20
Nru. 327 Ħarġa Speċjali tal-Festa Ġunju 2018 Is-Sliem

Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

Nru. 327 Ħarġa Speċjali tal-Festa

Ġunju 2018

Is-Sliem

Page 2: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

2

www.parroccazebbug.com

VJAL IL-ÓELSIENÛEBBUÌ ZBG 2074

Tel: 21463622

Ta’ Kerubin Butcher

Est. 1910

Ta’ Kerubin, 79, Vjal il-}elsien, }a\-|ebbu[. |B{ 2074.

Mob: 99 822 460, Tel: 21 464 474

Email: [email protected] - www.facebook.com/kerubinbutcher/

Beta Paintsnow at

Mula Road, Ûebbu©.Tel: 21 461619, Mob: 9988 8276,

Fax: 21 467162

Choice of over 5,000 Colours by Beta Tinting Machine.

Borders & Covings available for your choice. Make Free Delivery.

We also provide: Home Maintenance, Plumbing & Electrical Work

SuperiorIronmongery

by josianne

OPENING HOURSTuesday - Thursday9.00am to 1.00pm

and 3.00pm to 6.00pmFriday & Saturday: 9.00am - 6.00pm

triq l-eroj, Ωebbu© Tel: 21/27 466330

stylingzone

La Barbone Dolceria

Prop: S. Camenzuli

Caterers for all Occasions

‘Yeppon’,Bishop Caruana Street, Ûebbu©

• Tel: 2146 0168 • Mob: 7946 0168 • Fax: 2146 1791

TAL-MISRAHConfectionery

...We accept orders

for all occasions!

St. Philip Square, ÓaΩ-Ûebbu©Mob: 99873133/79918897

...OPEN ALL WEEK!

TA’ MARIROS

Qomos, T-Shirts,Ûraben, Saqqijiet,

Shorts, Jeans,Sandals, Lbiesi34, St. Anthony Street,

ÓaΩ-Ûebbu© Tel: 2146 7464

AUTOPARTSLUBRICANTSBATTERIES

Tnejn sal-Ġimgħa: 8.00am - 6.00pmSibt: 8.00am - 1.00pm

Mdina Road, ŻebbuġTel: 2146 0878, 9910 1131

4, “Shalom”, Triq il-Watar, Óal Mula,

ÓaΩ-Ûebbu©.

24 hours servicesDAY & NIGHTTel: 21460950

Office: 21465122 - 21472219Mob: 99471168

Twanny SpiTeriFUneraLi

L-Ispejjeż tal-Knisja Mħallsa

Page 3: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

3

www.parroccazebbug.com

IS-SLIEM: Fuljett tal-Parroċċa SAN FILEP TA’ AGIRA, Ħaż-Żebbuġ – Ġunju 2018 – Inizjattiva tal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Media, li hija ffurmata minn: Fr Daniel Cardona (ARĊIPRIET); Tonio Galea (SEGRETARJU); in-Nutar Dr Philip Ellul LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D. (PRO tal-Parroċċa); u l-MEMBRI: Joe P.Borg, it-Tabiba Dr Elizabeth Zammit Lupi M.D., u Riccardo Flask – INKARIGATA MIR-REKLAMAR: Janet Agius – GĦAN TAL-ĦIDMA tal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Media: Li twassal TAGĦRIF fuq ġrajjet u mixjet il-Parroċċa u l-ħidma mwettqa mill-Arċipriet u l-Kleru, mill-Għaqdiet Reliġjużi u Gruppi oħrajn parrokkjali – TAGĦRIF li jiswa ta’ ħolqa bejn il-parruċċani kollha u ta’ tħeġġiġ għal sehem akbar u aktar wiesgħa f’din il-ħidma parrokkjali. RITRATT TAL-FAĊĊATA: © Knisja Arċiprietali Ħaż-Żebbuġ, Joe P. Borg. Dettal mill-istatwa ta’ San Filep t’Aġira, 1863. Ir-ras tal-istatwa, fl-istil Neo-Klassiku, fonduta fil-fidda mill-artist Luigi Fontana.

Messaġġ mill-Arċipriet“Henjin dawk li fil-proxxmu tagħhom jaraw lil Ġesù.” Papa Franġisku

F’waħda mill-omeliji tiegħu, meta kien qed jitkellem fuq il-Qaddisin, il-Papa Franġisku, qal li jekk hemm xi ħaġa li tikkaratterizza lill-qaddisin, din hi li huma tabilħaqq hienja.

Skoprew is-sigriet tal-hena awtentiku, li jgħammar fil-qiegħ tar-ruħ u għandu l-għajn tiegħu fl-imħabba ta’ Alla. Għalhekk il-qaddisin huma msejħa henjin. Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet huma t-triq tal-ħajja li l-Mulej jurina, biex nistgħu nimxu fuq il-passi tiegħu.

Il-Papa jkompli jgħidilna li l-Beatitudnijiet huma l-profil ta’ Kristu u, konsegwentement, tan-Nisrani. Il-Beatitudnijiet huma b’xi mod il-karta tal-identità tan-Nisrani, li tidentifikah bħala dixxiplu ta’ Ġesù.

Aħna msejħin inkunu henjin, dixxipli ta’ Ġesù, u naffrontaw it-tbatija u l-uġigħ ta’ żmienna bl-istess spirtu u mħabba ta’ Ġesù.

F’dan is-sens, il-Papa Franġisku jsemmi sitwazzjonijiet ġodda biex

ngħixuhom bi spirtu mġedded u dejjem attwali: • henjin dawk li jġarrbu bil-fidi

l-ħażen li oħrajn iġibu fuqhom u jaħfru mill-qalb;

• henjin dawk li jħarsu f’għajnejn min hu mwarrab u juruh li huma qrib tiegħu;

• henjin dawk li jagħrfu lil Alla f’kull persuna u jissieltu biex oħrajn ukoll jiskopruh fiha;

• henjin dawk li jħarsu u jikkuraw id-dar komuni tagħna;

• henjin dawk li jiċċaħħdu milli jkunu sew huma għall-ġid tal-oħrajn;

• henjin dawk li jitolbu u jaħdmu għall-komunjoni sħiħa tal-Insara…

• henjin dawk kollha jġorru f’ħoġorhom il-ħniena u l-ħlewwa ta’ Alla, u żgur għad jirċievu minnu l-ħlas mistħoqq.

Is-sejħa għall-qdusija hi għal kulħadd u jeħtieġ nilqgħuha mingħand il-Mulej bi spirtu ta’ fidi. Il-qaddisin jagħmlulna l-qalb

b’ħajjithom u bl-interċessjoni tagħhom quddiem Alla, u aħna għandna bżonn ta’ xulxin biex insiru qaddisin. Ngħinu lil xulxin insiru qaddisin! Flimkien nitolbu l-grazzja li nilqgħu bil-ferħ din is-sejħa u naħdmu flimkien biex inwassluha sat-tmiem. U jalla li bl-interċessjoni ta’ San Filep naslu.

Il-Mulej iberikkom,

Fr Daniel CardonaArċipriet

Stampat: Best Print Ltd, Qrendi

TAĦDITA KULTURALINhar it-Tlieta, 5 ta’ Ġunju 2018fit-8.00pm, fil-Knisja Arċipretali

Kelliem: Victor BonniciKONSENTURI FIL-ĦAJT…U FIL-FEHMA.

LEJN IL-BINI TA’ ALTAR ĠDIDTAS-SSmu RUŻARJU 300 SENA ILU

FIL-KNISJA PARROKKJALI TA’ ĦAŻ-ŻEBBUĠ.

Kulħadd huwa mistieden jattendi għal din it-Taħdita Kulturali.

Page 4: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

4

www.parroccazebbug.com

Il-Ħadd, 3 ta’ ĠunjuĦruġ Solenni ta’ San Filep min-niċċa 7.00pm Quddiesa ċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex.

Mons. Mario Grech. 8.00pm Ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Filep, li titqiegħed

fil-Knisja għall-qima tagħna. Il-Kor Parrokkjali Magnificat imexxi l-kant matul il-ħruġ tal-istatwa. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Tnejn, 4 ta’ ĠunjuJum it-Tfal u ż-Żgħażagħ 5.30pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-parroċċa fil-Knisja

Arċipretali. It-tfal huma mistiedna jagħmlu offerta mill-flus tagħhom stess għat-tfal tad-djar tal-Knisja. Jieħu sehem il-grupp tal-kitarri tal-MUSEUM tal-Bniet. Wara l-Quddiesa jsir Sports Festival fil-Qasam tal-MUSEUM tas-Subien, organizzat mill-Kummissjoni Kateketika Parrokkjali.

7.45pm Quddiesa mtella’ miż-żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-Knisja.

It-Tlieta, 5 ta’ Ġunju 9.30am Quddiesa speċjali għall-morda u l-anzjani. 8.00pm Taħdita Kulturali minn Victor Bonnici, ara paġna 3

L-Erbgħa, 6 ta’ ĠunjuL-Ewwel Jum tat-Tridu – Jum il-Familja Nisranija 6.30pm Quddiesa b’talb speċjali għall-familja, imħejjija

mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja. Janima l-Quddiesa l-Kor Parrokkjali Magnificat, taħt it-tmexxija tas-Surmast Charles Cachia. Wara l-Quddiesa, issir il-Prietka tat-Tridu minn Fr Jonathan Farrugia.

Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ħamis, 7 ta’ ĠunjuIt-Tieni Jum tat-Tridu – Jum il-Qadi u l-Vokazzjonijiet 6.30pm Quddiesa tat-Tridu, b’talb speċjali għall-

vokazzjonijiet. Wara l-Quddiesa, kollox bħall-jum ta’ qabel.

Il-Ġimgħa, 8 ta’ ĠunjuIt-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Għaqdiet u l-Movimenti Kattoliċi fil-Parroċċa 6.30pm Quddiesa tat-Tridu, b’talb speċjali għall-għaqdiet li

qed jaħdmu fi ħdan il-parroċċa. Wara l-Quddiesa, kollox bħall-jum ta’ qabel.

Is-Sibt, 9 ta’ ĠunjuLejlet il-Festa – Jum ir-Rikonċiljazzjoni 8.00am Quddiesa Kantata Solenni tal-għeluq tat-Tridu,

Innu, Antifona u Te Deum. 5.30pm Quddiesa. 6.30pm Transulazzjoni Solenni u Għasar immexxija minn

Mons. Richard Borg. 8.00pm Quddiesa mmexxija mill-E.T. Arċisqof ta’ Malta

Mons Charles J. Scicluna b’mistiedna speċjali l-Kunsill Parrokkjali u s-soċjetà ċivili.

Il-Ħadd, 10 ta’ ĠunjuJum il-Festa 6.00am Quddiesa. 7.00am Quddiesa. 8.00am Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa,

immexxija minn Mons. Charles Attard, eks Arċipriet tal-parroċċa, u wara l-Evanġelju jintiseġ il-Paniġierku lil San Filep minn Mons. Joseph Zammit.

10.00am Quddiesa għat-Tfal. 11.00am Quddiesa. 5.30pm Quddiesa bl-Għasar. Imexxi Fr Reuben Vella, Viċi

Arċipriet. 7.00pm Toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Filep,

immexxija minn Fr Philip Gambin. 10.00pm Dħul tal-Purċissjoni, Antifona u Barka

Sagramentali.

Il-Mużika tat-Tridu u tal-Festa tkun kollha taħt it-tmexxija tas-Surmast Mro Raymond Sciberras.

Programm tal-Festa 2018f’ġieħ San Filep ta’ Agira

L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali

jawguraw festa li tgħinna lkoll ħalli nimtlew bil-Ferħ

tal-Vanġelu, biex bħall-patrun San Filep inkunu nistgħu nxerrdu

dan il-Ferħ Qaddis fl-ambjenti u fis-soċjetà

kollha tagħna.

Page 5: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

5

www.parroccazebbug.com

Fit-tielet jum tat-Tridu l-parroċċa ta’ Ħaż-Zebbuġ tħares lejn San Filep u tammira u tirringrazzja lil Alla tal-ministeru tiegħu bħala saċerdot.

Is-silta li għadna kemm smajna, pjuttost twila, mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kapitlu 17, tagħtina l-kuntest fejn il-Mulej Ġesù jwaqqaf is-saċerdozju. Huwa awlillejl qabel ma bata, f’Ħamis ix-Xirka, waqt li qiegħed mhux biss jitlob għad-dixxipli li hemm madwaru, imma wkoll għalina, id-dixxipli li għalkemm ma rajniex, emminna. Aħna li nipparteċipaw minn dik il-beatitudni “ħenjin dawk li ma rawx u emmnu”, imma l-Mulej isejħilna “ħenjin”.

“Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja imma li tħarishom mill-Ħażin” (Ġw 17, 15). Aħna qegħdin fid-dinja u dan huwa l-post, dan huwa l-ambjent fejn aħna msejħin insiru qaddisin, imsejħin insiru xbieha sabiħa tal-Mulej. “Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja”; il-Mulej mhuwiex qed jitlob lill-Missier li aħna ninqatgħu mid-dinja, jew nitwarrbu minnha, imma iva, qiegħed jitlob li aħna nkunu mħarsa mill-ħażen.

“Huma mhumiex tad-dinja bħalma jien minix tad-dinja. Ikkonsagrahom permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità” (vv. 16-17). Il-Mulej jikkonsagrana, jagħmilna kollha ta’ Alla – għax dan tfisser il-konsagrazzjoni – billi jurina l-verità u aħna nkunu tassew ngħixu l-konsagrazzjoni tagħna li ħadna fil-Magħmudija, li ġiet ikkonfermata fis-Sagrament tal-Griżma, jekk inħaddnu u ngħixu l-verità.

Imma, tgħiduli din l-imbierka verità x’inhi? Isimgħu lil Ġesù Kristu stess jgħid: “Jiena l-verità, jiena is-sewwa, jiena t-triq, jiena l-ħajja” (Ġw 14, 6). “Jiena l-verità”. Il-verità

tagħmilkom liberi. Mela jiena nħaddan il-verità l-ewwel nett huwa li nilqa’ f’ħajti lil Ġesù Kristu stess, li sejjaħ lilu nnifsu l-verità. Permezz ta’ din il-verità li għallimna li kien ġabar fil-kmandament tal-imħabba, u għalhekk hu qalilna “tgħallmu minni li jiena ta’ qalb ħelwa u umli” (Mt 11, 29), ried qed jgħallimna t-triq tal-fedeltà u tal-verità, ried idaħħalna fl-ikbar intimità miegħu, li hu t-triq, li huwa is-sewwa, il-verità, li huwa l-ħajja.

Il-Mulej jikkonsagrana f’din il-verità, jgħidilna li aħna m’aħniex tad-dinja. Imma aħna nafu li kultant nagħmlu l-kompromessi mad-dinja, x’jiġifieri? Kultant ninsew dak li jixtieq minna Ġesù u ngħid: imma jien mhux aħjar inħares lejn dak li jaqbel lili? Imbagħad Ġesù jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u San Filep miegħu.

Aħna rridu nitolbu maħfra lil Alla ta’ kemm-il darba l-ewwel ħarisna lejn il-but, imbagħad ħarisna lejn il-kuxjenza, ta’ kemm-il darba ħallejna l-but imexxina u nsejna l-vuċi t’Alla fil-qalb tagħna. Ħadd ma jinxtara jekk ma jkunx hemm min irid jixtri, imma ħadd ma jixtri jekk ma jkunx hemm min irid jinxtara. Il-Mulej jurina t-triq tal-verità. Għaliha deher quddiem Pilatu, Pilatu jgħidlu: “imma l-verità x’inhi?” (Ġw 18, 38). Kienet quddiemu għax il-verità hija Ġesù.

Aħna llum inqimu lil San Filep bħala s-saċerdot li f’Agira u fi Sqallija għamel ħafna ġid. Kien fid-dinja. Il-Papa bagħtu jaħdem f’din il-gżira kbira tal-Mediterran, Sqallija, u fiha hu kien eżorċista li jiġġieled kontinwament bħala saċerdot kontra l-gideb, kontra l-kalunja, l-għira, il-mibegħda ta’ Satana.

Aħna nitolbu l-qawwa kbira ta’ San Filep biex jiddefendina minn

min irid jisirqilna ruħna, lil min irid jixtrina. Nitolbu lil San Filep jiddefendina bil-qawwa li tah il-Mulej minn kull tip ta’ ħażen imma l-iżjed mill-gidba li l-bniedem jitkejjel minn kemm għandu flus, jew minn kemm għandu poter. Alla jħares u jiżen il-qalb u inti tista’ tgħid “nagħmel li rrid, għax dawn kollha ħmerijiet tax-xjuħ, dawn kollha qlajja tal-qassisin biex jigirfulna xi sold jew tnejn”. Tista’ tgħid hekk, imma meta tkun fil-kaxxa, inti jkollok imħallef wieħed li huwa fidil u ġust u l-kont tagħtih lilu.

Nawgura lil kulħadd li dakinhar ikollna l-wens tal-qaddisin: ta’ Sidtna Marija, ta’ San Ġużepp u ta’ San Filep; dawk li kienu qalulna x’għandna nagħmlu f’ħajjtina, jalla f’mewtna nsibuhom avukati tagħna biex aħna, li forsi nsejna s-sewwa f’ħajjitna, fil-punt tal-mewt tagħna nagħżluh, inħaddnuh għall-eternità.

“Jiena tajthom il-kelma tiegħek”, jgħid Ġesù lill-Missier. U lill-Missier San Filep jista’ jgħidlu l-istess. “Jiena tajthom il-kelma tiegħek”, mhux il-kelma tal-bnedmin, “id-dinja bagħdithom, għaliex huma mhumiex tad-dinja, kif jien minix tad-dinja” (Ġw 17, 14). Imma aħna m’għandniex nibżgħu mill-mibegħda tad-dinja, m’għandniex nibżgħu minn min ifixkilna fid-dinja, għaliex Ġesù qalilna, “kif għamlu lili, jagħmlu lilkom, min jisma’ lili jisma lilkom, min ma jismax lilkom ma jismax minni”. Ejjew nitolbu l-interċessjoni ta’ San Filep biex iħares lil din il-parroċċa għażiża, lil dan il-poplu għażiż, u anke lil pajjiżna. Viva San Filep!

Knisja Parrokkjali Ħaż-Żebbuġ16 ta’ Ġunju 2017

✠ Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta

Nitolbu maħfra ta’ kemm ħarisna lejn il-but imbagħad lejn il-kuxjenza

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Filep ta’ Agira f’Ħaż-Żebbuġ

Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Romuald u Hilary Attard jagħmlu offerta biex il-ġid li joħroġ minn din il-paġna jmur b’suffraġju għall-erwieħ tal-ġenituri tagħhom, Mro. Amante Attard u martu Doris.

Page 6: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

6

www.parroccazebbug.com

Meta fis-snin sittin tas-seklu li għadda bdejna nagħmlu l-pittura fin-navi, ħsibna li jkun xieraq li nagħmlu l-induratura fl-iskultura tal-istess navi. L-ewwel żewġ kappelluni ħadmithom id-Ditta Coleiro tal-Belt. Imbagħad, ċertu Karmenu mill-Belt, offrielna li jekk nipprovdulu l-materjal jagħmel l-induratura bi prezz raġjonevoli ħafna. Aħna aċċettajna u bdejna nipprovdulu

żewġ affarijiet: ċerta għamla ta’ kolla speċjali msejħa mordent u l-folji tad-deheb. Dawn ikunu folji rqaq ħafna, iżda deheb tassew; u jkunu ġo libretti jew kotba żgħar tal-karti, hekk li bejn kull żewġ karti ssib folja deheb.

Il-mordent konna nġibuh mingħand l-induratur Horace Farrugia tal-Imdina. Dan kien u għadu induratur tajjeb u kien jipprovdilna l-mordent li kellna bżonn. Dun Philip Gatt, Alla jagħtih il-Ġenna, kien imur hu iġib il-bottijiet tal-mordent. Imbagħad id-deheb konna nixtruh ukoll mill-Imdina, mingħand ċertu Wilson. Dan Wilson kien soċju tal-MUSEUM u kellu sengħa ta’ legatur tal-kotba, imma kien ukoll aġent tad-deheb għall-induratura. Ħafna drabi kien imur Dun Philip u ġieli mort jiena wkoll. Dun Philip kien ukoll jaħdem ħafna biex jirranġa l-armar meħtieġ għal dan ix-xogħol. Kien sar espert fl-armar daqskemm rama twavel u fallakki u l-bqija.

Hekk saret l-induratura tan-navi. Imbagħad, meta lestejna l-faċċata tal-apside tar-Rużarju, fejn għamilna

mill-ġdid dawk il-ħafna anġli bil-kwadri f’idejhom, għamilna wkoll ftit induratura f’dik il-prospettiva, u din ħadimha kollha Horace Farrugia li semmejt qabel. Dan Horace għamel żmien joqgħod ġo dar ġdida f’Ħaż-Żebbuġ, in-naħa ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi, iżda ma damx ma mar joqgħod tal-Virtù, ir-Rabat, għalkemm il-ħanut tax-xogħol tiegħu baqa’ l-Imdina.

Biċċa induratura oħra kbira kienet dik il-prospettiva jew apside tal-Kor madwar il-kwadru titulari. Din inħadmet minn ċertu William Attard mir-Rabat li kien bniedem kapaċi ħafna.

Fl-aħħar nett, Dun Philip Gatt ħa ħsieb inaddaf l-induratura antika tas-saqaf tal-korsija u tal-kappelluni. Din kienet għadha tajba, iżda meta beda jiżbogħ is-saqaf, beda jnaddaf ukoll l-induratura.

Il-fondi biex saru dawn ix-xogħlijiet kbar kienu jiġu mill-ġbir tan-nies li dejjem kienu ġenerużi u minn benefatturi speċjali li kienu japprezzaw dan ix-xogħol.

Induratura fil-Knisja ArċipretaliMonsinjur Lawrenz Cachia

Mons. Lawrenz Cachia qiegħed jirċievi mingħand L-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, il-Midalja tad-Deheb ta’ Ġieħ l-Akkademja tal-Malti f’isem l-istess akkademja bħala apprezzament tal-ġid kbir li għamel lil ġensna, bil-kitbiet tiegħu, ta’ dan l-għarfien dwar il-kobor ta’ lsien pajjiżna, ilsien uniku fid-dinja, ilsien li jagħtina identità unika.

Page 7: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

7

www.parroccazebbug.com

Fr Paul El Sourian

Il-Knisja Ortodossa Koptika hi parti mill-Knisja Ortodossa Orjentali, li nħolqot wara l-Konċilju ta’ Chalcedon fis-sena 451 wara Kristu meta ħadet pożizzjoni differenti mill-kumplament tal-Knisja Kristjana li wara reġgħet inqasmet fis-sena 600 wara Kristu, fejn inħolqu l-Knisja Ortodossa u l-Knisja Kattolika Rumana. Skont it-tradizzjoni, il-Knisja Koptika twaqqfet mill-Appostlu San Mark fis-sena 42 wara Kristu.

Il-membri tal-Knisja Koptika huma denominazzjoni (denomination) li bdiet f’Lixandra ġewwa l-Eġittu u għadha eżistenti sallum, anke wara l-qawmien tal-Iżlam fis-seba’ seklu. Illum huma minoranza fl-Eġittu, imma xorta huma l-akbar komunità

Kristjana fil-Lvant Nofsani. Il-Gvern Eġizzjan jistma li hemm madwar 5 miljun Kopt, imma l-istess Knisja Ortodossa Kopta tgħid li hemm bejn 15 u 18-il miljun. Figuri ċerti huma diffiċli biex jiġu stabbiliti imma jidher li hemm bejn 6% sa 18% tal-popolazzjoni Eġizzjana. Il-maġġoranza tal-Kopti huma Eġizzjani, għalkemm hemm komunitajiet ġewwa s-Sirja, il-Libja, il-Ġordan u xi pajjiżi oħra, inkluż ġewwa l-Ewropa tal-Punent.

Il-maġġoranza tal-Eġizzjani huma musulmani, imma l-Knisja Koptika kellha sehem kbir fil-ħajja politika u ekonomika matul iż-żmien. Iżda wara li l-Iżlam ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh, il-membri tal-Knisja Kopta kellhom iħallsu taxxa speċjali għal dawk mhux musulmani. Dawn it-taxxi kienu tneħħew fid-dsatax il-seklu, bħala parti mir-riformi u ċentralizzazzjoni ġewwa Istanbul. Dan ġab qawmien ekonomiku li wassal sat-tneħħija tal-Monarkija Eġizzjana u l-bidu tal-era moderna tal-istat Eġizzjan fil-bidu tal-ħamsinijiet. Hawnhekk il-Kopti bdew jiġu marġinalizzati u ppersegwitati, speċjalment mill-musulmani.

Minħabba din l-instabbiltà u l-persekuzzjoni f’pajjiżhom, numru

ta’ Eġizzjani Kopti kellhom jitilqu minn pajjiżhom. Xi wħud minnhom spiċċaw f’Malta. Saret talba lill-Knisja f’Malta biex inkunu ta’ għajnuna għalihom anke fil-ħtiġijiet spiritwali tagħhom. Il-Knisja Ortodossa Kopta hija ħafna viċin tagħna l-Kattoliċi u hemm relazzjonijiet tajbin ħafna bejnietna. Infatti l-Knisja f’Malta fetħet il-bibien tagħha għal dawn ħutna. Għaldaqstant rajna kif inkunu ta’ għajnuna.

Il-Komunità Kopta f’Malta tlaħħaq mal-137 persuna. Għal dan il-għan, Fr Paul El Souriany intbagħat Malta fid-29 ta’ Settembru 2005 biex jgħin lil din il-komunità hawn f’Malta fil-ħtiġijiet pastorali li jkollha bżonn. Fr Paul jagħti servizz ukoll lill-komunità tal-Eritrea li tinsab f’Malta ukoll.

Lil Fr Paul aħna ospitajnieh fostna, fejn offrejnielu bħala residenza parti mill-kunvent tas-sorijiet li kien imiss mal-Kappella ta’ Ħal Mula.

Fr Paul jiċċelebra l-Quddies bir-rit Kopt kemm fil-Knisja ta’ San Ġakbu (matul il-ġimgħa), kif ukoll fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’ kull nhar ta’ Ħadd fit-8.00am.

Fr Paul għandu 55 sena u ilu saċerdot għal dawn l-aħħar 30 sena.

Il-Knisja Ortodossa Koptika f’Malta

Bħala parti mill-Komunita’ Nisranija ta’ madwaris-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ,

nistednuk sabiex tiċċelebra magħna

l-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù,nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ġunju 2018 fis-6.30pm.

Kull post pubbliku ta’ talb, Knisja, Kappella, Santwarju, post ta’ Adorazzjoni u oħrajn huwa kkunsidrat bħala parti mill-komunita’ nisranija kollha li tappartjeni għal kull belt

jew raħal. Għalhekk din l-istedina qiegħda tiġi estiża wkoll għall-komunita’ nisranija kollha ta’ Ħaż-Żebbuġ u għal dawk kollha li jiffrekwentaw is-Santwarju b’mod ġenerali.

TKUN IMFAĦĦRA. IMBIERKA. MEQJUMA U GLORJUŻA L-QALB IMQADDSA TA’ ĠESÙ MAD-DINJA KOLLHA ISSA U DEJJEM. AMMEN.

Festa Qalb ta’ Ġesù fil-Knisja Arċipretali – il-Ġimgħa, 15 ta’ Ġunju 2018Quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali.

Purċissjoni: Pjazza San Filep, Triq il-Kbira, Triq Santu Rokku, Triq Mamo, Triq Sant’Antnin, Pjazza San Filep, Knisja Arċipretali. Mit-7.45pm sad-9.00pm.

Page 8: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

8

www.parroccazebbug.com

Kull nhar ta’ Ħadd fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu, issir Quddiesa f’Ħaż-Żebbuġ immirata għat-tfal. Iqaddes Fr Daniel Cardona, l-Arċipriet tar-raħal, li jsisti u jaħdem madwar l-arloġġ biex jgħin lil kulħadd, jaqdi l-bżonnijiet tal-komunità Żebbuġija u jwassal il-messaġġ ta’ Kristu lill-parruċċani. Mhux faċli x-xogħol tiegħu, speċjalment meta jintroduċi xi ħaga ġdida ġo raħal bħal dak ta’ Haż-Żebbuġ. L-Arċipriet ħareġ bl-idea li waqt il-Quddies, mhux talli lit-tfal ma jagħlaqhomx fi crying room, iżda talli jagħmel Quddiesa apposta għalihom fil-liberta’ tal-espressjoni kollha li jafu joffru t-tfal. Xi tmien snin ilu, il-Quddiesa kienet ħadet forma differenti meta l-kant sar aktar animat u modern biex jattira aktar lill-minuri tal-kongregazzjoni. Matul il-Quddiesa, it-tfal jiġu mistiedna jkantaw mad-diski u jekk iridu anke jiżfnu. Huma mistiedna jitilgħu fuq l-altar għall-Missierna biex ikunu aktar viċin ta’ Ġesu’ Ewkaristija u jħossuhom aktar parti mill-familja nisranija. Minn ġimgħa għal oħra, is-sistema bdiet tindara u l-ġiri, biki u ikel naqsu! It-tfal bdew jiżdiedu ġmielhom u jiġu ġranet li trid taħseb kmieni biex tilħaq post ’il quddiem.

Tliet snin ilu saret bidla oħra – ġew introdotti żewġ pupazzi bl-isem ta’ Samwel u Martina. X’agħa

nqalgħet sakemm il-kongregazzjoni matura aċċettat lil Samwel u Martina, u fehmet ir-rwol tagħhom fil-Quddiesa! Xogħol il-pupazzi minn dejjem kien li joħolqu xi avventura jew ħsieb biex flimkien ma’ Fr Daniel joħorġu l-messaġġ tal-Vanġelu b’mod sempliċi u ċar li jistgħu jifhmuh it-tfal. Wara ħafna xhur wasal ukoll Omar, pupazz ħabib ta’ Samwel u Martina. Permezz tal-pupazzi, it-tfal żgur li kienu qed jifhmu naqra aktar x’kien għaddej għax meta l-Arċipriet jistaqsi xi mistoqsija, it-tfal jisparaw subagħhom ’il fuq biex iwieġbu, jieħdu f’idejhom il-mikrofonu u jirrispondu bl-aktar mod ċar u oriġinali kif jafu jagħmlu t-tfal. Mhemmx xi ngħidu li dan sewa ta‘ ġid ukoll għall-kbar u l-ġenituri. Bis-saħħa tat-tfal, numru ta’ ġenituri qed jersqu wkoll lejn il-Quddies.Tbissima toħroġ ukoll mill-kbar meta Samwel jgħawweġ xi kelma jew joħroġ b’xi ħmerija. L-omelija ddum biss bejn kwarta u għoxrin minuta, imma l-preparamenti u l-ħsieb ta’ wara dan il-ħin, jieħdu ħafna aktar żmien. Dan kollu jsir minn wara l-kwinti u minjaf kemm-il darba ġara xi ntopp u nbidel dak kollu li kien hemm ippjanat.

Din is-sena rajna lill-kor tat-tfal jerġa’ jibda jkanta waqt xi Quddies ukoll. Il-vuċi tagħhom issaħħar lil

dawk preżenti u tagħti atmosfera differenti fil-knisja. Insomma, kif għedna qabel, dan l-Arċipriet ma għandux kwiet, però tajjeb li ngħidu wkoll li din il-Quddiesa tibqa’ tevolvi.

Staqsejt kemm-il darba lil xi tfal fuq x’jogħġobhom jew x’jaħsbu fuq din l-imbierka Quddiesa tad-disgħa u nofs. Ir-risposti kienu varji u interessanti! Jogħġobhom ħafna l-kant ferrieħi u allegru, l-atmosfera ‘relaxed’, li jkun hemm ħafna tfal oħra waqt il-Quddiesa, ovvjament il-pupazzi u anke li huma stess ikunu involuti waqt l-omelija. L-isbaħ kumment li qatt smajt kien minn tifla ċkejkna li qaltli “jkun hemm ħafna u ħafna tfal ferħanin waqt il-Quddiesa”. Ġegħlitni nieqaf u nħares – u kelli naqbel magħha! Tfal jidħku u jitbissmu rajt.

Għalina l-kbar, wara l-Quddies nintefgħu fuq iz-zuntier u ngħidu kelma jew tnejn fuq tazza kafe’ li joffrulna numru ta’ ħelpers. Kemm hija emozzjoni sabiħa li tkun u tħossok parti minn komunità fir-raħal tiegħek. Nixtieq nistedinkom ilkoll tiġu taqsmu din l-esperjenza magħna biex inkomplu nsaħħu l-ħbiberija ta’ bejnietna. Din il-Quddiesa tal-Ħadd ma nitlifha qatt!

Dik l-imbierka Quddiesa tad-9.30am!Edward u Cristine Tanti & Ben & Alexia

Page 9: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

9

www.parroccazebbug.com

Il-wasla fil-pjazza tal-Katidral ta’ San Tiago De Compostela wara jiem sħaħ ta’ mixi hija esperjenza li żgur tibqa’ tiftakarha tul ħajtek kollha. Iżda sabiex tasal sa hemm trid ħafna preparazzjoni, sagrifiċċju u perseveranza.

Kien għall-ħabta ta’ Diċembru 2016 meta l-Arċipriet, Fr Daniel Cardona, qalilna li kien bi ħsiebu jorganizza pellegrinaġġ għal San Tiago. Għalkemm ftit konna nafu dwaru, tħajjarna mill-ewwel. Għamilna xi ftit riċerka u ddeċidejna li nidħlu għaliha. Kien hemm min qatagħlna, iżda kien hemm ukoll min għamlilna ħafna kuraġġ.

Bilmod il-mod bdew il-preparamenti. Bdew il-laqgħat għal dawk li kienu interessati. Għalkemm fil-bidu n-numru kien ftit akbar, b’kollox bqajna tmien persuni mmexxija mill-Arċipriet. Tul dawn il-laqgħat bdejna nsiru nafu aktar lil xulxin, nibbukkjaw it-titjiriet u l-alloġġjament, flimkien ma’ preparamenti oħra. Bdejna wkoll it-taħriġ fil-mixi. Xi drabi b’mod individwali u xi drabi oħra bħala grupp. Bilmod il-mod bdejna nżidu d-distanzi. Ta’ għajnuna kbira għall-grupp kien Eman Azzopardi li għandu esperjenza kbira f’dawn il-mixjiet u tana ħafna pariri siewja.

Wasal il-11 ta’ Lulju 2017. U tlaqna. B’kollox kellna ħdax-il jum quddiemna; ġurnata vvjaġġar, tmien ġranet mixi, ġurnata f’San Tiago u ġurnata oħra vvjaġġar lura. Kellna l-pjan li nagħmlu 200 kilometru mixi. Konna eċċitati ħafna u anzjużi biex naraw dan il-pellegrinaġġ hux se jirnexxielna nagħmluh. Waħda mill-akbar sfidi li kellna kienet li ridna nġorru fuq spallejna minn post għal ieħor kull ma kellna magħna. Ovvjament sfidi oħra ma naqsux; it-temp kien ivarja ħafna, minn xemx taqli l-ġrieden sa xita kontinwa. It-triq ukoll, għaliex mhux dejjem kienet tkun għall-wita’. Ħafna drabi kienet tkun diffiċli, jew għax tkun għat-telgħa jew għax tkun xi niżla wieqfa li tistħajjilha se twaqqgħek għal wiċċek. Aktar ma jgħaddu l-ġranet, aktar tibda ssir diffiċli biex timxi għax tibda l-għejja u jibdew ukoll l-infafet fis-saqajn. Iżda kellna r-rieda u fuq kollox konna grupp magħqud – meta xi ħadd kien ikun se jaqbad jaqta’ qalbu, dlonk kien isib lill-oħrajn kollha jagħmlulu kuraġġ. Matul il-pellegrinaġġ konna ngħidu r-Rużarju kuljum. Ovvjament mhux Rużarju biss, imma diskussjonjijiet bejnietna u fuq il-familji tagħna, xi ċajta ’l hemm u ’l hawn, kif ukoll ħafna ritratti ta’ tifkira. Iltqajna ma’

ħafna nies differenti, kemm tal-lokal, kif ukoll ħafna pellegrini minn kull rokna tad-dinja.

It-tul tal-mixjiet mhux dejjem kien ikun l-istess. L-itwal mixja u l-aktar waħda diffiċli kienet dik tat-13 ta’ Lulju – 36.6 kilometri. Bdejna din il-mixja fil-ħamsa ta’ filgħodu u spiċċajniha fit-tmienja ta’ filgħaxija. Tul din il-mixja, wieħed minna, Jonathan Cardona, skopra metodu ġdid kif jinżel in-niżliet. Metodu li swieh għoli għaliex ħoloqlu stress żejjed fuq saqajh. Andrew Peplow ukoll kellu ftit problemi b’irkopptu, iżda minkejja dan, xorta rnexxielu jagħmel il-mixja kollha. L-aħħar kliem li kienet tgħid Martha Borg wara kull mixja dejjem kien ikun: ‘din tal-aħħar; għada żgur ma nimxix”. Iżda sal-għada filgħodu kienet tinsa u dlonk kont terġa’ ssibha minn ta’ quddiem. Lil Daniel Coleiro Kingswell kont issibu kullimkien, speċjalment fejn kien ikun hemm xi kamera tar-ritratti. Ħafna drabi, iż-żgħira tal-grupp, Olivia Scerri, kienet taqta’ lura. Ġieli stennejniha u ġieli le, iżda wara fhimna r-raġuni. Olivia ħallitilna rikordju mill-isbaħ. Għal min jinteressah: Buen Camino! Spain 2017 fuq YouTube. Wara kull mixja, ikla tajba ma kinitx tonqos, dejjem fuq il-parir tal-Arċipriet! L-iljieli wkoll huma esperjenza fihom infushom, bħal meta spiċċajna rqadna f’dormitorju b’sitta u tletin ruħ f’kamra waħda.

Bis-saħħa ta’ kull wieħed u waħda minna, u bl-għajnuna t’Alla, irnexxielna ntemmu din l-avventura flimkien. Mhux talli mxejna 200 kilometru, talli b’kollox għamilna 220. Kienet esperjenza mill-aqwa li żgur se nibqgħu ngħożżuha. Inħeġġu lil kull min għandu l-ħajra li jagħmel dan il-pellegrinaġġ sabiex ma jaqtax qalbu. Il-ferħ li tħoss hekk kif tidħol f’San Tiago huwa inspjegabbli u jnessik is-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt!

Buen Camino!Mary Mifsud Kingswell u Philip Mifsud

Page 10: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

10

www.parroccazebbug.com

Mill-ħajja tal-Parroċċa

Kor tat-Tfal li waqt il-Quddiesa ta’ Lejlet il-Milied kanta għall-ewwel darba taħt it-tmexxija ta’ Nicole Frendo, Lisa Vella Gobey u Michaela Zammit.

Tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018, waqt ġurnata flimkien ġewwa

l-iskola ta’ St. Michael f’Santa Venera.

Grupp ta’ Żebbuġin waqt ġita mill-parroċċa ġewwa Lourdes flimkien mal-abbati Leli Zammit, li ttieħed mill-parroċċa bħala rikonoxximent għas-servizz li jagħti fil-knisja.

L-Arċipriet Fr Daniel Cardona jbierek il-familji miġbura li kellhom l-anniversarju tal-25 jew il-50 sena żwieġ matul l-2017 waqt attivita’

organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja u l-Azzjoni Kattolika Nisa.

Page 11: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

11

www.parroccazebbug.com

SAVEMONEY

ON FUEL

WE CHOOSE HYBRID

MORE THAN 35KM PER LITRE

© Michael Debono Ltd. We seek to ensure the optimum ownership experience for our customers whilst achieving sustainable growth, enhancing quality of life of all our personnel and simultaneously respecting the environment and society as a whole.

Michael Debono Ltd, Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ, ZBG 9017

Żgħażagħ miċ-Ċentru ta’ Warda waqt attività djoċesana ‘ENCOUNTER’ ġewwa Ta’ Qali organizzata mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN).

L-ikla tradizzjonali Lhudija li ilha ssir minn mindu l-Lhud ġew meħlusa mill-Eġittu, magħrufa bħala

‘tas-Seder’, organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa ta’ kull sena fil-Ġimgħa Mqaddsa, u fl-aħħar

tingħata tifsira kattolika peress li waqt din l-ikla Kristu waqqaf l-Ewkaristija.

Page 12: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

12

www.parroccazebbug.com

Il-Knisja Arċipretali ddedikata lil San Filep ta’ Agira nbniet bejn l-1621 u l-1632, u kompliet titkabbar bil-bini tan-navi fil-bidu tas-seklu għoxrin. Il-Knisja minn dejjem kienet għal qalb il–poplu Żebbuġi li kompla jżejjen dan it-tempju b’diversi opri tal-arti minn artisti stabbiliti Maltin u barranin.

Dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni u ta’ tisbiħ ma jintemm qatt u l-Wisq Reverendu Arċipriet għandu diversi proġetti. Uħud minn dawn il-proġetti huma r-restawr u l-manutenzjoni tal-koppla u t-tambur ottagonali, it-tiswija tal-bejt, ir-restawr u t-tindif tal-faċċati kollha tad-dawra tal-Knisja, saqaf għall-protezzjoni tal-affreski tas-sagristija, ir-restawr tal-faċċata tal-oratorju, waterproofing tal-koppletti u ħafna interventi oħra.

Ta’ min isemmi wkoll li l-Knisja Arċipretali hija bini skedat u għalhekk kull intervent irid jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Għal dan il-għan, saret applikazzjoni għall-Knisja, b’Restoration Method Statement li jkopri dawn ix-xogħlijiet kollha. Naturalment dawn ix-xogħlijiet meħtieġa se jsiru skont il-

prijoritajiet u l-fondi disponibbli.L-ewwel xogħlijiet ta’ prijorit

huma l–manutenzjoni u r-restawr tal-koppla u t-tambur tal-Knisja. Il-koppla għandha bżonn ta’ manutenzjoni urġenti minħabba li jidħol l-ilma kull meta tagħmel ix-xita. Dan l-ilma qed jidħol minħabba li d-deffun huwa f’ħafna partijiet maqsum u jtaptap. Mirdumin fid-deffun hemm ukoll kanen antiki tal-ħadid li huma msaddin. Iridu wkoll jinbidlu l-katusi tal-ilma tax-xita li huma tal-ħadid u maqsumin, b’waħda minnhom hija mblukkata bil-konkos u mibdula b’biċċa katusa tal-plastik. Parti mill-bejt madwar il-koppla huwa rranġat bil-konkos.

Il-laterna ta’ fuq il-koppla li kienet inbidlet fl-1980 se titnaddaf u se terġa’ tiġi miżbugħa minn ġewwa peress li ż-żebgħa tqaxxret minħabba arja aċiduża li tinġabar fiha. Irid ukoll isir intervent żgħir ħalli jsiru ventilaturi f’din il-lanterna.

It-tambur ottagonali li fuqu qed tistrieħ il-koppla fih diversi ħsarat speċjalment fuq it-twieqi. Dawn il-ħsarat huma konsenturi tul il-faċċati tat-tambur, blajjet tat-twieqi maqsuma, partijiet tal-lavur tal-gwarniċa mifqugħa u tmermir ta’ diversi ġebel taħt din il-gwarniċa, tiswijiet u tiħkil bis-siment, kif ukoll diversi msiemer u ħadid imwaħħla mal-faċċati li qed qasmu l-ġebel.

Hekk kif jitlesew l-interventi ta’ restawr, se tiġi mibdula wkoll is-sistema antika ta’ dawl, sabiex terġa’ tinxtegħel il-koppla u t-tambur tal-Knisja Arċipretali.

Dawn ix-xogħlijiet ta’ fuq il-koppla u t-tambur huma stmati li se jiswew madwar €70,000.

Dan ix-xogħol mistenni jsir tul dan is-sajf. Għal dan il-għan, diġà ġew avviċinati diversi kuntratturi speċjalizzati fuq ix-xogħol ta’ restawr sabiex jissottomettu l-offerti tagħhom għal dawn ix-xogħlijiet.

Xogħol ta’ konservazzjoni u manutenzjoni tal-Knisja Arċipretali

Il-Perit Mario Ellul

Page 13: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

13

www.parroccazebbug.com

Skrizzjonijiet Qodma fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-ŻebbuġVictor Bonnici

Skrizzjonijiet huma importanti għax huma xhieda, ħafna drabi kontemporanja, ta’ personaġġi u ġrajjiet li seħħew fl-imgħoddi; kull waħda għandha storja u r-rakkont imnaqqax fuqhom jgħinna sabiex nibnu aktar fid-dettal l-istorja ta’ pajjiżna. Il-Knisja tagħna għandha ħafna minn dawn eżistenti fiha, iżda kellha wkoll oħrajn li għal xi raġuni jew oħra ntilfu.

Numru kbir ta’ skrizzjonijiet f’Malta u Għawdex (iżda li ma jinkludux il-Belt, u l-ibliet tal-Kottonera) huma miġbura f’manuskritt fl-Arkivju tal-Katidral tal-Mdina (ACM, Misc. 81) miġbura minn awtur anonimu għall-ħabta ta’ nofs is-seklu tmintax. L-importanza ta’ dan il-manuskritt huwa li ħafna mill-iskrizzjonijiet li jinsabu miktuba fih (il-maġġoranza tagħhom huma tas-seklu sbatax u l-bidu tat-tmintax, iżda wkoll jinkludi ftit tas-seklu sittax tard) ma għadhomx jeżistu, kemm minħabba l-mogħdija taż-żmien li mermer il-ġebla jew l-irħama li kienu mnaqqxa fuqhom u kemm minħabba li xi drabi nqalgħu minn posthom (bħal ngħidu aħna biex isir paviment ġdid) u mbagħad intilfu; ukoll, il-bini mill-ġdid tal-knejjes parrokkjali fis-seklu sbatax u l-ħerba li ħalla warajh it-terremot tal-1693, specjalment fil-Katidrali tal-Mdina u ta’ Għawdex, tellfulna ħafna minn dan il-wirt importanti. B’xorti tajba, dan il-manuskritt jinkludi disa’ skrizzjonijiet li xi darba kienu fil-Knisja tagħna, iżda li llum intilfu. Miktuba bil-Latin, jinsabu f’folji 112-114 ta’ dan il-manuskritt. Tlieta minnhom ifakkru tliet kappillani ta’ din il-parroċċa (num. 1-3), tlieta oħra huma marbuta mal-familja Balzan-Vassallo li tat kontribut u servizz lill-knisja tagħna (num. 4-6), oħra lill-padruni tal-altar ta’ Santa Katerina fil-knisja parrokkjali (num. 7), oħra tfakkar lit-tliet nutara Azzopardi li bejniethom servew lill-poplu tar-raħal bejn l-1599 u l-1686 (num. 8), u l-aħħar waħda probabbilment tirrelata mal-familja Balzan-Vassallo.

Irid jingħad li għalkemm kull skrizzjoni tgħid il-ġrajja tagħha (neċessarjament fil-qosor minħabba l-ispazju limitat tal-irħama jew ġebla) madankollu ħassejt il-ħtieġa li nniżżel xi noti qosra taħthom li, minħabba l-ispazju, għandhom jitqiesu biss bħala indikazzjoni bażika għal iżjed riċerka; ukoll, it-taqsim tal-versi ma jikkorrispondix eżatt mal-manuskritt billi huwa evidenti li l-awtur, fil-wesgħa tal-folja għad-dispożizzjoni tiegħu, ma setax jikkuppjahom eżatt bħall-oriġinal, u għalhekk qegħdin jidhru hawn kif nissoponi jien li setgħu kienu oriġinarjament.

1Lill-Kappillan Dun Federico Attard

ACM, Misc. 81, f. 112v.

D. O. M.DON FEDERICO ATTARDOQUI HANC PAROCHIAM

DUOS ET SEXAGINTA REXIT ANNOSIOANNES MARIA NEPOSLAPIDEM HUNC POSUIT

OBIIT DIE XXVII AUGUSTI MDCXX

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Lil Dun Federico Attard, li mexxa din il-parroċċa għal tnejn u sittin sena. Giovanni Maria, neputih, waqqaf din il-lapida. Miet fis-27 ta’ Awwissu 1620.”

Federico Attard (1523-1620) Żebbuġi, iben Xmun Attard magħruf bħala Nichija, u Giovanna, kien Kappillan tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ bejn l-1570 u l-1617, f’liema sena rtira fl-età ta’ 90 sena wara parrokat ta’ 47 sena. Miet fl-1620 ta’ 92 sena u ġie midfun fil-kor tal-knisja parrokkjali, fuq in-naħa tal-lemin fejn jitkanta l-Evanġelju. It-62 sena li jidhru fl-iskrizzjoni, minbarra ż-żmien tal-parrokat, jinkludu wkoll iż-żmien kollu li prattikament mexxa l-parroċċa sa mill-1555, meta l-ewwel kien maħtur Kurat (1555-1563), imbagħad serva minflok il-Kappillan Manduca (1563-1565), u wara, fl-assenza ta’ kappillan maħluqa bil-mewt tal-imsemmi kappillan Manduca fl-1565 sa ma nħatar uffiċjalment hu fl-1570, bħal viċi kappillan jew regens.

Giovanni Maria (Attard) bin Xmun, imsemmi fl-iskrizzjoni, huwa, skont it-testment, il-proneputi ta’ Dun Federico.

Ara V. Borg, Melita Sacra II, 141-148; S. Ciappara, Ġrajjet Ħaż-Żebbug, 13 u 39; testmenti u kodiċilli fl-atti tan-Nutar Giov. Paolo di Lorenzo, NAV R232/2 (20.v.1620), (14.vii.1620) u (28.vii.1620).

2Lill-Kappillan Dun Angelo Fiore

ACM, Misc. 81, f. 112v.

D. O. M.HIC JACET

DON ANGELUS DE FLORIBUS S.T.D.HUJUS PARROCHIAE RECTOR

QUI OBIITDIE XVII MENSIS OCTOBRIS MDCXXIII AETATIS SUAE 33.

FRATER PETRUS ANTONIUS DE FLORIBUS I.V.D.COMENDAE DE ARBOIS COMMENDATARIUS

EIUS AMANTISSIMUS GERMANUSPOSUIT

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Hawn jinsab Dun Angelo Fiore, Duttur tat-Teoloġija Sagra, Kappillan ta’ din il-parroċċa, li miet fis-17 ta’ Ottubru 1623 fl-età ta’ 33 sena. L-għażiż ħuh, Fra Pietro Antonio Fiore, Duttur tal-Liġi Ċivili u Ekkleżjastika, Kommendatarju tal-Kommenda ta’ Arbois, waqqaf (dan l-epitaffju).”

Dun Angelo Fiore (1590-1623) mill-Belt, kien kappillan tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ mill-25 ta’ Awwissu 1617 sas-17 ta’ Ottubru 1623. Il-bini tal-knisja tnieda taħt il-parrokat tiegħu fl-1621.

Ara V. Borg, Melita Sacra III*, 368-369; S. Ciappara, 39.

Page 14: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

14

www.parroccazebbug.com

3Lill-Kappillan Dun Salvatore Muscat

ACM, Misc. 81, f. 113.

D. O. M.REVERENDI QUONDAM DOMINIDON SALVATORIS MUSCAT S.T.D.

QUI HANC PARROCHIAM ANNOS 36 MENSES 4 DIES 6INCORRUPTUS IN IUDICIIS MODESTE REXIT

ET ZELO PIETATIS SEMPER ARSIT CIVIS OBDUCTUSHIC LATET

SISTE VIATOR ET INTUEREEN AMICORUM DELICIAE HONOR DETESTANDUS,

EN THEATRUM VIRTUTUM SPECTACULUM VERMINUMIN PULVEREM REDACTUS,

QUI SEMPER BONI HOMINIS SPIRAVIT ODOREMMIRARIS!

DISCE ET CUM DISCEDAS ORA.OBIIT XV AUGUSTI MDCLXXIII AETATIS SUAE 64.

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Hawn jinsab fl-għata l-kadavru tal-mibki Reverendu Sinjur Dun Salvatore Muscat, Duttur fit-Teoloġija Sagra, li b’ġudizzju mhux mittiefes, mexxa bil-għaqal din il-parroċċa għal 36 sena, erba’ xhur u sitt ijiem, u li qalbu ta’ ċittadin dejjem ħeġġet, mogħni biż-żelu tat-tjubija. Ieqaf, int li għaddej minn hawn, u aħseb: Ara! il-ferħ ta’ ħbiebu, (issa) unur mistmerr; Ara! spettaklu ta’ eċċellenza, (issa) dehra ta’ dekompożizzjoni; hu li dejjem nefaħ il-fwieħa ta’ raġel twajjeb, issa ntradd fi trab. Għaliex tistagħġeb? Tgħallem, u meta tiġi biex titlaq ’l hinn, itlob għalih. Miet fil-15 ta’ Awwissu 1673 fl-età ta’ 64 sena.”

Dun Salvatore Muscat (1609-1673) minn Ħal Qormi, kien Kappillan tal-parroċċa mis-6 ta’ Marzu 1637 sal-15 ta’ Awwissu 1673. Tul il-parrokat tiegħu, il-bini tal-knisja tlesta, il-kor ġie mkabbar, bl-altar titulari u l-prospettiva jinbnew f’forma absidjali.

Ara V. Borg, MS III*, 497-498; S. Ciappara, 41.

4Lil Bartholomeo Vassallo

ACM, Misc. 81, f. 112.

D. O. M.EGREGII CLERICI BARTHOLOMAEI VASSALLO,

QUI HUIUS TEMPLI NAVIM ET CHORUMPIORUM OPE AMPLIAVIT,

CANDIDA OSSA REQUIESCUNT.PALLIDA MORS EUM RAPUIT

DIE XXIV AUGUSTI MDCLXV AETATIS SUAE 68.FRATER PIE,

PARCERE MORS ET AMARE NESCIT.QUID MIRARIS?

ILLACHRYMARE DEPRECARE ET DICPARCAT TIBI, TE SPES NOSTRA DEUS ET AMET.

DOMINUS CLERICUS SALVATOR BALZANONEPOS AMANTISSIMUS POSUIT

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Hawn jinsabu jistrieħu fil-paci l-għadam bajdani tal-Eminenti Kjeriku Bartholomeo

Vassallo, li kabbar in-nava u l-kor ta’ dan it-Tempju bl-għajnuna ta’ nies twajba. L-isfajra mewt ħatfitu fl-24 ta’ Awwissu 1665 fl-età ta’ 68 sena. Twajjeb ħija, il-Mewt la għandha l-ħila taħfer, u lanqas tħobb. Għala tistagħġeb! Ibki, itlob u għid, ‘Jalla l-Mulej, it-tama tagħna, jaħfirlek u jħobbok.’ Is-Sinjur Kjeriku Salvatore Balzan, in-neputi maħbub tiegħu, waqqaf dan il-mafkar.”

Il-konnessjoni bejn il-familji Balzan u Vassallo fl-iskrizzjonijiet 4, 5 u 6 qed tintwera permezz ta’ din it-tabella:

Żewġ frażijiet imnebbħa minn sorsi klassiċi: Pallida mors: Hor. Odes 1.4.13-14; Candida ossa: Tibullus, 3.2.9-10.

5Lil Antonia u Martio Balsan

ACM, Misc. 81, f. 112.

D. O. M.MAGNIFICUS DOMINUS CLERICUS SALVATOR BALSANO

DILECTUS FILIUS LUGENSLAPIDEM HUNC POSUIT

ANTONIAE ET MARTIO BALSAN PARENTIBUS.PIE LECTOR,

MORTALIUM EST MORI, NE OBSTUPESCAS ET DICREQUIESCANT IN DOMINO.

MARTIUS OBIIT DIE PRIMA MARTII MDCLXXIII AETATIS SUAE 82,

ANTONIA VERO IV SEPTEMBRIS MDCXLVI

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Il-Manifiku Sinjur Kjeriku Salvatore Balsan, iben maħbub, imbikki, waqqaf din il-lapida lill-ġenituri tiegħu Antonia u Martio Balsan. Qarrej twajjeb, huwa minn awl id-dinja li l-bniedem imut. Tistagħġibx, u għid, ‘Jalla jistrieħu fil-Mulej’. Martio miet fl-1 ta’ Marzu 1673 fl-età ta’ 82 sena, u Antonia fl-4 ta’ Settembru 1646.”

Martio Balzan huwa msemmi bħala wieħed mill-prokuraturi tal-Fratellanza tas-SSmu Rużarju fil-Viżta Pastorali tal-1646 (AEM, VP 15, f. 217v.)

6Lil Salvatore Balsan

ACM, Misc. 81, f. 113v.

D. O. M.HIC JACET

SALVATOR BALSANQUI

VIGILANTISSIMUS PROPRII AECONOMUSALIENUM NON PERDIDIT

CUM HUJUS PAROECIAE REDDITUSGUBERNAVIT CONSERVAVIT AMPLIAVIT

ASSIDUUS PROCURATOR

Page 15: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

15

www.parroccazebbug.com

VITA ET MORIBUS EXEMPLARISOBIIT

AETATIS LXV ANNORUM XIX MAII MDCLXXXVJOANNES BAPTISTA DORELL GALLUS SOCERO

MARIA ANTONIA PATRIPOSUERE

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Hawn jinsab Salvatore Balsan, li, wisq attent fit-tmexxija ta’ ġidu, lanqas ma ħarbat ħwejjeġ ħaddieħor, meta amministra, żamm sħiħ u kabbar id-dħul ta’ din il-parroċċa. Prokuratur bieżel, mudell ta’ ħajja u ta’ manjieri, huwa miet fis-19 ta’ Mejju 1685 fl-età ta’ 65 sena. Waqqfu dan il-mafkar Jean Baptist Dorell, Franciż, lil ħatnu, Maria Antonia lil missierha.”

ACM, Misc. 81 jgħid li din kienet fl-irħam u komposta minn Patri Santalbano, ġizwita. Dun Salv Ciappara, 18, jgħid ukoll li l-knisja magħrufa bħala Santa Marija ta’ Mamo kienet rinnovata minn Salvatore Balzan għas-spejjeż tiegħu fuq diżinn ta’ Lorenzo Gafà fl-1683.

Ara wkoll VP 21, (1672) f. 223.

7Lil Giovanni Maria Felice

ACM, Misc. 81, f. 112v.

D. O. M.DILECTO EJUS CONSORTIIOANNI MARIAE FELICI

SANCTI OFFICII FAMILIARIGRATIA EJUS VXOR

LAPIDEM HUNC POSUITOBIIT DIE XXVII OCTOBRIS MDCXLI

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Lill-maħbub żewġha Giovanni Maria Felice, familjar tas-Sant’ Uffizju, martu Grazzja waqqfet din il-lapida. Miet fis-27 ta’ Ottubru 1641.”

Il-ġuspatronat tal-altar ta’ Santa Katerina kien fil-pussess tal-familja Felice. Mal-mewt ta’ Giovanni Marija, dan intiret minn martu Grazia u l-Kjeriku Aloisio Felice, it-tifel ta’ ħu Giovanni Maria (AEM, VP 15 (1646) f. 219).

8Lin-Nutara AzzopardACM, Misc. 81, f. 114.

D. O. M.HIC JACENT

NOTARII BERNARDUS AZZUPARDUSJOANNES BAPTISTA AZZUPARDUS,

ETJOANNES AZZUPARDUS

QUI ÆT. SUÆ LXXV OBIIT DIE XI MEN. DECRIS. MDCXCPIE LECTOR ET VIATOR

QUIDQUID AGIS PRUDENTERAGAS ET RESPICE FINEM.

PHILIPPUS AZZUPARDUSDILECTIS IOANNI BAPTISTAE

GENITORI AVO PATRUO SIBI ET SUISINGEMISCENS LAPIDEM HUNC

POSUITDIE XXVI JULII MDCXCI

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Hawn jinsabu n-Nutar Bernardo Azzupard, in-Nutar Giovanni Battista Azzupard u n-Nutar Giovanni Azzupard li miet fil-11 ta’ Diċembru 1690 fl-età ta’ 75 sena. Twajjeb Qarrej, u int li għaddej minn hawn, kull ma tagħmel, agħmlu bil-galbu, u ħares lejn it-tmiem. Filippo Azzupard, imbikki, waqqaf dan il-mafkar għall-għażiż missieru Giovanni Battista, għal nannuh u għal zijuh min-naħa ta’ missieru. Nhar is-26 ta’ Lulju 1691.”

In-Nutar Bernardo (flimkien ma ħuh Andrea) kien wieħed mill-werrieta ewlenin tal-Kappillan Federico Attard.

L-atti tat-tliet Nutara msemmija f’din l-iskrizzjoni jinsabu miżmuma fl-Arkivji Nutarili l-Belt: Nutar Bernardo Azzupard (fl. 1599-1648) R39 1-71; Nutar Giovanni Battista Azzupard (fl. 1641-1664) R41 1-27; Nutar Giovanni Azzupard (fl. 1642-1686) R40 1-45.

9Lil Giovanni Maria Vassallo

ACM, Misc. 81, f. 114.

D. O. M.ANTONIUS VASSALLUS

HUMANAE MEMOR FRAGILITATISSCIENS QUOD MORTI NASCIMUR

ET VITÆ MORIMURHANC SIBI

ET IOANNIS MARIAEPRAEDILECTI GENITORIS CINERIBUS

VRNAM PERPETUAE QUIETIS FUTURUM DOMICILIUMPRAEPARAVIT

A. D. MDCLXXXXI

“Lil Alla, wisq tajjeb u kbir. Antonio Vassallo, waqt li jżomm quddiem għajnejh id-dgħufija tal-bniedem, u jagħraf li aħna mwielda għall-Mewt, u li mmutu għall-Ħajja, ħejja żmien qabel għalih innifsu u għall-fdalijiet tal-għażiż missieru Giovanni Maria dan il-qabar, għamara tal-ġejjieni tal-mistrieħ ta’ dejjem. Fis-sena tal-Mulej 1691.”

Page 16: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

16

www.parroccazebbug.com

Irċevew is-Sagrament tal-Magħmudija

Minn Lulju sa Diċembru 2017:Karlos Dimech; Michael Spiteri; Julia Attard; Benjamin

Portanier; Luca Micallef; Miguel Mifsud; Michael Mallia; Emilia Zammit; Zachary Collins; Andrea Spiteri; Ben Ciantar; Philippa Mifsud; Diau Grima; Kyle Muscat; Shania Xuereb; Dean Abdilla; Ena Saliba; Hannak Nicole Vella; Ayaz Cilia; Matthias Penza; Nick Farrugia; Zak Vella; Magnus Xandu Frendo; Matthew Mizzi; Giulia Cassar; Andre’ Aquilina; Celina Aquilina; Francesco Pace; Kane Zammit; Shyli Massa; Giulia Casha Brincat; Hailey Tanti; Tomas Jordi Licari; Zenden Chetcuti; Matteo Aquilina; Noah Cachia; Norah Bartolo; Noah Baldacchino; Liam Cachia; Noah-Joey Xuereb; Luca Borg; Ena Buhagiar Vella.

Minn Jannar sa April 2018:Matteo Camenzuli; Andreas Borg Sperandeo; Noah

Gatt; Daison Degabriele; Alazneya Debono; Chyler Guzman; Nathan Mallia; Nolan Agius; Zoe Gauci; Valentina Grixti; Elias Bartolo; Mia Micallef; Jonas Gasan; Kane Farrugia Fabri; Yan Seguna Azzopardi; Nyah Galea; Katrina Mifsud; Valentina Schembri; Beppe De Pasquale; Jamie Watson; Keira Cachia; Zack Azzopardi; Kezia Cutajar; Gianluca Cassar; Alicia Hijazi Peneva; Eve Cilia; Francesco Cachia; Suzannah Sammut u Norc Jones.

Ħallewna għall-Ħajja ta’ Dejjem

Minn Lulju sa Diċembru 2017:Cettina Caruana; Saviour Attard; Carmelo Coleiro;

Stephen Cunningham; Filippo Agius; Mary Seguna; Carmelo Fenech; Colleen Zahra; Thomas Pirotta; Alfred Borg; John Tanti; Joseph Mifsud; Katerina Bonnici; Joseph Bugeja; Carmela Mifsud; Grezzju k/a Lizio Agius; Theresa Tanti; Alfred Fenech; Michael Mifsud; Anna Giordmaina; Paul Cauchi; Antonia Micallef; Anthony Zammit Prof.;

Philippa Caruana; Walter Cherret; Giuseppa Bugeja; Emanuel Cortis; Edwin Pisani; Joan Cauchi; Raymond D’Amato; Mary Grace Galea; Catherine Seguna; Mary Bonnici; Rita Sciberras; Filippa Farrugia; Maria Cachia.

Minn Jannar sa April 2018:Luzia Tanti; Maria Stella Micallef; Carmen Attard;

Joseph Degabriele; Doris Cilia; Marianna Cutajar; Imelda Aquilina; Joseph Caruana; Agnes Agius; Ganna Gauci; Carmen Camilleri; Mario Liam Gatt Borg; Francesca Borg; Anna Maria Caruana; Maria Carmela Bugeja; Godfrey Sapiano; Giuseppe di Cuonzo; Miriam Falzon; Emanuel Agius; Nazzareno Curmi; Rita Agius; Raphael Zammit; Joe Scicluna; Christopher Galea; Anthony Galea; Philippa Axiaq; Carmelo Bugeja; Clement Attard; Rosaria Lucy Bonanno; Josephine Cauchi; Joseph Briffa.

Ingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ

Minn Lulju sa Diċembru 2017:Nicholas Briffa u Vanessa Briffa; Tonio Farrugia u Sarah

Cauchi; Clinton Mifsud u Kelly Carabott; Clayton Micallef u Maria Bartolo; Josef Felice u Maxine Felice; Kevin Cilia u Maria Micallef; Noel Abela u Miriam Christine Abdilla; Glenn Camilleri u Melanie Attard; Redeemer Cortis u Janice Cortis; Benjamin Joseph Grech u Brenda Agius; Stephen Manuel Spiteri u Dennisha Cilia; Mark Chetcuti u Natasha Marie Bartolo; Massimo Micallef u Giselle Felice; Alan Attard u Paula Darmanin; Ryan Mark Borg u Sharon Baldacchino; Adrian Grech u Donna Bianco; Mario Vassallo u Joanne D’Anastasi; Silvan Farrugia u Stephanie Mifsud; Mauro Grioli u Kimberly Bugeja; Miquel Vella u Stephanie Borg.

Minn Jannar sa April 2018:Owen Briguglio u Varvara Kharitonov; Kenneth Borg

u Shirley Cuschieri.

Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja flimkien mal-Azzjoni

Kattolika Nisa nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2018 se jorganizaw Quddiesa fis-7.00pm

fil-Knisja Arċipretali li fiha jiġu mistiedna l-familji li kellhom tarbija

fis-sena 2017.

Fl-aħħar tal-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Filep ta’ Agira u tingħata tifkira mingħand

l-Arċipriet Fr Daniel Cardona.

Page 17: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

17

www.parroccazebbug.com

Rendikont Finanzjarjutal-Festa ta’ SAN FILEP, 2017

Dħul: EwroDonazzjonijiet, Reklami u Ġbir: 11,522.00 Total: 11,522.00

Ħruġ:Arloġġi Enemalta u konsum + Kuntrattur Dawl: 650.00Kuntrattur Dawl: 4,300.00Bibita, baned, qassisin, predikaturi, eċċ: 1,410.40Kapep: 61.00Fratelli: 445.00Qniepen: 330.00Mużika (orkestra): 2,400.00Sigurtà: 457.00Manutenzjoni: 324.00Fuljett: 1,260.00Total: 11,637.40

ŻBILANĊ: -115.40

Din is-sena kellna spiża straordinarja tad-disinni tal-faċċata tal-Knisja li ammontat għal €4,840.

Rendikont Finanzjarjutal-Festa ta’ SAN ĠUŻEPP, 2017Dħul: EwroDonazzjonijiet + Ġbir: 1,150.00Ċirku Dsatax: 800.00Total: 1,950.00

Ħruġ:12-il Fratell + 2 Kappisti: 238.00Qniepen: 150.00Mużika: 945.00Kor tridijiet (Orgni): 18.00Bibita: 150.00Qassisin: 480.00Total: 1,981.00

ŻBILANĊ: - 31.00

Il-parroċċa tagħna ġabret ukoll fondi għal diversi entitajiet matul is-sena li għaddiet, li kienu jammontaw għal €20,174. Dawn kienu maqsuma hekk:

Dar tal-Providenza €6,500 (+ €1,500 minn donaturi oħra)Dar tal-Kleru €345Segretarjat Ass. Soċjali tal-Azzjoni Kattolika €575Kummissjoni Art Imqaddsa €995Missio Malta €5,166Jum il-Karità €1,461Obolo di San Pietro €1,120Skejjel tal-Knisja €1,180Seminarju tal-Arċisqof €2,832

Il-Qassisin Żebbuġin u oħrajn li jagħtu servizz ġewwa l-parroċċa miġbura flimkien waqt waħda mil-laqgħat fid-dar tal-Arċipriet.

Page 18: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

18

www.parroccazebbug.com

Ħaż-Żebbug Parish – St. Philip of Aggira

2017 2016Income Church Collections 62,933 53,547Blessing of Homes 12,421 9,055Donations and Bequests 45,678 102,819Hire of Parish Hall 2,800 1,680Sale of Books and Other Items 35 -Advertising Income 1,420 4,415Fund Raising Activities (Net) 2,359 1,587Church Dues 11,612 8,523Income from Property 435 419Antennas Contribution 19,487 7,213Income from Investments 6,614 7,927Free Legacy Income 10,739 2,694Other Income - 16TOTAL INCOME 176,534 199,895

Operating ExpenditurePayments to Priests 3,261 5,121Salaries 16,008 16,177Telephones 728 632Water & Electricity 6,868 7,463Bank Charges 274 100Audit Fees 572 280Administrative fees 964 399Transport Expenses 155 1,325Liturgical Expenses 3,931 5,791Outings / Social Functions 3,409 3,035Donations & Appreciations 7,252 13,666Stationery & Printing 5,591 7,489Postages 25 -Consumables 235 -Books/Videos/Magazines 370 1,324Repairs & Maintenance 4,336 9,929Ground Rents 59 -Fondo Clero Contributions 33,787 34,643Outdoor Decorations 4,300 4,600Church Decorations 753 -Band Music 932 1,631Sacred Music 4,686 4,406Licences & Insurances 1,072 1,351Sundry Services 1,781 3,305Sundry Expenses 3,039 3,505Total Operating Expenditure 104,389 126,170

Surplus before ext.ord.activities 72,145 73,725

Extra-Ordinary ActivitiesProfessional Fees (1,722) (1,607)Cultural Heritage – Restoration ( 6,732) (16,293)Improvements (11,024) (1,000)Furniture & Equipment (12,159) (43,739)Sale of Gold - 13,100 (31,637) (49,539)

Surplus before Taxation 40,508 24,186Taxation (3,824) (7,256)Surplus for the year 36,684 16,930

Triq iż-Żebbuġ, Ħaż-ŻebbuġTel: 2146 3513 • Mob: 7952 8389

Email: [email protected]

Iż-Żebbuġi HawnFind us at all Maltese festas

with the traditional stalls

Josef Felice

(Tal-Bonç)

Servizztal-Funerali

24 Sieg˙a Kuljum.

“Casa Felice”Triq l-Indipendenza,

Óal Mula, ÓaΩ-Ûebbu©Servizz tal-Kor u organiSta

Bla ÓlaS

Prezzijiet Moderati

Tel: 2146 6599 Mob: 9945 6733

MANAGEMENT ACCOUNTS

INCOME & EXPENDITURE –

GENERAL FUND for the year ended

31 December 2017

Page 19: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

19

www.parroccazebbug.com

John Spiteri

(tax-xema’)

Servizz tal-Funerali(24 SiegÓa kulJum).

155, triq l-iSqoF Caruana,ÓaΩ-ÛebbuÌ.

biSwit il-kunSill lokali

tel: 21464286.mob.: 79464286.

Fresh & Top Quality Meat & Poultry Daily

Keith Farrugia

The Meat Shop, Paris Str. Ûebbu©Contact Numbers: 2146 3066 / 7906 5881

Opening HoursMonday to Friday: 7.30am – 18.30pm

Saturday: 7.30am – 13.00pm

Robert Gauci

Office Hours

Mon. 8:30am - 12:00am, 3:00pm - 7:00pmTue. 8:30am - 12:00am, 3:00pm - 7:00pmWed. 8:30am - 12:00am, 3:00pm - 7:00pmThu. 8:30am - 12:00am, 3:00pm - 7:00pmFri. 8:30am - 12:00am, 3:00pm - 5:00pmSat. 9:00am - 12:00am

Robert Gauci is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for both MAPFRE Middlesea plc (MMS) and MAPFRE MSV Life plc (MMSV). MMS is authorised by the MFSA to carry on both Long Term and General Business and MMSV is authorised by the MFSA to carry on

Long Term Business under the Insurance Business Act, 1998. The TII and all entities are regulated by the MFSA.

Tied Insurance Intermediary

protection - savings - investments- retirement

[email protected]

rginsurance.com.mt

Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ, ZBG 2079

+356 2146 1664, +356 2746 1664

+356 9947 8757

motor - home - travel - health

MSV200318

ACCOUNTSPRIVATE TUITION• ‘O LEVEL• INTERMEDIATE LEVEL• ‘A’ LEVEL • OTHERSINDIVIDUAL ATTENTION

SMALL GROUPS COURSE NOTES PROVIDED

F. Cassar B. Accty (Hons), AIATel. Nos.: 21495286 (Home) 79092845 (Mob.)E-mail: [email protected]

Chemistry and Biology Private Lessons

O’level and Intermediate courses to start in August.

Qualified TeacherSmall groups for individual attention.

Notes given during lessons.

AttardMob: 9989 9214 / 2124 6468

Email: [email protected]

Page 20: Is-Sliem - parroccazebbug.comparroccazebbug.com/isSliem/sliem_festa_2018.pdf · Il-Beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-Sema pajjiżhom. Il-Beatitudnijiet

We Print on

Mob: +356 9980 1277E: [email protected]

3D Printing Service - Large Format Printing - Shop & Road Signs - Labels - Custom Office Stationery

fairdealF U R N I T U R E

F O L LO W U S DA I LY O NI T V S H O P P I N G C H A N N E L

SHOWROOM: MDINA ROAD, ŻEBBUĠ MALTATEL: 2728 2828 / 2146 7353 MOB: 7728 2828

EMAIL: [email protected]

Available at Showroomwww.eminflex.itOPENING HOURS: 10:00am - 7:00pm Saturday: 09:00am - 1:00pm

Channel 107 Melita Channel 383 Go Interactive

5 Years Guarantee on all our made to measure Kitchens!

WWW.FAIRDEALFURNITURE.COM.MT