6
01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02 Emozzjonijiet sani 03 Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04 Aħbarijiet u avvenimenti ĦARġA 10 DIċEMBRU 2018 INFORMAZZJONI ATTIVITAJIET ESP News IN-NEWSLETTER TAL-EMPLOYEE SUPPORT PROGRAMME F’din il-ħarġa Merħba Nilqgħukom għal din il-ħarġa ta’ ESPNews. F’din il-ħarġa nixtiequ naqsmu magħkom ftit ħsibijiet dwar żmien il-festi. Ħafna huma dawk li jkunu qed jistennew dan iż-żmien, imma għal xi wħud dan jista’ jkun żmien diffiċli minħabba ċirkostanzi varji. Dawn iż-żminijiet jistgħu jqanqlu emozzjonijiet diffiċli, u għaldaqstant wieħed mill-artikli jindirizza kif wieħed jitgħallem ikun emozzjonalment b’saħħtu u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu. Mod wieħed kif intejbu r-relazzjonijiet tagħna huwa billi nagħmlu atti żgħar ta’ karità, u f’din il-ħarġa qed nagħtukom xi ideat dwar kif tistgħu tagħmlu dan. Fl-aħħar nett nirringrazzjawkom tal-kuntatt li tagħmlu magħna permezz ta’ kummenti u suġġerimenti u nistednukom tħarsu lejn l-attivitajiet li konna involuti fihom fix-xhur li għaddew. Nieħdu din l-okkażjoni biex nawguraw il-Milied u s-sena t-tajba lilkom u lill-għeżież tagħkom. Tislijiet, Stelmart Khalil Assistent Direttur (People Wellbeing & Support) People & Standards Division HEKK KIF L-AħħAR TAS-SENA JKUN QIEGħED JOQROB, GħAL ħAFNA NIES DAN HUWA ż-żMIEN META WIEħED JIBDA JAħSEB FIR-RIGALI TAL-MILIED, JEW IGAWDI XI MIXJA FIT-TOROQ IMżEJNA U JISMA’ L-GħANJIET TAL-MILIED. MADANKOLLU, IL-PERJODU TAL-FESTI MHUWIEX ESPERJENZA SABIħA GħAL KULħADD. Fil-fatt, għal ħafna oħrajn, l-istaġun tal-festi jista’ jġib miegħu sentimenti melankoniċi u ta’ solitudni, speċjalment minħabba l-fatt li nisimgħu ta’ spiss kemm dan hu staġun li fih għandna nifirħu u niċċelebraw. Okkażjonijiet bħall-Milied jistgħu jżidu sentimenti ta’ dwejjaq u niket għal nies li jkunu tilfu lil xi ħadd għażiż. Oħrajn iħossu l-piż finanzjarju, waqt li xi wħud jistgħu jitnikktu fuq relazzjonijiet li jixtiequ li kellhom. Jista’ jkun hemm oħrajn li jkunu jixtiequ relazzjonijiet iktar profondi mal- ħbieb, u għaldaqstant f’dawn Mumenti diffiċli fi żmien il-festi ESP Newsletter 1

informazzjoni attivitajiet eSP News · 01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02Emozzjonijiet sani 03Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04Aħbarijiet u avvenimenti Ħarġa 10 diċembru

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: informazzjoni attivitajiet eSP News · 01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02Emozzjonijiet sani 03Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04Aħbarijiet u avvenimenti Ħarġa 10 diċembru

01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi

02 Emozzjonijiet sani

03 Atti ta’ tjubija dan il-Milied

04Aħbarijiet u avvenimenti

Ħarġa 10 diċembru 2018

informazzjoni attivitajiet

eSP Newsin-neWSLetter taL-emPLoYee SUPPort ProGramme

F’din il-ħarġa

MerħbaNilqgħukom għal din il-ħarġa ta’ ESPNews. F’din il-ħarġa nixtiequ naqsmu magħkom ftit ħsibijiet dwar żmien il-festi. Ħafna huma dawk li jkunu qed jistennew dan iż-żmien, imma għal xi wħud dan jista’ jkun żmien diffiċli minħabba ċirkostanzi varji. Dawn iż-żminijiet jistgħu jqanqlu emozzjonijiet diffiċli, u għaldaqstant wieħed mill-artikli jindirizza kif wieħed jitgħallem ikun emozzjonalment b’saħħtu u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu. Mod wieħed kif intejbu r-relazzjonijiet tagħna huwa billi nagħmlu atti żgħar ta’ karità, u f’din il-ħarġa qed nagħtukom xi ideat dwar kif tistgħu tagħmlu dan. Fl-aħħar nett nirringrazzjawkom tal-kuntatt li tagħmlu magħna permezz ta’ kummenti u suġġerimenti u nistednukom tħarsu lejn l-attivitajiet li konna involuti fihom fix-xhur li għaddew. Nieħdu din l-okkażjoni biex nawguraw il-Milied u s-sena t-tajba lilkom u lill-għeżież tagħkom.

Tislijiet, Stelmart KhalilAssistent Direttur(People Wellbeing & Support)People & Standards Division

Hekk kiF l-aħħar tas-sena jkun qiegħed joqrob, għal ħaFna nies dan Huwa ż-żMien Meta wieħed jibda jaħseb Fir-rigali tal-Milied, jew igawdi xi Mixja Fit-toroq iMżejna u jisMa’ l-għanjiet tal-Milied. Madankollu, il-perjodu tal-Festi MHuwiex esperjenza sabiħa għal kulħadd.

Fil-fatt, għal ħafna oħrajn, l-istaġun tal-festi jista’ jġib miegħu sentimenti melankoniċi u ta’ solitudni, speċjalment minħabba l-fatt li nisimgħu ta’ spiss kemm dan hu staġun li fih għandna nifirħu u niċċelebraw.

Okkażjonijiet bħall-Milied jistgħu jżidu sentimenti ta’ dwejjaq u niket għal nies li jkunu tilfu lil xi ħadd għażiż. Oħrajn iħossu l-piż finanzjarju, waqt li xi wħud jistgħu jitnikktu fuq relazzjonijiet li jixtiequ li kellhom. Jista’ jkun hemm oħrajn li jkunu jixtiequ relazzjonijiet iktar profondi mal-ħbieb, u għaldaqstant f’dawn

Mumenti diffiċli fi żmien il-festi

ESP Newsletter 1

Page 2: informazzjoni attivitajiet eSP News · 01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02Emozzjonijiet sani 03Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04Aħbarijiet u avvenimenti Ħarġa 10 diċembru

Is-saħħa emozzjonali hija għodda li tgħin lill-individwi biex jirkupraw minn sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja. Fi kliem ieħor hija l-kapaċità tal-persuna li tirreaġixxi għal u tirkupra minn esperjenzi bħall-mewt ta’ xi ħadd għażiż, mard serju jew qgħad. Li tkun emozzjonalment san ma jfissirx li ma tesperjenzax emozzjonijiet negattivi f’sitwazzjonijiet diffiċli; pjuttost tirrikjedi ħiliet emozzjonali biex tkun

konxju tiegħek innifsek u ta’ kif tirreaġixxi f’dawn is-sitwazzjonijiet. Dawn il-ħiliet nitgħallmuhom bl-esperjenza u bis-sapport li nirċievu matul il-ħajja.

Ir-riċerka turi li s-saħħa emozzjonali mhijiex karatteristika fissa, imma li tista’ titgħallimha partikolarment bil-mod kif tħares u tinterpreta sitwazzjonijiet diffiċli li ngħaddu

emozzjonijiet sani

meta hu mistenni li f’dan iż-żmien aħna lkoll għandna nkunu qegħdin niddevertu, nagħtu r-rigali u ngħixu sentimenti ferrieħa mal-għeżież tagħna. Għaldaqstant ikun ta’ benefiċċju li ndawru l-attenzjoni tagħna lil hinn minn dak li s-soċjetà tistenna, u minflok, niffukaw fuq kif nistgħu nilħqu lin-nies fil-ħajja tagħna u nsaħħu r-relazzjonijiet li għandna. Meta nagħmlu att ta’ karità jew noffru għajnuna lill-oħrajn jista’ jimliena b’sentimenti ta’ ferħ u gratitudni, u jgħaqqadna ma’ oħrajn li jkollhom l-istess passjoni.

Madankollu, jekk tħossok mgħobbi b’sentimenti ta’ solitudni u ssibha diffiċli biex tkampa f’dawn iż-żminijiet, tista’ titkellem ma’ xi professjonisti dwar kif qiegħed tħossok u tfittex l-għajnuna dwar kif tevita u tindirizza emozzjonijiet diffiċli. Nieħdu din l-opportunità biex infakkru li s-servizzi tal-Employee Support Programme jistgħu jkunu ta’ għajnuna f’dawn iċ-ċirkostanzi.

bħala bnedMin għandna l-kapaċità u l-kreattività biex insolvu l-probleMi, tant li kapaċi nadattaw eMozzjonalMent wara li nkunu għaddejna Minn żMinijiet diFFiċli. Fil-psikoloġija din il-ħila nirreFeru għaliHa bħala saħħa eMozzjonali.

Madankollu, il-perjodu tal-Festi MHuwiex esperjenza sabiħa għal kulħadd. Fil-Fatt, għal ħaFna oħrajn, l-istaġun tal-Festi jista’ jġib Miegħu sentiMenti Melankoniċi u ta’ solitudni, speċjalMent Minħabba l-Fatt li nisiMgħu ta’ spiss keMM dan Hu staġun li FiH għandna niFirħu u niċċelebraw.

iż-żminijiet ta’ festi jsibu ruħhom aktar iżolati. Filwaqt li tista’ tkun diffiċli u ta’ skumdità, li tiftaħ qalbek ma’ ħaddieħor li qiegħed jesperjenza l-istess sitwazzjoni tgħin biex wieħed iħossu inqas waħdu.

Waħda mir-raġunijiet għaliex dan il-perjodu jista’ jżid l-emozzjonijiet ta’ solitudni hija minħabba l-aspettattivi għoljin li huma stabbiliti mis-soċjetà,

ESP Newsletter 2

Page 3: informazzjoni attivitajiet eSP News · 01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02Emozzjonijiet sani 03Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04Aħbarijiet u avvenimenti Ħarġa 10 diċembru

• ħalli nota ta’ inkoraġġiment lil xi ħadd;

• ħu xi ħaġa tal-ikel, gallettini jew kejk biex turi gratitudni lil dawk li jaħdmu ħinijiet twal, bħal uffiċjali tal-pulizija, infermiera, tobba, impjegati tal-emerġenza, li jgħaddu sigħat twal ta’ ħidma minflok jgħaddu l-ħin tagħhom mal-familji tagħhom matul dawn iż-żminijiet ta’ festi;

minnhom. Sitwazzjonijiet differenti jaffettwaw lill-persuni b’modi differenti – li tkun taf x’inhuma l-limitazzjonijiet tiegħek huwa l-ewwel pass biex issir iktar b’saħħtek, għax jagħtik iżjed kontroll meta s-sitwazzjonijiet fil-ħajja jsiru

ir-riċerka turi li s-saħħa eMozzjonali MHijiex karatteristika Fissa, iMMa li tista’ titgħalliMHa partikolarMent bil-Mod kiF tħares u tinterpreta sitwazzjonijiet diFFiċli li ngħaddu MinnHoM.

iżjed diffiċli. Persuni li jsibu sapport u ma jaqtgħux qalbhom meta jaffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli għandhom iktar ċans li jegħlbu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. Mod ieħor biex iżżid is-saħħa emozzjonali tiegħek hu billi ssib skop u tifsira għall-ħajja tiegħek. Attitudni importanti li sservi ta’ protezzjoni f’sitwazzjonijiet diffiċli hija li persuna temmen fiha nnifisha sabiex il-persuna jkollha l-kapaċità li tadatta aħjar meta tiltaqa’ ma’ xi ċirkostanza iebsa.

Hemm ħafna fatturi li ma nistgħux nibdlu fil-ħajja tagħna, imma li nkunu konxji tal-affarijiet li jagħtuna sapport jgħinna biex insibu bilanċ bejn il-bżonnijiet u r-responsabiltajiet tagħna għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

atti ta’ tjubija dan il-Miliedġest wieħed żgħir jista’ jibdel il-ġurnata ta’ persuna għall-aħjar.

ninkoraġġuk tipprova xi ġest ta’ dan it-tip F’dawn iż-żMinijiet.

• ixtri xirja għal istituzzjonijiet li jgħinu persuni vulnerabbli jew huma soċjalment esklużi;

• ħu kafè lill-ħaddiema tal-kostruzzjoni, lill-pulizija fuq ix-xogħol, jew lil min jaħdem fuq barra;

• agħti xi ġugarelli lil xi istitut tat-tfal jew mur żur lit-tfal li dan il-Milied se jqattgħuh l-isptar.

ESP Newsletter 3

Page 4: informazzjoni attivitajiet eSP News · 01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02Emozzjonijiet sani 03Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04Aħbarijiet u avvenimenti Ħarġa 10 diċembru

aħbarijiet u avveniMenti

L-ESP Unit organizza laqgħa ta’ għarfien dwar il-benesseri fuq il-post tax-xogħol u fuq l-importanza li jkun hemm ambjent ta’ sapport. Din il-laqgħa saret fil-5 ta’ Ottubru fil-Forum tar-Riżorsi Umani fil-Ministeru tas-Saħħa.

Matul ix-xhur t’Ottubru u Novembru membri

mill-ESP organizzaw taħriġ lill-impjegati

li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza

fl-Isptar Mater Dei. It-taħriġ kien dwar

l-importanza li wieħed jifhem x’inhu burnout

u s-sintomi ta’ burnout, sabiex wieħed ikollu

l-għarfien dwar x’servizzi ta’ għajnuna jeżistu.

Sabiex infakkru l-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, fl-10 ta’ Ottubru l-ESP stieden lill-impjegati pubbliċi biex jilbsu xi ħaġa ta’ kulur aħdar fil-ġurnata u jibagħtu ritratti mal-kollegi tagħhom bil-għan li jqajmu kuxjenza dwar is-saħħa mentali u li s-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika. Tistgħu taraw ir-ritratti li rċevejna mingħandkom hawn taħt.

il-Kulleġġ t’Għawdex, Il- Primarja Qala

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali

Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, L-Iskola Primarja Ħamrun

Id-Diviżjoni dwar Nies u Standards

Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Id-Diviżjoni dwar Nies u Standards

L-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan

Il-Ministeru tas-Saħħa

ESP Newsletter 4

Page 5: informazzjoni attivitajiet eSP News · 01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02Emozzjonijiet sani 03Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04Aħbarijiet u avvenimenti Ħarġa 10 diċembru

St Vincent De Paule Long Term Care Facility St Vincent De Paule Long Term Care Facility St Vincent De Paule – Occupational Therapists

Sptar Karin Grech – Occupational Therapy

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - Xift A - Ħal Far

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni

Employee Support Programme Il-Kulleġġ San Benedittu, L-Iskola Medja

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja

Community Occupational Therapy Team

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi – Il-Bebbuxu Childcare Centre

Sptar Monte Carmeli – Social Work Team

ESP Newsletter 5

Page 6: informazzjoni attivitajiet eSP News · 01 Mumenti diffiċli fi żmien il-festi 02Emozzjonijiet sani 03Atti ta’ tjubija dan il-Milied 04Aħbarijiet u avvenimenti Ħarġa 10 diċembru

Għal iktar informazzjoni dwar kif l-Employee Support Programme jista’ jgħinek, jew biex tagħmel appuntament, ikkuntattjana fuq: tel: 2200 1210 • email: [email protected] • Sit elettroniku: www.esp.gov.mt

L-għan ta’ din in-newsletter huwa li żżid l-għarfien u tipprovdi informazzjoni għal skopijiet edukattivi.

Is-servizz huwa kunfidenzjali u mingħajr ħlas. L-impjegati m’għandhomx bżonn permess mingħand is-superjur tagħhom biex jaċċessaw is-servizz.

iKKUntattjana L-opinjoni tiegħek hija importanti għalina. jekk għandek xi suġġerimenti jew kummenti tista’ tikkuntattjana kif jidher hawnhekk.

Barra minn hekk l-ESP organizza laqgħat ta’ għarfien dwar is-saħħa mentali b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u mal-kampanja #stopstigma, li hija kampanja nazzjonali li ġiet imnedija mid-Dipartiment tas-Saħħa Mentali fil-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta. Il-laqgħat saru fiċ-Ċentru Leap fil-Belt Valletta fit-12, it-18 u t-30 ta’ Ottubru 2018.

Membri tat-tim tal-ESP żaru diversi ċentri ta’ matul il-jum fi ħdan l-Aġenzija Sapport biex jagħtuhom iżjed informazzjoni dwar is-servizzi tal-ESP.

Laqgħa oħra li l-ESP organizza

kienet dwar l-abbuż mis-sustanzi

u l-post tax-xogħol. Din il-laqgħa

saret b’kollaborazzjoni mas-Sedqa

bl-għan li nipprovdu lill-parteċipanti

l-opportunità li jiġu diskussi l-effetti

tad-droga u s-sustanzi, kemm

fuq livell fiżiku kif ukoll fuq livell

psikoloġiku, kif ukoll ir-riskju li taħdem

taħt l-influwenza tad-droga. Punt

ieħor li ġie diskuss kien kif tidentifika

u tindirizza sitwazzjonijiet bħal dawn

fuq il-post tax-xogħol. Dan it-taħriġ

sar fiċ-Ċentru Leap ġewwa l-Belt

Valletta fis-6 ta’ Novembru 2018.

Ġie mniedi l-video dwar is-servizzi tal-Employee Support Programme. Wieħed jista’ jaċċessah minn fuq il-website www.esp.gov.mt.

ESP Newsletter 6