Upload
others
View
0
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
KonsultazzjoniIl-fehma tiegħek fuq Ewropa 2020
Rapport �naliĠunju 2010
Rue Belliard/Belliardstraat, 101_1040 Bruxelles/Brussel _ BELGIQUE/BELGIËTel. +32 2/282 22 11 _ Fax +32 2/282 23 25
http://www.cor.europa.eu
UNJONI EWROPEA
Kumitat tar-Reġjuni
UNJONI EWROPEA
Kumitat tar-Reġjuni
2
Werrej
DAĦLA ........................................................................................................................................... 4
SEJBIET EWLENIN, EVALWAZZJONI U IMPLIKAZZJONIJIET TA’ POLITIKA ...... 4
KAPITOLU 1 SEJĦA SABIEX IL-MIRI TAL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020 JIĠU
ADATTATI GĦAL-LIVELL LOKALI ...................................................................................... 9
1.1 L-APPROĊĊ IBBILANĊJAT TAL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020 BIL-PILASTRI EKONOMIĊI, SOĊJALI
U AMBJENTALI ............................................................................................................................................... 9
1.2 NIKKOMPLEMENTAW IL-MIRI EWLENIN BIL-MIRI NAZZJONALI U REĠJONALI KONDIVIŻI MILL-
PARTIJIET IKKONĊERNATI KOLLHA............................................................................................................... 9
1.3 KUMMENTI U SUĠĠERIMENTI DWAR IL-MIRI EWLENIN ............................................................. 10
1.3.1 75 % tal-persuni bejn l-20 u l-64 sena għandu jkollhom xogħol ................................... 10
1.3.2 3 % tal-PDG tal-UE għandu jkun investit fir-riċerka u l-iżvilupp ................................. 11
1.3.3 Il-miri tal-klima/tal-enerġija “20/20/20”......................................................................... 11
1.3.4 Miri marbutin mal-edukazzjoni ....................................................................................... 11
1.3.5 20 miljun persuna inqas mhedda mill-faqar ................................................................... 11
1.4 SUĠĠERIMENTI GĦAL MIRI ĠODDA ............................................................................................ 12
KAPITOLU 2 INFASSLU L-AZZJONI POLITIKA BILLI NIKKOMPLEMENTAW IL-
PDG B’INDIKATURI ĠODDA TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U L-KWALITÀ TAL-
ĦAJJA........................................................................................................................................... 13
2.1 LIL HINN MILL-PDG, HEMM BŻONN TA’ INDIKATURI ĠODDA GĦAT-TFASSIL U S-SEGWITU TAL-
ISTRATEĠIJA EWROPA 2020........................................................................................................................ 13
2.2 KARATTERISTIĊI EWLENIN TAL-INDIKATURI MEĦTIEĠA ........................................................... 13
2.3 KIF NIDENTIFIKAW L-INDIKATURI L-ĠODDA.............................................................................. 14
2.4 SUĠĠERIMENTI RIGWARD INDIKATURI POTENZJALI GĦALL-EWROPA 2020 ............................. 14
KAPITOLU 3 IL-BLIET U R-REĠJUNU KIF JISTGĦU JKUNU ATTURI ATTIVI FL-
ISTRATEĠIJA EWROPA 2020................................................................................................. 17
3.1 SĦUBIJA BEJN IL-LIVELLI DIFFERENTI TA’ GOVERNANZA HIJA IMPORTANTI ĦAFNA GĦALL-
EWROPA 2020 .............................................................................................................................................. 17
3.2 IL-KONTRIBUT TAL-AWTORITAJIET LOKALI U REĠJONALI FL-EWROPA 2020............................ 18
3.3 IT-TWASSIL TAL-INIZJATTIVI PRINĊIPALI FI SĦUBIJA ............................................................... 18
3.3.1 Unjoni ta’ innovazzjoni.................................................................................................... 19
3.3.2 Żgħażagħ mobbli .............................................................................................................. 19
3.3.3 Aġenda Diġitali għall-Ewropa ......................................................................................... 20
3.3.4 Ewropa b’użu effiċjenti tar-riżorsi .................................................................................. 20
3.3.5 Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni .......................................................... 20
3.3.6 Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda ..................................................................... 21
3.3.7 Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar.............................................................................. 21
3.4 ĦARSA XETTIKA LEJN L-INIZJATTIVI PRINĊIPALI ...................................................................... 21
3.5 SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GOVERNANZA LOKALI U REĠJONALI TAL-ISTRATEĠIJA – JEW
IT-TITJIB TAS-SOLUZZJONIJIET LI JEŻISTU................................................................................................. 21
3.5.1 Is-sistemi differenti ta’ governanza li jeżistu .................................................................. 21
3.5.2 L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ governanza ġdida... ........................................................ 23
3.5.3 .It-titjib tal-mezzi eżistenti u li jippermettu l-parteċipazzjoni tar-reġjuni u l-bliet .......... 24
3
KAPITOLU 4 IT-TISĦIĦ KOMPLEMENTARI U REĊIPROKU TAL-EWROPA 2020 U
TAL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI ............................................................................................ 26
4.1 IT-TISĦIĦ KOMPLEMENTARI U REĊIPROKU TAR-RELAZZJONI BEJN L-EWROPA 2020 U L-
POLITIKA TA’ KOEŻJONI .............................................................................................................................. 26
4.1.1 L-għanijiet tal-koeżjoni għandhom bżonn l-Istrateġija Ewropa 2020 ........................... 26
4.1.1 L-Istrateġija Ewropa 2020 teħtieġ il-koeżjoni................................................................. 26
4.1.3 Sejħa għall-koeżjoni fi żmien ta’ kriżi ............................................................................. 26
4.2 RABTA BEJN L-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020 U L-POLITIKA TA’ KOEŻJONI................................. 27
4.3 IT-TFASSIL TAL-BAĠIT TAL-UE B’KUNSIDERAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI U TAL-
ISTRATEĠIJA EWROPA 2020........................................................................................................................ 28
4.4 GĦANDU JIĠI ASSIGURAT L-AMMONT IT-TAJJEB TA’ FONDI ... .................................................. 29
4.5 ... U L-ISPIŻA GĦANDHA SSIR AKTAR IFFOKATA, SEMPLIĊI U ORJENTATA LEJN IR-RIŻULTATI . 29
4.6 JINTEFQU L-FLUS PERMEZZ TAL-FTEHIMIET TA’ SĦUBIJA ....................................................... 31
KAPITOLU 5 NIKKOMUNIKAW L-EWROPA 2020 B’MOD IFFOKAT U ATTRAENTI
........................................................................................................................................................ 33
5.1 NIKKOMUNIKAW L-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020 B’MOD AKTAR QAWWI U EFFIĊJENTI............. 33
5.2 TFASSIL TA’ MESSAĠĠI SKONT ID-DESTINATARJI ...................................................................... 33
5.3 STRATEĠIJA VIŻIBBLI KEMM GĦALL-PUBBLIKU ĠENERALI KIF UKOLL GĦAL GRUPPI SPEĊIFIĊI
TA’ PARTIJIET INTERESSATI ........................................................................................................................ 34
5.4 JINGĦAQDU L-ISFORZI FIL-LIVELLI KOLLHA BIEX TIĠI KKOMUNIKATA L-ISTRATEĠIJA EWROPA
2020 35
5.5 STRUMENTI LI GĦANDHOM JINTUŻAW BIEX TIĠI KKOMUNIKATA L-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020
35
LISTA TA’ KONTRIBUTURI GĦAS-SONDAĠĠ ................................................................. 37
4
DAĦLA
Wara l-proposta tal-Kummissjoni dwar “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklussiv”, ippubblikata fit-3 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew appoġġja l-istrateġija fil-laqgħat tiegħu
ta’ Marzu u Ġunju 20101. Ġew stabbiliti l-miri ewlenin tal-istrateġija l-ġdida kif ukoll il-Linji Gwida
Integrati. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea hija mistennija tippreżenta s-seba’ inizjattivi ewlenin tal-
istrateġija sal-aħħar tal-2010, ser jiġi stabbilit proċess annwali ta’ monitoraġġ u rappurtar biex
jakkumpanja u jmexxi l-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida.
Diġà f’Marzu 2009, il-Kumitat tar-Reġjuni kien nieda Konsultazzjoni tar-Reġjuni u l-Bliet Ewropej dwar
Strateġija ġdida għat-Tkabbir Sostenibbli2. Fuq il-bażi tar-riżultat tagħha, f’Diċembru 2009 l-KtR adotta
opinjoni fuq inizjattiva proprja3 li tqieset fil-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.
Madankollu, ċerti kwistjonijiet importanti marbutin mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tħallew mingħajr
risposta fl-Istrateġija Ewropa 2020, speċjalment dawk li jikkonċernaw il-bżonn għal miri divrenzjati fil-
livell territorjali, il-bżonn ta’ indikaturi għat-tfassil tal-politika li jmorru lil hinn mill-PDG, ir-rwol reali
tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida, ir-rabta bejn
Ewropa 2020, il-politika ta’ koeżjoni u l-baġit tal-UE u l-bżonn li l-istrateġija l-ġdida tiġi mgħarrfa liċ-
ċittadini kollha tal-UE.Din hija r-raġuni għaliex il-KtR iddeċieda li japprofondixxi dawn il-kwistjonijiet u
jagħti l-opportunità lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha li jesprimu l-fehmiet tagħhom permezz tal-
konsultazzjoni ta’ segwitu “Il-fehma tiegħek fuq Ewropa 2020” li tnediet f’Marzu 2010 permezz ta’
kwestjonarju bil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit tal-Internet tal-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ Ewropa 2020.
Ir-rapport huwa sinteżi tas-97 kontributi li waslu sat-28 ta’ April 2010 minn 21 mis-27 Stat Membru tal-
UE4. Il-bliet u r-reġjuni kkontribwixxew bejn wieħed u ieħor fl-istess proporzjon. 24 kontributi ġew mill-
membri tal-Pjattaforma tal-Monitoraġġ Ewropa 2020, netwerk ta’ madwar 120 belt u reġjun li ilhom mill-
2006 jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona fuq il-post. 10 kontributi ġew mill-
membri tal-Patt tas-Sindki, koalizzjoni ta’ iktar minn 1700 belt fl-UE promossa mill-Kummissjoni
Ewropea biex tappoġġja l-adozzjoni ta’ politiki dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Taw il-kontribut
tagħhom ukoll assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u gruppi
transkonfinali tar-reġjuni.
Il-kontributi kollha, fil-verżjoni oriġinali u bl-Ingliż, kif ukoll il-kwestjonarju, jinsabu fis-sit tal-internet
tal-KtR (www.cor.europa.eu/europe2020).
Is-sejbiet ewlenin li ġejjin juru oqsma ta’ kunsens wiesa’ fost il-parteċipanti, filwaqt li firxa iktar wiesgħa
ta’ fehmiet u suġġerimenti tal-kontributuri tinsab fir-rapport ewlieni.
Il-kontenut tar-rapport ma jirrappreżentax neċessarjament il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni.
SEJBIET EWLENIN, EVALWAZZJONI U IMPLIKAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
1Dokumenti uffiċjali dwar Ewropa 2020 jistgħu jinstabu hawn: http://ec.europa.eu/eu2020/index_en.htm
2Ir-rapport sħiħ u l-kontributi huma disponibbli hawn: http://portal.cor.europa.eu/europe2020/Pages/Library.aspx
3Il-ġejjieni tal-Istrateġija ta’ Lisbona wara l-2010 (CdR 25/2009).
4Ma wasal l-ebda kontribut mill-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda, il-Lettonja, Malta u s-Slovenja. Il-lista ta’ kontributuri tinsab fl-aħħar ta’
dan id-dokument.
5
IL-BLIET U R-REĠJUNI TAL-UE: L-EWROPA 2020 HIJA IMPORTANTI
Fl-istħarriġ tal-Kumitat tar-Reġjuni pparteċipaw 97 belt u reġjun Ewropej minn 21 Stat Membru
tal-UE.
Huma ressqu dokumenti ta’ kwalità għolja li juru l-impenn tagħhom fir-rigward tal-istrateġija l-
ġdida Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Ipprovdew għadd kbir ta’
kummenti u suġġerimenti kif ukoll eżempji konkreti dwar kif jistgħu jikkontribwixxu għall-
implimentazzjoni tal-istrateġija.
Dawk li wieġbu apprezzaw l-approċċ ibbilanċjat mill-ġdid tal-abozz tal-Istrateġija Ewropa 2020,
kif rifless fil-prijoritajiet tagħha u l-impenn ambizzjuż tagħha għall-miri tal-UE kollha. Qiesu
wkoll l-inizjattivi ewlenin bħala strumenti konkreti li jistgħu jqarrbu lill-Ewropa 2020 lejn iċ-
ċittadini tal-UE.
Madankollu, l-abbozz tal-Kummissjoni ma jindirizzax b’mod adegwat il-ħtieġa biex l-istrateġija
l-ġdida tqis id-differenzi u d-diskrepanzi territorjali, tikkomplementa l-PDG b’indikaturi ġodda li
jistgħu jkunu għodda għat-tfassil tal-politiki, tegħleb il-frammentazzjoni attwali tal-programmi
ta’ politika u l-mezzi ta’ finanzjament relatati, tipprijoratizza s-semplifikazzjoni amministrattiva,
tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ sħubija bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u
lokali, tilqa’ l-isfida tal-Komunikazzjoni biex tqarreb l-istrateġija l-ġdida lejn ħajjet iċ-ċittadini
ordinarji.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-pjan ta’ direzzjoni ferm strett għall-adozzjoni tal-istrateġija l-ġdida,
hekk kif kien propost waqt din il-konsultazzjoni, jagħti lill-biċċa l-kbira tal-parteċipanti l-
impressjoni li l-kontribut tagħhom għall-adozzjoni u s-suċċess ta’ Ewropa 2020 jista’ jkun
limitat5.
Għalhekk ipprovdew firxa wiesgħa ta’ suġġerimenti konkreti dwar kif tista’ tittejjeb l-iskema
attwali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u kif tista’ tiġi implimentata b’suċċess.
IT-TFASSIL U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA L-ĠDIDA: SFIDI U OPPORTUNITAJIET
1. Ewropa 2020 ma tqisx id-diskrepanzi soċjoekonomiċi eżistenti u d-distribuzzjoni inugwali
tal-opportunitajiet bejn u fi ħdan ir-reġjuni u l-bliet. Dawn id-differenzi, li żdiedu tul dawn l-
aħħar għaxar snin, ma jirriflettux biss id-distakk “tradizzjonali” bejn ir-reġjuni żviluppati u
dawk inqas żviluppati, iżda jidhru wkoll fi ħdan uħud mill-aktar żoni żviluppati, pereżempju
fl-aktar inħawi żvantaġġati ta’ bosta bliet tal-UE. Billi hija tistabbilixxi biss il-miri tal-UE u
dawk nazzjonali, permezz ta’ proċedura minn fuq għal isfel, l-istruttura ta’ governanza
proposta f’Ewropa 2020 ma tippermettix li l-objettivi, indikaturi u miri jiġu adattati biex
jikkunsidraw dawn id-differenzi lokali u reġjonali.
5F’Ġunju 2010, il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma li l-Istati Membri ser jimplimentaw biex jagħtu kontribut lill-objettivi ta’ Ewropa
2020 ntalbu sal-Ħarifa 2010.
6
Jekk tadatta l-objettivi, l-indikaturi u l-miri tagħha għall-kundizzjonijiet lokali
u reġjonali, l-istrateġija l-ġdida ssir iktar realistika u effettiva: l-assi lokali
jikkontribwixxu għat-tkabbir sostenibbli filwaqt li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini tal-UE
u b’hekk isaħħu l-koeżjoni.
2. Ewropa 2020 ma tippromovix it-tixrid ta’ indikaturi ta’ żvilupp sostenibbli biex
tikkomplementa l-PDG.
L-adozzjoni ta’ indikaturi bħal dawn, fil-kuntest ta’ implimentazzjoni flessibbli
tal-istrateġija l-ġdida kondiviża bejn il-livelli rilevanti ta’ gvern u partijiet interessati
oħrajn, hija aspett neċessarju biex jiġu stabbiliti miri lokali u reġjonali u bħala
kontribut biex jitfasslu l-aktar mezzi adatti biex l-istrateġija tiġi implimentata
fil-livell lokali. Ingħataw bosta eżempji ta’ indikaturi possibbli.
3. L-istrumenti ta’ politika u l-mezzi relatati ta’ finanzjament tal-Ewropa 2020 għadhom
ifframmentati ħafna, hekk kif kien il-każ tal-Istrateġija ta’ Lisbona, u dan jista’ jagħmilhom
ineffettivi. Barra minn hekk, is-semplifikazzjoni amministrattiva mhijiex prijorità fl-Ewropa
2020.
L-istrumenti ta’ politika għandhom ikunu kkoordinati u l-użu tagħhom għandu
jiġi ssemplifikat sabiex jiffokaw fuq għadd limitat ta’ objettivi b’mod koerenti u
effettiv. Dan jiżgura wkoll l-integrazzjoni neċessarja bejn il-politiki differenti
tal-UE, inklużi l-politika ta’ koeżjoni u politiki settorjali rilevanti oħrajn.
4. Fl-aħħar, l-implimentazzjoni effettiva tal-objettivi tal-Ewropa 2020 ser tiddependi mhux biss
minn dak li l-gvernijiet rilevanti kollha ser jagħmlu iżda, b’mod kruċjali, minn kemm jaġixxu
b’mod ikkoordinat u sinkronizzat. L-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikunu minn ta’
quddiem fl-implimentazzjoni ta’ bosta aspetti tas-seba’ inizjattivi ewlenin ippjanati.
Madankollu, ir-rwol tagħhom mhu rikonoxxut la fil-proċess ta’ definizzjoni tal-miri u lanqas
fl-inizjattivi ewlenin, u wisq inqas fit-tfassil tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. F’ħafna
pajjiżi tal-UE, mill-inqas ċerti aspetti tal-istrateġija l-ġdida huma kompetenza tal-awtoritajiet
lokali u reġjonali, filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni turi approċċ mgħaġġel u minn fuq
għal isfel.
Jekk l-istrateġija trid iżżomm il-wegħdiet tagħha, għandu jkun hemm koordinazzjoni
permanenti bejn il-livelli rilevanti kollha ta’ governanza mill-bidu nett.
B’mod partikolari, fl-2010, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-gvernijiet nazzjonali u
l-UE għandhom jaħdmu fi sħubija, l-ewwel biex jistabbilixxu l-miri, inkluż fil-
livell reġjonali, u t-tieni biex ifasslu u jniedu l-inizjattivi ewlenin u l-Programmi ta’
Riforma Nazzjonali.
Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità għandhom jiġu kkunsidrati bir-
reqqa tul dan il-proċess.
7
5. Filwaqt li l-iskema tikkunsidra, bir-raġun, li l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni
jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Ewropa 2020, hija ma tenfasizzax il-kontribut potenzjali
tal-Ewropa 2020 għat-tisħiħ tal-koeżjoni madwar l-UE. Filfatt, jekk ma tiġix implimentata
b’mod flessibbli, hemm ir-riskju li l-istrateġija titlef l-opportunità li tibni fuq ir-riżorsi umani
lokali u assi oħra biex tippromovi tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.
Il-kontributuri unanimament jenfasizzaw li l-Ewropa 2020 u l-politika ta’ koeżjoni
iridu jitqiesu bħala għodod ta’ politika li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku biex
jistimolaw it-tkabbir sostenibbli filwaqt li jżidu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u
territorjali. Minħabba t-tħassib rigward il-koeżjoni territorjali, li qiegħed jiżdied
anke fl-aktar reġjuni għonja tal-UE, il-politika ta’ koeżjoni għandha tibqa’ tkopri r-
reġjuni kollha filwaqt li twettaq il-miri tagħha ta’ tqassim mill-ġdid.
Il-fondi għall-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politika ta’ koeżjoni m’għandhomx
jitnaqqsu u jekk ikun possibbli għandhom jiżdiedu. Iżda huwa aktar importanti li l-
infiq jiġi razzjonalizzat, issemplifikat u jsir aktar effettiv billi jitjiebu l-
proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni. Ta’ min janalizza l-possibbiltajiet
biex jiġu ppremjati r-reġjuni u l-bliet li kapaċi jonfqu b’mod effettiv, filwaqt li jiġu
appoġġjati dawk li huma lesti li jitjiebu u li jiġu imposti sanzjonijiet fuq dawk li ma
jkollhomx prestazzjoni tajba.
Il-gvernijiet fiż-żoni urbani għandhom ikunu atturi kruċjali fis-suċċess tal-
Ewropa 2020 għax jistgħu jkunu magni għat-tkabbir iżda huma milquta mill-
problemi ewlenin tal-koeżjoni f’termini ekonomiċi u soċjali. Iż-żoni rurali
għandhom jiġu appoġġjati fl-isforz tagħhom biex jagħtu spinta lit-tkabbir fuq bażi
ġdida u soda.
Aktar sforzi għat-titjib tal-infrastruttura bażika meta jkun hemm bżonn, fi ħdan l-
Ewropa 2020, jagħtu spinta lit-tkabbir fl-UE u jiżguraw il-koeżjoni.
Ħafna kontributuri enfasizzaw ukoll li għandhom jitqiesu bħala msieħba l-
koalizzjonijiet tar-reġjuni b’responsabbiltajiet ta’ tfassil tal-politika, inklużi l-
koalizzjonijiet transkonfinali (bħar-REKT u l-makroreġjuni).
6. Il-komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, minħabba n-natura remota tagħha għal ħafna
ċittadini Ewropej, dejjem kienet kompitu skoraġġanti – il-preżentazzjoni tal-Ewropa 2020
mhux ser tkun iktar faċli.
Biex l-isforzi ta’ komunikazzjoni tal-Ewropa 2020 jirnexxu, il-messaġġ għandu
jiffoka fuq il-kontribut ġenwin tal-Istrateġija għall-kuntest lokali/reġjonali
għall-popolazzjoni kollha u għall-gruppi settorjali, u għandu jintbagħat
permezz ta’ għodod moderni bil-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u
reġjonali.
EVALWAZZJONI U IMPLIKAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
8
L-interess muri fl-Ewropa 2020 minn dawk li wieġbu mhuwiex sorprendenti meta wieħed
jikkunsidra li:
l-istrateġija l-ġdida qed tiġi introdotta hekk kif l-agħar reċessjoni f’għexieren ta’ snin
qed tolqot lill-Istati Membri u lir-reġjuni u l-bliet tagħhom – b’mod inugwali – u b’hekk
twessa’ d-differenzi soċjoekonomiċi eżistenti u taffettwa b’mod negattiv il-prospetti ta’
tkabbir għall-UE b’mod ġenerali;
it-tħassib attwali dwar l-istabbiltà monetarja fiż-żona tal-Euro qiegħed iżid il-bżonn li
jkun hemm dixxiplina fiskali aktar stretta flimkien ma’ prospetti mtejba għal tkabbir fit-
tul għall-UE, bil-għan li l-politika baġitarja tal-Istati Membri ssir sostenibbli filwaqt li
tiġi evitata reċessjoni fit-tul.
Din il-perspettiva ekonomika inkwetanti tagħmilha aktar importanti li l-Istrateġija ta’ Lisbona tiġi
sostitwita minn strateġija ġdida u aktar effettiva biex iżżid il-kompetittività Ewropea u b’hekk
toħloq il-possibiltà ta’ tkabbir.
Il-kontributi li ntbagħtu juru li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE huma konxji tal-
kwistjonijiet involuti. Huma impenjaw ruħhom biex jiksbu l-miri rilevanti u huma lesti li jwettqu
r-responsabbiltajiet tagħhom biex jiggarantixxu li dawn jiġu implimentati b’suċċess (ara
pereżempju l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki).
Madankollu, l-awtoritajiet li wieġbu għall-istħarriġ jiddubitaw kemm l-istrateġija l-ġdida Ewropa
2020, kif iddefinita attwalment, ser tikseb il-wegħdiet tagħha.
Sabiex napprofittaw minn din l-opportunità tant meħtieġa biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u
tingħata spinta lill-iżvilupp sostenibbli fit-tul waqt li fl-istess ħin jitnaqqsu d-diskrepanzi u titjieb
il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE, l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha tagħti lil-livelli kollha
ta’ governanza, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-opportunità li jikkontribwixxu għat-
tfassil u l-implimentazzjoni tagħha bħala msieħba permanenti.
Fl-2010, dan għandu japplika kemm għad-definizzjoni ta’ miri kif ukoll għall-abbozzar ta’
inizjattivi ewlenin u l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali.
Din hija r-raġuni għaliex il-KtR nieda l-proposta tiegħu għal Patt Territorjali tal-Awtoritajiet
Reġjonali u Lokali dwar l-Istrateġija Ewropa 2020, biex jiżgura sjieda fuq ħafna livelli tal-
istrateġija permezz ta’ sħubija effettiva bejn l-awtoritajiet pubbliċi Ewropej, nazzjonali, reġjonali
u lokali. Il-Patt għandu jkun akkumpanjat minn patti territorjali nazzjonali, li taħthom l-Istati
Membri għandhom jaħdmu b’mod kollettiv ma’ reġjuni u bliet li jagħmlu użu attiv mill-għodda
istituzzjonali.
Il-Kumitat tar-Reġjuni, permezz tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020, ser ikompli
jissorvelja l-progress konkret tal-istrateġija l-ġdida Ewropa 2020 u ser jagħti rendikont regolari
lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew.
9
KAPITOLU 1
SEJĦA SABIEX IL-MIRI TAL-ISTRATEĠIJA EWROPA 2020 JIĠU ADATTATI
GĦAL-LIVELL LOKALI
1.1 L-approċċ ibbilanċjat tal-Istrateġija Ewropa 2020 bil-pilastri ekonomiċi, soċjali u
ambjentali
Il-maġġoranza tal-parteċipanti apprezzaw l-approċċ ibbilanċjat tal-abbozz tal-Istrateġija Ewropa
2020, kif inhu rifless fil-prijoritajiet tagħha – tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv – u l-
impenn ambizzjuż fir-rigward tal-miri ewlenin tal-UE kollha kemm hi6. B’mod partikolari:
jemmnu li l-għan tal-promozzjoni tat-tkabbir (sostenibbli) huwa kruċjali u jimplika ż-
żieda tal-kompetittività tal-pajjiżi u r-reġjuni;
jikkonfermaw li t-tħassib ambjentali, b’mod partikolari t-tibdil fil-klima, għandu jiġi
kkunsidrat bħala prijorità assoluta;
prattikament kollha jaraw il-kunċett ta’ tkabbir “inklussiv” fil-qafas usa’ tal-bżonn
għal koeżjoni soċjali u territorjali ikbar. Filwaqt li l-koeżjoni soċjali hija marbuta
mal-ħolqien ta’ iktar opportunitajiet ta’ impjieg, il-koeżjoni territorjali hija marbuta
mal-lakuni soċjoekonomiċi li jeżistu mhux biss bejn l-Istati u r-reġjuni, iżda wkoll fi
ħdan ir-reġjuni, b’mod partikolari fi ħdan l-iktar żoni żviluppati tal-UE.
1.2 Nikkomplementaw il-miri ewlenin bil-miri nazzjonali u reġjonali kondiviżi mill-
partijiet ikkonċernati kollha
Il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti jaqblu li l-miri għandhom jingħataw funzjoni ta’ tfassil tal-
politika, jiġifieri li għandhom jintużaw bħala għodda biex jinvolvu lill-atturi rilevanti kollha fl-
ippjanar tal-politika f’ħafna livelli b’diversi dimensjonijiet territorjali (l-UE, il-livelli nazzjonali,
reġjonali u lokali).
Għal dan il-għan, il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti qalu li l-indikaturi u l-miri għandhom ikunu:
limitati fl-għadd tagħhom, bħalma huwa l-każ fil-proposta attwali Ewropa 2020;
marbutin b’mod ċar mal-objettivi fuq perijodu twil tal-istrateġija u li jinftiehmu miċ-
ċittadini;
jistgħu jitkejlu, skont id-definizzjonijiet standardizzati li jagħmluhom kumparabbli;
marbutin bejniethom u koerenti, sabiex jiġu evitati l-kunflitti possibbli bejn għanijiet
ta’ politika differenti;
realistiċi u ambizzjużi fl-istess ħin;
adattati b’mod flessibbli għall-karatteristiċi soċjoekonomiċi ta’ kull territorju.
6Il-miri ewlenin tal-Ewropa 2020 huma elenkati fil-paragrafu li jmiss.
10
Din tal-aħħar hija waħda mis-sejbiet tal-istħarriġ: skont il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti, id-diversi
sitwazzjonijiet inizjali u d-diversi punti ta’ tluq jeħtieġu objettivi strateġiċi, miri u politiki
differenti.
Fil-fatt, sabiex jiġi żgurat li kull Stat Membru jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Ewropa 2020
skont iċ-ċirkustanzi nazzjonali u l-punt ta’ tluq tiegħu, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri
jaqilbu dawn il-miri f’miri nazzjonali qabel il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju.
Fir-rigward ta’ dan l-approċċ, prattikament il-parteċipanti kollha qalu li l-miri tal-UE għandhom
jiġu kkunsidrati bħala miri ġenerali għall-komunitajiet reġjonali u lokali kollha tal-UE. Jemmnu li
l-objettivi u l-miri speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda wkoll
f’dak reġjonali, b’attenzjoni għaż-żoni urbani u rurali wkoll.
Għar-reġjuni inqas żviluppati, il-proċess ta’ stabbiliment tal-miri għandu jgħin biex wieħed
jikkonċentra r-riżorsi kollha disponibbli fuq il-bżonn li jitnaqqas id-distakk bejn dawn ir-reġjuni u
dawk iktar żviluppati. Dan jipprovdi lill-Istrateġija Ewropa 2020 u lill-politika ta’ koeżjoni bi
strument biex jiżviluppaw fl-istess direzzjoni, dejjem sakemm il-politika ta’ koeżjoni tingħata l-
fondi neċessarji biex tappoġġja l-investiment pubbliku fiż-żoni ta’ konverġenza. (Ara kapitolu 4
għall-fehmiet tal-parteċipanti dwar ir-relazzjoni bejn l-Ewropa 2020 u l-politika ta’ koeżjoni tal-
UE).
Biex il-miri jkunu kredibbli u biex tiġi appoġġjata l-azzjoni territorjali, il-proċess ta’ definizzjoni
tal-miri għandu jinvolvi lill-partijiet rilevanti kollha. Diversi kontributuri avżaw li d-definizzjoni
tal-miri għandha tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
B’mod ġenerali, id-definizzjoni tal-miri hija kompitu kumpless għalkemm kruċjali biex l-
istrateġija l-ġdida tkun ta’ suċċess. Din hija r-raġuni għaliex il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti
jaħsbu li l-pjan ta’ direzzjoni Ewropa 2020 għandu jinkludu konsultazzjoni ġusta u effettiva u
koordinazzjoni bejn il-partijiet involuti – b’mod partikolari, bejn id-diversi livelli ta’ governanza.
1.3 Kummenti u suġġerimenti dwar il-miri ewlenin
Ħafna kontributuri kellhom xi kritiki dwar il-miri ewlenin u ssuġġerew xi miri addizzjonali li
pajjiżhom għandu jikkunsidra.
1.3.1 75 % tal-persuni bejn l-20 u l-64 sena għandu jkollhom xogħol
Ħafna parteċipanti enfasizzaw l-importanza ta’ rata għolja ta’ impjieg iżda esprimew dubju dwar
il-fattibbiltà tal-mira tal-UE fiċ-ċirkustanzi reġjonali rispettivi tagħhom. Uħud qalu li din il-mira
għandha wkoll tikkunsidra l-kwalità (u mhux biss il-kwantità) tal-impjiegi: għalhekk, għandha
tirreferi għall-impjiegi fuq perijodu twil iktar milli għall-impjiegi prekarji – li t-tnaqqis tagħhom,
skont uħud, għandu jkun mira fih innifsu. Ħafna ssuġġerew li tingħata attenzjoni partikolari lill-
inklużjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Bosta ssuġġerew mira relatata maż-żieda fil-mobbiltà
tal-forza tax-xogħol.
11
1.3.2 3 % tal-PDG tal-UE għandu jkun investit fir-riċerka u l-iżvilupp
Fir-rigward tat-tieni mira (3 % tal-PDG tal-UE għandu jiġi investit fir-riċerka u l-iżvilupp), huwa
interessanti li wieħed jinnota li l-parteċipanti kellhom fehmiet differenti dwar kemm hija
realistika (jiġifieri huwa impossibbli li tintlaħaq il-mira) jew ambizzjuża (jiġifieri li l-mira
għandha tkun ferm iktar għolja). Din id-diskrepanza tirrifletti d-differenzi bejn il-punti ta’ tluq
fid-diversi reġjuni.
Ħafna parteċipanti kkritikaw il-fatt li din il-mira mhijiex konkreta (jew ibbażata fuq ir-riżultati)
biżżejjed biex twassal għal riżultati tanġibbli; barra minn hekk, ma tgħinx biex tippromovi t-
trasferiment tal-għarfien lejn in-negozju. F’termini tad-definizzjoni tal-miri tar-riċerka u l-
iżvilupp, għandu jkun hemm rabta iktar soda bejn il-bżonnijiet tal-ekonomija reali u l-objettivi
għall-edukazzjoni superjuri u t-taħriġ fil-qasam tar-riċerka.
1.3.3 Il-miri tal-klima/tal-enerġija “20/20/20”
It-tielet grupp ta’ miri tal-Ewropa 2020 huwa marbut mal-miri “20/20/20” għall-klima u l-
enerġija. B’mod ġenerali, il-parteċipanti laqgħuhom tajjeb, għalkemm uħud stqarrew li jemmnu li
jistgħu jkunu iktar ambizzjużi. Oħrajn fakkru li sabiex jintlaħqu dawn il-miri, hemm bżonn ta’
kundizzjonijiet (finanzjarji, legali u teknoloġiċi) adegwati. Uħud semmew il-bżonn ta’ miri li
jkejlu l-implimentazzjoni tar-regolamenti ambjentali attwali, enfasi ikbar fuq il-preservazzjoni
tal-bijodiversità u l-protezzjoni u l-użu razzjonali tar-riżorsi tal-ilma.
1.3.4 Miri marbutin mal-edukazzjoni
Ħafna enfasizzaw il-kwistjoni tal-kompetenza, bl-edukazzjoni bħala kompetenza nazzjonali
(f’ċerti każijiet reġjonali), u fakkru fil-prinċipju tas-sussidjarjetà. B’mod iktar importanti, il-mira
għandha tiġi ddefinita aħjar u, biex tkun aċċettabbli, għandha wkoll tkopri l-kwalità tal-
edukazzjoni. Uħud qalu wkoll li huwa ħażin li wieħed jiffoka fuq l-għadd ta’ snin fl-iskola, billi
dan mhuwiex dejjem garanzija ta’ edukazzjoni tajba. Oħrajn jemmnu li hemm rabta insuffiċjenti
bejn il-kwalità tal-edukazzjoni u l-impjiegi offruti. Il-mira ewlenija ma tkoprix il-bżonn tat-taħriġ
tul il-ħajja.
Il-miri għandhom jirrreferu iktar għall-ħiliet edukattivi (espressi f’termini ta’ kwalità tal-qari, tal-
kitba u tal-aritmaika, kif ukoll tal-użu tal-kompjuter) u għandhom jinqasmu skont is-sess. Għandu
jkun hemm kejl ikbar tal-miri fil-progress tas-sistemi edukattivi lejn l-eċċellenza u l-kapaċità ta’
promozzjoni tal-intraprenditorija (eż. l-bini ta’ rabta effettiva bejn l-universitajiet, it-taħriġ
vokazzjonali u n-negozji).
1.3.5 20 miljun persuna inqas mhedda mill-faqar
Il-mira tat-tnaqqis tal-faqar għandha titkejjel skont diversi kriterji: sess, età, oriġini etnika. Il-
kunċett ta’ “riskju ta’ faqar” għandu jiġi ddefinit aħjar, minħabba s-sistemi ta’ sigurtà soċjali
12
differenti u l-perċezzjonijiet differenti tal-kwalità tal-ħajja. Il-kriżi reċenti qiegħda biss issaħħaħ
il-bżonn li wieħed jittratta l-faqar, iżda, min-naħa l-oħra, minħabba t-trażżin attwali tal-baġit,
żieda fl-investiment rigward kwistjonijiet soċjali tista’ tkun diffiċli.
Ħafna parteċipanti fakkru fil-fatt li l-miri soċjali għandhom jikkonċentraw fuq il-ġustizzja tad-
distribuzzjoni b’mod ġenerali iktar milli fuq ir-rata tal-faqar (eż. il-miri tal-koeżjoni soċjali). L-
aċċess għall-kura tas-saħħa jistħoqqlu mira wkoll. Uħud jistaqsu lilhom innifishom kif il-
kwistjoni tal-innovazzjoni soċjali, jiġifieri soluzzjonijiet ġodda għall-politiki soċjali li jinvolvu
atturi lokali u li huma appoġġjati minn fondi pubbliċi u privati – li jistgħu jkunu rilevanti biex
politiki soċjali iktar b’saħħithom jiġu kkombinati ma’ tnaqqis fil-baġit (pubbliku) – jistgħu jiġu
appoġġjati permezz tal-miri adegwati. Xi parteċipanti enfasizzaw il-bżonn ta’ miri addizzjonali
marbutin mat-tixjiħ attiv, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-istennija medja tal-ħajja u l-aċċess għas-
suq tax-xogħol għal persuni bi problemi soċjali.
1.4 Suġġerimenti għal miri ġodda
Ħafna parteċipanti ssuġġerew żieda fil-miri relatati mal-ekonomija, l-infrastruttura u t-tkabbir
sostenibbli, eż. ir-rata ta’ start-ups, l-aċċess għall-infrastruttura tat-trasport, it-turiżmu sostenibbli,
żieda fil-produzzjoni lokali tal-ikel, kundizzjonijiet ugwali għall-iżvilupp sostenibbli fiż-żoni
rurali.
Kien hemm ukoll proposta biex tiżdied mira ewlenija numru 6 għall-objettiv tat-“tnaqqis fid-
differenzi bejn ir-reġjuni”, li jirriflettu l-idea ta’ diversi kontributuri rigward rabta qawwija bejn
il-politika ta’ koeżjoni u l-Ewropa 2020 (ara Kapitolu 4 għal iktar kummenti dwar dan).
Madankollu, ma ngħataw l-ebda eżempji prattiċi li jissuġġerixxu li l-approċċ Ewropa 2020 għal
dan l-objettiv jista’ jkun differenti mill-approċċ attwali tal-politika ta’ koeżjoni – li jikkonċentra
l-ispejjeż tal-Fondi Strutturali fuq ir-reġjuni inqas żviluppati.
Xi parteċipanti ssuġġerew ukoll li l-miri għandu jkollhom dimensjoni transkonfinali u
jikkunsidraw il-bżonnijiet u l-objettivi taż-żoni transkonfinali.
13
KAPITOLU 2
INFASSLU L-AZZJONI POLITIKA BILLI NIKKOMPLEMENTAW IL-PDG
B’INDIKATURI ĠODDA TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA
2.1 Lil hinn mill-PDG, hemm bżonn ta’ indikaturi ġodda għat-tfassil u s-segwitu tal-
Istrateġija Ewropa 2020
Id-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu fir-rigward tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-livell
Ewropew, nazzjonali u possibbilment reġjonali/lokali jeħtieġu sett ta’ indikaturi adegwati,
disponibbli u kumparabbli:
biex jitfasslu bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha,
biex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tagħhom u
biex jiġu vvalutati r-riżultati tagħhom.
Għall-mistoqsija dwar kif l-indikaturi għandhom jintużaw biex jimmonitorjaw il-progress lejn il-
miri stabbiliti fil-livell Ewropew, ħafna parteċipanti qablu dwar risposta f’żewġ taqsimiet:
il-PDG ma jistax jitħalla barra għax huwa indikatur kumparabbli fil-livell globali, iżda
għandu jiġi kkomplementat minn indikaturi oħra dwar il-kwalità tal-ħajja u kwistjonijiet
soċjali u ta’ sostenibbiltà;
l-indikaturi m’għandhomx biss jintużaw għall-monitoraġġ iżda wkoll bħala għodda ta’
tfassil tal-politika.
Il-biċċa l-kbira tal-kontributuri żviluppaw it-tweġibiet tagħhom minn dan l-approċċ bażiku, u
esprimew ideat dettaljati dwar il-karatteristiċi tal-indikaturi meħtieġa kif ukoll għadd ta’ eżempji
u suġġerimenti.
2.2 Karatteristiċi ewlenin tal-indikaturi meħtieġa
Hemm l-idea mifruxa li l-indikaturi tal-Ewropa 2020 għandhom ikunu bbażati fuq xi karatteristiċi
komuni.
L-ewwel u qabel kollox, għandhom ikunu pertinenti u koerenti mal-objettivi bażiċi
tat-tkabbir, is-sostenibbiltà u l-koeżjoni. Dan huwa neċessarju biex l-istrateġija tkun
ibbażata fuq it-tliet pilastri tagħha – il-pilastru ekonomiku, dak soċjali u dak
ambjentali – u sabiex tkun ikkomunikata u spjegata liċ-ċittadini kollha tal-UE.
It-tieni, sabiex jintużaw bħala għodda għat-tfassil u l-monitoraġġ tal-politika tul l-
istrateġija l-ġdida kollha,
minn banda, għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar sabiex ikunu
kumparabbli fir-reġjuni kollha tal-UE u matul iż-żmien. Fil-qasam
14
tal-edukazzjoni, pereżempju, id-differenzi bejn il-pajjiżi għandhom jiġu
ttrattati meta wieħed jistabbilixxi l-miri tal-UE,
mill-banda l-oħra, għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jadattaw għas-
sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi differenti fir-reġjuni u t-territorji.
It-tielet, b’konsegwenza tal-enfasi qawwija fuq il-koeżjoni territorjali (ara wkoll
kapitoli 1 u 4), l-indikaturi għandhom mhux biss ikunu identifikati b’mod ċar u li
jinftiehem faċilment iżda wkoll maqsumin fil-livell (sotto) reġjonali.
B’mod partikolari, għandhom ikunu disponibbli fil-livell reġjonali, u wħud ukoll fil-livell
sottoreġjonali (NUTS 3). Il-parteċipanti huma konxji li d-disponibbiltà tad-data b’dan l-aspett
territorjali tikkawża problemi finanzjarji minħabba l-bżonn ta’ kampjuni kbar ħafna. Madankollu
huma jinsistu li l-problemi jistgħu jingħelbu sabiex l-Ewropa 2020 ma titlifx din l-għodda ta’
implimentazzjoni u monitoraġġ tant meħtieġa.
2.3 Kif nidentifikaw l-indikaturi l-ġodda
Id-definizzjoni tal-indikaturi li għandhom jiġu adottati fl-Istrateġija Ewropa 2020 u tal-miri
tagħhom ma tistax tiġi imposta minn fuq. Bil-kontra: jekk dawn l-indikaturi għandhom jaqdu
rwol ta’ tfassil tal-politika – jiġifieri biex ifasslu, jimplimentaw u jimmonitorjaw l-istrateġija l-
ġdida u jikkomunikawha liċ-ċittadini u lill-intrapriżi tal-UE, għandhom jinqasmu bejn l-atturi
rilevanti kkonċernati kollha permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni u koordinazzjoni.
L-awtoritajiet lokali u reġjonali, li pparteċipaw fl-istħarriġ, huma lesti jerfgħu r-responsabbiltajiet
tagħhom biex jikkontribwixxu għas-suċċess tal-istrateġija l-ġdida. Madankollu, iħossu li mhux
ser ikunu jistgħu jagħmlu dan jekk ma jkunux involuti fil-proċess – inkluż fid-definizzjoni ta’
indikaturi ġodda u miri relatati.
2.4 Suġġerimenti rigward indikaturi potenzjali għall-Ewropa 2020
Għall-mistoqsija dwar it-tip ta’ indikaturi li għandhom jintużaw fil-qafas tal-Ewropa 2020, ħafna
parteċipanti fl-istħarriġ issuġġerew indikaturi li jistgħu jintużaw biex jimplimentaw l-istrateġija l-
ġdida fil-livelli nazzjonali u reġjonali. F’ċerti każijiet, il-parteċipanti staqsew jekk il-miri
provviżorji tal-UE humiex adatti għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom.
It-tabella hawn isfel hija bbażata fuq il-kontributi riċevuti. Għal kull mira qed jiġu ssuġġeriti
għadd ta’ indikaturi li jistgħu jintużaw biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 jew biex jinkisbu
riżultati konkreti relatati ma’ prijoritajiet ta’ politika nazzjonali u reġjonali oħrajn.
Għadd ta’ reġjuni diġà qegħdin jużaw uħud minn dawn l-indikaturi.
Proposti tal-parteċipanti dwar l-indikaturi tal-Ewropa 2020Ħafna mill-indikaturi fil-lista huma magħrufin sewwa, bħalma huma magħrufin is-sorsi tagħhom, filwaqt li oħrajn huma biss
issuġġeriti b’mod provviżorju u jeħtieġu valutazzjoni u tħejjija metodoloġika sabiex isiru operattivi.
Mira 1 - Impjieg
Rata ta’ impjieg fuq perijodu twil
Għadd ta’ impjiegi ġodda fuq perijodu twil
Rata ta’ impjieg tan-nisa/taż-żgħażagħ/tal-ħaddiema kkwalifikati
Rata ta’ impjieg fis-setturi tat-teknoloġija avvanzata
Rata ta’ impjieg tal-immigranti legali/impatt fuq il-PDG
Rata ta’ qgħad fuq perijodu twil
Numru ta’ żgħażagħ li abbandunaw l-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEET, Not in Education, Employment or
Training)
Mira 2 – Riċerka u Żvilupp (R&D), innovazzjoni
PDG iddedikat lill-R&D u l-innovazzjoni
Infiq privat fl-R&D/investiment tal-SMEs fl-R&D (bħala % tat-turnover)
Aċċess tal-pubbliku ġenerali u tal-atturi ekonomiċi għat-teknoloġiji l-ġodda/estent tal-użu tagħhom fil-kanali produttivi
Innovazzjonijiet tal-prodotti/proċessi (bħala persentaġġ tat-total tal-prodotti industrijali mibjugħa u l-għadd ta’
kumpaniji li jintroduċu l-innovazzjonijiet)
Għadd ta’ brevetti allokati (irreġistrati fl-EPO) għal kull miljun persuna
Kopertura tal-internet ta’ veloċità għolja/persentaġġ ta’ djar u negozji b’aċċess għall-internet bil-broadband
Mira 3 - Ambjent
Marka ekoloġika
Kwalità/Tniġġis tal-arja u tal-ilma
Produzzjoni tal-iskart:
Irkupru tal-materjali/kwantità ta’ materjali rriċiklati fis-sena
Sustanzi tossiċi
Enerġija:
o Persentaġġ ta’ enerġija rinnovabbli użata (mill-konsum totali tal-enerġija primarja)
o Investimenti tan-negozju fl-enerġija rinnovabbli
o Persentaġġ ta’ prodotti magħmula bl-użu tal-enerġija rinnovabbli
o Konsum/iffrankar tal-enerġija
Emissjonijiet totali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra
Medda ta’ żoni ħodor għal kull persuna
Spejjeż ambjentali tal-iżvilupp ekonomiku
Indiċi tas-sostenibbiltà ambjentali
Il-potenzjal tar-riżorsi naturali
Indikaturi ta’ sinteżi li jikkunsidraw l-elementi ewlenin ta’ żvilupp sostenibbli fit-tul u protezzjoni ambjentali, eż:
o is-sett ta’ indikaturi ewlenin tal-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (EEA);
o is-sett ta’ indikaturi tal-iżvilupp sostenibbli tal-UE;
o l-indiċi tal-kundizzjonijiet ta’ għajxien individwali;
o l-indikatur ta’ progress ġenwin;
o l-indiċi (reġjonali) tal-benesseri ekonomiku sostenibbli; u
o l-indiċi tas-soċjetà sostenibbli
Mira 4 - Edukazzjoni
Livelli ta’ edukazzjoni/taħriġ u riżultati:
o Ksib ta’ kwalifiki akkademiċi miż-żgħażagħ
o Proporzjon ta’ studenti fi grupp ta’ età speċifiku
o Proporzjon ta’ persuni li spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja fi grupp ta’ età speċifiku
16
o Proporzjon ta’ studenti li jitilqu mill-iskola sekondarja mingħajr kwalifiki rikonoxxuti
o Kwalifiki professjonali
L-edukazzjoni superjuri:
o Għadd ta’ persuni b’dottorat (għal kull 100 000 persuna)
o Persentaġġ ta’ gradwati bi kwalifiki fix-xjenza
o Ħiliet lingwistiċi
Kost-effettività tas-sistema ta’ edukazzjoni
Progress fit-tnaqqis tal-analfabetiżmu funzjonali
Rata ta’ tluq antiċipat mill-iskola
Mira 5 – Sfera soċjali
Indiċi ta’ Żvilupp Uman (Human Development Index)
Kwalità tal-ħajja u l-benesseri:
o standards tad-djar u aċċess għall-akkomodazzjoni
o kopertura tas-saħħa u aċċess għas-servizzi tas-saħħa
o standards tal-għajxien (bħal-livell tas-salarji u l-poter ta’ akkwist)
o stennija tal-ħajja (u rata ta’ mortalità)
o perċezzjoni tal-kwalità tal-ħajja
o rati ta’ sigurtà u kriminalità
Inklużjoni soċjali:
o indiċi tal-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali
o indiċi tal-integrazzjoni soċjali (aċċess għall-edukazzjoni, mobbiltà u servizzi pubbliċi)
o differenzi fil-kura tas-saħħa bejn diversi gruppi soċjoekonomiċi
o relazzjonijiet soċjali
o tqassim tad-dħul
o id-“dividend diġitali”
Faqar
o dħul per capita
o indiċi tal-faqar reġjonali
o proporzjon tal-popolazzjoni taħt il-limitu tal-faqar skont l-istatistika nazzjonali
o għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar
o indiċi tat-tiċħid multiplu (data ekonomika u soċjali kruċjali)
o rikors għall-assistenza soċjali (għadd ta’ benefiċjarji tal-assistenza u l-għajnuniet soċjali)
Demografija (struttura tal-età)
Indiċi tal-ugwaljanza tas-sessi
Indikaturi tal-attivitajiet barra mis-suq
Indikaturi oħra proposti
Indiċi li jkejlu l-prestazzjoni ekonomika u l-progress soċjali mir-rapport ta’ Stieglitz
Livell ta’ investiment
Produttività (Prodott Domestiku Gross/Prodott Reġjonali Gross)
Start-ups
Volum ta’ prodotti trasportati (bħala proporzjoni tal-PDG)
Investimenti u finanzi privati mobilizzati (effett ta’ lieva tal-infiq pubbliku)
Preżenza tal-infrastrutturi
Għadd ta’ awtoritajiet lokali milħuqa u indirizzati mill-programmi
Indikaturi li jippermettu tqabbil ma’ pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, eċċ.
Indikatur tal-insularità (li jivvaluta sa liema punt l-insularità hija fattur ta’ żvantaġġ)
Data mill-programm ESPON (Xenarji spazjali tal-proġett SPAN 3 fil-livell Nuts 3)
Indiċi tal-OECD żviluppati skont il-kriterji tad-demokrazija parteċipattiva.
KAPITOLU 3
IL-BLIET U R-REĠJUNU KIF JISTGĦU JKUNU ATTURI ATTIVI FL-ISTRATEĠIJA
EWROPA 2020
3.1 Sħubija bejn il-livelli differenti ta’ governanza hija importanti ħafna għall-Ewropa
2020
Maġġoranza kbira tal-kontributuri stqarrew li l-Ewropa 2020 għad trid tibdel il-bżonn ta’ ħidma
fi sħubija mal-awtoritajiet lokal u reġjonali (ALR) f’azzjoni konkreta u li din hija dgħjufija
kruċjali tal-Ewropa 2020. Huma jemmnu li r-referenza għall-ALR fit-test tal-istrateġija għandha
tkun iktar espliċita.
Bosta kontributuri saħqu li jekk l-ALR ma jiġux involuti b’mod adegwat, l-ewwel billi jiġu
stabbiliti miri fil-livell nazzjonali, hemm riskju li l-istrateġija l-ġdida:
tinjora ċ-ċirkustanzi territorjali speċifiċi,
ser tonqosha l-koordinazzjoni ma’ politiki rilevanti oħra fil-livell nazzjonali, reġjonali
u lokali.
Sabiex jiġi żgurat li l-istrateġija tqis id-differenzi reġjonali u lokali u titfassal skont iċ-ċirkustanzi
differenti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jaqdu rwol iktar attiv fl-istadji kollha tal-
abbozzar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġija l-ġdida, b’mod li, hekk kif saħqu xi
kontributuri, jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà b’mod partikolari fl-oqsma tal-politika tal-
edukazzjoni u l-politika soċjali.
Dan ifisser li trid issir ħidma bir-reqqa sabiex l-indikaturi u l-miri, kif ukoll it-tfassil tal-inizjattivi
ewlenin, jiġu kondiviżi bejn il-livelli differenti ta’ governanza. Sabiex jitwaqqfu miri kredibbli u
sabiex dawn jiġu inkorporati fil-programmi ta’ poltika territorjali hemm bżonn iż-żmien.
Bosta kontributuri enfasizzaw ukoll li l-pjan ta’ direzzjoni għall-adozzjoni tal-Istrateġija Ewropa
2020 ma jagħtix biżżejjed żmien biex l-imsieħba sottonazzjonali jiġu involuti b’mod kostruttiv7.
F’bosta pajjiżi fejn għadhom ma jeżistux sistemi strutturali ta’ kooperazzjoni bejn il-livelli
ċentrali u nazzjonali, il-kontributuri kienu xettiċi dwar il-possibbiltà li dawn jintużaw sabiex l-
istrateġija titfassal fi sħubija, b’kunsiderazzjoni li l-pjan ta’ direzzjoni kien limitat ħafna.
Skont bosta kontributuri, waħda mil-lezzjonijiet tal-Istrateġija ta’ Lisbona kienet li jekk il-bliet u
r-reġjuni ma jitqisux bħala msieħba, mhux ser iħossuhom li jistgħu jibbenefikaw mill-istrateġija u
għalhekk mhux ser iqisu l-istrateġija bħala “tagħhom”.
7Il-problema “tal-iskeda limitata ħafna li ġiet imposta fuq l-adozzjoni tal-Istrateġija u l-linji gwida integrati” ġiet rikonoxxuta wkoll fil-
Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Parlament Ewropew fil-5 ta’ Mejju 2010. Madanakollu matul il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew
tas-17 ta’ Ġunju 2010 ma ntlaqgħux il-miri nazzjonali. Dawn mistennija jiġu stabbiliti fil-ħarifa 2010.
18
Fil-qosor mingħajr sħubija mhux ser ikun hemm appartenenza u dan jirriżulta f’nuqqas ta’
koordinazzjoni bejn id-diversi livelli tal-gvern u inqas valur miżjud għaċ-ċittadini.
3.2 Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ewropa 2020
Ħafna jaqblu li l-Ewropa 2020 hija strateġija globali wiesgħa li għandha tiġi implimentata
permezz ta’ azzjoni tanġibbli fil-livell reġjonali b’approċċ minn isfel għal fuq u bbażat fuq it-
territorju, hekk kif irrakomanda r-Rapport Barca.
Għalhekk ħafna mill-kontibuturi jqisu lilhom innifishom bħala atturi attivi fl-Ewropa 2020 u
apparti l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma kunċettwali u prattika fid-definizzjoni tal-miri u l-
indikaturi (kif deskritt hawn fuq), jenfasizzaw bosta forom possibli oħra li permezz tagħhom
jistgħu jikkontribwixxu għal din l-istrateġija:
Il-kontributuri jiġbdu l-attenzjoni għar-rwol tagħhom fil-ġestjoni tal-Fondi Struttuali
tal-UE u l-kofinanzjament tal-politiki tal-Ewropa 2020 fejn jistgħu jappoġġjaw l-
għanijiet tal-Ewropa 2020 permezz tal-politika ta’ koeżjoni.
Fejn hemm bżonn huma jistgħu jirrevedu l-programmi reġjonali sabiex dawn iqisu
iktar l-Ewropa 2020.
Huma jindikaw ir-rwol tagħhom fid-disseminazzjoni tal-informazzjoni u fil-
promozzjoni ta’ fehim aħjar tal-linji gwida u l-proposti tal-UE.
Huma jistgħu jmexxu proġetti prinċipali permezz ta’ inizjattivi ewlenin li jistgħu jiġu
implimentati b’kooperazzjoni ma’ unitajiet territorjali jew partijiet interessati oħra.
Il-kontributuri li ġejjin minn reġjuni jew bliet periferiċi jsemmu r-rwol tagħhom fil-
proġetti transkonfinali u transnazzjonali li jwasslu l-għanijiet tal-Ewropa 2020.
L-awtoritajiet lokali u reġjonali ħafna drabi jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’
atturi nongovernattivi oħra involuti fit-twettiq tal-miżuri relatati mal-Ewropa 2020
(eż. universitajiet, intraprendituri, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet soċjali).
Huma jistgħu jaġixxu ta’ korpi intermedjarji billi jinvolvu lil-livelli iktar baxxi tal-
gvern u jiżguraw rispons effiċjenti u effettiv.
Bosta kontributuri enfasizzaw il-possibbiltà li kellhom li jmexxu l-prokura pubblika
b’mod li jikkonforma mal-Istrateġija Ewropa 2020.
3.3 It-twassil tal-inizjattivi prinċipali fi sħubija
Il-bliet u r-reġjuni jfittxu li jkunu involuti u li jikkontribwixxu fl-inizjattivi prinċipali kollha tal-
Ewropa 2020 sa ċertu punt u skont inizjattiva ewlenija. Dan huwa sinifikanti f’każijiet fejn ir-
reġjuni għandhom poteri leġislattivi f’bosta oqsma differenti.
Huwa importanti li l-inizjattivi prinċipali jintrabtu mal-prijoritajiet u l-isforzi lokali u reġjonali
(eż. bosta proġetti mmirati għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien), biex b’hekk jenfasizzaw il-
19
katina loġika ta’ rabtiet bejn il-livell tal-UE u l-livell lokali u reġjonali li huwa importanti sabiex
l-Ewropa 2020 ikollha suċċess.
Bosta kontributuri enfasizzaw il-bżonn li s-seba’ inizjattivi ewlenin jiġu inklużi fil-fażi ta’
programmazzjoni attwali tal-politiki reġjonali u b’mod partikolari dawk li huma kofinanzjati
mill-Fondi Strutturali u biex fejn ikun hemm bżonn jiġu modifikati l-programmi li għaddejjin
bħalissa. L-enfasi fuq l-inizjattivi mbagħad tkun tista’ tiżdied iktar fil-fażi ta’ programmazzjoni li
jmiss.
L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiġu kkonsultati u/jew involuti fl-inizjattivi
prinċipali fejn dan ikun utli (disinn, implimentazzjoni, b’kooperazzjoni mal-
gvernijiet tal-UE u nazzjonali)8. Dan sabiex ir-rwol speċifiku u l-valur miżjud
tagħhom jistgħu jitpoġġew f’qafas ta’ koordinazzjoni bejn il-livelli differenti tal-
gvern.
Atturi reġjonali rilevanti oħra bħall-alleanzi transkonfinali, il-makroreġjuni u r-REKT għandhom
jitqiesu bħala msieħba fl-inizjattivi prinċipali.
Bosta kontributuri tkellmu dwar il-kontribut li qed jagħtu (u li jistgħu jagħtu) fil-miżuri li
jagħmlu parti mis-seba’ inizjattivi ewlenin. Din hija lista b’xi eżempji iżda li ma tinkludix l-
eżempji kollha.
3.3.1 Unjoni ta’ innovazzjoni
Fejn jidħlu inizjattivi relatati mal-innovazzjoni, bosta kontributuri ddeċidew li jiżviluppaw il-
pjanijiet tagħhom ta’ innovazzjoni u riċerka. Huma enfasizzaw ir-rwol li jaqdu fil-kooperazzjoni
mas-settur privat u ċ-ċentri tal-għarfien. Ħafna drabi, il-programmi ta’ tkabbir reġjonali jinvolvu
strateġija tal-innovazzjoni bbażata fuq tliet pilastri: l-intraprenditorija, in-negozji innovattivi
żgħar u ta’ daqs medju u gruppi (clusters) ta’ riċerka. B’hekk ikun possibbli li jiġu ttestjati
teknoloġiji ġodda f’oqsma bħat-trasport pubbliku, l-IT u l-ambjent. Kooperazzjoni bħal din hija
rilevanti ħafna u għandha tiġi ffaċilitata.
3.3.2 Żgħażagħ mobbli
L-awtoritajiet lokali jippromovu miżuri konkreti għall-iskambju taż-żgħażagħ b’mod partikolari
permezz ta’ proġetti ta’ ġemellaġġ ma’ msieħba Ewropej u permezz ta’ boroż ta’ studju għaż-
żgħażagħ. Permezz tal-inizjattiva “Belt Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ” tintgħażel muniċipalità
li tippreżenta l-ħajja kulturali, soċjali, politika u ekonomika b’referenza għaż-żgħażagħ u l-
iżvilupp fil-kuntest tal-integrazzjoni Ewropea.
8Fir-Riżoluzzjoni dwar il-parteċipazzjoni msaħħa tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fl-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kumitat tar-Reġjunijipproponi li tiġi appoġġjata bis-sħiħ il-proposta tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Reġjonali uLokali dwar l-Istrateġija Ewropa 2020, biex jiżgura sjieda fuq ħafna livelli tal-istrateġija futura permezz ta’ sħubija effettiva bejn l-awtoritajiet pubbliċi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali.
20
3.3.3 Aġenda Diġitali għall-Ewropa
L-awtoritajiet reġjonali u lokali diġà jaqdu rwol importanti f’dan il-qasam u huma lesti li jinvolvu
ruħhom iktar fl-implimentazzjoni. Huma jappoġġjaw b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ konnessjoni
broadband fiż-żoni rurali u żvantaġġati fejn il-broadband ta’ prestazzjoni għolja mhux qed jara
ħafna progress minħabba nuqqas ta’ appoġġ pubbliku. Il-broadband jippermetti lil dawn iż-żoni li
japprofittaw mit-teknoloġiji tal-IT, u b’hekk jitħeġġeġ it-twaqqif ta’ ażjendi innovattivi fis-settur
tal-IT. Għaddejjin ukoll inizjattivi oħra li huma mmirati li jagħtu spinta lill-effiċjenza tal-
amministrazzjoni pubblika permezz tal-applikazzjonijiet governattivi elettroniċi.
Sabiex l-isforz lokali f’dawn iż-żoni jiġi appoġġjat aħjar, il-livell Ewropew għandu jtejjeb il-
qafas ta’ applikazzjoni tal-firma elettronika u jappoġġja l-implimentazzjoni tiegħu bl-appoġġ tal-
awtoritajiet lokali u reġjonali peress li dawn huma l-atturi ewlenin fir-relazzjoni maċ-ċittadini u
n-negozji. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom biex jiġu żviluppati
applikazzjonijiet oħra fil-qasam pereżempju tas-saħħa elettronika u t-tagħlim elettroniku.
3.3.4 Ewropa b’użu effiċjenti tar-riżorsi
L-awtoritajiet lokali u reġjonali diġà huma involuti fil-qasam huma u jippruvaw joħolqu rabta
bejn l-innovazzjoni ekoloġika, l-intraprenditorija, il-politika industrijali u l-konsumaturi. Ċerti
kontributuri enfasizzaw is-sħubija tagħhom fil-Patt tas-Sindki. L-awtoritajiet lokali u reġjonali
jistgħu jidentifikaw il-lokalizzazzjoni adatta għal sorsi rinnovvabbli fuq skala żgħira u jistgħu
jgħinu lill-muniċipalitajiet, lill-proprjetarji tad-djar u lin-negozji lokali jieħdu deċiżjonijiet dwar
l-iktar teknoloġiji rinnovabbli adatti u effiċjenti fejn tiħdol enerġija u dwar fejn għandhom
jitpoġġew u f’liema tip ta’ dar.
Sabiex iħeġġu l-iżvilupp ta’ kultura bbażata fuq l-effiċjenza tal-enerġija, bosta awtoritajiet lokali
u reġjonali adottaw aġenda ekoloġika li tinkludi azzjonijiet bħall-modernizzazzjoni u t-titjib tan-
netwerks tal-ilma u tas-sanità, is-servizzi u l-faċilitajiet tar-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart, proġett
tal-mobbiltà sostenibbli u inizjattivi għall-ħarsien tal-bijodiversità, l-agrikoltura u r-riżorsi. Uħud
mill-awtoritajiet sottonazzjonali jużaw l-akkwist pubbliku b’mod kruċjali, biex jadattaw it-
tendenzi ta’ produzzjoni u l-konsum fil-qasam tal-politika ambjentali.
3.3.5 Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni
Ir-reġjuni investew f’attivitajiet li jħeġġu l-iżvilupp ta’ negozji intraprenditorjali estensivi f’bosta
każijiet bil-kofinanzjament permezz tal-għajnuna reġjonali tal-UE. L-awtoritajiet lokali u
reġjonali ħafna drabi jmantnu relazzjonijiet tajba mal-imsieħba privati. L-inizjattivi lokali u
reġjonali għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-kumpaniji, b’mod partikolari l-intrapriżi
żgħar u ta’ daqs medju u jippromovu struttura industrijali b’saħħitha, robusta u kompetittiva fuq
livell internazzjonali. F’ċerti każijiet, hemm dipartimenti speċifiċi responsabbli li jsegwu l-
attivitajiet tal-intraprendituri u jatrattaw l-investimenti jew biex fejn hu possibbli jnaqqsu l-
proċeduri burokratiċi. Hekk kif enfasizzaw bosta kontributuri, ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u
21
reġjonali fil-modernizzazzjoni tal-industrija tal-karozzi (pereżempju karozzi ekoloġiċi) huwa
importanti ħafna.
3.3.6 Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda
Il-kontributuri jenfasizzaw ir-rwol tagħhom fil-proġetti relatati mal-impjieg finanzjati permezz
tal-fondi tal-UE (pereżempju il-Fond Soċjali Ewropew). Oħrajn semmew inizjattivi għall-ħolqien
ta’ impjiegi ġodda u l-iżvilupp ta’ ħiliet bħal: it-tħeġġiġ tal-investiment fit-turiżmu, inizjattivi ta’
sensibilizzazzjoni fis-sistema edukattiva li jħeġġu approċċ intraprenditorjali fit-tagħlim fil-livelli
kollha tal-edukazzjoni, miżuri kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, sforzi ta’ integrazzjoni li jiffukaw
l-iktar fuq iż-żoni urbani vulnerabbli fil-bliet il-kbar.
3.3.7 Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar
Dwar il-ħiliet fil-livell nazzjonali, uħud mill-kontributuri jistqarru li l-Istati Membri għandhom
ikunu minn ta’ quddiem biex jistabbilixxu l-inizjattivi, billi jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ gruppi
partikolari ta’ ċittadini li jinsabu fir-riskju tal-faqar. L-azzjoni tagħhom tiffoka fuq l-iżvilupp ta’
sistema ta’ servizzi soċjali lokali tajba li tkun aċċessibbli għal kulħadd u fejn “il-prevenzjoni”
tkun miżura fundamentali kontra l-faqar. L-imsieħba soċjali, is-settur terzjarju, il-poplu u l-livelli
kollha tal-gvern għandhom jiżviluppaw mudell ta’ governanza li jimmassimizza l-inizjattivi li
jappoġġjaw l-inklużjoni soċjali u l-prevenzjoni tal-esklużjoni. F’każijiet oħra, l-awtoritajiet lokali
jippromovu l-politiki soċjali lokali tagħhom (billi jimplimenta ukoll soluzzjonijiet innovattivi).
3.4 Ħarsa xettika lejn l-inizjattivi prinċipali
Madanakollu ċertu kontributuri huma xettiċi dwar l-inizjattivi prinċipali tad-dokument Ewropa
2020. Ir-raġuni mhix ġejja biss mill-fatt li dawn l-inizjattivi għadhom ma ġewx spjegati b’mod
ċar. Uħud mill-kontributuri jħossu li l-inizjattivi prinċipali jistgħu jilħqu l-għan tagħhom f’ċerti
pajjiżi/reġjuni filwaqt li territorji oħra jispiċċaw iktar u iktar marġinalizzati. Kontributur
partikolari esprima l-fehma li l-inizjattivi prinċipali jirriflettu approċċ settorjali iktar milli wieħed
integrat.
3.5 Soluzzjonijiet ġodda għall-governanza lokali u reġjonali tal-Istrateġija – jew it-titjib tas-
soluzzjonijiet li jeżistu
3.5.1 Is-sistemi differenti ta’ governanza li jeżistu
Il-mekkaniżmi li jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali jvarjaw bejn il-pajjiżi u bosta
kontributuri esprimew ruħhom dwar (u ħafna drabi kkritikaw) is-sistemi nazzjonali rispettivi
tagħhom.
L-Istati Membri b’sistema federali japplikaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u jinvolvu b’mod attiv
il-livelli sottonazzjonali. Għalihom l-isfida ser tkun li jużaw l-istrutturi u l-proċessi li jeżistu bil-
għan li tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020.
22
Ċerti kontributuri enfasizzaw ir-rwol tal-ftehimiet ta’ sħubija (l-iktar annwali) bejn il-livelli
reġjonali u nazzjonali sabiex jimplimentaw strateġiji fuq perijodu fit-tul.
Uħud mill-gvernijiet ċentrali stabbilixxew kumitati ta’ kuntatt jew gruppi ta’ ħidma fejn l-
awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jsemmgħu leħinhom. Dawn il-fora ġew stabbiliti jew biex
jiddiskutu l-aspetti nazzjonali tal-Ewropa 2020 (kif ukoll l-Istrateġija ta’ Lisbona) jew biex
jiddiskutu aspetti aktar ġenerali tal-iżvilupp reġjonali u lokali (b’task force iddedikat pereżempju
għall-Istrateġija).
Sfortunatament, kif innutaw ċerti kontributuri, il-kuntatti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u
territorjali ħafna drabi huma bbażati fuq is-settur (permezz ta’ ministeri individwali) u għalhekk
tonqoshom il-viżjoni orizzontali meħtieġa sabiex l-Ewropa 2020 jibdluha fi strateġija integrata.
Xi drabi l-laqgħat ikunu wisq burokratiċi u ma jagħtux biżżejjed spazju għall-fehmiet taċ-
ċittadini.
Jeżistu wkoll gruppi ta’ ħidma stabbiliti fil-livell lokali u reġjonali (mingħajr l-involviment
kontinwu u strutturat tal-livell ċentrali). F’ħafna każijiet, il-gvernijiet lokali u reġjonali
jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet pubbliċi organizzati mill-gvernijiet rispettivi tagħhom.
Madanakollu bosta kontributuri lmentaw li anki jekk jiġu kkonsultati mil-livell ċentrali, l-
opinjoni tagħom mhux dejjem tiġi kkunsidrata. Xi drabi, anki f’xi stati federali, il-gvernijiet
reġjonali ftit jagħtu każ tal-bżonnijiet speċifiċi ta’ ċerti muniċipalitajiet, minkejja li jeżistu
assoċjazzjonijiet attivi fil-bliet u l-provinċji.
B’risposta għall-mistoqsija ta’ jekk fil-pajjiżi tagħhom jeżistux mekkaniżmi istituzzjonali li
jistgħu jagħtu kontribut biex jinvolvu b’mod attiv lir-reġjuni u l-bliet fit-tħejjija tal-istrateġija,
ħafna kontributuri taw informazzjoni speċifika u l-fehma tagħhom dwar l-istatus quo. Dawn
huma xi eżempji meħuda mill-kontribuzzjonijiet li filwaqt li jagħtu ħjiel ta’ x’qed jiġri, mhumiex
biżżejjed biex jiddeskrivu s-sitwazzjoni sħiħa tal-pajjiż.
“Ir-reġjuni Daniżi, fost kompiti oħra, għandhom ir-responsabbiltà li joħolqu strateġiji reġjonali tan-
negozji (permezz tal-forums dwar it-tkabbir reġjonali) u li jagħtu pariri lill-gvern dwar l-użu tal-Fondi
Strutturali tal-UE. Il-forums dwar it-tkabbir reġjonali jikkonkludu ftehim ta’ sħubija annwali mal-gvern
għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-globalizzazzjoni. Jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ta’ sħubija simili
mal-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020.”
“Fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Budesrat (il-kamra ta’ fuq tal-Parlament) huwa l-korp
kostituzzjonali federali li jista’ jiġi influwenzat mid-distretti individwali permezz tal-assoċjazzjonijiet
tagħhom tal-Land. L-għan kostituzzjonali tal-assoċjazzjonijiet tal-Land huwa li jipprovdu lill-assemblea
tal-Land u l-gvern bi proposti għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-atti
fejn dawn jolqtu l-interessi tad-distretti. L-Awtorità Distrettwali tal-Assemblea Ġermaniża tiġi involuta
mill-Bundestag (il-kamra ta’ isfel tal-Parlament) u l-ministeri federali fl-abbozzar tal-liġijiet li jolqtu l-
interessi lokali. B’kapaċità deċiżjonali jew konsultattiva, tipparteċipa wkoll f’numru kbir ta’ korpi u
istituzzjonijiet fil-livell federali u dak tal-Land.”
23
“L-Italja għandha żewġ mekkaniżmi, wieħed għall-koordinazzjoni bejn ir-reġjuni u l-ieħor għall-
koordinazzjoni bejn ir-reġjuni u l-gvernijiet ċentrali: il-Konferenza tar-reġjuni u l-provinċji awtonomi u l-
Konferenza tal-istat u r-reġjuni, istituzzjoni li twaqqfet fl-1981 bl-għanijiet tal-koordinazzjoni teknika u
politika, rispettivament. Din l-istituzzjoni tiggarantixxi djalogu aħjar, koordinazzjoni iktar effettiva u
kooperazzjoni msaħħa mal-gvern ċentrali sabiex ir-reġjuni jkunu jistgħu jinfurmaw lill-gvern dwar
kwistjonijiet importanti, dwar il-fehmiet tagħhom, l-inizjattivi u d-dokumenti. Fi ħdan il-konferenza tar-
reġjuni teżisti task force dedikata għall-istrateġiji tal-iżvilupp sostenibbli u l-impjieg. Hija għandha l-għan
li tidentifika l-pożizzjoni interreġjonali komuni u l-aqwa prattiki reġjonali li jiġbdu l-attenzjoni għall-punti
dgħajfa u l-punti solidi tar-reġjuni, eċċ., filwaqt li tipparteċipa fil-preparazzjoni tal-Programm Nazzjonali
ta’ Riforma u tar-rapporti dwar il-progress.”
“Fis-Slovakkja, il-grupp ta’ ħidma dwar l-Istrateġija ta’ Lisbona/Ewropa 2020 li jgħaqqad flimkien
diversi dipartimenti, twaqqaf fil-bidu tal-2004. Il-membri prinċipali tiegħu – apparti l-koordinaturi
nazzjonali mill-Gvern Slovakk u l-Ministeru tal-Finanzi – jinkludu rappreżentanti mill-Ministeru tax-
Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-Ministeru tal-Ekonomija, il-
Ministeru tat-Trasport, il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet, il-Ministeru tal-Kostruzzjoni u l-Iżvilupp
Reġjonali, il-Ministeru tal-Ambjent Naturali, l-Uffiċċju tal-Akkwist Pubbliku u ministeri oħra. Il-Kunsill
Nazzjonali tas-Slovakkja, l-imsieħba soċjali u l-qasam akkademiku huma rappreżentati wkoll f’dan il-
grupp ta’ ħidma. Il-membri tal-grupp ta’ ħidma jinkludu wkoll reġjuni individwali u l-Assoċjazzjoni tal-
Irħula u l-Bliet Slovakki li jirrappreżentaw il-gvern lokali u reġjonali.”
“Fir-Renju Unit bħalissa għaddejjin valutazzjonijiet lokali tal-ekonomija. Dawn ser ikejlu s-saħħa
ekonomika tar-reġjuni u jidentifikaw iż-żoni li jeħtieġu titjib. Dawn jistgħu jipprovdu wkoll l-
infrastruttura strateġika meħtieġa għall-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-istrateiji u l-ksib tar-riżultati. Fir-
Renju Unit jeżistu ftehimiet territorjali lokali u ftehimiet li jkopru bosta żoni, li jidentifikaw il-prijoritajiet
lokali bi ftehim mal-gvern ċentrali u jpoġġu lill-awtoritajiet lokali u unitarji fil-qalba tas-servizzi pubbliċi
fir-reġjuni. Huma jħarsu lejn is-sitwazzjoni mil-lenti taċ-ċittadin u b’mod ġenerali għandhom ikunu kapaċi
jinfluwenzaw l-istrateġija.”
3.5.2 L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ governanza ġdida...
Peress li s-sussidjaretà għadha l-prinċipju gwida tal-implimentazzjoni tal-Ewropa 2020, xi
kontributuri jissuġġerixxu mekkaniżmi ġodda (jew imtejba) għall-governanza tal-Istrateġija
bbażati fuq il-prinċipju tas-sħubija. Pereżempju bħalma jaħbsuha ħafna, sabiex jiġu żgurati l-
impenn u l-appartenenza, jeħtieġ li jiġu ffirmati ftehimiet dwar it-twaqqif tal-miri, it-tfassil tal-
inizjattivi prinċipali u l-abbozzar tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma li jinvolvu l-livelli kollha
tal-gvern9. Bosta kontributuri ssuġġerew li jiġu applikati l-mekkaniżmi pprovduti mill-
Programmi Operattivi Reġjonali.
9Din hija r-raġuni għaliex l-KtR nieda l-proposta tiegħu għal Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali dwar l-Istrateġija
Ewropa 2020, biex jiżgura sjieda f’diversi livelli tal-istrateġija permezz ta’ sħubija effettiva bejn l-awtoritajiet pubbliċi Ewropej,
nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Patt għandu jkun akkumpanjat minn patti territorjali nazzjonali, li taħthom l-Istati Membri għandhom
jaħdmu b’mod kollettiv ma’ reġjuni u bliet li jagħmlu użu attiv mill-għodda istituzzjonali.
24
F’dawk l-istati fejn ma hemmx qafas għall-involviment sistematiku tal-awtoritajiet lokali u
reġjonali, xi kontributuri ssuġġerew li jitwaqqfu gruppi ta’ ħidma fil-livell nazzjonali li jinvolvu
lil rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twaqqif tal-miri nazzjonali u d-diskussjoni
dwar il-miżuri neċessarji ta’ politika. Xi reġjuni u bliet jagħrfu s-sinifikat tas-sħubija tagħhom
fin-netwerks u l-assoċjazzjonijiet li permezz tagħhom ser ikomplu jaqsmu l-ideat u jitgħallmu
minn xulxin.
3.5.3 .It-titjib tal-mezzi eżistenti u li jippermettu l-parteċipazzjoni tar-reġjuni u l-bliet
Għal xi kontributuri, mhuwiex ċar kemm il-livelli reġjonali u lokali jistgħu jinvolvu ruħhom fit-
twaqqif tal-miri nazzjonali tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Fil-fatt bosta kontributuri
enfasizzaw li għandhom ikunu iktar involuti fit-tfassil tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.
Uħud qalu li l-Kummissjoni Ewropea għandha titlob lill-gvernijiet nazzjonli li jiddedikaw
kapitolu mill-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma għar-reviżjoni tal-governanza f’diversi livelli u
r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Governanza f’diversi livelli hija l-kundizzjoni għas-
suċċess iżda mhux dejjem ikun ċar kif għandha tiġi implimentata fil-prattika fil-kuntest tal-
Ewropa 2020.
Għal uħud, għad hemm lok għal titjib tal-iskambju tal-prattiki tajba u tat-tagħlim dwar il-politiki
dwar din il-kwistjoni.
Bosta kontributuri jenfasizzaw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu lesti li jilqgħu
responsabbiltajiet ġodda relatati mal-implimentazzjoni tal-Ewropa 2020, f’liema każ iridu
jingħataw il-fondi nazzjonali neċessarji u jitneħħew l-ostakli amministrattivi. Għal uħud, għandu
jkun hemm iktar opportunitajiet ta’ finanzjament għall-awtoritajiet lokali li jikkontribwixxu fl-
implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020.
Xi kontributuri jenfasizzaw li l-allokazzjoni tal-fondi (pereżempju permezz tal-programmi
operattivi reġjonali) hija l-aħjar mod ta’ kif jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod
attiv sabiex jiġi żgurat approċċ f’diversi livelli (Ara Kapitolu 4 għal iktar informazzjoni dwar il-
Finanzjament).
Peress li bosta stati, reġjuni u bliet diġà attwaw strateġiji (pereżempju strateġiji tal-iżvilupp
reġjonali, pjanijiet reġjonali tal-użu tal-art eċċ.), xi kontributuri enfasizzaw il-bżonn li jintegraw
l-istrateġija Ewropea l-ġdida f’oqfsa nazzjonali, reġjonali u lokali minflok ma din tiġi adottata fi
pjan ġdid, separat u strateġiku.
Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiġi involut iktar fit-tfassil tad-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-
Ewropa 2020 u l-politiki rilevanti (eżempju permezz ta’ pjattaformi ta’ monitoraġġ). Kif innutaw
xi kontributuri, l-Istrateġija ssemmi li l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun assoċjat mill-qrib iżda
ma tispjegax b’mod ċar kif għandu jiġi involut fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-
istrateġija l-ġdida. Bosta kontributuri b’mod espliċitu enfasizzaw ir-rwol u l-kontribut tagħhom
fil-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ tal-Ewropa 2020 (li qabel kienet il-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ ta’
Lisbona)tal-KtR .
25
L-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali u n-netwerks (kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak
nazzjonali) għandhom jiġu kkonsultati wkoll.
Fl-aħħar, bosta kontributuri saħqu li jekk l-Istrateġija Ewropa 2020 ma tiġix adattata għaċ-
ċirkustanzi nazzjonali u reġjonali, ser ikun hemm ksur tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-
proporzjonalità fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.
26
KAPITOLU 4
IT-TISĦIĦ KOMPLEMENTARI U REĊIPROKU TAL-EWROPA 2020 U TAL-
POLITIKA TA’ KOEŻJONI
4.1 It-tisħiħ komplementari u reċiproku tar-relazzjoni bejn l-Ewropa 2020 u l-politika ta’
koeżjoni
Maġġoranza kbira ta’ kontributuri qalu li r-relazzjonijiet bejn l-Ewropa 2020 u l-politika ta’
koeżjoni mhumiex bilanċjati. Huma għandhom jitqiesu bħala strumenti li jsaħħu lil xulxin b’mod
reċiproku. Fil-fatt bosta kontributuri jemmnu li:
4.1.1 L-għanijiet tal-koeżjoni għandhom bżonn l-Istrateġija Ewropa 2020
Min-naħa, l-għanijiet tal-koeżjoni għandhom bżonn l-Istrateġija Ewropa 2020. Fil-fatt il-politika
ta’ koeżjoni m’għandhiex tinsa l-missjoni prinċipali tagħha tas-solidarjetà, li hija ankrata fit-
Trattat tal-UE, bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet li jeżistu bejn ir-reġjuni tal-Ewropa. Peress li t-
territorji tal-UE jiddependu minn xulxin, jekk jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020, jiġifieri tat-
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, ir-reġjuni li huma ftit iktar batuti ser jingħataw l-
opportunità li jiġġeneraw il-ġid u jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħhom u b’hekk ikunu
qed jappoġġjaw il-koeżjoni.
4.1.1 L-Istrateġija Ewropa 2020 teħtieġ il-koeżjoni
Min-naħa l-oħra, l-Istrateġija Ewropa 2020 teħtieġ il-koeżjoni. Fil-fatt il-politika ta’ koeżjoni
m’għandhiex titqies bħala sempliċi mekkaniżmu għad-distribuzzjoni tal-ġid iżda anki bħala
politika tal-iżvilupp tal-kapaċità reġjonali li toħloq il-ġid. Diskrepanza kontinwa tfisser li riżorsi
prezzjużi bħall-forza tax-xogħol u assi territorjali oħra jibqgħu ma jintużawx u b’hekk jiddgħajjfu
l-għanijiet tal-Ewropa 2020 tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.
F’ċirku potenzjalment vizzjuż, il-ksib tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 permezz ta’ strateġiji adattati
b’mod flessibbli għal sitwazzjoniet differenti ser iwassal għal koeżjoni msaħħa.
4.1.3 Sejħa għall-koeżjoni fi żmien ta’ kriżi
Il-kontributuri enfasizzaw li l-ebda aspett soċjali, ekonomiku u territorjali tal-koeżjoni m’għandu
jintesa fi żmien fejn il-kriżi qed tbiddel il-mappa soċjoekonomika tal-Ewropa. Il-kriżi ekonomika
biddlet is-sitwazzjoni tal-maġġoranza tar-reġjuni u r-reġjuni li huma ftit iktar batuti minn oħrajn
m’għadhomx neċessarjament l-istess. L-isfidi kruċjali li qed tiffaċċja l-UE jolqtu lir-reġjuni
b’mod differenti u dawn l-impatti differenti għandhom jitqiesu fil-politika ta’ koeżjoni futura. Fil-
fatt:
ħafna enfasizzaw li r-reġjuni inqas żviluppati xorta għandhom jingħataw prijorità għax
għad m’għandhomx l-infrastruttura bażika;
27
oħrajn enfasizzaw li anki ż-żoni sinjuri u l-bliet il-kbar b’mod partikolari, għandhom
jingħataw attenzjoni speċifika għax ħafna drabi jkollhom problemi soċjali sinifikanti li
għandhom jiġu indirizzati sabiex dawn ikunu jistgħu jibqgħu muturi tat-tkabbir;
ħafna nnutaw ukoll li l-inklużjoni ma tfissirx biss l-inklużjoni tal-marġinalizzati iżda anki
t-tnaqqis tal-qgħad, l-għotja ta’ edukazzjoni aħjar liċ-ċittadini kollha kif ukoll aċċess għal
firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ interess ġenerali.
4.2 Rabta bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politika ta’ koeżjoni
Fil-kuntest tal-punti msemmija, tfasslu serje ta’ konklużjonijiet rilevanti dwar il-karatteristiċi
prinċipali tal-politika ta’ koeżjoni u r-relazzjonijiet operazzjonali tagħha mal-Ewropa 2020.
L-ewwelnett, maġġoranza kbira tal-kontributuri huma tal-fehma li l-politika ta’
koeżjoni, li hija maħsuba biex tkun politika tas-solidarjetà u tal-iżvilupp strutturali,
m’għandhiex tiffoka biss fuq ir-reġjuni żvantaġġati iżda fuq it-territorju kollu tal-
UE, inklużi r-reġjuni iktar żviluppati fejn jista’ jkun hemm iktar disparitajiet soċjali.
Kull reġjun għandu bżonnijiet u prijoritajiet differenti u għalhekk il-politika ta’ koeżjoni
m’għandhiex tipprova tapplika miri irrealistiċi u mifruxa mal-UE kollha. Minflok għandha tiffoka
fuq il-miri (nazzjonali u reġjonali) li ser jiġu adottati f’kull kuntest territorjali.
It-tieninett sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020, ir-reġjuni kollha jridu
jikkontribwixxu billi jimmobilizzaw ir-riżorsi speċifiċi tagħhom.
Għalhekk, l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-konverġenża, il-kompetittività reġjonali, l-
impjieg u l-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-azzjonijiet ipprovduti għall-implimentazzjoni
tagħhom huma konformi mal-prijoritajiet tal-Ewropa 2020. Il-kontributuri jappoġġjaw bis-sħiħ il-
fehma li l-politika ta’ koeżjoni ssaħħaħ l-Ewropa 2020 u tippermetti li din tisfrutta d-dimensjoni
territorjali b’mod sħiħ.
Mil-lat operazzjonali, l-Ewropa 2020 u l-politika ta’ koeżjoni għandhom jiġu
kkoordinati u integrati bir-reqqa.
Ewropa 2020 flessibbli ser tikkontribwixxi fil-proċess ta’ adattament għad-differenzi territorjali
billi tipprovdi għanijiet u miri realistiċi għal kull territorju bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-
ċittadini u mhux sempliċiment iħarsu lejn iż-żieda fil-PDG mil-lat kwantitattiv biss. Il-
mekkaniżmi tal-governanza tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jiġu applikati għall-Istrateġija
Ewropa 2020 b’mod dirett jew bħala sors ta’ riferiment għall-mekkaniżmi speċifiċi tal-Istrateġija.
Fi kwalunkwe każ, l-istrumenti rispettivi tat-tnejn għandhom jiġu koordinati aħjar sabiex tinħoloq
sinerġija. Dan jikkontribwixxi wkoll għaż-żewġ gruppi ta’ għanijiet. Uħud issuġġerew li l-
valutazzjoni komparattiva tista’ tintuża biex jixxerdu l-aqwa prattiki.
28
Fl-aħħarnett, bosta kontributuri enfasizzaw li ż-żewġ politiki għandhom jirrispettaw
il-prinċipju tas-sussidjarjetà li jimplika tqassim aħjar tal-poteri u l-fondi.
4.3 It-tfassil tal-baġit tal-UE b’kunsiderazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u tal-Istrateġija
Ewropa 2020
Ħafna mill-kontributuri huma tal-fehma li l-baġit tal-UE għandu:
jiġi allinjat mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u
jitfassal b’mod li tittieħed l-opportunità tat-tisħiħ reċiproku bejn l-Ewropa 2020 u l-
għanijiet tal-koeżjoni, sabiex jitnaqqsu l-lakuni ta’ prosperità bejn u fir-reġjuni.
Fil-perijodu fit-tul, il-baġit ta’ wara l-2013 għandu jappoġġja primarjament il-prijoritajiet tal-
Ewropa 2020. Ħafna jemmnu li:
L-Ewropa 2020 tirrikjedi l-politika ta’ koeżjoni bħala mutur prinċipali (iżda mhux l-
uniku wieħed) tal-fondi sabiex jintlaħqu l-għanijiet sal-2020. Il-FEŻR, il-FSE u l-
programmi ta’ żvilupp rurali għandhom bżonn jinvestu fil-prijoritajiet komuni tal-
Ewropa 2020.
Il-politika ta’ koeżjoni għandha tagħti prijorità lill-għanijiet tal-Ewropa 2020 sabiex
timmobilizza r-riżorsi lokali li jeżistu għall-finijiet ta’ tkabbir.
Kif innutaw bosta kontributuri, is-suċċess tal-Istrateġija ta’ Lisbona kien ċar fis-setturi li ġew
finanzjati minn strumenti garantiti mill-politika ta’ koeżjoni.
Il-politika ta’ koeżjoni għandha tinkludi miri mibnija madwar il-ħames miri prinċipali tal-Ewropa
2020 imbagħad għandhom jittieħdu passi sabiex jiġi analizzat kemm il-progress qed jiżviluppa
b’rata uniformi madwar l-Ewropa. Il-mezzi finanzjarji li jintefqu fuq l-Ewropa 2020 u l-għanijiet
territorjali speċifiċi għandhom jiġu definiti iżda għandhom ivarjaw skont il-qagħda tat-tluq ta’
kull territorju.
Bosta kontributuri enfasizzaw il-bżonn li r-riċerka u l-innovazzjoni jiġu finanzjati b’mod adegwat
u li l-promozzjoni tagħhom titqies bħala aspett tal-politika ta’ koeżjoni. Il-fehmiet hawn huma
diverġenti: uħud jixtiequ li r-riċerka u l-innovazzjoni jitmexxew fil-livell Ewropew u oħrajn
jixtiequ li jitmexxew mir-reġjuni. Fi kwalunkwe każ, għandu jkun hemm iktar sinerġiji bejn il-
bosta strumenti Komunitarji fl-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, uħud
isejħu għal politika ta’ koeżjoni mmirata li tagħti spinta lill-innovazzjoni u l-eċċellenza fl-
Ewropa.
Fir-rigward tal-politika tal-agrikoltura, bosta kontributuri jemmnu li għandha tkun iktar orjentata
favur l-għanijiet tal-iżvilupp (eż. billi tagħti prijorità lill-proġetti żvilupp rurali). L-għan tagħha
għandu jkun li timmira u tiffoka r-riżorsi sabiex il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(FAEŻR) jsir fond għall-iżvilupp rurali u l-investiment ambjentali.
29
Uħud jipproponu baġit speċifiku għall-Ewropa 2020 li jakkumpanja miri flessibbli ma’ ġestjoni
finanzjarja flessibbli. Bosta awtoritajiet lokali u reġjonali jistaqsu jekk hux ser ikun hemm fondi
żejda sabiex titwassal jew tiġi monitorjata l-istrateġija. Ftit mill-kontributuri jaħsbuha differenti u
jemmnu li l-UE m’għandiex bżonn l-Ewropa 2020 bħala politika ta’ tkabbir u li l-politika ta’
koeżjoni għandha tkun l-unika politika ta’ tkabbir tal-UE għar-reġjuni kollha.
4.4 Għandu jiġi assigurat l-ammont it-tajjeb ta’ fondi ...
Fir-rigward tal-ammont totali, ir-riżorsi finanzjarji m’għandhomx jitnaqqsu, anzi, jekk huwa
possibbli, għandhom jiżdiedu. Fl-ebda każ l-adozzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 m’għandha
tintuża bħala pretest biex jitnaqqas l-ammont allokat għall-politika ta’ koeżjoni. It-tnaqqis tal-
fondi tal-UE allokati għall-politika ta’ koeżjoni jfisser li jiġi miċħud l-effett ta’ lieva tagħha
(mobilizzazzjoni sinjifikanti pprovata ta’ riżorsi pubbliki u privati oħrajn), għalhekk il-
finanzjament tal-Istrateġija Ewropa 2020 m’għandux jimplika tnaqqis tal-fondi ta’ koeżjoni. Dan
huwa ħafna aktar evidenti meta jitqies il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni biex jinkisbu l-
objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-effiċjenza perċepita tal-mekkaniżmu ta’ nfiq tagħha.
Il-baġit għall-politika ta’ koeżjoni għandu jqis il-politiki li għandhom l-għan li jappoġġjaw ir-
riċerka u l-iżvilupp, l-infrastrutturi għall-innovazzjoni u l-iżvilupp rurali. Barra minn hekk,
għandhom jissaħħu l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u l-inizjattiva “Ir-
reġjuni tal-għarfien” fis-7 Programm Qafas. L-isfida fundamentali hija li l-potenzjal tat-tkabbir tar-
reġjuni aktar avvanzati (li ġeneralment jibbenefikaw l-aktar minn ċerti programmi, bħas-CIP)
jingħaqad ma’ dak tal-iżvilupp tar-reġjuni li għadhom l-aktar lura.
Fil-kuntest tal-limitazzjonijiet li hemm fuq il-finanzi pubbliċi minħabba l-kriżi, xi kontributuri
jsejħu li ssir analiżi dwar jekk l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti għall-bliet u r-reġjuni hix ser
tkun “newtrali f’termini ta’ spejjeż” jew inkella hix ser tinvolvi spejjeż addizzjonali. Pereżempju,
domanda akbar għal politika tal-edukazzjoni (ġenerali u professjonali) aktar b’saħħitha tinvolvi
spejjeż addizzjonali għal dawk il-korpi responsabbli mill-istrutturi edukattivi (l-aktar l-
awtoritajiet reġjonali u lokali). L-istess japplika għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni.
Anke l-possibbiltà għal żvilupp ta’ proġetti permezz tal-fondi strutturali kważi dejjem tkun sfida
għall-awtoritajiet lokali li jridu joħorġu l-kofinanzjament proporzjonat. Dan għandu jiġu
ssuplimentat permezz ta’ programmi nazzjonali ta’ żvilupp, parteċipazzjoni finanzjarja nazzjonali
u/jew rata ta’ finanzjament tal-UE aktar flessibbli.
4.5 ... u l-ispiża għandha ssir aktar iffokata, sempliċi u orjentata lejn ir-riżultati
Ħafna mill-kontributuri jiddikjaraw li, ħafna aktar importanti mill-kwantità huwa li l-infiq jiġi
razzjonalizzat biex tiżdied l-effikaċja tiegħu billi titnaqqas il-frammentazzjoni attwali tal-kanali
ta’ finanzjament u jkun hemm konċentrazzjoni fuq numru limitat ta’ objettivi. Peress li l-effetti
tal-kriżi ekonomika għadhom rilevanti, jista’ jkun pjuttost diffiċli li jiżdied il-finanzjament. Għal
dan il-għan huwa ħafna aktar importanti li jinħolqu sinerġiji fost il-fondi kollha sabiex l-
azzjonijiet kollha jitmexxew fl-istess direzzjoni. Ta’ spiss ġew ifformulati l-punti li ġejjin:
30
Hemm bżonn ta’ pjanar u segwitu ta’ livell tajjeb.
Għandha tiġi stabbilita koerenza bejn il-programmi ta’ żvilupp u konċentrazzjoni ta’
riżorsi fuq il-prijoritajiet.
Hemm bżonn ta’ koordinament mill-qrib tal-istrateġija mal-istrumenti l-oħra, bħall-
patt tal-istabbiltà u t-tkabbir, l-aġenda soċjali, l-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli, il-
politika ta’ koeżjoni, eċċ., sabiex id-diversi setturi ta’ attività tal-UE jkunu jistgħu
jissaħħu b’mod reċiproku, ikkoordinat u komplementari fil-ksib tal-istess għan.
Skont wieħed mill-kontributuri, id-diviżjonijiet intraistituzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea
m’għandhomx iwasslu għall-abbundanza ta’ programmi ta’ għajnuna finanzjarja, li n-numru u r-
rabtiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Ħafna kontributuri jippreferu qafas
strateġiku uniku, fejn id-diversi politiki u programmi ta’ finanzjament tal-UE huma armonizzati u
koordinati. Xi wħud mill-kontributuri jaħsbu li għandu jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn it-
territorji fil-fruntieri biex jinkisbu effetti ta’ lieva u tiġi evitata l-ħela ta’ riżorsi minħabba sforzi
doppji.
Għal segwitu korrett tad-deċiżjonijiet tal-infiq, hemm bżonn ta’ mekkaniżmu effettiv ta’
monitoraġġ u valutazzjoni. L-għan għandu jkun li l-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali
u r-reġjuni jkunu responsabbli, flimkien, biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-fondi. Il-Kummissjoni
Ewropea jista’ jkollha rwol aktar prominenti fil-ġestjoni tal-fondi strutturali fil-livell nazzjonali.
Għal xi wħud mill-kontributuri, ftit li xejn hemm trasparenza fil-perċentwali tal-fondi li jiġu
allokati għal kull tema, u mhu ċar xejn jekk id-distribuzzjoni fil-fatt tikkorrispondix għall-
bżonnijiet.
Xi wħud mill-kontributuri jaħsbu li l-infiq ikun ta’ kwalità aħjar, u għalhekk aktar
effettiv, jekk is-sistema ta’ finanzjament tuża mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u
valutazzjoni, tippremja proġetti tajba u tikkastiga mġiba ħażina.
Ħafna jipproponu li l-aċċess għall-programmi u għall-fondi strutturali tal-UE għandu jkun marbut
mar-riżultati attwali, u għal dan il-għan, xi wħud jirrakkomandaw li jissaħħu l-aspetti marbuta
mal-kondizzjonalità u li r-rimborżi jintrabtu ma’ miri speċifiċi. Ir-riżultati miksuba mill-fondi
investiti għandhom isiru l-kriterji tal-għażla għall-proġetti futuri. Xi wħud mill-kontributuri
jemmnu li l-politika ta’ koeżjoni għandha tħeġġeġ kompetizzjoni pożittiva bejn ir-reġjuni, bil-
għan li jkun hemm tħejjija aħjar tal-proġetti (pereżempju fil-futur qrib, ir-riżorsi għandhom ikunu
dedikati għall-aħjar proġetti/programmi). Hemm bżonn li jiġu identifikati inċentivi aktar
b’saħħithom biex il-gvernijiet jitħeġġu jadottaw miżuri li għandhom l-għan li jiksbu l-prijoritajiet
tal-istrateġija. Għandhom jiġu ppreferuti l-proġetti kollha li joffru valur miżjud lill-UE u l-
proġetti li għandhom l-għan li jiksbu l-objettivi prinċipali u dawk nazzjonali. Aktar fondi jistgħu
jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-reġjuni li għandhom diffikultà biex jiksbu dawn l-objettivi.
31
Huwa importanti li titnaqqas il-burokrazija u titjieb it-trasparenza fl-implimentazzjoni
tal-istrateġija (programmi u inizjattivi) f’termini ta’ governanza u tal-kriterji biex
jiġi vvalutat il-progress miksub.
Il-maġġoranza kbira tal-kontributuri jgħidu li s-semplifikazzjoni amministrattiva hija
kruċjali. Huma jqisu l-Istrateġija Ewropa 2020 bħala opportunità biex dan iseħħ u
jitolbu li s-semplifikazzjoni tiddaħħal fl-proċess attwali ta’ pjanar. Il-ġestjoni attwali
tal-programmi hija kkumplikata u kumplessa. Il-fondi tal-UE għandhom ikunu
ssemplifikati fil-kuntest tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni (iżda mhux
imnaqqsa).
L-assistenza teknika biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ pjanar tkun apprezzata ħafna
minn ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-fluss ta’ informazzjoni għandu jitjieb,
peress li xi partijiet interessati jsibuha diffiċli li jiġbru l-informazzjoni rilevanti
kollha.
Għad hemm potenzjal kbir ta’ tagħlim permezz tal-analiżi komparattiva. Għandu jkun
hemm aktar programmi mmirati għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-politiki li
huma marbuta direttament mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 peress li dan l-
iskambju jippermetti li jinsilet tagħlim mir-reġjuni l-oħra u tinqasam il-prattika tajba
fl-UE kollha.
L-użu sistematiku tal-valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-politiki kollha,
speċjalment ta’ dawk urbani, huwa essenzjali peress li dan iżomm id-dimensjoni
territorjali tal-politika ta’ koeżjoni fil-qalba tal-ippjanar fit-tul u jidderiġi dan l-
ippjanar lejn il-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Barra minn hekk jassigura li
l-assistenza finanzjarja li takkumpanja s-soluzzjonijiet konkreti ttejjeb il-koeżjoni
territorjali.
4.6 Jintefqu l-flus permezz tal-ftehimiet ta’ sħubija
Il-fatt li l-fondi jkunu kkkonċentrati fuq numru limitat ta’ objettivi għandu jkun
akkumpanjat minn żjieda fil-flessibbiltà biex l-implimentazzjoni attwali tal-
istrateġija tiġi adattata għad-differenzi territorjali, biex b’hekk kull territorju jkun
jista’ jipparteċipa. Dan għandu jiġi rifless ukoll fil-qafas leġislattiv u regolatorju
għall-infiq deċentralizzat fil-livell nazzjonali.
Biex dan jinkiseb, kull livell ta’ gvern rilevanti għandu jiddisponi minn riżorsi
konformi mal-kompiti li huwa mistenni li jwettaq, u l-livelli kollha għandhom
jaġixxu fil-qafas ta’ “finanzjament b’diversi livelli”, fuq il-bażi ta’ ftehimiet ta’
sħubija ċċentrati fuq l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.
32
Fil-prattika, kif propost minn xi wħud, dan għandu jitqies bħala opportunità biex jiġu integrati d-
diversi strumenti ta’ finanzjament tal-UE. Il-programmi tal-UE (eż. CIP, 7PQ) għandhom jiġu
allinjati mal-programmi ta’ żvilupp fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Huwa essenzjali li l-
użu tal-istrumenti kollha ta’ finanzjament (bħal JESSICA u JEREMIE), li ġew implimentati
matul il-perijodu attwali ta’ programmar, jiġu sostnuti mil-leġislazzjoni nazzjonali kollha relatata
mal-livell lokali u reġjonali.
Għal diversi kontributuri, il-ftehimiet ta’ finanzjament jistgħu jkunu bħal ftehimiet kuntrattwali10.
Kontributur wieħed jipproponi approċċ ibbażat fuq pakkett uniku ta’ finanzjament – territorju
jirċievi pakkett uniku ta’ finanzjament tal-UE bbażat fuq numru ta’ prijoritajiet stabbiliti
f’kuntratt bejn it-territorju, l-Istat Membru u l-UE. Fl-iżvilupp tal-futur tal-politika ta’ koeżjoni u
l-preparazzjoni tal-programm futur operattiv għar-reġjuni, hemm bżonn ta’ djalogu strutturat bejn
il-livell Ewropew, dak nazzjonali u dak reġjonali.
Diversi kontributuri enfasizzaw li l-bliet huma l-atturi fundamentali: ta’ spiss dawn jaffrontaw
problemi ekonomiċi u soċjali serji li, jekk ma jissolvewx, jistgħu jostakolawhom milli jkunu
muturi tat-tkabbir. It-tkabbir fil-bliet tal-Ewropa huwa importanti għall-iżvilupp tar-reġjun kollu.
Jekk il-bliet għandhom jibqgħu joperaw bħala muturi tal-kompetittività, huwa importanti li
jitħallew jikkontribwixxu biex jillivellaw id-differenzi fi ħdan iż-żoni urbani u fl-istess ħin
jisfruttaw it-tkabbir potenzjali disponibbli. Għal dan il-għan, il-perijodu l-ġdid ta’ programmar
tal-fondi strutturali għandu jżid l-integrazzjoni tal-politiki urbani billi dawn il-politiki jakkwistaw
dimensjoni transversali.
Anke il-makroreġjuni, ir-Raggruppamenti Ewropej tal-Kooperazzjoni Territorjali
(REKT) u l-forom possibbli l-oħra ta’ “sħubijiet transkonfinali għat-tfassil tal-
politika tal-awtoritajiet lokali u reġjonali”, li dejjem aktar qegħdin ikunu involuti fil-
politiki għat-tkabbir u l-impjiegi, għandhom jirċievu l-appoġġ li jeħtieġu. Xi
kontributuri jirrakkomandaw li lil dawn l-istrutturi jingħataw aktar poteri biex
jiġġestixxu l-programmi u l-fondi biex jimplimentaw l-inizjattivi ewlenin. Id-
deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għandha tkun akkumpanjata
minn dibattitu fil-livell Ewropew dwar kif ir-REKT u raggruppamenti oħrajn
għandhom jiġu inklużi fil-proċessi istituzzjonali li jimplimentaw l-istrateġija.
Għal xi kontributuri, il-finanzjament jista’ jkun ibbażat fuq “proġetti lokali tal-Istrateġija Ewropa
2020” billi jappoġġjaw u jinċentivaw l-iskemi lokali u l-proġetti mikro (aġenziji lokali tal-
iżvilupp, skemi lokali ta’ integrazzjoni mill-ġdid, taħriġ għall-persuni qiegħda, assistenza lill-
assoċjazzjonijiet li jippromovu l-koeżjoni soċjali, eċċ.).
10Bħalma diġà ssemma (ara r-riżultati prinċipali u n-nota 8 f’qiegħ il-paġna), il-Kumitat tar-Reġjuni ppropona li l-Istrateġija Ewropa
2020 tiġi implimentata permezz ta’ patt territorjali bejn il-livelli kollha ta’ gvern, fil-livell nazzjonali u dak tal-UE.
33
KAPITOLU 5
NIKKOMUNIKAW L-EWROPA 2020 B’MOD IFFOKAT U ATTRAENTI
5.1 Nikkomunikaw l-Istrateġija Ewropa 2020 b’mod aktar qawwi u effiċjenti
Fl-2009, il-kontributuri għall-konsultazzjoni tal-KtR dwar il-futur tal-Istrateġija ta’ Lisbona
ssuġġerew li din l-Istrateġija ma rnexxilhiex tibda titqies bħala strateġija rilevanti għall-ħajja ta’
kuljum tal-poplu u li kwalunkwe strateġija ġdida ser tkun teħtieġ “komunikazzjoni aktar faċli
għaċ-ċittadini”.
Fil-konsultazzjoni attwali tal-KtR, maġġoranza kbira tal-parteċipanti jemmnu li l-istrateġija l-
ġdida għandha u tista’ tkun ikkomunikata aħjar minn kif ġiet ikkomunikata l-Istrateġija ta’
Lisbona.
Dan jista’ jkun possibbli jekk il-komunikazzjoni turi li l-istrateġija l-ġdida mhux biss
hija aktar effettiva u realistika, iżda wkoll aktar iffokata għall-ħtiġijiet tad-diversi
gruppi destinatarji.
Il-komunikazzjoni għandha tuża wkoll għodod innovattivi, tapplika lingwaġġ faċli
għaċ-ċittadini u tinvolvi b’mod attiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Xi partijiet interessati enfasizzaw li l-preżentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 ser tkun missjoni
iebsa minkejja li mhux impossibli u dan minħabba l-fatt li l-implimentazzjoni tagħha ser timplika
riformi strutturali iebsin, ta’ spiss diffiċli u li għandhom jitressqu lill-pubbliku in ġenerali.
Xi wħud jikkunsidraw id-dokument attwali dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 bħala għodda
inadegwata biex din l-Istrateġija titressaq qrib il-pubbliku u tiżdied l-opinjoni pubblika dwar l-
UE. Skonthom, id-dokument innifsu huwa ta’ natura purament teknokratika u jistrieħ ħafna fuq
il-figuri, filwaqt li jeħtieġ li l-Istrateġija Ewropa 2020 tiġi ppreżentata b’mod aktar emottiv, li tiġi
tradotta fi proġetti konkreti u li r-riżultati mistennija tagħha jkunu aktar viżibbli.
5.2 Tfassil ta’ messaġġi skont id-destinatarji
Minn naħa, għandhom jiġu organizzati diskussjonijiet mal-esperti u l-pubbliku (pereż. matul
konferenzi dedikati għall-preżentazzjoni tal-Istrateġija l-ġdida) biex jispjegaw x’effetti ser
ikollhom l-għanijiet stabbiliti fuq iċ-ċittadini, fuq is-soċjetà kollha kemm hi u, fl-aħħar, fuq il-
pożizzjoni tal-pajjiż tagħhom fl-Unjoni Ewropea.
Min-naħa l-oħra, kif suġġerit minn xi partijiet interessati, kampanja mifruxa fil-mezzi tax-xandir
tista’ tindirizza direttament lill-pubbliku ġenerali u tippreżenta l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi
attwali u tal-futur tal-implimentazzjoni tal-istrateġija.
34
Ħafna jemmnu li l-komunikazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandha tiffoka fuq il-wiri tal-
valur miżjud tal-istrateġija l-ġdida għall-azzjoni lokali/reġjonali. Xi kontributuri jinsistu li l-
komunikazzjoni għandha tkun aktar dwar ir-riżultati mistennija tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jiġu
evitati ħafna dettalji żejda, filwaqt li oħrajn jaħsbu li għandha tiffoka aktar fuq proġetti konkreti.
Fl-ewwel każ, il-messaġġi għandhom jinkludu informazzjoni dwar ħames miri ewlenin stabbiliti
fil-livell Ewropew u l-kontribut tal-pajjiż tagħhom permezz tal-miri nazzjonali u reġjonali.
Ħafna jqisu li tkun idea tajba li tiġi kkomunikata l-informazzjoni dwar il-proġetti (ta’ spiss
iffinanzjati mill-fondi tal-UE) li kkontribwixxew – jew li fil-futur jistgħu jgħinu – sabiex
jitwasslu l-miri. Għal dan il-għan diġà jistgħu jitjiebu siti tal-internet eżistenti b’bażi ta’ data ta’
każisti, jew jekk hemm bżonn jinħolqu oħrajn ġodda u li jkunu aktar aċċessibli għall-utenti li
mhumiex involuti direttament.
Ħafna kontributuri jqisu li l-istrateġija għandha tiġi kkomunikata kemm f’termini globali kif ukoll
f’dawk lokali. Minn naħa, l-Istrateġija Ewropa 2020 għandha tiġi kkomunikata bħala l-mutur
Ewropew li jibni l-futur tal-Ewropa bħala mexxejja globali. Min-naħa l-oħra, għandha titpenġa
bħala l-forza mexxejja għal bidliet soċjoekonomiċi pożittivi fil-komunitajiet lokali, anke dawk
żgħar.
Ħafna jinsistu li għandhom jiġu evitati l-ġeneralizzazzjonijiet (pereżempju jixxandar messaġġ
maħsub minn qabel ippreparat fi Brussell). Għal dik l-istess raġuni, xi wħud enfasizzaw li l-
komunikazzjoni għandha tiffoka fuq pajjiżi, reġjuni u bliet individwali, b’enfasi fuq l-interess u r-
rwol tagħhom fl-istrateġija l-ġdida. Il-messaġġi mbagħad għandhom jorbtu l-istrateġiji nazzjonali
individwali mal-istrateġija tal-UE u jinsistu fuq passi konkreti ta’ implimentazzjoni.
Sabiex jingħalaq id-distakk maċ-ċittadini, għandu jkun ċar li l-istrateġija l-ġdida ser tiġi
implimentata b’tali mod li jitqiesu d-differenzi ekonomiċi, soċjali, territorjali u kulturali. Fil-fatt,
l-esperjenza li nkisbet fil-komunikazzjoni tar-riżultati tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jkunu utli
għall-Istrateġija Ewropa 2020. Barra minn hekk jekk ir-rabta bejn dawn iż-żewġ politiki tiġi
stabbilita tajjeb, messaġġ pubbliku dwar il-politika ta’ koeżjoni li juri l-aktar riżultati viżibbli fil-
lokal xorta jista’ jikkontribwixxi sabiex iċ-ċittadini japprezzaw l-isforzi tal-UE biex jiġi assigurat
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
5.3 Strateġija viżibbli kemm għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għal gruppi speċifiċi ta’
partijiet interessati
Ħafna jqisu li l-komunikazzjoni ffokata hija neċessarja mhux biss għall-pubbliku ġenerali.
Diversi kontributuri qalu li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom isiru
mhux biss id-destinatarji tal-komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 iżda wkoll l-
eżekuturi attivi tagħha (ara hawn taħt). L-istess kien enfasizzat għall-ġurnalisti u l-għalliema.
Ħafna kontributuri ssuġġerew li l-gruppi li jistgħu jikkontribwixxu b’mod l-aktar sinjifikanti
għall-ksib tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 (pereż. l-intraprendituri, l-universitajiet, il-
35
kmamar tal-kummerċ, il-koordinaturi potenzjali tal-proġetti) għandhom ikunu infurmati tajjeb
dwar il-valuri u l-implikazzjonijiet tal-istrateġija.
Maġġoranza kbira tal-parteċipanti jaħsbu li ż-żgħażagħ bħala grupp għandhom ikunu d-
destinatarji ta’ inizjattivi partikolari ta’ komunikazzjoni, possibbilment waqt li jiġu enfasizzati
wkoll l-opportunitajiet dejjem jiżdiedu tal-iskambji kulturali u edukattivi. Gruppi destinatarji
possibbli oħrajn jinkludu l-istudenti fl-edukazzjoni superjuri, l-akkademiċi u dawk fl-industriji
kulturali għar-rwol li jaqdu fit-tixrid tal-għarfien, kif ukoll l-anzjani, il-ħaddiema u l-kumpaniji
peress li l-kummerċ jinfluwenza b’mod fundamentali l-aspetti ekonomiċi kif ukoll dawk soċjali u
ambjentali.
Ħafna jenfasizzaw li l-komunikazzjoni għandha tinfirex b’mod ugwali fl-Ewropa kollha,
mingħajr ma jintesew il-persuni li jgħixu f’żoni remoti, il-gruppi marġinalizzati, u t-territorji fejn
il-miri tal-istrateġija ma jintlaħqux malajr jew fejn l-appoġġ għall-UE huwa l-aktar baxx.
5.4 Jingħaqdu l-isforzi fil-livelli kollha biex tiġi kkomunikata l-Istrateġija Ewropa 2020
Filwaqt li fil-livell Ewropew jinħtieġu l-azzjoni u l-involviment mill-gvernijiet nazzjonali, ħafna
jemmnu li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jaqdu rwol importanti ħafna fil-komunikazzjoni.
Dan huwa minħabba li huma qrib iċ-ċittadini u l-partijiet interessati lokali u reġjonali, kif ukoll
minħabba r-rwol kruċjali tagħhom fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida. Sensibilizzazzjoni
miżjuda tal-partijiet interessati mbagħad tinbidel f’aktar approprjazzjoni u implimentazzjoni
aħjar.
Dan l-isforz għandu jinvolvi kemm lill-politiċi kif ukoll lill-uffiċjali ċivili. Jekk ikun hemm
bżonn, il-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE għandhom jgħinu lill-awtoritajiet lokali u
reġjonali tagħhom biex jifhmu u jikkomunikaw aħjar l-Istrateġija Ewropa 2020. Anke l-Patt tas-
Sindki jista’ jipparteċipa fit-tqajjim ta’ kuxjenza tal-membri tiegħu, peress li l-objettivi tal-
Istrateġija Ewropa 2020 rigward it-tibdil fil-klima (il-miri 20-20-20) huma simili għal dawk tal-
Patt tas-Sindki.
Xi kontributuri jiddikjaraw li ċ-ċittadini Ewroxettiċi probabbilment ma jagħtux każ tal-argumenti
li ġejjin direttament minn Brussell; f’dak il-każ għadhom jintużaw il-mezzi tal-komunikazzjoni
intermedjarji lokali/reġjonali. Għal dan il-għan, il-bliet jistgħu jaqdu rwol billi jikkomunikaw l-
objettivi b’messaġġi li jistgħu jifhmu ċ-ċittadini, u għal dan il-għan, jistgħu jikkomunikaw
direttament mal-pubbliku.
Ħafna partijiet interessati lokali u reġjonali oħra huma proposti bħala atturi diretti fl-azzjonijiet
ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari l-mezzi ta’ informazzjoni lokali u reġjonali kif ukoll l-
universitajiet, l-NGOs, l-imsieħba soċjali, il-kmamar tal-kummerċ, il-mexxejja lokali (eż. l-
intraprendituri, il-politikanti) u ċ-ċentri reġjonali ta’ informazzjoni tal-UE (eż. ċ-Ċentri Europe
Direct).
5.5 Strumenti li għandhom jintużaw biex tiġi kkomunikata l-Istrateġija Ewropa 2020
36
Xi kontributuri jissuġġerixxu li l-UE għandha tipprovdi “pakkett ta’ informazzjoni” li, bi
prinċipju, ikun maħsub għar-reġjuni u l-bliet kollha tal-UE, iżda li l-awtoritajiet għandhom
jadattaw għas-sitwazzjonijiet lokali u reġjonali tagħhom. Sħubija jew netwerk, inkluż il-Kumitat
tar-Reġjuni flimkien mal-bliet u r-reġjuni, jistgħu jikkontribwixxu biex tiġi definita l-
informazzjoni dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 ta’ natura ġenerali u dik adattata għal-livell lokali.
Il-komunikazzjoni tista’ tagħmel użu mit-teknoloġija tradizzjonali (TV, radju, stampa) kif ukoll
mit-teknoloġija moderna u l-istrumenti ta’ netwerking soċjali, li ta’ spiss jassiguraw
komunikazzjoni diretta mal-utenti (internet, mowbajls, YouTube, blogg). Jista’ jitqies ukoll il-
materjal stampat bħall-fuljetti, il-volantini u l-bords ta’ riklamar. Dibattiti fl-iskejjel sekondarji
u/jew fl-universitajiet jistgħu jirrappreżentaw pjattaforma biex jiġu diskussi l-aspetti territorjali
tal-istrateġija maż-żgħażagħ. F’dan il-kuntest, l-applikazzjonijiet ta’ software u l-materjali
edukattivi fuq DVD huma indikati bħala strument promozzjonali tajjeb.
Logo “Ewropa 2020” li jkun viżibbli ħafna, attraenti, uniformi u rikonnoxxibbli għandu
jakkumpanja l-proġetti kollha ffinanzjati minn fondi tal-UE u relatati mal-objettivi tal-istrateġija.
Dan għandu jibni trejdmark u konnotazzjoni pożittiva għall-azzjonijiet relatati mal-Istrateġija
Ewropa 2020. Xi reġjuni u bliet, b’mod partikulari dawk li diġà huma involuti f’kampanji bħal
dawn, jirreferu għall-inizjattivi tas-Sena Ewropea (il-ġlieda kontra l-faqar fl-2010, il-volontarjat
fl-2011) bħala okkażjonijiet li jiggarantixxu kuntatt dirett maċ-ċittadini u potenzjal bħal dan jista’
jintuża biex juri r-rabtiet bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 u dawn it-temi annwali.
L-istrumenti kollha tal-informazzjoni għandhom jużaw lingwaġġ aċċessibbli u l-multilingwiżmu
fil-komunikazzjoni huwa essenzjali. Huwa neċessarju li jiġi ssemplifikat il-lingwaġġ tal-
komunikazzjoni, anke jekk dan ifisser messaġġ inqas iddettaljat, u ma jintużax lingwaġġ tekniku.
Fil-prattika, il-prijoritajiet, l-objettivi, l-inizjattivi u l-miżuri konkreti għandhom jiġu “tradotti”
f’lingwaġġ li huwa ċar għaċ-ċittadini kollha.
Aspett ieħor tal-komunikazzjoni li jagħti importanza kbira huwa t-tnaqqis tad-distakk maċ-
ċittadini, permezz ta’ parteċipazzjoni aktar attiva tal-istituzzjonijiet tal-UE u r-rappreżentanti
tagħhom f’avvenimenti organizzati fil-lokal.
37
LISTA TA’ KONTRIBUTURI GĦAS-SONDAĠĠ
Istituzzjoni Pajjiż
Il-Kunsill ta’ Aberdeenshire UK
Achim DE
Eworeġjun Alpi-Mediterran
Awtorità lokali ta’ Alsóörs HU
Kunsill tal-Kontea ta’ Alytus LT
Antwerp BE
Arco Latino u Partenalia
Assoċjazzjoni ta’ Reġjuni Ewropej fil-Konfini (AEBR)
Assoċjazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali Finlandiżi (AFLRA) FI
Assoċjazzjoni tal-Bliet u l-Muniċipalitajiet Fjamingi BE
Assoċjazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali fil-Litwanja LT
Komunità Awtonoma tar-Reġjun ta’ Murcia ES
Kunsill Muniċipali ta’ Bacău RO
Kunsill Provinċjali ta’ Barcelona ES
Gvern tal-Pajjiżi Baski ES
Kunsill Distrettwali ta’ Blackburn u Darwen UK
Reġjun ta’ Bratislava SK
Reġjun tal-Kapitali Brussell BE
Budapest HU
Dipartiment tal-baġit u l-kontabilità tal-Belt ta’ Vilnius LT
Reġjun tal-Campania IT
Muniċipju ta’ Haţeg, distrett ta’ Hunedoara RO
Komunità Urbana ta’ Dunkirk FR
Konfederazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali Intermedji Ewropej (CEPLI)
Konvenzjoni tal-Awtoritajiet Lokali Skoċċiżi (COSLA) UK
Muniċipalità ta’ Corigliano Calabro IT
Provinċa ta’ Kosenza IT
Missjoni Operattiva Transkonfinali (MOT) FR
Reġjuni Daniżi DK
REKT Duero-Douro
38
Eixo Atlantico do Noroeste Peninsular ES
Reġjun tal-Emilja-Romanja IT
Esch-sur-Alzette LU
Netwerk tar-Reġjuni Ewropa 2020
Ewrobliet
Assoċjazzjoni Ewropea tar-Rappreżentanti Eletti minn Reġjuni Muntanjużi
(AEM)
Assoċjazzjoni Ewropea tar-rotta kulturali Via Francigena IT
Pjattaforma Ewropea tal-Bliet Ġodda (ENTP)
Reġjun ta’ Extremadura ES
Kunsill tal-Belt ta’ Ferreira do Alentejo PT
Gvern Fjaming BE
Kunsill Ġenerali ta’ Seine-Saint-Denis FR
Catalonia ES
Delegazzjoni Ġermaniża tal-Kumitat tar-Reġjuni DE
Assemblea tal-Awtorità Distrettwali Ġermaniża DE
Gent BE
Kunsill tal-Belt ta’ Göteborg SE
Gvern tal-Gżejjer Baleari ES
Kunsill tal-Kontea ta’ Hampshire UK
Assoċjazzjoni tal-Provinċji tal-Pajjiżi Baxxi (IPO) NL
Ġunta ta’ Castilla u León, Valladolid ES
Kauhava FI
Muniċipalità ta’ Lamezia Terme IT
Awtorità lokali ta’ Lesenceistvánd HU
Reġjun ta’ Liberec CZ
Kunsill tal-Belt ta’ Lisbona PT
Gvern lokali tad-Danimarka DK
Kunsill tal-Belt ta’ Łódź PL
Provinċja ta’ Łódź PL
Reġjun tal-Lombardija IT
Awstrija ta’ Isfel AT
Reġjun Awtonomu tal-Madeira PT
Dar Ewropea tal-Poteri Lokali Franċiżi FR
Malmö SE
39
Reġjun tal-Marche IT
Uffiċċju tal-Marixxal tal-Provinċja ta’ Świętokrzyskie PL
Uffiċċju tas-Sindku ta’ Saarbrücken DE
Reġjun ta’ Nofsinhar-Pirenej FR
Muniċipalità ta’ Motta San Ġovanni IT
Muniċipalità ta’ Mikonos EL
Majjistral tal-Ingilterra UK
Kunsill ta’ Żvilupp Reġjonali ta’ Östsam (Svezja tal-Punent) SE
Muniċipalità ta’ Paola IT
Kunsill tal-Belt ta’ Pilisjászfalu HU
Delegazzjoni Pollakka tal-Kumitat tar-Reġjuni PL
Provinċja ta’ Pomeranja PL
Prefettura ta’ Rethymnon EL
Reġjun Awtonomu ta’ Prešov SK
Kunsill tal-Belt ta’ Preston UK
Kunsill Reġjonali tal-Lbiċ tal-Finlandja FI
Gvern Reġjonali ta’ Aragón ES
Reġjun Rhône-Alpi FR
Provinċa ta’ Ruma IT
Muniċipalità ta’ San Pietro a Maida IT
Kunsill tal-Belt ta’ San Sadurniño (Galicia) ES
Aġenzija tal-Iżvilupp Reġjonali tan-Nofsinhar ta’ TransDanubju HU
Stat ta’ Tirol AT
Assoċjazzjoni Svediża tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali (SALAR) SE
Awtorità lokali ta’ Tartu EE
Reġjun ta’ Trenčín SK
Reġjun tal-Umbria IT
Reġjun ta’ Västra Götaland SE
Vjenna AT
Reġjun ta’ Wallonnie u l-Komunità Franċiża tal-Belġju BE
Provinċja ta’ Varmja-Masurja PL
West Midlands UK
Komunità ta’ Ħidma tal-Pirenej (CTP)
40
Graff 1: Distribuzzjoni tal-kontributi skont il-kategorija tal-kontributur
26
6
20
36
5
4
0
10
20
30
40
50
60
Livell lokali Livell Reġjonali Assoċjazzjoni tal-bliet u r-reġjuni
Bliet
Reġjuni
Gvernijietlokali oħra
Assoċjazzjonital-bliet
Assoċjazzonitar-reġjuni
Assoċjazzjonital-bliet u r-reġjuni
Total: 52 Total: 41 Total: 4Total: 97