1
MAGĦQUDIN MAL-PAPA FRANĠISKU FIT-TALBA TAR-RUŻARJU Il-Papa Franġisku qiegħed jistieden lill-insara kollha sabiex matul ix-xahar ta’ Ottubru, jitolbu kuljum ir-Rużarj u, lill- Verġni Marija u lill -Arkanġlu San Mikiel biex iħarsu l -Knisja mix-xitan li qed jipprova jifred il-komunità nisranija. Il-Papa Franġisku qal li t-talb hu dik il-qawwa li tirbaħ lill-Akkużatur il-Kbir, ix-Xitan, li b’mod partikolari f’dawn iż-żminijiet qed idur id-dinja kollha jakkuża u jiskandalizza. Din il-kampanja speċjali ta’ talb bdiet fl-ewwel ta’ Ottubru, meta fakkarna lil Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù u għandha l-għan ukoll li l-Knisja tagħraf dejjem aktar l -iżbalji u l -abbużi li jsiru, bi mpenn imġedded li tkompli titqabad biex il -ħażin ma jirbaħx. Ejjew nissieħbu mal-Papa f’din it-talba tant għal qalb il-Verġni Marija. ILLUM IL-ĦADD FESTA PARROKKJALI TAR-RUŻARJU: 7 t’Ottubru 2018 6:00pm Quddiesa Solenni li matulha jingħata l-mandat lill- katekisti fil-bidu ta’ sena pastorali. 7:00pm Purċissjoni aux flambeaux bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju bit-talba tar-rużarju skont l-intenzjoni tal-Papa Franġisku. Inħeġġu lill-familji jattendu flimkien mat-tfal tal- katekiżmu. Tingħata l-Barka Ewkaristika fil-Pjazza tal- Katidral. N.B. Illum ma tiġix iċċelebrata l-quddiesa tas-7:15pm. Il-Ħadd 7.10.18 | 6:30am Vitorja, Toni u Manwel Grech. 7:45am George Sultana u Beninja Attard. 9:00am Konventwali. 10:30am Anthony Grech. 12:00pm Crocifissa Zerafa. 6:00pm Ferdinandu, Tereżina u Kostantina Camilleri, George u Marjanna Zammit, Marija u Spiru Grech. It-Tnejn 8.10.18 | 6:15am Familji Apap u Cassar. 7:00am Konventwali. 8:00am Bertu Farrugia. 6:00pm Erwieħ Abbandunati. 7:15pm Saviour Vella. It-Tlieta 9.10.18 | 6:15am Mons Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali. 8:00am Rita u Carmelo Farrugia. 6:00pm Anton u Ralph Farrugia. 7:15pm Joe u Violet Pavia, Familja Xerri u Wiġi Gauci. L-Erbgħa 10.10.18 | 6:15am MaryJane Cordina. 7:00am Konventwali. 8:00am Franġisk u Marija Zammit. 6:00pm Ġorġ, Dolora u l-familja Caruana. 7:15pm Toni u Marija Grech. Il-Ħamis 11.10.18 | 6:15am Michael u Marija Spiteri. 7:00am Peter Paul Camilleri. 8:00am Mons. Anton Gauci. 6:30pm Pontifikal f’jum id- Dedikazzjoni. Il-Ġimgħa 12.10.18 | 6:15am Pawlu u Marija Sultana. 7:00am Konventwali. 8:00am Salvu Galea. 6:00pm Ġużepp u Ċensa Xerri. 7:15pm George Xuereb. Is-Sibt 13.10.18 | 6:15am Mons. Arċid G.B Gauci. 7:00am Konventwali. 8:00am Carmelo u Rose Agius. 6:00pm Elija Mercieca. 7:15pm Marija u George Cassar. KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, -ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) | E: [email protected] | w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm | ARĊIPRIET: 7993 5314 IL-PAPA PAWLU VI U L-ARĊISQOF ROMERO QADDISIN TA’ ŻMIENNA Nhar il-Ħadd, 14 t’Ottubru, il-Papa Franġisku ser jiddikjara qaddisin żewġ persunaġġi tal-knisja ta’ żmienna. Wieħed huwa l-Papa Pawlu VI li għal ħafna minna niftakruh imexxi l -knisja fit-tiġdid tagħha mitlub mill-Konċilju Vatikan II flimkien mal -Arċisqof Oscar Romero, difensur tal-foqra u l-imwarrbin ġewwa El Salvador. Fil-Katidral, f’dawn il-jiem ser ikunu esebiti żewġ relikwiji ta’ dawn il-qaddisin: is-suttana bajda tal-Papa Pawlu VI u l-istola tal-Arċisqof Romero. Ejjew nimitawhom fl - imħabba tagħhom lejn il -knisja. Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru, fis- 6:30pm ser tinżamm ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr u talb fil-Katidral, f’ġieħ dawn iż-żewġ qaddisin ġodda u fuq kollox okkażjoni biex insiru nafuhom mill-qrib. MERĦBA LIS-SEMINARISTA MATTHEW ATTARD Matul din is-sena pastorali ser ikollna fostna fi tmiem il-ġimgħa s-seminarista Matthew Attard mill-parroċċa tax-Xewkija. Hu ġie mibgħut mis-Seminarju bħala parti mill - formazzjoni tiegħu pastorali fil -mixja tiegħu lejn is-saċerdozju. Waqt li nilqgħuh b’qalb kbira u bil-ferħ, ngħinuh biex isir parti mill -familja tagħna tal -Katidral. Wasal il-jum għażiż tal-11 tOttubru meta nfakkru l-jum ta' 302 sena ilu meta l-knisja Matrici, illum Katidral tad-djoċesi t'Għawdex, ġiet iddedikata lil Alla taħt it-titlu tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija. Dan huwa jum li fih niċċelebraw festa f'ġieħ din id-dar tant għażiża għalina fejn ħafna minna ċċelebraw is-sagramenti l-aktar għeżież u fejn ninġabru għat-talb u s-smigħ tal-Kelma t'Alla. Inħeġġu lil kulmin iħossu verament parruċċan tal- Katidral biex jinvista l-Katidral f'dan il-jum u jieħu sehem fl-Ewkaristija. PROGRAMM L-Erbgħa, 10 t'Ottubru: 6:30pm Kant tal - Ewwel Għasar tas-Solennità. Il-Ħamis, 11 t'Ottubru: 6:30pm Pontifikal Solenni. (Din tkun l-unika quddiesa li jkollna filgħaxija). AGĦTIHA, MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM ... Marija Portelli toffri €20 għall-ispejjeż ta’dan il-bullettin b’suffraġju tal-għażiża ommha Tereżina Camilleri. Niftakru fiha fit- talb tagħna. FOOD BANK TAL-PARROĊĊA ... TEŻOR FIS-SEMA Kemm hu sabiħ li niftakru li kull att ta’ karità sejjer jintraddilna fil-ħajja ta’ dejjem. Grazzi lil dawk kollha li kontinwament joffru oġġetti tal -ikel kif ukoll offrew l-uniformi tal-iskola lill-familji fil-bżonn. Dawk li jixtiequ jgħinu, jistgħu joffru: ross, ħalib (full fat), pakketti tas-soppa, cereals, crackers, preserve luncheon meat, ton taż-żejt, croissants/sponges għat-tfal, żejt, zokkor, sapun, detergent tal- ħwejjeg, shampoo, shower gel , ħrieqi . MIXJA TA’ TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ U GĦALL-ĦAJJA TAL-FAMILJA Infakkru lill-koppji għarajjes li jixtiequ jibdew jew ikomplu l -laqgħat tal-Mixja ta’ tħejjija għaż- żwieġ u għall -ħajja tal-Familja biex japplikaw mill-aktar fis possibli. L-applikazzjoni tinkiseb mill- uffiċċju parrokkjali. Il -laqgħat ser jibdew il-Ħadd, 21 ta’ Ottubru. Ser isiru laqgħat Malta għal dawk l-għarajjes li jistudjaw jew jaħdmu hemm. OASI CUP RUN 2018 Il-fondazzjoni OASI qed torganizza mixja u ġirjiet għall -kbar u għaż-żgħar b’għan ta’ solidarjetà lejn il-missjoni tagħha, illum il -Ħadd, 7 t’Ottubru fit-8:15am.

KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX · matul ix Nhar il lil imħabba tagħhom lejn il Camilleri. MAGĦQUDIN MAL-PAPA FRANĠISKU FIT-TALBA TAR-RUŻARJUIl-Papa Franġisku qiegħed …

  • Upload
    lamkien

  • View
    221

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

MAGĦQUDIN MAL-PAPA FRANĠISKU

FIT-TALBA TAR-RUŻARJU Il-Papa Franġisku qiegħed jistieden lill-insara kollha sabiex

matul ix-xahar ta’ Ottubru, jitolbu kuljum ir-Rużarju, lill-

Verġni Marija u lill-Arkanġlu San Mikiel biex iħarsu l-Knisja

mix-xitan li qed jipprova jifred il-komunità nisranija. Il-Papa

Franġisku qal li t-talb hu dik il-qawwa li tirbaħ lill-Akkużatur

il-Kbir, ix-Xitan, li b’mod partikolari f’dawn iż-żminijiet qed

idur id-dinja kollha jakkuża u jiskandalizza. Din il-kampanja

speċjali ta’ talb bdiet fl-ewwel ta’ Ottubru, meta fakkarna lil Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù u għandha l-għan ukoll

li l-Knisja tagħraf dejjem aktar l-iżbalji u l-abbużi li jsiru, bi

mpenn imġedded li tkompli titqabad biex il-ħażin ma

jirbaħx. Ejjew nissieħbu mal-Papa f’din it-talba tant għal

qalb il-Verġni Marija.

ILLUM IL-ĦADD FESTA PARROKKJALI TAR-RUŻARJU:

7 t’Ottubru 2018

6:00pm Quddiesa Solenni li matulha jingħata l-mandat lill-

katekisti fil-bidu ta’ sena pastorali.

7:00pm Purċissjoni aux flambeaux bl-istatwa tal-Madonna

tar-Rużarju bit-talba tar-rużarju skont l-intenzjoni tal-Papa

Franġisku. Inħeġġu lill-familji jattendu flimkien mat-tfal tal-

katekiżmu. Tingħata l-Barka Ewkaristika fil-Pjazza tal-

Katidral.

N.B. Illum ma tiġix iċċelebrata l-quddiesa tas-7:15pm.

Il-Ħadd 7.10.18 | 6:30am Vitorja, Toni u Manwel Grech. 7:45am George Sultana u Beninja Attard. 9:00am Konventwali. 10:30am Anthony Grech. 12:00pm Crocifissa Zerafa. 6:00pm Ferdinandu, Tereżina u Kostantina Camilleri, George u Marjanna Zammit, Marija u Spiru Grech. It-Tnejn 8.10.18 | 6:15am Familji Apap u Cassar. 7:00am Konventwali. 8:00am Bertu Farrugia. 6:00pm Erwieħ Abbandunati. 7:15pm Saviour Vella.

It-Tlieta 9.10.18 | 6:15am Mons Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali. 8:00am Rita u Carmelo Farrugia. 6:00pm Anton u Ralph Farrugia. 7:15pm Joe u Violet Pavia, Familja Xerri u Wiġi Gauci. L-Erbgħa 10.10.18 | 6:15am MaryJane Cordina. 7:00am Konventwali. 8:00am Franġisk u Marija Zammit. 6:00pm Ġorġ, Dolora u l-familja Caruana. 7:15pm Toni u Marija Grech.

Il-Ħamis 11.10.18 | 6:15am Michael u Marija Spiteri. 7:00am Peter Paul Camilleri. 8:00am Mons. Anton Gauci. 6:30pm Pontifikal f’jum id-Dedikazzjoni. Il-Ġimgħa 12.10.18 | 6:15am Pawlu u Marija Sultana. 7:00am Konventwali. 8:00am Salvu Galea. 6:00pm Ġużepp u Ċensa Xerri. 7:15pm George Xuereb. Is-Sibt 13.10.18 | 6:15am Mons. Arċid G.B Gauci. 7:00am Konventwali. 8:00am Carmelo u Rose Agius. 6:00pm Elija Mercieca. 7:15pm

Marija u George Cassar.

KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, IĊ-ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) | E: [email protected] |

w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm | ARĊIPRIET: 7993 5314

IL-PAPA PAWLU VI U L-ARĊISQOF ROMERO

QADDISIN TA’ ŻMIENNA Nhar il-Ħadd, 14 t’Ottubru, il-Papa Franġisku ser jiddikjara qaddisin

żewġ persunaġġi tal-knisja ta’ żmienna. Wieħed huwa l-Papa Pawlu

VI li għal ħafna minna niftakruh imexxi l-knisja fit-tiġdid tagħha mitlub

mill-Konċilju Vatikan II flimkien mal-Arċisqof Oscar Romero, difensur

tal-foqra u l-imwarrbin ġewwa El Salvador. Fil-Katidral, f’dawn il-jiem

ser ikunu esebiti żewġ relikwiji ta’ dawn il-qaddisin: is-suttana bajda

tal-Papa Pawlu VI u l-istola tal-Arċisqof Romero. Ejjew nimitawhom fl-

imħabba tagħhom lejn il-knisja. Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru, fis-

6:30pm ser tinżamm ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr u talb fil-Katidral,

f’ġieħ dawn iż-żewġ qaddisin ġodda u fuq kollox okkażjoni biex

insiru nafuhom mill-qrib.

MERĦBA LIS-SEMINARISTA MATTHEW ATTARD Matul din is-sena pastorali ser ikollna fostna fi tmiem il-ġimgħa s-seminarista Matthew

Attard mill-parroċċa tax-Xewkija. Hu ġie mibgħut mis-Seminarju bħala parti mill-

formazzjoni tiegħu pastorali fil-mixja tiegħu lejn is-saċerdozju. Waqt li nilqgħuh b’qalb

kbira u bil-ferħ, ngħinuh biex isir parti mill-familja tagħna tal-Katidral.

Wasal il-jum għażiż tal-11 t’Ottubru meta nfakkru

l-jum ta' 302 sena ilu meta l-knisja Matrici, illum

Katidral tad-djoċesi t'Għawdex, ġiet iddedikata

lil Alla taħt it-titlu tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija.

Dan huwa jum li fih niċċelebraw festa f'ġieħ din

id-dar tant għażiża għalina fejn ħafna minna

ċċelebraw is-sagramenti l-aktar għeżież u fejn

ninġabru għat-talb u s-smigħ tal-Kelma t'Alla.

Inħeġġu lil kulmin iħossu verament parruċċan tal-

Katidral biex jinvista l-Katidral f'dan il-jum u jieħu

sehem fl-Ewkaristija.

PROGRAMM

L-Erbgħa, 10 t'Ottubru: 6:30pm Kant tal-

Ewwel Għasar tas-Solennità.

Il-Ħamis, 11 t'Ottubru: 6:30pm Pontifikal

Solenni. (Din tkun l-unika quddiesa li jkollna filgħaxija).

AGĦTIHA, MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM ... Marija Portelli toffri €20 għall-ispejjeż ta’dan il-bullettin b’suffraġju tal-għażiża ommha Tereżina

Camilleri. Niftakru fiha fit-talb tagħna.

FOOD BANK TAL-PARROĊĊA ...

TEŻOR FIS-SEMA Kemm hu sabiħ li niftakru li kull att ta’ karità sejjer

jintraddilna fil-ħajja ta’ dejjem. Grazzi lil dawk kollha

li kontinwament joffru oġġetti tal-ikel kif ukoll offrew

l-uniformi tal-iskola lill-familji fil-bżonn. Dawk li

jixtiequ jgħinu, jistgħu joffru: ross, ħalib (full fat),

pakketti tas-soppa, cereals, crackers, preserve luncheon meat, ton taż-żejt, croissants/sponges

għat-tfal, żejt, zokkor, sapun, detergent tal-

ħwejjeg, shampoo, shower gel, ħrieqi.

MIXJA TA’ TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ U GĦALL-ĦAJJA TAL-FAMILJA Infakkru lill-koppji għarajjes li jixtiequ jibdew jew ikomplu l-laqgħat tal-Mixja ta’ tħejjija għaż-

żwieġ u għall-ħajja tal-Familja biex japplikaw mill-aktar fis possibli. L-applikazzjoni tinkiseb mill-

uffiċċju parrokkjali. Il-laqgħat ser jibdew il-Ħadd, 21 ta’ Ottubru. Ser isiru laqgħat Malta għal

dawk l-għarajjes li jistudjaw jew jaħdmu hemm.

OASI CUP RUN 2018 Il-fondazzjoni OASI qed torganizza mixja u ġirjiet għall-kbar u għaż-żgħar b’għan ta’

solidarjetà lejn il-missjoni tagħha, illum il-Ħadd, 7 t’Ottubru fit-8:15am.