ġojjellerija użata jew ġojjellerija riċiklata? Ġojjellerija 'vintage' riċiklata u mnaddfa għandha stil ta' antik jiltaqa' mal-ġdid mill-isbaħ.

Page 58: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

58

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Il-karus

Meta tiffranka r-riżorsi, tgħin lil piggy jimla żaqqu

Daqt tibda tara kemm tiffranka ladarba tibdel milli tixtri prodotti tal-konsumatur b’użu wieħed u l-moda ta’ rimi, u tibda terġa’ tuża u tirriċikla, tixtri b’attenzjoni, u tnaqqas l-użu tal-ilma u l-enerġija. Bil-flus li tiffranka, għaliex ma tinvestix f’oġġetti ta’ kwalità dejjiema li ser tgħożż għas-snin li ġejjin?

Miżien tal-kamra tal-banju

Tqis l-impatt fuq l-ambjent tal-prodotti li tixtri?

Jekk ma tagħmilx hekk diġà, ibda ara jekk id-deċiżjonijiet tax-xiri tiegħek humiex sostenibbli. Hemm bżonn li tixtri l-ġdid jew tista’ tinqeda bl-użat jew bir-rikondizzjonat? Għandek bżonn tixtri prodott għalik jew inkella tista’ tikri jew taqsmu ma’ ħadideħor minflok, biex b’hekk tiffranka spejjeż tal-manutenzjoni u tat-tħaddim. Qsim ta’ vjaġġi bil-karozza, kiri ta’ għodod u tagħmir, kiri ta’ prodotti tad-dar u kiri ta’ lbies for-mali kollha huma iktar sostenibbli milli jekk tixtrihom għalik. U, jekk għandek tarbija d-dar, ikkunsidrajt ħrieqi u wipes li jistgħu jinħaslu? Jiffrankawlek il-flus fit-tul, għandhom disinni ħelwin, u għandhom valur jekk tiġi biex terġa’ tbiegħhom ukoll. Inkella, ara hemmx kumpaniji li jnaddfu, jiġbru u joffru kunsinna ta’ prodotti riutilizzabbli fiż-żona tiegħek. Skont fejn tgħix, jekk tevita prodotti mhux ritornabbli, jaf tippre-vjeni wkoll tunnellati ta’ skart inutli milli jmur f’miżbla u joħloq emissjonijiet dannużi tal-metan. Sar af iktar dwar l-ekonomija ċirkolari u tkellem fuq dawn il-kwistjonijiet mal-ħbieb u l-familja.

Ekonomija ambjentali

L-ekonomija 'ekoloġika' - jew 'ċirkolari' hija dwar kif aħna nipproduċu, nixtru u nikkonsmaw. L-għan tagħha huwa li neliminaw l-iskart u nieħdu dak kollu li nistgħu mill-materja prima prezzjuża li aħna nisiltu. Minflok nużaw oġġetti li ma jdumux iservu li jintremew meta ma jkollniex aktar x'nagħmb-uhom, jew meta jinkisru, ekonomija ekoloġija tiffavorixxi prodotti li jkunu jistgħu jissewwew malajr, ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw, jerġgħu jiġu riċiklati jew magħmulin kompost, u b'hekk l-iskart jinżamm minimu u r-riżorsi naturali limitati jiġu trattati b'rispett.

Page 59: (L-aħħar aġġornament sar fl-2014)ec.europa.eu/environment/generationawake/pdf/... · biljetti għal xi avveniment, jew kors f’xi passatemp li jħobbu. F’każ li għandek bżonn

L-AĦĦAR A

ĠĠORNAMEN

T SAR F

L-2014

59

L-GĦAŻLIET LI TAGĦMEL JAGĦMLU DIFFERENZA KBIRA!

IL-GWIDA DWAR IL-KONSUM

Portmoni

Qed taħli l-flus bla bżonn?

Jekk tieħu passi biex tevita l-ħela ta' ikel, enerġija u ilma, tgħin biex tiffranka l-flus u b'hekk tkun tista' ton-foqhom fuq dak li tassew tħobb tagħmel. Jekk ilkoll nieħdu dawn il-passi, inkunu qegħdin ngħinu wkoll fil-pre-servazzjoni tal-ambjenti naturali tagħna u nevitaw l-ispejjeż tat-tindif assoċjati mal-iskart u ma' ekosistemi danneġġati.

Dinożawru ġugarell

Qatt se tinqata’ l-mentalità tal-konsum “ejja narmu”?

F’ekonomija ekoloġika – jew ċirkulari - insiru utenti minflok konsumaturi, il-prodotti jibdew idumu iktar u jerġgħu jintużaw u jerġgħu jitfasslu, billi jintużaw materjali bijoloġiċi li jistgħu jitroddu lura lin-natura b’mod iskur, u bl-enerġija rinnovabbli. Xejn ma jintilef, kollox jiġi ttrasformat, u l-iskart jgħib. Sir af iktar dwar l-eko-nomija ċirkulari. Huwa mudell eċċitanti u dinamiku li jirrispetta l-limiti tar-riżorsi naturali tal-pjaneta tagħna. Ser jitlob ukoll ħiliet u ideat ġodda bejn is-setturi industrijali kollha. Kun parti mill-futur, mhux mill-passat.