32
Diċembru 2014 | Numru 121 Newspaper Post Il-keded ta’ Marija u Ġużeppi Children learn what they live L-Arti tal-Imħabba It-tarbija tkellem lill-ġenituri A weatherful prayer 14 25 30 17 Ġermanja vs Ingilterra 10 13 Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd 18 6 Il-Kmandamenti • 21 Ittri mill-qarrejja • 25 Inizjattivi ġodda fiż-Żurrieq 27 Logħob • 29 Paġna tat-tfal

Flimkien Diċembru 2014

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Maħruġ mill-Kulleġġ tal-kappillani

Citation preview

Page 1: Flimkien Diċembru 2014

D i ċ e m b r u 2 0 1 4 | N u m r u 1 2 1

New

spap

er P

ost

Il-keded ta’ Marija u Ġużeppi

Children learn what they live

L-Arti tal-Imħabba

It-tarbija tkellem lill-ġenituri

A weatherful prayer

14

25

30

17

Ġermanja vs Ingilterra

1013Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd

18

6 Il-Kmandamenti • 21 Ittri mill-qarrejja • 25 Inizjattivi ġodda fiż-Żurrieq 27 Logħob • 29 Paġna tat-tfal

Page 2: Flimkien Diċembru 2014

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply).All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours… your holiday starts here!

7-10 February (10 February - Public Holiday

AmsterdamShort break in

… your holiday starts here!

AmsterdamAmsterdam¢399

FROM

13-17 February

Viareggio, Toscana

Carnival in

Viareggio, ¢399FROM

7-10 February (10 February - Public Holiday

SalzburgShort break in

SalzburgSalzburgShort break in¢399

FROM

Page 3: Flimkien Diċembru 2014

Editorjal • Dun Anton Portelli

Open Weekend f’Dar Frate JacobaTriq Wied iż-Żiju, Wied il-Għajn

6-8 ta’ Diċembru

is-Sibt (6) mill-5pm sas-7:30pm (quddiesa: 5pm),

il-Ħadd (7) mid-9am sas-7pm (quddies: 9am, 5pm) u t-Tnejn (8) mid-9am sas-7pm (quddies: 9am, 5pm)

Tel: 2099 5249

[email protected]

www.youth-alive.net

Jista’ jkun...

Meta ngħidu Glorja lil Alla fl-għoli tas-smewwiet, u naraw l-anġli fis-sema, u nħarsu lejn il-Maġi jaduraw

lil Ġesù, jista’ jkun li ninsew li l-Iben ta’ Alla kien bniedem bħalna, tad-demm u l-laħam, tarbija li bkiet meta kellha l-għatx u l-ġuħ, u li kellha bżonn l-għożża tal-ġenituri biex tikber f ’saħħitha, f ’ġisimha u f ’ruħha.

Jista’ jkun li ninsew din l-umanità ta’ Ġesù, u nimmaġinawh mimli saħħa qisu qatt ma marad, qatt ma għeja, qatt ma ġie bżonn xejn u ħadd, forsi mingħalina li dawn l-affarijiet ma jħalluhx jidher perfett f ’kollox.

Fil-fatt, l-oppost huwa l-veru, u dan għandu jolqotna kif: • propju fid-dgħufija ta’ Ġesù, hemm il-

glorja ta’ Alla l-Imbierek;• fiċ-ċokon ta’ Ġesù, hemm il-qawwa

tiegħu;• fil-faqar ta’ Ġesù, hemm il-ġid kollu li ta

lilna;• fix-xejn tiegħu dehret il-ħajja ta’ Alla u tal-

Ispirtu s-Santu li sostnieh;• kuljum kellu bżonn jiltaqa’ mal-Missier

fit-talb biex ikollu fih il-qawwa tal-Ispirtu ħalli jkompli l-missjoni tiegħu.

Ħalli nimla l-vojt tiegħi bil-preżenza ta’ Ġesù.

Inħallih jitwieled ġewwa fija. U hekk ikolli Milied tassew qaddis.

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply).All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours… your holiday starts here!

7-10 February (10 February - Public Holiday

AmsterdamShort break in

… your holiday starts here!

AmsterdamAmsterdam¢399

FROM

13-17 February

Viareggio, Toscana

Carnival in

Viareggio, ¢399FROM

7-10 February (10 February - Public Holiday

SalzburgShort break in

SalzburgSalzburgShort break in¢399

FROM

Page 4: Flimkien Diċembru 2014

Tweġiba għall-Mini-KwizzX’nifhmu bil-“Kunċizzjoni Immakulata”?Fil-festa tal-Kunċizzjoni Immakulata ta’ Marija aħna niċċelebraw il-fatt li Marija ġiet konċeputa mingħajr dnub tan-nisel fil-ġuf ta’ ommha (li skont it-tradizzjoni kienet Sant’Anna). Jiġifieri Marija kienet mingħajr dnub sa mill-bidu nett tal-eżistenza tagħha. Din il-festa mhijiex dwar il-konċepiment ta’ Ġesù fil-ġuf ta’ Marija, li fil-fatt niċċelebrawh fil-25 ta’ Marzu (il-Lunzjata). Ara paragrafu 491 tal-Katekiżmu għal aktar tagħrif.

Kartolina tal-MiliedF’Diċembru se titqassam kartolina li tinfetaħ fi presepju żgħir. Mhux se titqassam mal-ħarġa ta’ Diċembru tal-magażin Flimkien imma għal nofs Diċembru.

Fuq wara fiha ħsieb meħud mid-diskors li għamel Papa Franġisku fil-lejl tal-Milied li għadda: “F’dan il-Lejl naqsmu flimkien il-ferħ tal-Vanġelu: Alla jħobbna, tant iħobbna li tana lil Ibnu bħala ħuna, bħala dawl li jinfed id-dlamijiet tagħna. Il-Mulej itennilna: “La tibżgħux” (Lq 2:10). Kif qalu l-anġli lir-rgħajja: “La tibżgħux”. U anki jien intenni lilkom ilkoll: La tibżgħux! Missierna hu paċenzjuż, iħobbna, jagħtina lil Ġesù biex idawwalna fil-mixja tagħna lejn l-art imwiegħda. Hu d-dawl li jdawwal id-dlamijiet. Hu l-ħniena: Missierna jaħfrilna dejjem. Hu l-paċi tagħna. Ammen.”

Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.

Fil-Milied tal-1914, it-truppi Ġermaniżi u Franċiżi, kif ukoll dawk Skoċċiżi u Ingliżi, waqfu mill-ġlied, u ċċelebraw

il-Milied flimkien bil-kant, u bis-siġar tal-Milied żgħar bejn it-trunċieri f ’No-Man’s-Land. Jingħad li lagħbu wkoll logħba futbol. (Ara l-artiklu f ’paġna 10.) Għal dak il-mument, bħal donnhom insew li kienu għedewwa ta’ xulxin u ferħu flimkien bit-twelid ta’ Ġesù Bambin.

Bl-Ingliż, dal-mument straordinarju huwa magħruf bħala The Christmas Truce, bil-Ġermaniż Weihnachtsfrieden, bil-Franċiż Trêve de Noël. Dwaru sar film mill-isbaħ fl-2005, Joyeux Noël, li ispira l-produzzjoni ta’ opra, Silent Night, u li fl-2012 ħadet il-Pulitzer Prize for Music.

F’dak il-waqfien mill-ġlied, is-suldati Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi, li fuq il-karta kienu għedewwa ta’ xulxin, irrealizzaw li

t-twelid ta’ Ġesù Kristu kien dawl li jfakkarna li kull bniedem, hu min hu, huwa bniedem, huwa ħolqien ta’ Alla u għalhekk iben jew bint l-istess Missier. Il-kelma ‘għadu’, ‘aggressur’ jew ‘difensur’ huma tikketti li nagħtu aħna l-bnedmin lil bnedmin oħra, għax fir-realtà aħna lkoll aħwa.

Nitolbu biex dawn it-tikketti nissuperawhom, aħna u nfittxu d-dinjità tal-umanità li tgħaqqadna, li għaliha Ġesù Kristu ta ħajtu.

� Charles J. SciclunaIsqof Titulari ta’ San Leone,

Amministratur Appostoliku sede vacante

Messaġġ tal-Isqof

Inneħħu t-tikketti

Pemix HouseEucharistic Congress RoadMosta - Maltafreephone 80074142www.pemix.com.mt

Available from pharmacies and all leading outletsTerms & Conditions, until stocks last

Call 80074142

for a

FREE sample

4 | Flimkien

Page 5: Flimkien Diċembru 2014

Pemix HouseEucharistic Congress RoadMosta - Maltafreephone 80074142www.pemix.com.mt

Available from pharmacies and all leading outletsTerms & Conditions, until stocks last

Call 80074142

for a

FREE sample

Page 6: Flimkien Diċembru 2014

Alla biss huwa s-sid tal-ħajja, mill-bidu sat-tmiem naturali tagħha. Il-ħajja ta’ kull bniedem, hu min hu, jew hi min

hi, hija qaddisa. F’ebda ċirkustanza, ħadd ma jista’ jippretendi li direttament jeqred il-ħajja ta’ bniedem ieħor.

L-Iskrittura tkellimna dwar il-qdusija tal-ħajja. Biżżejjed niftakru fir-rakkont tal-qtil ta’ Abel minn ħuh Kajjin, fil-

ktieb tal-Ġenesi. Il-ħames Kmandament jipprojbixxi l-qtil ta’ persuna oħra. Il-qtil dirett u volontarju huwa dnub gravi ħafna.

Fit-tagħlim tal-Knisja niltaqgħu mad-duttrina dwar id-difiża legittima tiegħek innifsek (self-defence). San

Tumas ta’ Aquino jgħid: “L-azzjoni għad-difiża tiegħek innifsek jista’ jkollha żewġ effetti: wieħed hu l-ħarsien ta’ ħajtek u l-ieħor il-mewt ta’ min ħebb għalik... Effett wieħed biss trid (il-ħarsien ta’ ħajtek); l-ieħor (il-mewt ta’ min ipprova joqtlok) ma tridux”. Huwa leġittimu li inti tħares id-dritt tiegħek għall-ħajja, imma m’għandekx tuża vjolenza aktar milli meħtieġ.

B’dan il-Kmandament aħna msejħin nirrispettaw kull ħajja sa minn qabel it-twelid sal-mewt naturali. L-abort,

l-ewtanasja u s-suwiċidju huma nuqqasijiet gravi kontra r-rispett lejn il-ħajja umana.

Dwar il-piena kapitali, il-Knisja tħeġġeġ lill-pajjiżi li għadhom jipprattikawha biex jevitawha, peress li llum jeżistu

mezzi oħra biex is-soċjetà tkun imħarsa minn persuni meqjusin “perikolużi”. Fil-fatt, il-każi li fihom huwa meħtieġ fuq li meħtieġ li lill-ħati tingħatalu l-piena tal-mewt huma tant rari li prattikament ma jeżistux (Katekiżmu, 2267).

“F’idejn Alla hi l-ħajja ta’ kulma jgħix, f ’idejh in-nifs tal-ħajja kollha” (Ġob 12:10).

Fid-dawl ta’ dan il-Kmandament ukoll aħna għandna d-dmir li nieħdu ħsieb saħħitna u saħħet ħaddieħor. Permezz

tar-rażan (temperanza) għandna nevitaw l-esaġerazzjoni fl-ikel, ix-xorb, it-tipjip u l-mediċini.

Is-sewqan perikoluż ukoll imur kontra dan il-Kmandament. Is-sewqan perikoluż u n-nuqqas tal-ħarsien tar-regolamenti tat-

traffiku, bħal veloċità eċċessiva, ipoġġu l-ħajja tiegħek u ta’ ħaddieħor f ’periklu.

It-traffikar tad-droga jmur kontra l-ħames Kmandament.

Il-ħajja hija prezzjuża wisq, u bl-ebda mod m’għandna nagħmlu ħsara jew inpoġġu l-ħajja tagħna jew ta’ ħaddieħor fil-periklu,

aktar u aktar jekk ma jistax jiddefendi lilu nnifsu għax ikun vulnerabbli.

Kmandamenti (5) • Dun Hector Scerri

LatoqtoLx

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Diċembru 2014

Il-keded ta’ Marija u Ġużeppi

Irridu jew ma rridux, il-keded ma nistgħux inneħħuhom minn ħajjitna. Forsi kultant jirnexxilna niskapulaw xi waħda, imma malajr tiġi oħra. Waħda tgħaddi, u oħra titfaċċa, u ġieli mingħajr ma nilħqu

nieħdu ftit tan-nifs bejn waħda u oħra!

Iż-żwieġ u l-familja huma l-aktar żewġ realtajiet li fihom nieħdu keded. U xi drabi l-kedda tkun kbira. Jew minħabba xi

inċident jew xi nuqqas ta’ ftehim, minħabba t-trobbija tal-ulied jew xi mard, l-indħil żejjed ta’ xi ħadd jew konflitti serji bejnietna. Xi drabi jmissu lilna direttament, drabi oħra lill-għeżież tagħna. Daqqa naraw il-kedda ġejja mill-bogħod, u daqqa tiġi fuqna għal għarrieda!

F’mumenti bħal dawn, bir-raġun nistaqsu: “Fejn hu Alla?” Kultant naħslu negħjew, naqtgħu qalbna u nitilfu kemm il-fidi fiH kif ukoll il-fiduċja f ’kulħadd. Kemm se ndum nitlob għalxejn? Kedda waħda wara l-oħra! Ma nistgħux nieħdu ftit tar-ruħ! Veru li Alla nsiena!

Imma fl-eqqel ta’ dawn il-keded, tajjeb niftakru wkoll li Alla tagħna jaf eżatt xi tfisser tieħu kedda! Bħala bniedem li għex fostna l-bnedmin, kien espost għalihom daqs kull wieħed u waħda minna.

Saħansitra l-Familja Mqaddsa li għażel li jitwieled fiha ħadet kedda wara l-oħra anki fit-twelid tiegħu stess! Jiġuni f ’moħħi tliet keded kbar li minħabba fihom min jaf kemm-il darba Ġużeppi u Marija ma setgħux jorqdu billejl minħabba t-thewdin, il-biża’ u l-inkwiet.

L-ewwel keddaMarija toħroġ tqila mingħajr ma kienet għadha marret toqgħod ma’ Ġużeppi. Kif se tispjegalu? U kif kien se jemmen li dan kollu kien “opra tal-Ispirtu s-Santu”? Aktar minn hekk, kif kienu se jeħduha tal-familja, il-ġirien u n-nies ta’ Nazaret? F’għajnejn kulħadd jew hi u Ġużeppi kienu żbaljaw bil-kbir jew inkella hi kienet ittradiet il-wegħda solenni li kienet għamlet lill-għarus tagħha. Kienet se tiġi fi lsien in-nies u b’ċans kbir li titħaġġar. Min-naħa l-oħra Ġużeppi kien se jitlef ħafna mid-dinjità tiegħu bħala raġel. Forsi għalhekk ukoll li ma damitx ma telqet u

Fr Kevin Schembri • Diċembru 2014 | 7

Page 8: Flimkien Diċembru 2014

tbiegħdet minn Nazaret u marret tħaffef lejn l-għoljiet biex tgħin lil Eliżabetta!...

It-tieni keddaWara li Ġużeppi jagħmel ħiltu kollha biex jemmen u jaċċetta li Marija kienet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu Qaddis, tasal l-aħbar li jridu jmorru lejn Betlem biex jinkitbu fiċ-ċensiment. U l-ħsibijiet f ’moħħu jberrnu: “Imma dan li se jitwieled żgur l-Iben ta’ Alla? Kieku tassew din l-affari mmexxija mill-id setgħana t’Alla, kieku l-affarijiet ma jmorrux ftit aħjar u ma jkunux kemxejn aktar komdi, imqar għal ommu?” Imma hu jitlaq xorta waħda għal vjaġġ twil. Biex tgħaxxaqha, meta jaslu ma jsibux post fil-lukanda. U mhux biss għalih, imma la għal Marija li għalqilha ż-żmien biex twelled u lanqas għal dan it-tifel li l-Mulej kien qal li se jagħtih “it-tron ta’ David missieru”.

U propju f ’nofs din il-kedda, u fil-qalba tas-solitudni ta’ din il-koppja żagħżugħa, Ġesù jitwieled, waqt li Betlehem tibqa’ rieqda, indifferenti, aljenata. Ġużeppi jħares lejn din it-tarbija fil-maxtura, fraġli u dipendenti bħal kull tarbija oħra, u jaħseb u jhewden….

It-tielet keddaWaqt li Ġużeppi u Marija jkunu għadhom qed jirkupraw minn din it-trawma li kienu għaddew minnha, taslilhom l-agħar aħbar li jistgħu jirċievu ġenituri ta’ tarbija ġdida:

Erodi qed ifittxu biex joqtlu! Il-Familja Mqaddsa ssir familja refuġjata, u taħrab lejn l-Eġittu. Vjaġġ itwal u aktar diffiċli mill-ewwel wieħed. U fit-triq lejn l-Eġittu, post ġdid u barrani, jerġa’ jistaqsi bejnu u bejn ruħu dwar it-Tarbija-Messija li qed iħarrab miegħu, filwaqt li Marija kienet iżżomm dan kollu f ’moħħha u taħseb fuqu f ’qalbha.

U waqt li għaddiet minn kedda għal oħra, il-Familja Mqaddsa kompliet miexja lejn l-Eġittu b’nifisha maqtugħ, imma bil-Prinċep tal-Paċi preżenti fosthom, jagħtiha l-ħajja, u jħabbar wegħda li lilna wkoll tagħtina ftit nifs: Alla hu dejjem magħna, anki fil-keded. Forsi l-aktar fil-keded.

U l-keded tal-Familja Mqaddsa ma waqfux hemm…

8 | Flimkien

Ibnek jew bintek gay?Drachma Parents Group huwa grupp ta’ ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Jissapportjaw ġenituri oħrajn bħalhom u jgħinuhom jifhmu, jaċċettaw u jkunu ta’ sapport huma stess għal uliedhom, li huma wlied Alla.

• Il-laqgħa li jmiss: il-Ħamis 18 ta’ Diċembru, fis-7:30pm, Mt St Joseph, Mosta.

• It-Tnejn, 29 ta’ Diċembru jkun hemm quddiesa fil-Millennium Chapel, Paceville, fis-7:30pm.

• Il-laqgħa ta’ wara: il-Ħamis 15 ta’ Jannar, fis-7:30pm, Mt St Joseph, Mosta.

Ċempel 7944 2317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett b’mistoqsijiet u tweġibiet dwar is-suġġett.

Page 9: Flimkien Diċembru 2014

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq [email protected] • www.facebook.com/livelifemalta

46, Manwel Dimech Street, Sliema

Sa ftit snin ilu, il-kunċett ta’ riabilitazzjoni fiżika wara xi operazzjoni jew żmien l-isptar ma kienx popolari. It-terapisti - bħal fiżjoterapisti, it-terapisti okkupazzjonali u t-tobba - kienu jaħdmu waħedhom mal-pazjent u mhux bħala membri ta’ tim ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni.

It-terminu ‘riabilitazzjoni’ jfisser li l-pazjent jerġa’ jakkwista l-kapċitajiet fiżiċi tiegħu li kellu qabel ma jkun daħal l-isptar. Dawn jinkludu li tinħasel waħdek, timxi, titla’ t-taraġ waħdek, tilbes u aktar.

Is-sigriet taċ-ċentri ta’ riabilitazzjoni hu t-tim multidixxiplinarju bi professjonisti li jaħdmu flimkien mal-pazjent biex hekk jikkumplimentaw ix-xogħol ta’ xulxin għall-ġid tal-istess pazjent.

It-tim jinkludi professjonisti varji bħal speċjalisti, tobba, nurses, carers, fiżjoterapisti, terapist okkupazzjonali, speech language pathologists, social workers, spiżjara u psikoloġisti fost oħrajn. Dawn jeżaminaw il-pazjent u jfasslu pjan ta’ kif l-aħjar jgħinuh, dejjem bl-iskop aħħari li l-pazjent imur lura d-dar tiegħu.

Il-kura li tingħata minn dawn il-professjonisti tikkomplimenta lil xulxin. Dan ifisser li jekk it-terapista okkupazzjonali jgħallem il-pazjent kif jinħasel, il-carer tkompli temfasizza dan

mal-pazjent. Jekk il-pazjent bl-għajnuna tat-tabib u l-ispiżjar inaqqas l-uġigħ, hu jaħdem aħjar mal-fiżjoterapista. Ix-xogħol tat-tim multidixxiplinarju hu katina. Wieħed ma jistax jeskludi lanqas il-qraba tal-pazjent minn dan it-tim.

Ċentri ta’ riabilitazzjoni - apparti minn staff mediku kkwalifikat - għandu joffri attrezzatura u tagħmir modern biex jgħin il-pazjent u t-terapista li jkun qed jaħdem miegħu. Dawn jinkludu gyms, kmamar privati għat-terapija u pool. It-teknoloġija llum tipprovdi għodda siewja biex tiffaċilita, tistimula u tinkoraġġixxi s-suċċess tar-riabilitazzjoni. Dawn jinkludu sodod mekkanizzati, lifters, tagħmir tal-gym u apparat għat-terapija.

Waqt iż-żmien goċ-ċentru, l-pazjent jaħdem għall-indipendenza fiżika minn filgħodu sa filgħaxija għax kull ħidma ser isservi għal meta jmur id-dar. Attività sempliċi, bħal tieħu kolazzjon waħdek, tgħin il-carer waqt il-banju, tipprova tuża t-toilet waħdek, eżerċizzi fil-gym jew fil-pool, prattika tal-mixi u tat-taraġ, tipprova tilbes u tinża waħdek u tidħol waħdek fis-sodda hi parti mir-riabilitazzjoni tiegħek. Aktar ma tirrepeti, aktar aħjar, sakemm tħossok li kapaċi tmur lura d-dar.

Mhux kull kundizzjoni medika tirrispondi għar-riabilitazzjoni fl-istess mod. Ċertu kundizzjonijiet bħal puplesija, wara trattament aggressiv tal-kanċer jew trawma wara inċident tat-traffiku jieħdu aktar żmien. Madankollu jwieġbu sew għat-terapija li jirċievu.

LiveLife hu ċentru ta’ riabilitazzjoni privat li jinsab tas-Sliema u joffri dak kollu msemmi f’dan l-artiklu, f’ambjent trankwill u seren fejn il-pazjent ikun mgħejjun biex jakkwista l-indipendenza fiżika tiegħu fl-iqsar żmien possibbli.

Avviż

bi ħ

las

Għandek bżonn Riabilitazzjoni Fiżika? Din xi tkun?

Gym/pool Membership Gift Vouchers għal qraba tagħkom. Rigal sabiħ għall-festi tal-Milied. Jibdew minn €100 għal xahar.

Page 10: Flimkien Diċembru 2014

Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, propju mitt sena ilu dan ix-xahar, intlagħbet logħba futbol li fiha ma ġie skurjat

l-ebda gowl … imma rebħu ż-żewġ naħat. Baqgħet magħrufa bħala The Christmas Truce – il-waqfien mill-ġlied fi żmien il-Milied u li sar simbolu tar-rebħa tal-bniedem fuq id-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Imma x’ġara sewwa sew f ’No-Man’s-Land bejn is-suldati Ingliżi u Ġermaniżi f ’dawk il-ġranet tal-Milied tal-1914?

L-armati fuq iż-żewġ naħat kienu jinsabu fit-trunċieri, faċċata ta’ xulxin, imdawrin bil-barbed wire. Bejniethom in-No-Man’s-Land f ’xi postijiet mhux wiesgħa aktar minn 30 jarda.

Il-ħajja fit-trunċieri kienet tal-waħx. Kont tisma’ s-snajpers jisparaw kontinwament lil kull ħaġa li jaraw tiċċaqlaq. L-isparar kien iħalli mejtin kuljum. Is-suldati ma kinux jistgħu joħorġu jidfnu lil sħabhom għax

Fil-Milied ta’ 100 sena ilu

Logħba futbol bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja dejjem akkanita. Aħseb u wara waqt gwerra.

Ġermanja vs Ingilterrajinqatlu huma wkoll. Minbarra dan kien hemm ukoll ix-xita, is-silġ u l-bard. Ħafna mit-trunċieri kienu l-ħin kollu mgħarrqin bl-ilma, tant li saqajn is-suldati kienu jiffjammaw bis-silġ u l-mard tat-trunċieri.

Ftit jiem qabel il-Milied iż-żewġ naħat kienu rċevew pakketti tal-ikel u rigali mill-familji tagħhom. Is-sema, mingħajr sħaba waħda, kompla jgħin biex iqawwi qlub dawk l-imsejknin suldati fuq dawk iż-żewġ naħat ta’ No-Man’s-Land.

L-ewwel pass jidher li għamluh is-suldati Ġermaniżi. Filgħaxija tal-24 ta’ Diċembru bagħtu kejk taċ-ċikkulata lis-suldati Ingliżi, flimkien ma’ nota tissuġġerixxi waqfien mill-ġlied biex ikunu jistgħu jorganizzaw kunċert tal-Milied. Fuq iċ-ċnut kienu poġġew siġar tal-Milied u xi fanali mixgħula.

Is-suldati Ingliżi aċċettaw u offrew lill-Ġermaniżi xi sigaretti u tabakk. Din l-atmosfera ta’ rieda tajba malajr xterdet matul il-biċċa l-kbira tat-trunċieri.

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Diċembru 2014

Is-suldati miż-żewġ naħat għajtu lil xulxin, kantaw flimkien, u ħarġu minn posthom biex jiltaqgħu jitkellmu f ’No-Man’s-Land, taw rigali lil xulxin, u xi wħud minnhom organizzaw anki logħba futbol. Il-logħba futbol saret forsi għax ma setgħux jikkomunikaw tajjeb bil-lingwa tagħhom. Kien mod kif setgħu jiffraternizzaw: bla lasti, bla gowls, free-for-all. Urew li n-nazzjonijiet jistgħu jissetiljaw il-kwistjonijiet ta’ bejniethom mhux bilfors bil-gwerra.

Il-Ġermaniżi kantaw O Lejl ta’ Skiet, u l-Ingliżi wieġbu Oh come all ye faithful u The First Noel. Il-Ġermaniżi reġgħu b’O Tannenbaum, u l-Ingliżi u l-Iskoċċiżi kantaw Auld Lang Syne. Il-kmandanti fuq iż-żewġ naħat ma ħadu gost xejn b’dan, u ordnawlhom jidħlu f ’posthom, imma s-suldati ma obdewx. F’xi postijiet il-waqfien mill-ġlied spiċċa l-għada, f ’nhar il-Milied; f ’oħrajn baqa’ sejjer sal-għada u saħansitra anki sa Jannar. Hu stmat li tul it-trunċiera kollha kien hemm mal-100,000 suldat li ħadu sehem f ’dan il-waqfien mill-ġlied.

Ħaġa waħda hi żgura: rari fi gwerra sseħħ ħaġa bħal din. Hawn forsi aħjar inħallu f ’idejn Frank Richards, suldat Ingliż li dakinhar kien hemm:

“Il-Milied filgħodu waħħalna tabella bil-kliem A Merry Christmas. Anki l-Ġermaniżi kienu għamlu bħalha. F’daqqa waħda tnejn minn tagħna qamu bilwieqfa u waddbu l-armi u l-ekwipaġġament mal-art, telgħu fuq il-parapett, u għollew idejhom fuq rashom b’sinjal li mhux armati. Żewġ Ġermaniżi min-naħa l-oħra għamlu l-istess, u ltaqgħu magħhom fin-nofs, ħadu b’idejn xulxin, u mbagħad aħna għamilna bħalhom.

Il-kmandant tagħna, imlaqqam Buffalo Bill, daħal jiġri fit-trunċiera biex ma jħalliniex noħorġu minn postna, imma

l-grupp kollu kien diġà laħaq ħareġ, u anki l-Ġermaniżi. Meta ra li ma seta’ jagħmel xejn, Buffalo Bill ħareġ magħna hu wkoll, flimkien ma’ uffiċjali oħra. Ma titwemminx, imma aħna u l-Ġermaniżi ltqajna propju f ’nofs No-Man’s-Land, bl-uffiċjali magħna! Wieħed mill-Ġermaniżi qal li xtaq kellu kamera biex jieħu ritratt imma la huma u lanqas aħna ma stajna jkollna kameras. (Nota: Fil-fatt kienu ttieħdu xi ritratti.)

Bqajna hekk il-ġurnata kollha. Xi Ġermaniżi kienu jafu jitkellmu bl-Ingliż. It-trunċieri tagħhom ma tantx kienu aħjar minn tagħna. Qbilna bejnietna lkoll li konna xbajna bil-gwerra u xtaqnieha tintemm

kemm jista’ jkun malajr. Madankollu ma ħallejnihomx jidħlu fit-trunċieri tagħna, u lanqas huma ma ħallew lilna f ’tagħhom.

Buffalo Bill offra lill-uffiċjali Ġermaniżi pudina tal-Milied. Min-naħa tiegħu l-kmandant Ġermaniż offrielna żewġt ikrietel birra u serrħilna moħħna li ma konniex se niskru! Kulħadd xorob bis-saħħa ta’ xulxin. L-uffiċjali ftiehmu li l-waqfien mill-ġlied kellu jintemm mad-daqq ta’ nofsillejl. Ma’ nżul ix-xemx kulħadd mar lura f ’postu. Il-birra nxtorbot kollha. L-uffiċjal Ġermaniż kellu raġun: ħadd ma siker biha. Kienet birra Franċiża, u ma kienet tajba xejn; il-Franċiżi mhux għall-birra huma famużi!

Qabel daqq nofsillejl tkellimna bejnietna s-suldati Ingliżi. Iddeċidejna li ma nisparawx qabel jibdew huma. L-għada tal-Milied ħadd ma spara balla waħda. Kull naħa stenniet lin-naħa l-oħra tibda hi. Wieħed mill-Ġermaniżi staqsiena jekk il-birra għoġbitniex. Weġibnieh li kienet naqra batuta imma xorta apprezzajnieha. Dakinhar filgħaxija ġie battaljun ieħor biex jibdilna minħabba li l-awtoritajiet ma kinux qablu mal-aġir tagħna.”

Diċembru 2014 | 11

Page 12: Flimkien Diċembru 2014
Page 13: Flimkien Diċembru 2014

If children live with criticism, they learn to condemn. If children live with hostility, they learn to fight.

If children live with fear, they learn to be apprehensive. If children live with pity, they learn to feel sorry for themselves.

If children live with ridicule, they learn to feel shy. If children live with jealousy, they learn to feel envy. If children live with shame, they learn to feel guilty.

If children live with encouragement, they learn confidence. If children live with tolerance, they learn patience. If children live with praise, they learn appreciation. If children live with acceptance, they learn to love.

If children live with approval, they learn to like themselves. If children live with recognition, they learn it is good to have a goal.

If children live with sharing, they learn generosity. If children live with honesty, they learn truthfulness.

If children live with fairness, they learn justice. If children live with kindness and consideration, they learn respect.

If children live with security, they learn to have faith in themselves and in those about them. If children live with friendliness, they learn the world is a nice place in which to live.

Uliedna • Dorothy Law Nolte

Children learn what they live

Diċembru 2014 | 13

Page 14: Flimkien Diċembru 2014

L-Arti tal-Imħabba huwa l-isem ta’ ktieb b’siltiet qosra minn kitbiet u diskorsi ta’ Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-

Moviment tal-Fokolari.“Inħobbu lil kulħadd”, “Nibdew inħobbu

aħna l-ewwel”, “Inħobbu ’l għajrna bħalna nfusna” huma t-titoli ta’ xi kapitli tal-ktieb.

Għaliex “Arti”? Għaliex bħal kull arti, jinħtieġ taħriġ kontinwu biex din l-imħabba tissarraf f ’ħajja.

Meta żar iċ-Ċentru tal-Moviment tal-Fokolari, San Ġwanni Pawlu II qal: “L-imħabba hija x-xrara ispiratriċi ta’ dak kollu li intom, ta’ dak kollu li tagħmlu fid-dinja. Hemm radikaliżmu fl-imħabba li hu tagħkom, radikaliżmu li

Kotba • Anna Caruana Colombo

jiskopri l-profondità tal-imħabba fid-diversi sitwazzjonijiet, u li jfittex li jrebbaħ dejjem din l-imħabba f ’kull ċirkostanza, f ’kull diffikultà.”

Ngħid għalija, dan il-ktieb ifakkarni, bi ħsieb żgħir kull filgħodu, biex ma niqafx

fl-egoiżmu tiegħi iżda nkun lesta nħares lejn iċ-ċirkostanzi tal-ħajja

u l-persuni li niltaqa’ magħhom b’din il-ħarsa ta’ mħabba, kif iħares lejna l-Mulej. Dan il-ktieb jgħinni nikber fil-Mulej, u meta

nieqaf inħobb, nerġa’ lura, nerġa’ nibda nħobb, nerġa’ nsib il-Mulej.Biex takkwista l-ktieb ċempel

21385801 jew 21486112 jew ibgħat email: [email protected]. Rigal tal-Milied utli għal kulħadd u kull età. Għall-Milied hemm offerta speċjali.

L-ArtI tAL-IMħAbbA

GenerożitàFesta ta’

L-aÓjar taLent LokaLi

Xandira teLeviÛiva Fuq L-istazzjonijiet LokaLi

1 ta’ jannar

Organizzata minn Radju RTK

€10 516 02 012€15 517 02 013€25 518 02 014€7 sMs 506 18 922

Cempel issa

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Diċembru 2014

facebook.com/apsbank

learn, achieve, perform & earnUpgrading your academic profile requires foresight and determination. Wisdom will ultimately drive your career in the direction you’ve been dreaming of. APS Achieve aims at minimising your financial burden to focus on your studies and achieve career progression. Plan your future carefully, then get in touch with us and find out how easily your dream can turn into a rewarding reality.

Apply online on apsbank.com.mt/achieve

APS Bank is licensed by the Malta Financial Services Authority.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

apS achieve

loanS for profeSSional qualificationS

Page 16: Flimkien Diċembru 2014
Page 17: Flimkien Diċembru 2014
Page 18: Flimkien Diċembru 2014

riflessjoni • Don tonino bello

Lilek, John, li ilek snin twal wiċċek ’il fuq fis-sodda, bla ma tiċċaqlaq, wara dak l-inċident tat-traffiku. Il-Milied it-tajjeb

lilek ukoll, Franco, li berbaqt kemxa ġmielha biex fil-lejl tal-Milied tiddeverti u tidħak!

Lilek, John, li mhux se jirnexxilek tattendi l-quddiesa ta’ nofsillejl, imma se nkun hemm jien biex niddeskrivilek x’inkun qed nara, u nassigurak li Ġesù ġie biex jagħti sens lit-traġedja tiegħek, u li fil-lejl qaddis, anzi f ’kull lejl, huwa jitlaq mill-maxtura u jiġi ħdejk, u jieħu mis-sħana tiegħek.

Imma int ukoll, Franco, m’int se tara xejn. Int m’għandekx moħħ dawn l-affarijiet, għax okkupat b’affarijiet oħra. Nixtieqek tifhem, imma, li l-bozoz kollha tal-postijiet fejn se tgħaddi l-lejl tal-Milied u tberbaq flusek ma jistgħux jarmu dawl biżżejjed biex jagħtu sens lil ħajtek.

Il-Milied it-tajjeb, Katia, li l-għada tal-Milied se tiżżewweġ lil Marco, u lilek ukoll, Rosanne, li x-xahar l-ieħor iffirmajt il-karti tas-separazzjoni minn żewġek George li telqek u mar jgħix ma’ oħra.

Lilek, Katia, li biżżejjed tħares lejn il-grotta biex tiftakar fil-festa ta’ meta Alla tgħarras mal-umanità kollha. Imma lilek, Rosanne, li għall-ewwel darba se tqatta’ dawn il-festi d-dar waħdek, u li lanqas biss għandek aptit tmur għall-ikel ma’ tal-familja, nixtieq infissirlek li dak li qed tħoss int mhux differenti ħafna minn dak li ħass Ġesù fil-lejl qaddis meta għalqulu l-bieb f ’wiċċu. Il-Milied it-tajjeb lilek ukoll, George, biex fit-tarbija tal-grotta jirnexxilek tilmaħ il-fedeltà ta’ Alla, u ma ddumx ma terġa’ lura fejn hu postok.

Il-Milied it-tajjeb, Karm, li tgħix f ’dar tal-anzjani, li qabel torqod tipprova titħannen

Il-Milied it-tajjeb

lil kulħadd!

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Diċembru 2014

bl-innijiet tal-Milied, u ġġib quddiem għajnejk it-tifkiriet ta’ meta kont għadek tfal, tifkiriet numerużi aktar min-nagħaġ tal-presepju, u forsi jgħaddilek il-ħsieb li dan jista’ jkun l-aħħar Milied tiegħek.

Anki lilek, Antonella, il-Milied it-tajjeb! Int li għad għandek għoxrin sena imma li tħossok ta’ disgħin, u li ftit ilu ħlift li ma tridx tqerr u tisma’ quddies aktar. Il-Milied it-tajjeb, xorta waħda, u nitlob għalik biex forsi ssib ħames minuti waħdek quddiem il-presepju. Jalla terġa’ tibda tħoss l-istess emozzjonijiet ta’ ferħ u paċi li ftit snin ilu anki sempliċi innu jew presepju kienu jqajmu fik.

Il-Milied it-tajjeb, Francesca, li din is-sena rġajt skoprejt il-fidi tiegħek u fhimt li Alla jħobbok tassew. Dan se jkun Milied ġdid għalik, mimli bil-preżenza tiegħu. Jalla tkun xhud għal ħaddieħor biex ħaddieħor ukoll jittieħed minnek u jagħmel il-mixja li għamilt int!

Il-Milied it-tajjeb, Ivan, li qiegħed l-isptar, u li issa li t-tobba telqu, għandek seba’ mitt sena li jidħlu l-viżitaturi forsi jkollok ma’ min tgħid kelma.

Il-Milied it-tajjeb, Pierre, li qiegħed il-ħabs, u li ma jiġi jarak ħadd għax ħadd ma jrid jaf bik wara li f ’ħajtek għamilt ħafna żbalji kbar. Lilek ukoll, il-Milied it-tajjeb.

Il-Milied it-tajjeb, Marija, li għandek ħames snin, u li stennejt dan il-Milied fuq ix-xwiek, u li int kuntenta b’ommok u b’missierek u b’ħuk iż-żgħir. Magħhom se tgħix dan il-Milied, u għalik se jkun jum mill-isbaħ.

U l-Milied it-tajjeb lilek ukoll, Ibrahim, li dan il-Milied, bħas-sena l-oħra, se tkun fost l-aktar persuni li jixbhu lit-tarbija ta’ Betlem: bogħod minn art twelidek, bla dar, bla futur, bla tama, u b’tikketta kbira mwaħħla fuq rasek: Klandestin. Jalla ssib min jiftaħlek il-bieb. Jalla nittrattaw miegħek bħala bniedem bħalna, iben Alla.

Il-Milied it-tajjeb lilek, Lorraine, li din is-sena tħoss aktar viċin il-misteru tal-Milied għax twelditlek tarbija l-ġmiel tagħha. U lilek ukoll, Marta, li din is-sena tlift lil bintek li kienet għadha fl-aqwa tagħha.

Happy Christmas, Bryan, suldat f ’art barranija, tiġġieled gwerra bla sens u li ħadd ma jaf għalfejn bdiet, bogħod mill-familja tiegħek, qatt ma taf jekk l-aħħar vjaġġ li se tagħmel b’dik il-jeep hux se jkun l-aħħar wieħed għax ittajrek xi bomba. Jalla l-Milied tas-sena d-dieħla jsibek id-dar, mal-familja, u l-paċi tkun ħadet post il-mibegħda u t-tifrik li int imdawwar bihom bħalissa.

Il-Milied it-tajjeb, Alex, li issa tlift kont tal-ġranet, u li għalik il-Milied se jkun jum bħall-oħrajn: ġirja frenetika waħda biex takkwista l-joint li jmissek.

Il-Milied it-tajjeb, Marina, li se tqatta’ l-lejl qaddis l-isptar, fost il-morda, biex twasslilhom

ftit faraġ, kelma, karezza żgħira, mediċina, kikkra te. Dan żgur li se jkun wieħed

mill-isbaħ Milidijiet li qatt kellek.Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd, imma propju

lil kulħadd: lil min hu ferħan u min qed ibati, min għandu bix-xaba’ u min hu fqir, min jemmen u min ma jemminx, min hu straight u min hu gay. Lil kulħadd, illejla rridu neħdulkom b’idejkom, biex kulħadd jintebaħ li dak it-tifel imkebbeb fil-faxex u mqiegħed fil-maxtura, ladarba ssir tafu, tħossok li ma tistax tgħaddi aktar mingħajru.

(Liberament addattata minn kitba ta’ Don Tonino Bello, Isqof ta’ Molfetta,

li miet fl-1993)

Il-Milied it-tajjeb ukoll lill-qarrejja, il-kontributuri, id-distributuri u kull

min b’xi mod hu involut biex il-magażin Flimkien jasal fil-familji Maltin. Grazzi.

Il-Milied it-tajjeb

lil kulħadd!

...dak it-tifel imkebbeb fil-faxex u mqiegħed fil-maxtura, ladarba ssir tafu, tħossok li ma tistax tgħaddi aktar mingħajru

Diċembru 2014 | 19

Page 20: Flimkien Diċembru 2014

Biex il-kliem ikun sewMartin Morana

Termini - Toponomi - Kliem Malti antik - Aneddoti mill-istorja - Folklor - Indiċi ta’ 2,500 kelma

Għal aktar informazzjoni fittex fuq:https://sites.google.com/site/biexilkliemikunsew/

jew ikteb fuq l-imejl: [email protected]

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Mini-KwizzX’nifhmu meta ngħidu “Kunċizzjoni

Immakulata” ta’ Marija?

AĦSEB FUQHAThe only real blind person at Christmas-time

is he who has not Christmas in his heart. H E L E n K E L L E r

Page 21: Flimkien Diċembru 2014

IttRI MILL-qaRREJJa L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Permezz tal-Att 10 tal-2009, il-kera tal-postijiet ta’ residenza kollha, fejn din il-kera kienet anqas minn €185 fis-sena, kellha togħla għal €185 fis-sena, b’effett mill-ewwel kera dovuta wara l-1 ta’ Jannar, 2010. Jekk il-kera kienet ogħla, allura kellha tibqa’ hekk. Din il-kera ta’ €185 fis-sena (jew il-kera ogħla li tkun qed titħallas) kellha terġa’ togħla mal-ewwel kera dovuta wara l-1 ta’ Jannar, 2013. Iż-żieda kellha tkun proporzjonata

ITTRA REBBIEĦA

Lanqas taċ-ċekċik!Fil-ħarġa ta’ Novembru dehret ittra dwar imġiba fil-knisja bit-titlu: “Mhux post it-tpaċpiċ”. U jien inżid: “U lanqas taċ-ċekċik!” Nisma’ quddies f ’diversi parroċċi nhar ta’ Ħadd, imma kważi kullimkien il-ħin tal-Kredu sar il-ħin li fih kulħadd ifetfet fil-portmoni u jċekċek il-muniti, qisna b’seba’ mitt sena li neħilsu minnhom u nitfgħuhom fil-qoffa. Ħafna drabi dawn il-qfief jibdew iduru fit-triq tagħhom min-naħa ta’ wara tal-knisja, u sakemm jaslu sa quddiem jirnexxilhom iħarbtu u jfixklu lil kulħadd b’mod li bilkemm inkunu nafu x’qed ngħidu fil-Kredu u għal min qed nitolbu fit-Talb tal-Fidili. M’hemmx mod aktar dinjituż kif isir il-ġbir waqt il-quddiesa?

Charmaine D’Amato, Ħal Qormi

Ittri mill-qarrejja

Żjieda fil-kera

maż-żieda fl-indiċi tal-inflazzjoni kif jirriżulta mill-Art. 13 tal-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar. Il-kera għandha tibqa’ togħla bl-istess mod, jiġifieri skont iż-żieda fl-indiċi tal-għoli tal-ħajja, kull tliet snin. Għahekk l-awment li jmiss jibda jseħħ mill-ewwel kera dovuta wara l-1 ta’ Jannar, 2016. Hu essenzjali li l-qarrej imur għand avukat biex jagħtih spjegazzjoni dettaljata u jinħadmu ċ-ċifri involuti.

Għandna dar mikrija lil ħaddieħor fi triq prinċipali. F’din id-dar kbira hemm intrata, kontro-entrata, kċina u bitħa żgħira. Fuq, hemm ħamest ikmamar. Qabel ħarġet il-liġi dwar il-kera din id-dar kienet mikrija Lm15 fis-sena. Wara, saret €180 fis-sena, u sas-sena l-oħra bqajna nirċievu din il-kera. Nixtieq inkun naf kemm aħna għandna dritt nitolbu din is-sena li tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2014.

CS, Imsida

aVUKat - Dr R. Zammit LL.D

Ittri mill-qarrejja

F’dar Manresa, Għawdex: Irtir bl-IkoniMill-Ġimgħa, 5 filgħaxija, sal-Ħadd, 7 ta’ Diċembru, wara nofsinhar. Jitmexxa minn Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu.Nilqgħu lil Dak li ġej!Irtir ta’ tħejjija għall-Milied, Mill-Ġimgħa, 12 filgħaxija, sal-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, wara nofsinhar. Jitmexxa minn Fr Edgar Busuttil, SJ.Ċempel 2155 6635  jew email: [email protected]

Diċembru 2014 | 21

Page 22: Flimkien Diċembru 2014
Page 23: Flimkien Diċembru 2014

Il-parroċċa taż-Żurrieq hi waħda mill-eqdem parroċċi f ’Malta. Kienet diġà parroċċa qabel l-1436. Iż-Żurrieq fih

bosta bini qadim u ta’ valur storiku, fosthom il-knisja ddedikata lil Santa Katarina, diversi knejjes filjali bħall-kappella ta’ Ħal Millieri, il-mitħna tax-Xarolla, il-katakombi biswitha, it-Torri Puniku, it-Torri ta’ Bubaqra, l-Armerija, il-maħżen ta’ Mattia Preti, u l-palazz tan-Nigret.

Fost il-personalitajiet magħrufa fiż-Żurrieq jispikka Mattia Preti li ħalla patrimonju għani ħafna u għamel żmien twil jgħix fostna. Hemm ukoll Dun Matteolo Saliba li ddisinja l-pjanta tal-knisja parrokkjali; il-Professur Pietru Pawl Saydon, li ta kontribut kbir fl-istudji bibliċi; il-Professur Stefano Zerafa, espert fil-botanika; Santu Formosa; u l-poeta Dun Gużepp Farrugia.

Iż-Żurrieq għandu popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 10,000, b’età medja 39 sena. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-popolazjoni tal-parroċċa hija relattivament żagħżugħa. In-numru tal-familji jlaħħaq mat-3,700.

Fiż-Żurrieq niċċelebraw żewġ festi: il-festa titulari ta’ Santa Katarina u l-festa tal-Madonna

Parroċċi Maltin: Iż-Żurrieq • Dun Karm Attard

Inizjattivi ġodda fiż-Żurrieqtal-Karmnu.

Il-ħidma pastorali fil-parroċċa titwettaq mhux biss bis-sehem tal-ħames saċerdoti imma wkoll bis-sehem ta’ ħafna lajċi impenjati fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali u fil-kummissjonijiet bħalma hemm ukoll f ’parroċċi oħra.

Din is-sena bdejna proġett ta’ mentoring, fejn grupp ta’ lajċi jimpenjaw ruħhom li jakkumpanjaw persuni oħrajn f ’dak kollu li jkollhom bżonn. Proġett ieħor hu l-akkumpanjament ta’ nisa li jkunu qed jistennew tarbija. Għal dan għandna l-għajnuna ta’ qabla. Peress li dan hu proġett ġdid qed nimxu b’ħafna delikatezza, imma konvinti li qed inwasslu l-messaġġ li l-ħajja hi rigal tal-Ħallieq u għalhekk ta’ min jgħożżha u jgħixha bil-ferħ. Dan l-akkumpanjament ma jsirx biss sal-Magħmudija tat-tarbija imma wkoll wara.

Fil-viżta pastorali li saret fl-2013, l-Arċisqof irrakkomanda primarjament żewġ affarijiet: (1) li l-parroċċa jkollha ċentru pastorali adegwat għall-ħtiġijiet pastorali tal-lum (2) li l-parroċċa tinqasam f ’żoni u jkunu l-għaqdiet li jieħdu r-responsabbiltà tal-evanġelizzazzjoni billi jitqassmu kull waħda f ’żoni partikolari.

Mill-Qarrejja

Ministri tat-tqarbinMeta niġi biex nitqarben, qabel ma nqarben lil ħaddieħor fil-quddiesa, napprezza ħafna meta wieħed mill-patrijiet tal-parroċċa, qabel jagħtina s-Sagrament biex inqarbnu, jgħidilna: “Inti li ġejt imsejħa biex tagħti l-Ġisem ta’ Kristu lil ħutek, il-Mulej ibierkek.” Nissuġġerixxi li s-saċerdoti jgħidu din it-talba fuq il-ministri tat-tqarbin.

Anna Tabone, Marsa Trinità

Diċembru 2014 | 23

Page 24: Flimkien Diċembru 2014

Feel comFortable, smart and stylish

ofrideColour: BlackSizes: 36-42

BilfordColour: BlackSizes: 35-42

nairaColour: TaupeSizes: 35-42

delemontColour: Grey/BlackSizes: 35-42

nashirColour: Black/GreySizes: 36-42

zavalaColour: TaupeSizes: 36-42

See the full range onSchollfoothealthcentre.com

17150_PCOS_Pharmacy-range_Flimkien-DPS.indd 2 10/11/2014 12:18

Page 25: Flimkien Diċembru 2014

nalaColour: BlackSizes: 36-42

roanneColour: BlackSizes: 36-42

coiraColour: Grey/BlackSizes: 36-42

nairaColour: TaupeSizes: 35-42

delemontColour: Grey/BlackSizes: 35-42

catherineColour: Black/BrownSizes: 36-42

adelindaColour: BlackSizes: 37-42

cassieColour: GreySizes: 36-42

available from all Scholl foothealth centres in Valletta, mosta & fgura, abela’s health & Beauty centre (Gozo), Suffolk (Valletta) and level -2, the Point (tigne)

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert, prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.

with winter ‘14 collection From scholl

17150_PCOS_Pharmacy-range_Flimkien-DPS.indd 3 10/11/2014 12:18

Page 26: Flimkien Diċembru 2014

Bħalma qegħdin tinnutaw, jien qed nipprova nitbiegħed kemm jista’ jkun mill-idea li t-tqala hija xi marda. Din

l-idea, li t-tqala hi xi marda, hi żbaljata għall-aħħar. Il-ħafna biża’ li ngħixu waqt it-tqala jew il-ħafna sagrifiċċji li nagħmlu ħafna drabi jsiru għalxejn – naturalment sakemm ma jkunux ordnati speċifikament mit-tabib. Ċerti restrizzjonijiet ħafna drabi huma biss drawwiet u tradizzjonijiet tal-antik li jġiegħlu ħafna nisa jevitaw it-tqala għax jibżgħu li ħajjithom se tiġi kompromessa wisq.

Hawnhekk nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll lill-irġiel li sa issa dejjem kellhom rwol kważi biss ta’ spettaturi. L-irġiel li jkollhom il-biżgħat u l-inkwiet tagħhom ħafna drabi jżommu kollox ġo fihom għaliex iħossu li marthom għandha biżżejjed inkwiet x’iġġorr. Imma m’għandux ikun hekk. Għalkemm l-omm tkun diġà qed tħossha “mamà”, il-missier jista’ jibda jgħix din l-esperjenza mal-mara tiegħu billi spiss jaqsam ma’ martu l-ħsibijiet li jkunu għaddejjin minn moħħu fuq it-tarbija li għandhom. B’hekk jinħoloq djalogu mill-bidunett fuq din it-tarbija li dalwaqt se tasal! Ir-raġel ukoll għandu jħossu “papà” mill-bidu, minn xħin isir jaf li martu hi tqila

Saħħitna • Dr Anna Maria Vella

bit-tarbija tiegħu!Il-ħames xahar tat-tqala huwa wieħed

mill-isbaħ xhur ta’ dan il-perjodu tant sabiħ fil-ħajja tal-koppja. Wasalna f ’punt trankwill meta kemm l-omm kif ukoll il-missier ikunu draw l-idea li ser tasal ħlejqa ġdida, fejn il-beżgħat li l-affarijiet jistgħu jmorru ħażin ikunu naqsu ħafna, fejn il-mara li kieku mhux għax tibda tespandi, ma tgħidx li għandha xi ħaġa differenti mis-soltu.

Madankollu, fit-tarbija jkunu qed jiġru affarijiet inkredibbli. Fil-ħames xahar tat-tqala t-tarbija tkun tiżen bejn 250 u 450 gramma, tkun twila bejn 15 sa 19-il ċentimetru. It-tarbija tkun miksija b’suf irqiq ħafna ma’ ġisimha kollu. Inkunu nistgħu naraw kemm ix-xahar kif ukoll il-ħuġbejn tat-tarbija.

L-omm ser tibda tħoss b’mod ċar il-movimenti tat-tarbija tagħha. Għall-ewwel l-omm tinħasad b’dan il-moviment stramb ta’ ġo fiha, iżda malajr tinduna minn fejn ikun ġej u xi jkun ifisser dak li qed tħoss. Tkun tixtieq li minn żmien għal ieħor terġa’ tħoss lil dik il-kreatura ta’ ġo fiha tagħmlilha s-sinjal li hi mimlija ħajja. Allura ħallihom kemm l-omm u kemm il-missier b’idejhom fuq żaqq l-omm jistennew li jħossu lit-tarbija tagħhom tiċċaqlaq – l-uniku mod kif tista’ “tikkomunika” magħhom!

It-tarbija tkellem lill-ġenituri

26 | Flimkien

Page 27: Flimkien Diċembru 2014

Logħob • Claudia Cini

tisliba

Soluzzjoni ta’ Novembru Rebbieħ: M.R. Debono, Ħal Qormi

Mimdudin1. Mart Ġakobb fil-ktieb tal-Ġenesi (5)3. 40 jum wara l-Għid il-Kbir (5)6. Kitbu l-evanġelji (11)8. Immexxijin; regolati (7)12. Manjieri tajba (7)15. Irċeviehom Mosè fuq is-Sinaj (11)16. Molluska ovali mwaħħla mal-blat (5)17. Hawn issib ir-Rotunda (5)

Weqfin1. Rewwixta; ribelljoni (5)2. Ordni; amar (5)4. Id-dixxipli mxew fuq il------ tal-

Imgħallem. (5)5. Għamel bħal; ikkopja (5)7. Poeżija ta’ niket bil-vers tal-ħdax (7) 9. Tiegħi għandha ħamest iswaba’ (3)10. Frott iswed li jtabba’ (3) 11. Gvernatur ta’ dari (5)12. Indaf; issaffa (5)13. Armar ta’ bhima tal-ġbid (5)14. Imexxi u jgħin lit-turisti (5)

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Alfakodo

Soluzzjoni ta’ Novembru

Rebbieħ: H. Sciberras, San Ġwann

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

a P - O N H - C 1B I + M o G + NC X ÷ Z P Y + VD W x W q U - ME L - N R T + FF K + C S R ÷ Z 12G I ÷ Z t D - XH A ÷ Z U Q + MI K x V V S ÷ MJ S + W W J - SK S ÷ Z x C x ZL R - V Y B + NM Y - U 4 Z E - I 2

a B C D E F G H I J K L M13 26 5 8 12 19 22 14 21 1 7 20 11N o P q R S t U V W x Y Z3 6 23 25 17 2 9 18 24 10 15 16 4

1 2 3 4 5

6 7

8 9 10

11 12 13 14

15

16 17

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin: 1. PRIMA, 3. KAĊĊA, 6. RESTAWRATUR, 8. PARRINU, 12. BAGALJA, 15. PAĊIFIKATUR, 16. UŻATI, 17. ĠARRA.Weqfin: 1. PARIR, 2. ISSEP, 4. ĊITRU, 5. AĦRAX, 7. WARRANI, 9. ARA, 10. NEJ, 11. TOPPU, 12. BOĊĊA, 13. AWTUR, 14. BORMA.

Għalliema: Sara, kif tispelli “Milied”?Sara: M-I-L-I-TGħalliema: Le. Id-dizzjunarju jispelliha M-I-L-I-E-D.Sara: Veru, imma inti staqsejtni kif nispelliha jien, mhux kif jispelliha d-dizzjunarju!

Diċembru 2014 | 27

Page 28: Flimkien Diċembru 2014

Quality products at affordable prices!

Give a give worth more this Christmas.... 10% off all mobility and walking aids

Page 29: Flimkien Diċembru 2014

Paġna tat-tfal • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia

KOMPEtIZZJONINissuġġerixxu li t-tfal jiddiskutu l-istorja mal-ġenituri tagħhom u wara jwieġbu l-mistoqsija. Ibagħtuha hekk: Flimkien, Komik, Kurja, PO box 90, il-Marsa. L-ewwel ittra li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand bfitMalta Fitness Studio, 123, triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Rebbieħ ta’ Novembru: D. Scerri, il-Marsa

IL-ĠURAT• Ilu jeżisti sa minn qabel id-dinosawri.• Kapaċi jaqbeż sa 200 darba t-tul tiegħu.• M’għandux widnejn, imma jisma’ minn żaqqu.• Ikanta billi jħokk saqajh ta’ wara ma’ ġwenħajh.• Ipassi fi gruppi li ġieli jlaħħqu l-miljun ġurat.• Jgħix madwar sena biss.• Iħobb jinħasel ta’ spiss.• Fil-Ġappun hu meqjus sagru.

Diċembru 2014 | 29

Ir-reċta

Page 30: Flimkien Diċembru 2014

Oh Lord, rain your blessings over me. Help me control my stormy temper. Keep me calm in the tsunamis of my life. And by the lightning show me the way, in the tempest ahead. By the change of wind, direct me to the right path. Flood me with your love and patience. Let me not forget that one day or another dark clouds will hover over me, but keep me calm and strong.Oh Lord, help me to endure, and when life becomes unbearable and I am about to give up, awaken me with a clap of thunder, bring me back to my senses, so I will still be there tomorrow to enjoy the rainbow and another sunny day. Amen.

Mibgħuta minn Alfred C Gauci Tonna

L-Aħħar Paġna

A weatherfulprayer

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Diċembru 2014
Page 32: Flimkien Diċembru 2014

RTK 4 Charity

Familji fil-Bżonn

Inti mistieden tiġi fl-uffiċċju ta’ Radju RTK, Blata l-Bajda, u tagħti d-donazzjoni tiegħek.

(għal kull għotja tingħata irċevuta)

JEW

Agħti d-donazzjoni tiegħek permezz tat-telefon:

51602040 €10.00 51702041 €15.00 51802042 €25.00

JEW

Ibgħat SMS: 50618921 €7.00

JEW

Permezz tal-Bank Accounts (KAMPANJA RTK FAMILJI FIL-BŻONN)

HSBC A/C 033 157108050 BOV A/C 400 10162286 APS A/C 105 43110022