48
1 Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika millMinisteru għallEdukazzjoni u xXogħol: LIlsien Malti IdDokument għadDiskussjoni IlMalti hu lsien relattivament żgħir b’aċċess limitat imma hu mezz vernakulari li għal mijiet ta’ snin serva sabiex ilġens Malti jesprimi ruħu bih oralment u, iktar reċentament, anki permezz talkitba. Għalhekk dan ilvernakular, li sar lingwa, huwa aspett ewlieni flidentità Maltija u jistħoqqlu jiġi ttrattat b’rispett u protett kif mistħoqq. Dan iddokument huwa ispirat minn diskussjoni li kien hawn filpajjiż fuq lużu u lkitba bilMalti. Dan huwa suġġett li jolqot millqrib ħafna nies għaliex ilmaġġoranza tisma’, titkellem, taqra u tikteb blilsien Malti. Qegħdin f’perjodu fejn itteknoloġija qiegħda wkoll tħalli impatt kbir fuq lużu talilsien Malti. Dan qiegħed ikollu impatt ħażin fuq illingwa Maltija, kif ukoll fuq illingwa Ingliża, fuq ittagħlim fliskejjel u fuq ilkitba, u rrispett u lgħożża dovuti lejn illingwi. Inħossu li wasal iżżmien biex iddiskussjoni tkun waħda iktar profonda, wiesgħa u li twassal għal deċiżjonijiet li jagħtu konsistenza u uniformità flużu talilsien Malti. Dawn li ġejjin huma ftit eżempji li wieħed jista’ jiffoka fuqhom: 1. IlMalti jibqa’ lingwa letterarja u standard, u għalhekk issir distinzjoni ċara bejn lilsien mitkellem u dak miktub. Mhux kulma jingħad oralment għandu jitqies bħala standard eż.: tikkaxxja minflok issarraf, jew tirrowstja minflok tixwi, eċċ. 2. Ġaladarba pajjiżna qatt ma kien monolingwi, flgħażla ta’ neoloġiżmi jew termini ġodda wieħed għandu jżomm f’moħħu letimoloġija u ssemantika, u m’għandux iħares neċessarjament, wisq inqas biss, lejn lIngliż jew lAmerikan. Għandha tingħata preferenza lil kliem li diġà jeżisti bilMalti, u wieħed għandu jissellef biss meta ma jkunx jista’ jsir mod ieħor eż. ‘kundizzjonatur talarja’ minflok ‘erkondixin’. 3. M’għandux isir tibdil fejn ma tinħass lebda ħtieġa għax dan iservi biss biex iħawwad limħuħ u jfixkel lil min kien iħaddem illingwa sew jew jixtieq jitgħallimha f’Malta u barra. Eż. ‘skont’ roħs li qiegħda tintuża wkoll flok ‘skond’ according to, blIngliż, u ‘pereżempju’ u ‘inġenerali’ flok ‘per eżempju’ u ‘in ġenerali’ kif dejjem ktibniehom bilMalti. 4. Tittieħed deċiżjoni fuq kif jinkiteb kliem ta’ reġistri fejn ilkliem Malti hu ristrett u jkun hemm kliem jew termini importanti u meħtieġa għallvokabolarju. 5. Isir stħarriġ x’għandu jiġri bilkliem u lverbi barranin li ħadu bixra Maltija. 6. IlKapitlu 470 talLiġijiet ta’ Malta waqqaf u jirregola lillKunsill Nazzjonali talilsien Malti. Dan ilKunsill twaqqaf bilgħan li jadotta u jippromwovi politika u strateġija lingwistika xierqa u li

Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

  • Upload
    others

  • View
    8

  • Download
    2

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

1    

Data: Awwissu 2015

Konsultazzjoni pubblika mill-‐Ministeru għall-‐Edukazzjoni u x-‐Xogħol:

L-‐Ilsien Malti

Id-‐Dokument għad-‐Diskussjoni

Il-‐Malti hu lsien relattivament żgħir b’aċċess limitat imma hu mezz vernakulari li għal mijiet ta’ snin serva sabiex il-‐ġens Malti jesprimi ruħu bih oralment u, iktar reċentament, anki permezz tal-‐kitba. Għalhekk dan il-‐vernakular, li sar lingwa, huwa aspett ewlieni fl-‐identità Maltija u jistħoqqlu jiġi ttrattat b’rispett u protett kif mistħoqq.

Dan id-‐dokument huwa ispirat minn diskussjoni li kien hawn fil-‐pajjiż fuq l-‐użu u l-‐kitba bil-‐Malti. Dan huwa suġġett li jolqot mill-‐qrib ħafna nies għaliex il-‐maġġoranza tisma’, titkellem, taqra u tikteb bl-‐ilsien Malti. Qegħdin f’perjodu fejn it-‐teknoloġija qiegħda wkoll tħalli impatt kbir fuq l-‐użu tal-‐ilsien Malti. Dan qiegħed ikollu impatt ħażin fuq il-‐lingwa Maltija, kif ukoll fuq il-‐lingwa Ingliża, fuq it-‐tagħlim fl-‐iskejjel u fuq il-‐kitba, u r-‐rispett u l-‐għożża dovuti lejn il-‐lingwi.

Inħossu li wasal iż-‐żmien biex id-‐diskussjoni tkun waħda iktar profonda, wiesgħa u li twassal għal deċiżjonijiet li jagħtu konsistenza u uniformità fl-‐użu tal-‐ilsien Malti.

Dawn li ġejjin huma ftit eżempji li wieħed jista’ jiffoka fuqhom:

1.   Il-‐Malti jibqa’ lingwa letterarja u standard, u għalhekk issir distinzjoni ċara bejn l-‐ilsien mitkellem u dak miktub. Mhux kulma jingħad oralment għandu jitqies bħala standard eż.: tikkaxxja minflok issarraf, jew tirrowstja minflok tixwi, eċċ.

2.   Ġaladarba pajjiżna qatt ma kien monolingwi, fl-‐għażla ta’ neoloġiżmi jew termini ġodda wieħed għandu jżomm f’moħħu l-‐etimoloġija u s-‐semantika, u m’għandux iħares neċessarjament, wisq inqas biss, lejn l-‐Ingliż jew l-‐Amerikan. Għandha tingħata preferenza lil kliem li diġà jeżisti bil-‐Malti, u wieħed għandu jissellef biss meta ma jkunx jista’ jsir mod ieħor (﴾eż. ‘kundizzjonatur tal-‐arja’ minflok ‘erkondixin’)﴿.

3.   M’għandux isir tibdil fejn ma tinħass l-‐ebda ħtieġa għax dan iservi biss biex iħawwad l-‐imħuħ u jfixkel lil min kien iħaddem il-‐lingwa sew jew jixtieq jitgħallimha f’Malta u barra. Eż. ‘skont’ (﴾roħs)﴿ li qiegħda tintuża wkoll flok ‘skond’ (﴾according to, bl-‐Ingliż)﴿, u ‘pereżempju’ u ‘inġenerali’ flok ‘per eżempju’ u ‘in ġenerali’ kif dejjem ktibniehom bil-‐Malti.

4.   Tittieħed deċiżjoni fuq kif jinkiteb kliem ta’ reġistri fejn il-‐kliem Malti hu ristrett u jkun hemm kliem jew termini importanti u meħtieġa għall-‐vokabolarju.

5.   Isir stħarriġ x’għandu jiġri bil-‐kliem u l-‐verbi barranin li ħadu bixra Maltija.

6.   Il-‐Kapitlu 470 tal-‐Liġijiet ta’ Malta waqqaf u jirregola lill-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐ilsien Malti. Dan il-‐Kunsill twaqqaf bil-‐għan li jadotta u jippromwovi politika u strateġija lingwistika xierqa u li

Page 2: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

2    

jara li dawn jitwettqu u jiġu osservati f’kull qasam tal-‐ħajja Maltija, għall-‐ġid u l-‐iżvilupp tal-‐ilsien nazzjonali u l-‐identità tal-‐poplu Malti. Il-‐Kunsill huwa magħmul minn:

•   President maħtur mill-‐Prim Ministru u magħżul minn fost persuni stabbiliti u kwalifikati fl-‐istudju tal-‐Malti u li jiġu rakkomandati mill-‐Akkademja tal-‐Malti u mid-‐Dipartiment tal-‐Malti tal-‐Università;

•   żewġ persuni maħtura mill-‐Prim Ministru minn persuni nominati minn fost il-‐membri tal-‐Kummissjoni Teknika: iżda sakemm il-‐Kunsill jaħtar il-‐Kummissjoni Teknika l-‐Prim Ministru jista’ taħt dan il-‐paragrafu jaħtar żewġ persuni li hu jidhirlu idonei;

•   tliet persuni li jirrappreżentaw rispettivament lil u nominati mill-‐Akkademja, id-‐Dipartiment tal-‐Malti tal-‐Università, u l-‐Istitut tal-‐Lingwistika tal-‐Università;

•   rappreżentant tad-‐Diviżjoni tal-‐Edukazzjoni li jkun ġej mill-‐qasam tal-‐Kurrikulu Nazzjonali nominat mill-‐Ministru;

•   rappreżentant tal-‐Kunsill Malti għall-‐Kultura u l-‐Arti nominat mill-‐Kunsill; •   l-‐Avukat Ġenerali jew rappreżentant tiegħu, liema rappreżentant ikun persuna esperta

u involuta fit-‐tifsil u t-‐traduzzjoni tal-‐leġislazzjoni; •   rappreżentant elett skont kif jiġi preskritt minn u minn fost il-‐membri tal-‐Kumitati tal-‐

Għaqdiet tal-‐Malti li huma mniżżla fl-‐Iskeda; •   rappreżentant tal-‐Istitut tal-‐Ġurnalisti Maltin.

Fost il-‐funzjonijiet tiegħu, il-‐Kunsill irid jieħu ħsieb jippromwovi l-‐ilsien Malti kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Il-‐Kunsill għandu wkoll jaġġorna kif ikun meħtieġ l-‐ortografija tal-‐ilsien Malti u, minn żmien għal ieħor, skont il-‐ħtieġa, jistabbilixxi l-‐mod kif għandu jinkiteb il-‐kliem ġdid fil-‐Malti u l-‐kitba korretta ta’ kliem u frażijiet li jidħlu fil-‐Malti minn ilsna oħra. Il-‐Kunsill għandu wkoll jiżviluppa, jimmotiva u jtejjeb l-‐għarfien u l-‐espressjoni tal-‐ilsien Malti.

B’konsultazzjoni mal-‐organi mwaqqfa fil-‐liġi, il-‐Kunsill għandu jivvaluta u jikkoordina x-‐xogħol li jsir minn għaqdiet u individwi fil-‐kamp tal-‐ilsien Malti u jrawwem atmosfera ta’ kooperazzjoni u jżomm kuntatti regolari u frekwenti ma’ għaqdiet lokali, nazzjonali u internazzjonali li jkollhom funzjonijiet bħal tal-‐Kunsill, u magħhom jistabbilixxi skambji ta’ ideat u riżorsi.

Biex jgħinu lill-‐Kunsill fil-‐funzjonijiet tiegħu, il-‐Kunsill jaħtar kumitati tekniċi f’oqsma ta’ speċjalizzazzjoni skont kemm ikun meħtieġ.

Wasal iż-‐żmien li nirriflettu ftit fuq din il-‐liġi. Għandu jkun hemm Kunsill regolatorju? Għandu jinbidel ir-‐rwol ta’ dan il-‐Kunsill? Min għandu jkun rappreżentat fuq dan il-‐Kunsill?

L-‐Artiklu 3 (﴾1)﴿ (﴾ċ)﴿ Kap 470 tal-‐Liġijiet ta’ Malta jgħid hekk:

L-‐Istat Malti jagħraf fl-‐ilsien Malti espressjoni qawwija tan-‐nazzjonalità tal-‐Maltin, u għalhekk jagħtih l-‐għarfien xieraq u meħtieġ kollu billi jagħraf l-‐importanza tiegħu fil-‐prinċipju u fil-‐prattika, u jgħasses biex dan l-‐ilsien ma jitħassarx u ma jintilifx.

Propju għalhekk, biex l-‐Istat jgħasses li l-‐ilsien Malti ma jitħassarx u ma jintilifx, inħasset il-‐ħtieġa biex jiġi ppubblikat dan id-‐dokument li qiegħed jistieden lil kull min hu interessat biex jipparteċipa permezz ta’ ideat u kontribuzzjonijiet sabiex il-‐lingwa Maltija tkun il-‐lingwa ta’ kulħadd.

Page 3: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

3    

Ir-‐Rispons mibgħut bil-‐posta elettronika

Rispons Nru (﴾1)﴿

Isem : George Falzon

Xtaqt insaqsi x'jiġifieri “kliem ta’ reġistri”; li qiegħda tintuża f'paragrafu nnumerat 4 fid-‐dokument. Huma kelmiet bħal dawn li jħawdu. Donnhom invenzjonijiet ta' individwi! -‐ Insaqsi wkoll jekk hux ser ikun hemm xi laqgħat ta' kunsultazzjoni/dibattitu miftuħin għall-‐pubbliku dwar dan id-‐dokument. -‐ Infakkar li l-‐lingwa l-‐poplu jagħmilha mhux l-‐istudjuż. Dan tal-‐aħħar jistudjaha biss. Hekk ukoll kienu jemmnu u jtennu l-‐mibkijin Prof. Ġużè Aquilina u Ġużè Cassar PulliciNru -‐ Terġa' tibda titħaddem ir-‐regola antika imma valida li kelma li tant daħlet fil-‐Malti li ħadet plural Malti (﴾eż. kejk -‐ kejkijiet, swiċċ -‐ swiċċijiet)﴿ tinkiteb bil-‐Malti. Il-‐kliem barrani l-‐ieħor jibqa' jinkiteb bil-‐lingwa oriġinali tiegħu, jekk meħtieġ fil-‐korsiv. Eż. depot (﴾kif tinkiteb fil-‐lingwi kollha)﴿ mhux depow.

Rispons Nru (﴾2)﴿

Isem : Charles Briffa

•   L-‐idea ta' “kunsill regolatorju” hija perikoluża għax thedded l-‐iżvilupp naturali tal-‐Malti. Ilsienna dejjem evolva u żviluppa b'mod ħieles fuq fomm in-‐nies il-‐baxxi minkejja li għal sekli sħaħ l-‐għonja Maltin u l-‐amministraturi ma tawx kasu. Issa li qiegħed jespandi u jikber minħabba l-‐globalizzazzjoni għandu ċ-‐cans biex ilaħħaq ma' kull idea tal-‐lum. Il-‐Malti għandu jibqa' ħieles bla ma jkun hemm xi “kunsill regolatorju” li jimponi kontroll artifiċjali, trażżin sfurzat. Il-‐kliem li jidħol fil-‐Malti ħaj dejjem iġarrab xi sfumaturi kuntestwali speċjali u għaldaqstant wieħed jifhem li (﴾pereżempju)﴿ “tikkaxxja” u “ssarraf” ma jfissrux l-‐istess dejjem, u għandna bżonnhom it-‐tnejn f'kuntesti differenti u anki f'kuntesti simili għax joffrulna għażla stilistika. Il-‐Malti (﴾nerġa' ngħid)﴿ għandu jibqa' ħieles u min jikteb għandu jikteb Malti ħaj mhux artifiċjali (﴾i.e. għal fuq l-‐ixkaffa)﴿. Ix-‐xejra nattiva ta' lsienna hija l-‐ħelsien u dan il-‐ħelsien jagħtih il-‐ġmiel li hu mogħni bih.

•   Fuq il-‐Kunsill għandu jkun hemm ukoll rappreżentant mid-‐Dipartiment tal-‐Istudji tat-‐Traduzzjoni, Terminoloġija, u Interpretar tal-‐Universita' ta' Malta.

•   Il-‐Malti m'għandux ikun biss “lingwa letterarja” imma għandu qabel kollox jingħaraf bħala Lingwa ħajja għax il-‐Malti għandu poplu ħaj u ambjent kontemporanju. Nifhem, fl-‐istess waqt, li għandna nagħżlu bejn il-‐mitkellem (﴾eż. “nixxi”, “kienet bomba”)﴿ u l-‐miktub (﴾eż. “nixtri”, “kienet sabiħa”)﴿ għax dan juri kemm hu veru ħaj il-‐Malti u għax nifhem li l-‐lingwa trid tkun tixraq l-‐okkażjoni (﴾bħall-‐ħwejjeġ)﴿. Imma dan il-‐punt m'għandux inessina l-‐kultura tagħna. Parti minn din il-‐kultura hija li aħna (﴾fejn tidħol il-‐lingwa)﴿ nimpurtaw u nadottaw għall-‐ħtiġijiet tagħna; mela jekk xi sezzjoni tal-‐komunità Maltija tħoss li trid tagħżel semantikament bejn “tixwi” u “tirrowstja”, għandna (﴾b'mod professjonali)﴿ nirrispettaw din id-‐distinzjoni -‐ iż-‐żewġ verbi għandhom assoċjazzjonijiet differenti. Barra minn hekk, il-‐ħolqien tas-‐sinonimi f'lingwa

Page 4: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

4    

huwa xhieda ta' lsien attiv u ħaj, u jikkontribwixxi sabiex l-‐ilsien jistagħna ħalli jkollu mezzi għaċ-‐ċirkustanzi kollha. Fi kliem ieħor, m'għandniex neqirdu ċ-‐cans għas-‐sinonimija għall-‐varjetà stilistika u għar-‐rikkezza kognittiva (﴾i.e. tal-‐ħsieb)﴿. Bis-‐sinonimi, il-‐ħsieb jimraħ aktar ħieles u b'hekk titkattar il-‐kreattività.

•   There are people who ask about the future of the Maltese language. The simple answer

should be that the Maltese language is set towards healthy expansion to keep up with modern times and to be able to tackle contemporary and complex concepts. We have to be prepared for further change – a change no one can stop. Being conservative in one’s attitudes does not help the future of Maltese; it may rather hinder development. A quick look at the past thousand years shows us Maltese being influenced by Arabic, Sicilian, Italian, and English. So what is happening today (﴾a foreign language influencing the native language)﴿ has been occurring for centuries on these shores. Some changes are unpalatable to some language users, but it should be emphasised that accepting new forms does not necessitate the supplanting of older ones. It rather entails the co-‐existence of alternative forms that enrich the language and provide several occasions for stylistic and semantic variety – “ħobża, panina, sandwiċ” all carry their own connotations. This is the perspective that we need today: to look at the assimilation of new forms as part of the process of language expansion – in fact, many new forms have been given lexicographic dignity. The respected old forms can still be kept alongside the new and may still be used with full potentials as I have tried to suggest in my recent publication Temenos (﴾2014)﴿, which is a 250 page story mostly in Semitic Maltese. And even if native alternative forms are coined as equivalents for borrowed terms, in our neck of the woods loan terms contribute to a range of expressiveness. So if we want to say “Ħadt shower f’dis-‐sħana kollha” instead of “doċċa” (﴾incidentally, I always said “doxxa” apart from “shower” in Maltese)﴿, or when on a boat with waves splashing on its bow we want to say “Dil-‐mewġa tatna shower u ħaslitna”, or when referring to a person who spatters saliva on his listeners when he talks we want to say of him “Tana shower hu u jitkellem”, we should feel free to do so. What David Crystal calls (﴾on the subject of language borrowing)﴿ “an unyielding, condemnatory purism” is detrimental to our linguistic progress. And Wittgenstein’s contention that language is “a form of life” is quite significant in this connection, because a living language must grow. Furthermore, the continued recognition of Maltese as a literary genre is quite evident from the numerous works and studies being published every year. With these I’d like to add the significant academic efforts of the post-‐graduate Translation students who choose to write their dissertations in Maltese. However, alongside these we’re having some of the young writers whose literature is reflecting the living language of informal usage, and as such we have to accept linguistically such literature even if we find unpalatable their moral implications. This means that today we have written Maltese for all occasions – with these we have to include also the written internet Maltese (﴾e.g. Facebook, Twitter)﴿. In my research, teaching, publications, and broadcasting programmes I have (﴾for the past decades)﴿ sought to show the beauty, flexibility, resilience, and power of the Maltese language. And there are many others like me. This beauty continues to ripen if the language is allowed to grow freely and naturally. A regulatory authority is beneficial on matters relating to the orthography of the language. But it may be dangerous if it dictates spoken or written usage.

Page 5: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

5    

Rispons Nru (﴾3)﴿

Isem : Daryl Vella

Jien naħseb li l-‐konsultazzjoni pubblika li qed issir qed tieħu l-‐approċċ il-‐ħażin. Mhux minnu li, kif jgħid id-‐dokument 'diskussjoni li kien hawn fil-‐pajjiż fuq l-‐użu u l-‐kitba bil-‐Malti'. Id-‐diskussjoni għadha għaddejja. U ma jistax ikun li dan il-‐Kunsill tal-‐Malti, li naċċetta li huma fost l-‐esperti tal-‐Malti ta' pajjiżna, dan il-‐grupp ta' ħdax-‐il persuna jimponu bidliet fil-‐lingwa fuq il-‐bqija tal-‐pajjiż. Għal 2 raġunijiet -‐ dan il-‐Kunsill twaqqaf biss bi rwol konsultattiv fejn għandha x'taqsam il-‐lingwa Maltija għax il-‐lingwa il-‐poplu biss jista’ jiddeċidiha. Agħar minn hekk hu, meta dan il-‐Kunsill, magħmul minn mhux inqas minn 3 professuri u 4 persuni b'dottorat, jaċċetta fil-‐lingwa Maltija kliem bħal 'sordfixx'. Fid-‐dokument ta' konsultazzjoni hemm miktub li 'Mhux kulma jingħad oralment għandu jitqies bħala standard eż.: tikkaxxja minflok issarraf, jew tirrowstja minflok tixwi'. Ovvja li le! Dak mhux Malti u ħadd ma jista' jgħid li dawn il-‐kelmiet, li huma biss trasliterazzjoni lejn il-‐Malti tal-‐kelma Ingliża qatt għandhom isibu posthom fil-‐lingwa Maltija. Nagħlaq bl-‐aktar punt important -‐ dan il-‐Kunsill għandu bżonn ikun aktar demokratiku billi 1)﴿ il-‐membri jew parti mill-‐membri ikunu magħżula direttament mill-‐pubbliku, li bħalissa mhux qed iħossu rappreżentat, u/jew 2)﴿ dan il-‐Kunsill tal-‐Malti jiftaħ id-‐dibattiti u diskussjonijiet tiegħu fuq il-‐lingwa Maltija għall-‐pubbliku bħall-‐Parlament Malti. Wara kollox qed jirrappreżenta dritt imniżżel f'Artiklu 5 tal-‐Kostituzzjoni Maltija, u għalhekk għandu jinstemal-‐leħen tal-‐poplu.

Rispons Nru (﴾4)﴿

Isem : Paul Abdilla

Jiena attendejt kors ta' sena organizzat mill-‐Kunsill tal-‐Ilsien Malti. Nassigurakom li l-‐membri tal-‐Kunsill huma kollha nies kapaċi, umli, u ma jsibux problema jiddiskutu kull kritika. Fl-‐aħħar snin il-‐Kunsill ġab 'il quddiem kwistjonijiet li kienu ilhom snin midfunin taħt it-‐tapit. Qatt daqs illum il-‐Malti ma kien tant imxandar b'kotba u fuq il-‐mezzi tax-‐xandir. Il-‐fatt li qed nitkellmu fuq il-‐Malti huwa diġà xhieda li l-‐Kunsill qed jagħmel xogħlu. Għal snin twal ħadd ma kien jitkellem fuq il-‐lingwa u kien jgħaddi kollox.

Rispons Nru (﴾5)﴿

Isem : Joseph Mizzi

Għandu jkun hemm Kunsill regolatorju? Għandu jinbidel ir-‐rwol ta’ dan il-‐Kunsill? Min għandu jkun rappreżentat fuq dan il-‐Kunsill? Bla dubju li għandu jkun hemm Kunsill li jirregola dak kollu li għandu x’jaqsam mal-‐ilsien Malti. Mhux talli għandu jkun hemm Kunsill, imma, jekk possibbli, dan għandu jissaħħaħ iktar. Jien nemmen ukoll li għandu jkollu s-‐saħħa li jinforza dak li jirregola. Kemm ilu mwaqqaf il-‐Kunsill mill-‐2005 l-‐ilsien Malti ħa spinta kbira ‘l quddiem. Bil-‐ftit fondi li kellu allokati, għamel il-‐mirakli. Ħareġ regoli studjati u li jħaffu x-‐xogħol lil min jaħdem bil-‐lingwa. Ngħiduha kif inhi, qabel it-‐twaqqif tal-‐Kunsill, ir-‐regoli tal-‐Malti kienu jitfasslu mill-‐Akkademja tal-‐Malti. Mingħajr ma nnaqqas xejn mill-‐merti ta’ din l-‐għaqda, l-‐għażliet lingwistiċi kienu jkunu kemxejn arbitrarji u

Page 6: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

6    

jiddependu minn persuna u mhux minn oħra. Illum ir-‐rwol tal-‐Akkademja huwa li tinnomina l-‐President tal-‐Kunsill. Il-‐membri l-‐oħra jintgħażlu mill-‐Gvern u jaqgħu taħt il-‐kappa tal-‐Ministeru tal-‐Edukazzjoni. Dan ifisser li l-‐Ministru tal-‐Edukazzjoni, bis-‐saħħa ta’ nies fdati u esperti fil-‐qasam lingwistiku tal-‐Malti, dejjem għandu ħakma fuq il-‐polz tal-‐lingwa. Jagħmel żball kbir il-‐Ministru jekk jikkonsidra jmur lura mid-‐deċiżjoni li biha kien twaqqaf il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti fl-‐2005. Il-‐pass sar, u sar tajjeb, u jkun veru kontroproduċenti jekk nerġgħu mmorru lura għal kif konna qabel. Kien hemm żmien meta nies b’kariga għolja fl-‐istituzzjonijiet Ewropej, minkejja li l-‐Kunsill kien ilu jopera għal numru ta’ snin, kienu jiddettaw dak li jidhrilhom huma lid-‐Dipartiment tal-‐Edukazzjoni, u kienu jinjoraw, anzi jmorru kontra dak li kien jissuġġerixxi l-‐Kunsill. B’daqqa ta’ pinna, dawn l-‐għorrief kienu kisru regoli ortografiċi stabbiliti biex jimbuttaw deċiżjonijiet arbitrarju u infondati. Din l-‐arroganza fil-‐konfront tal-‐Kunsill tal-‐Malti kienet sintomatika tal-‐atteġġament arroganti li bih kienu jimxu esponenti ewlenin tal-‐amministrazzjoni preċedenti. Għażiż Ministru tal-‐Edukazzjoni, tixtieq li tiġi ttimbrat bl-‐istess arroganza inti, jekk taħseb li jkollok għalfejn tikkonsidra li tgħaddi mingħajr is-‐servizzi ta’ nies esperti u kkwalifikati li jiffurmaw il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti? Nissuġġerilek taħsibha sew, u ma tagħtix kas dawk in-‐nies li qegħdin jagħtuk il-‐parir li tista’ tmexxi mingħajr il-‐Kunsill: żomm f’moħħok li dawn li qed idaħħlulek il-‐flieles f’moħħok jaf ikollhom skopijiet ulterjuri. Kif jaf kulħadd, il-‐lingwa jagħmilha l-‐poplu. Il-‐poplu huwa sovran f’dik li hija l-‐għażla tal-‐kliem li juża fit-‐taħdit. Imma l-‐ortografija ma jiddettahiex il-‐poplu. Il-‐kelma tinkiteb skont regoli ortografiċi studjati u mfassla minn esperti lingwistiċi li jirrikorru għal regoli eżistenti u jsawru oħrajn ġodda skont kif jiddetta ż-‐żmien. Iva, jien nemmen li n-‐nies li jiffurmaw il-‐Kunsill tal-‐Ilsien Malti bħalissa huma ta’ min jafdahom fit-‐tfassil tar-‐regoli tal-‐kitba, u ma nħossx li hemm il-‐bżonn li jkunu maħtura nies mhux kwalifikati biex għal taparsi niddemokratizzaw il-‐Kunsill. Id-‐demokrazija hija meħtieġa, imma sakemm il-‐kelma għadha biss mitħaddta. Għall-‐ortografija, m’hemmx lok għad-‐dilettantiżmu. Jekk il-‐poplu jrid isejjaħ tip ta’ ħuta “swordfish” bl-‐Ingliż, ħallih issejħilha “swordfish”. Imma mbagħad tkun storja oħra meta niġu biex niktbuha. Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti ilu dawn l-‐aħħar tmien snin jistudja u jistħarreġ kif se jindirizza l-‐isfida ta’ kif għandu jinkiteb il-‐kliem li ġej mill-‐Ingliż. Jien fiduċjuż li s-‐soluzzjoni mwiegħda mill-‐President tal-‐Kunsill, il-‐Prof. Ray Fabri sal-‐aħħar tal-‐2015 se tkun waħda bilanċjata, meqjusa, studjata u dinjituża.

Rispons Nru (﴾6)﴿

Isem : Leanne Ellul

Konsultazzjoni, fiha nnifisha u mal-‐ewwel daqqa t'għajn, tinstema' u tidher bħala xi ħaġa sana. Pajjiż demokratiku u “gvern li jisma'“ bħal donnhom huma obbligati li jagħmlu konsultazzjonijiet ta' kull xorta. Qabel ma nkompli, imma, nixtieq niġbed l-‐attenzjoni għal xi ħaġa li fil-‐kelma konsultazzjoni diġà ma ddoqqlix għal widnejja. Biex wieħed jagħmel konsoltazzjoni jmur għand konsulent. B'dokument imsejjaħ konsultazzjoni, diġà qed jinqelbu l-‐irwoli. L-‐għażla tal-‐kelma 'konsultazzjoni' diġà għandha diwi ta' implikazzjonijiet li jmorru lil hinn minn kull eżerċizzju demokratiku san. Jekk il-‐gvern se jikkonsolta mal-‐poplu, il-‐poplu sar il-‐konsulent? Mhumiex in-‐nies tal-‐Kunsill fost l-‐aħjar konsulenti li għandna dwar il-‐lingwa? Kelma bħal diskussjoni kienet toqgħod ferm aħjar f'dan il-‐kuntest. Meta saru diskussjonijiet dwar 'Il-‐Bilingwiżmu fl-‐Edukazzjoni ta’ Pajjiżna -‐ x’inhu l-‐aħjar għal uliedna?' id-‐dokument imħejji minn diversi esperti wkoll kien issejjaħ 'Dokument għad-‐Diskussjoni,' aħseb u ara f'każ bħal dan, meta l-‐Gvern irid jismal-‐opinjonijiet tal-‐poplu. Dan iwassalni għall-‐qalba tal-‐argument.

Page 7: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

7    

Dan id-‐dokument jagħtini l-‐impressjoni li kulħadd studja l-‐lingwa. Imma hemm differenza bejn lingwa u lingwistika. Ħadd mhu espert tal-‐lingwa daqs il-‐Maltin għax il-‐Malti tagħhom; jitkellmuh, jagħmluh… imma ftit huma esperti tal-‐lingwistika. Kliem bħal protett idarrsuni mhux ftit ukoll; xi wħud donnhom li jridu jagħmlu l-‐Malti f'bozza. Fil-‐fatt, fl-‐ewwel paragrafu, dan id-‐dokument diġà jikkontraddixxi lilu nnifsu. Kif nistgħu nibqgħu nesprimu ruħna bil-‐kitba u t-‐taħdit matul is-‐snin jekk se nipproteġuh? Il-‐lingwa ħaġa ħajja u tinbidel. Huwa għalhekk li nappoġġja lill-‐Kunsill fl-‐għażliet tiegħu, għax filwaqt li dejjem ħass il-‐polz tal-‐poplu (﴾biex nuża metafora politika)﴿, bena d-‐deċiżjonijiet u l-‐osservazzjonijiet tiegħu fuq kriterji ċari li ma joħonqux il-‐lingwa iżda jiggwidawha. B'dawn is-‐sentenzi “Qegħdin f’perjodu fejn it-‐teknoloġija qiegħda tħalli wkoll impatt kbir fuq l-‐użu tal-‐ilsien Malti. Dan qiegħed ikollu impatt ħażin fuq il-‐lingwa Maltija, kif ukoll fuq il-‐lingwa Ingliża, fuq it-‐tagħlim fl-‐iskejjel u fuq il-‐kitba, u r-‐rispett u l-‐għożża dovuti lejn il-‐lingwi.” Id-‐dokument juri kemm m'għandux għanijiet ċari. X'se niddiskutu eżatt? L-‐użu tal-‐Malti miktub? L-‐użu tal-‐Malti mitkellem? L-‐influwenza tat-‐teknoloġija? Il-‐lingwi fl-‐edukazzjoni? Filwaqt li dal-‐Gvern ħa diversi inizjattivi, waħda mill-‐istess problemi, riflessa wkoll f'dan id-‐dokument, hi din: li ħa/qed jieħu wisq inizjattivi f'daqqa u qed jitfixel f'saqajh. L-‐inġustizzja ta' dan id-‐dokument tidher ukoll fil-‐fatt (﴾li diġà alludejt għalih)﴿ li l-‐poplu donna jista' jiddeċiedi dwar il-‐modi xjentifiċi li taħdem bihom il-‐lingwa. Kliem bħal “profonda” u “wiesgħa” fl-‐istess nifs ikomplu juru kemm dan hu dokument bla direzzjoni ċara. Nirranġuna li biex diskussjoni tkun waħda b'saħħitha trid tagħmel waħda jew l-‐oħra. Li tagħmel it-‐tnejn f'salt, hi ħrafa. Imbagħad f'ġieħ is-‐sewwa, kummenti bħal dan iġegħluni nidħaq. “‘kundizzjonatur tal-‐arja’ minflok ‘erkondixin’” Min jgħid kundizzjonatur tal-‐arja? Il-‐lingwa qiegħda hemm biex tikkomunika. Kliem li wasal għandna bl-‐Ingliż qabel ma ħloqna kelma għalih bil-‐Malti, aktarx se jibqa' jingħad bl-‐Ingliż. Imma l-‐Ingliż, fejn tassew m'għandniex għażla oħra (﴾li mhix imqanżħa u imposta)﴿, mhux parti minn ilsienna wkoll? Jien niġi ngħidlek mur poġġi l-‐karozza fil-‐kaxxa flok ipparkja? Hawn iż-‐żmien jilgħab irwol importanti. Agħti ċans lil ċertu kliem jindara, u ma jibqax idarras. Ma neħodha xejn bi kbira ċertu reżistenza, meta kien jiġri hekk f'kull żmien. Dan l-‐eżempju huwa farsa oħra wkoll: ‘skont’ (﴾roħs)﴿ li qiegħda tintuża wkoll flok ‘skond’ (﴾according to, bl-‐Ingliż)﴿, u ‘pereżempju’ u ‘inġenerali’ flok ‘per eżempju’ u ‘in ġenerali’. Id-‐Deċiżjonijiet 1 diġà ġew spjegati u hemm spjegazzjoni ċara dwarhom. Ilhom snin u lanqas nistenna li xi wħud jibqgħu jsejħulhom ġodda. Il-‐veru każ ta' “you can take a horse to the water, but you cannot make him drink.” Ir-‐raba' u l-‐ħames punt huma biss affarijiet li kieku l-‐Kunsill ma jiġix imxekkel jista' jagħmel. Huwa għalhekk li minn dawn il-‐punti 'l quddiem, dan id-‐dokument jaqa' fl-‐assurdità. Fost l-‐oħrajn, mhux l-‐iskop tal-‐Istat li jgħasses l-‐ilsien Malti. L-‐Istat mhux id-‐Dejma. B'dan id-‐dokument, għalija, il-‐Gvern qed iwaqqa' l-‐ġebla fuq saqajh u tassew mhux jagħraf iħares ilsienna (﴾biex nuża frażi sentimentali jien ukoll)﴿. Biex nagħlaq: 1. Il-‐Gvern għandu diversi bordijiet u kunsilli li ħatarhom hu stess. B'rikunsiderazzjoni tal-‐Kunsill, il-‐Gvern qed juri sfiduċja fih innifsu. Kien il-‐Gvern stess (﴾mhux partit)﴿ li waqqaf il-‐Kunsill u issa qed jiddubita f'xi ħaġa li waqqaf u reġa' ħatar in-‐nies għaliha? U jekk inhu hekk, min hu l-‐poplu biex jevalwa din l-‐għażla? Barra minn hekk, nittama li f'kunsilli u bordijiet oħra hemm tassew esperti fis-‐suġġett kif 'b'xorti tajba għandna fil-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti. Jalla dan il-‐Kunsill jibqa' jaħdem kif għamel s'issa għax tassew, ħlief ġid m'għamilx. Jekk hemm Kunsill li jirrispetta l-‐għanijiet li twaqqaf għalihom, ikkwotati wkoll hawnhekk, huwa dan. Meta titqajjem diskussjoni, ifisser li l-‐Kunsill qed jaħdem u jagħmel ħoss. 2. Nieqfu naqbdu ma' kliem speċifiku. Kliem bħal skont u Netherlandiż juru kemm min qed jargumenta dwar il-‐lingwa hu limitat; sema' eżempju u baqa' jirrepetih. Hu tassew miskin min kapaċi jagħti biss dawn l-‐eżempji bħala l-‐bażi tal-‐argumentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, wara dawn l-‐għażliet hemm ħsieb serju. 3. Il-‐Malti mhux tarbija. M’hemmx għalfejn noqogħdu niggustawh. Il-‐Malti ma kisirx siequ. M’hemmx għalfejn nitħassruh. Il-‐Malti ma mietx. M’hemmx għalfejn nibkuh.

Page 8: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

8    

Rispons Nru (﴾7)﴿

Isem : Ivy Mary Caruana

Jiena nemmen li sabiex l-‐ilsien Malti ma jintilifx u ma jitħassarx għandha ssir pressjoni fl-‐iskejjel privati u dawk tal-‐knisja sabiex l-‐istudenti jiġu mħeġġa jitkellmu b'Malti tajjeb waqt it-‐tagħlim tas-‐suġġetti ħlief fl-‐ilsna barranin. Għandha titqajjem kuxjenza li aħna għandna nkunu kburin bil-‐lingwa tagħna u li mhux veru li l-‐'code switching' jiddistingwina bħala puliti. Nemmen ukoll li għandha tiġi introdotta sistema li qabel jidher xi messaġġ fuq il-‐mezzi tax-‐xandir dan għandu jiġi kkoreġut u mhux qed inwasslu l-‐messaġġ li wieħed jista' jikteb kif jidhirlu basta li jinftiehem. Ma naqbilx ukoll li fil-‐maġġor parti tal-‐karti tal-‐eżamijiet tal-‐Malti mhumiex jitnaqqsu marki għall-‐ortografija u nemmen li b'hekk qed nidħku bl-‐istudenti basta nwasslu l-‐idea li l-‐marki qed jitjiebu. Grazzi.

Rispons Nru (﴾8)﴿

Isem : Mark Anthony Vella

Ma hemmx bżonn ta' dibattitu dwar jekk għandux jibqa' jeżisti jew jopera l-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti. Jekk xejn, għandu jissaħħaħ, fosthom li jkollu aktar ħaddiema full-‐time, sede permanenti u operattiva, u r-‐riżorsi meħtieġa biex kunsill tat-‐tip tiegħu jaħdem mingħajr intoppi organizzattivi bażiċi. Il-‐Kunsill m'għandux jinftiehem unikament bħala xi kelb tal-‐għassa lingwistiku, minkejja li għandu jkollu r-‐rwol ewlieni fil-‐pjanifikazzjoni lingwstika. Il-‐Kunsill għandu rwol essenzjali biex iġib 'il quddiem il-‐Malti fid-‐diversi aspetti tal-‐użu u l-‐produzzjoni tiegħu, kif mixhud mil-‐lista ta' inizjattivi meħuda kif deskritt fis-‐seba' paragrafu ta' dan l-‐artiklu: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20150722/opinion/Language-‐consultation-‐exercise.577590. Fil-‐fehma tiegħi, il-‐Kunsill irid, kemm-‐il darba jkun għeleb l-‐iżvantaġġi loġistiċi u ta' riżorsi umani li għandu bħalissa (﴾u li misshom jiġu indirizzati)﴿, ikompli jixref lejn spazji usa' (﴾kif ġa qed jagħmel)﴿ u jkun aktar miftuħ għall-‐konsultazzjoni u realtajiet differenti. Fost l-‐oħrajn, irid ifittex sinerġija aħjar mal-‐ħaddiema lingwistiċi tal-‐Istituzzjonijiet tal-‐Unjoni Ewropea, li sikwit jilmentaw li x-‐xogħol li kapaċi jipproduċu (﴾minħabba li ironikament għandhom wisq aktar riżorsi mill-‐KNLM)﴿ mhuwiex mogħti l-‐attenzjoni neċessarja minn dan il-‐Kunsill. Minkejja li hemm relazzjonijiet kordjali u bosta membri tal-‐Kunsill iżuru dawn il-‐ħaddiema u jidħlu f'konsultazzjoni magħhom, hemm is-‐sensazzjoni ta' entitajiet li qed jaħdmu b'ħeffa differenti wisq, u l-‐ambizzjonijiet tal-‐entitajiet extra-‐Maltin jitliġġmu wisq minn attitudni tal-‐Kunsill li mhix dejjem hija proattiva, jew xi kultant limitata wisq. Nissuġġerixxi għalhekk li l-‐qasam lingwistiku tal-‐Unjoni Ewropea jkollu status uffiċjali fil-‐Kunsill, jew bħala xi forma ta' osservatur jew inkella bħala membru attiv fil-‐kumitati tekniċi, dejjem skont il-‐parametri tal-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti. Il-‐Kunsill irid ukoll jaħdem aktar fuq ir-‐relazzjonijiet pubbliċi tiegħu u jifhem il-‐promozzjoni tal-‐Malti f'sens modern, mhux biss fl-‐aspett tal-‐'kummerċjalizzazzjoni' u l-‐'popolarizzazzjoni' tiegħu, imma anki fid-‐dawl tal-‐fatt li qiegħed jikkompeti mal-‐influwenza enormi tal-‐Ingliż, mal-‐inċertezza identitarja ta' poplu li jsofri minn kumpless ta' inferjorità lingwistika, il-‐miżinformazzjoni u l-‐edukazzjoni lingwistika skorretta u t-‐tnaqqis ġenerali u drastiku ta' bosta standards, u minn entitajiet voċiferi u influwenti/setgħana fil-‐qasam tagħhom li essenzjalment mhumiex ħbieb tal-‐Malti u kulma hu assoċjat miegħu.

Page 9: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

9    

Rispons Nru (﴾9)﴿

Isem : Il-‐Kumitat tal-‐Għaqda tal-‐Malti -‐ Università

Bħala Kumitat tal-‐Għaqda tal-‐Malti – Università nixtiequ nesprimu l-‐opinjoni tagħna dwar id-‐dokument ta’ konsultazzjoni fuq l-‐ilsien Malti. Bħala Kumitat nemmnu li lsienna jeħtieġ entità governattiva magħmula minn persuni kompetenti bħalma hu l-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti. Għalhekk, jinkwetana l-‐fatt li d-‐dokument imniedi nhar l-‐4 ta’ Lulju 2015 jinħass li hu intiż ukoll biex jixħet dubji dwar l-‐irwol tal-‐Kunsill, aktar u aktar meta dan id-‐dokument huwa miktub b’irresponsabbiltà u b’nuqqas ta’ kompetenza. L-‐ewwel verżjoni tad-‐dokument li xxandret kienet miżgħuda żbalji li jvarjaw minn dawk ortografiċi, għal fattwali, u l-‐argumenti fid-‐dokument huma anki issa, fit-‐tieni verżjoni, ibbażati fuq impressjonijiet popolari aktar milli għarfien sħiħ tal-‐lingwa. Filwaqt li nifhmu li lkoll inħobbu lsienna, ma jfissirx li lkoll nafu l-‐aħjar ġid għalih. Min-‐naħa l-‐oħra l-‐Kumitat jemmen li l-‐Kunsill għandu fost l-‐aħjar esperti sabiex jieħdu deċiżjonijiet sana dwar ilsienna. Il-‐Kumitat jirrispetta d-‐deċiżjonijiet tal-‐Kunsill, kemm għax jemmen li hemm nies kompetenti, kif ukoll għax id-‐deċiżjonijiet li ttieħdu dejjem kienu infurmati sew. Jidhrilna li l-‐Kunsill dejjem qagħad attent sabiex jiddistingwi bejn linji gwida għal ortografija ta’ natura teknika ħafna, ngħidu aħna fil-‐qasam legali, u l-‐ortografija popolari. Dan waħdu huwa xhieda tal-‐ħiliet tekniċi tal-‐membri tal-‐Kunsill u s-‐sensittività tagħhom lejn l-‐utenti tal-‐Malti li ma jaħdmux biss f’oqsma tekniċi. Wara kollox, ħafna Maltin huma kelliema nattivi tal-‐Malti, u ħadd ma jaf il-‐lingwa daqshom. Imma ftit Maltin huma lingwisti kkwalifikati, u ħadd ma jaf il-‐lingwistika daqshom.

Rispons Nru (﴾10)﴿

Isem : Andre’ Vella

Kliem li ġej mil-‐Ingliż għandu jinkiteb l-‐istess u mhux nivvintaw il-‐kliem u niktbuhom kif jinħassu bil-‐Malti. Jekk hemm bżonn nivvintaw kliem ġdid, għallinqas inħarsu lejn l-‐Għarbi u t-‐Taljan.

Rispons Nru (﴾11)﴿

Isem : George Cassola

Qiegħed nikteb bi tweġiba għad-‐dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-‐ilsien Malti maħruġ f’Lulju. Fl-‐opinjoni tiegħi, il-‐prinċipji li għandhom jiggwidaw it-‐tħaddim u l-‐iżvilupp tal-‐Malti huma dawn:

1 L-‐ilsien Malti huwa l-‐ilsien tal-‐poplu Malti u lingwa uffiċjali flimkien mal-‐Ingliż.

2 Kull persuna f’Malta li qed titħaddet ma’ ta’ madwarha b’mod informali għandha d-‐dritt li titkellem kif jogħġobha, fil-‐limiti li jippermettu l-‐liġi u r-‐rispett reċiproku.

3 Persuni jew organizzazzjonijiet li jindirizzaw ruħhom lill-‐pubbliku ġenerali għandhom l-‐obbligu li jużaw Malti tajjeb.

Page 10: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

10    

4 Il-‐Malti, bħall-‐ilsna l-‐oħra, ivarja skont il-‐kuntest. Għalhekk għandna nistabilixxu l-‐ewwelnett il-‐Malti “standard”, u mbagħad nirrikonoxxu li f’kuntesti differenti l-‐Malti jista’ jmur lil hinn minn dak li hu standard.

5 Ir-‐regoli u l-‐ortografija tal-‐Malti ġew stabiliti fil-‐passat u, sa fejn hu possibbli u jagħmel sens, m’għandux isir tibdil f’dak li hu stabilit.

6 Il-‐vokabolarju Malti, imnissel fil-‐parti l-‐kbira mis-‐Semitiku u mir-‐Rumanz, u f’partijiet iżgħar minn ilsna oħra inkluż l-‐Ingliż, huwa adegwat għall-‐użu ta’ kuljum. F’ċerti oqsma, partikolarment (﴾imma mhux biss)﴿ f’dawk li qed jiżviluppaw fi żmienna, nirrikonoxxu li hemm vojt li jrid jimtela.

7 Il-‐Malti għandu jiġi mħares u aġġornat regolarment.

Issa se nelabora fuq dawn il-‐prinċipji.

1 L-‐ilsien Malti huwa l-‐ilsien tal-‐poplu Malti u lingwa uffiċjali flimkien mal-‐Ingliż.

• Il-‐Malti għandu jiġi mgħallem lit-‐tfal mill-‐bidu sal-‐aħħar tal-‐iskola, u wkoll lill-‐kbar li ma jafuhx tajjeb. It-‐tagħlim irid jikkomprendi l-‐arti tar-‐raġunament loġiku.

• Il-‐Malti u l-‐Ingliż għandhom jitqiesu bħala ilsna distinti, u għandha tiġi skoraġġita (﴾speċjalment fl-‐iskejjel, u fost l-‐għalliema stess)﴿ il-‐prattika ta’ code switching (﴾fejn il-‐Malti u l-‐Ingliż jitħalltu qishom lingwa waħda – hawn min isejjaħlu “ċaflas English”)﴿. Il-‐familji Matin għandhom ikunu mħeġġa (﴾mhux obbligati)﴿ ikellmu ‘l uliedhom bil-‐Malti (﴾tajjeb)﴿ biss, jew, jekk jippreferu hekk, bl-‐Ingliż (﴾tajjeb)﴿ biss.

• Il-‐kitba fuq is-‐sinjali, l-‐avviżi u l-‐komunikazzjonijiet kollha indirizzati għall-‐pubbliku ġenerali għandhom ikunu sew bil-‐Malti kemm bl-‐Ingliż (﴾fejn il-‐Malti jingħata prominenza almenu daqs l-‐Ingliż)﴿. Dan ma jkunx japplika għal reklami, kotba, gazzetti jew ambjenti fejn tintuża lingwa partikolari (﴾eż. ambaxxati)﴿.

2 Kull persuna f’Malta li qed titħaddet ma’ ta’ madwarha b’mod informali għandha d-‐dritt li titkellem kif jogħġobha, fil-‐limiti li jippermettu l-‐liġi u r-‐rispett reċiproku. Dan ifisser li meta n-‐nies jitkellmu bejniethom f’ambjent ta’ kuljum (﴾fit-‐triq, fid-‐dar eċċ)﴿, m’għandhomx iħabblu rashom humiex qed josservaw ir-‐regoli tal-‐lingwa (﴾għalkemm jagħmlu tajjeb jekk joqogħdu attenti)﴿. Mill-‐banda l-‐oħra dan ma jfissirx li dak li jingħad min-‐nies, anke jekk jixtered, ikun jikkostitwixxi dejjem Malti tajjeb. Għalhekk, ngħidu aħna, ma nistgħux naċċettaw li l-‐pronunzja ta’ “naraha” bħala “naraħħa” hija korretta sempliċement għax “daħlet”, meta fil-‐Malti l-‐akka hija siekta (﴾b’ċerti eċċezzjonijiet li hawn ma japplikawx)﴿.

3 Persuni jew organizzazzjonijiet li jindirizzaw ruħhom lill-‐pubbliku ġenerali għandhom l-‐obbligu li jużaw Malti tajjeb. Ix-‐xandir, mitkellem u miktub, kif ukoll persunaġġi li jitkellmu jew jiktbu fil-‐pubbliku u organizzazzjonijiet li jibagħtu tagħrif jew istruzzjonijiet lill-‐klijenti tagħhom jew lil pubbliku aktar wiesgħa ma jistgħux jitħallew jużaw Malti ħażin, għaliex il-‐pubbliku jaċċetta bħala tajjeb dak li jisma’ u jaqra f’dawn il-‐komunikazzjonijiet. Min ma jafx il-‐Malti tajjeb m’għandux jitħalla jagħti sehem bil-‐Malti f’dawn l-‐affarijiet. Il-‐pubbliku jibda jirrepeti “sikoloġija” u “is-‐sikologu” minflok “psikoloġija” u “l-‐psikologu” għax ripetutament fi programm televiżiv jingħad hekk; jew jgħid “mezzi tal-‐midja” għax

Page 11: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

11    

hekk jisma’ fuq ix-‐xandir. Jekk il-‐lingwa nibnuha fuq l-‐iżbalji ta’ min ma jafhiex, allura x’jiswa li wieħed jitgħallimha?

4 Il-‐Malti, bħall-‐ilsna l-‐oħra, ivarja skont il-‐kuntest. Għalhekk għandna nagħrfu l-‐ewwel nett il-‐Malti “standard”. Għandha ssir distinzjoni bejn il-‐Malti mitkellem u dak miktub. Imma mhux biss. Il-‐Malti mitkellem bejn il-‐ħbieb madwar mejda huwa differenti minn dak mitkellem f’seduta tal-‐Qorti. Il-‐Malti miktub f’sms, jew f’applikazzjoni, jew f’dokument bankarju, huwa dejjem differenti. Mela liema hu l-‐Malti korrett? Għalhekk għandu jiġi stabbilit liema hu l-‐Malti “standard”, u dan għandu jsir minn min għandu l-‐awtorità, illum il-‐Kunsill. F’dan għandna nibdew billi nirrikonoxxu bħala standard dak li hu, u ilu żmien twil, stabbilit bħala Malti tajjeb, mingħajr ma nibdluh. Mill-‐bqija, għandna nkunu deċiżivi, u prattiċi, dwar dak li ndaħħlu ġdid bħala Malti korrett, u mbagħad naċċettaw li f’kuntesti differenti dak li hu korrett jista’ jvarja. Pereżempju fil-‐Qorti jintuża lingwaġġ (﴾bħal “ottempera” jew “divjet”)﴿ li ma jkunx korrett f’ambjenti oħra. Mela għalkemm mhumiex standard, dawn il-‐kelmiet huma korretti fil-‐kuntest fejn jintużaw.

5 Ir-‐regoli u l-‐ortografija tal-‐Malti ġew stabiliti fil-‐passat u, sa fejn hu possibbli u jagħmel sens, m’għandux isir tibdil f’dak li hu stabilit. Jiena tgħallimt il-‐Malti ta’ Cremona, u l-‐kotba kollha li nkitbu sas-‐snin 70 inkitbu taħt ir-‐regoli tat-‐Tagħrif. It-‐tibdil ta’ spiss li sar minn dak iż-‐żmien ‘l hawn seta’ kkoreġa ċerti żbalji imma sewa wkoll ta’ ħsara għaliex iddestabbilizza l-‐kitba, u llum għandna kotba miktuba taħt xi erba’ reġimi differenti li jistgħu jħawdu lil min jaqrahom. L-‐iskuża li rridu nirrazzjonalizzaw biex nakkomodaw l-‐eżiġenzi tal-‐kompjuter hija żbaljata. Is-‐sistemi teknoloġiċi qegħdin hemm biex huma jakkomodaw lilna u mhux bil-‐maqlub. Għalhekk m’għandux isir tibdil f’dak li hu stabbilit. Kliem bħal “Olandiż” u “pereżempju” inbidlu bla bżonn u ma kienet se ssir ebda ħsara kieku baqgħu kif kienu magħrufin minn dejjem.

6 Il-‐vokabolarju Malti, imnissel fil-‐parti l-‐kbira mis-‐Semitiku u mir-‐Rumanz u f’partijiet iżgħar minn ilsna oħra inkluż l-‐Ingliż, huwa adegwat għall-‐użu ta’ kuljum. F’ċerti oqsma, partikolarment (﴾imma mhux biss)﴿ f’dawk li qed jiżviluppaw fi żmienna, nirrikonoxxu li hemm vojt li jrid jimtela. Bħala tifel, fis-‐snin 50 u 60, qatt ma kelli diffikultà nitkellem bil-‐Malti. Huwa veru li kultant ma ssibx xi kelma li trid (﴾eż. l-‐Ingliż “pet” jew “porridge”)﴿. Biex nimlew il-‐vojt, anke dak tat-‐teknoloġija moderna, nistgħu nagħmlu waħda minn tliet affarijiet, skont liema l-‐aktar tagħmel sens: • Inżommu l-‐kelma oriġinali fil-‐forma oriġinali. Eż: accountant, déja vu, hacienda, reggae, vacuum cleaner, diminuendo, sushi, dressing gown. Meta nnisslu kliem Malti minn dan il-‐kliem barrani jien inħoss li ma nagħmlux ħażin jekk il-‐parti tal-‐kelma oriġinali barranija tibqa’ bla tibdil (﴾jew b’tibdil minimu)﴿, eż. iddownloadja, nabseilja. • Nieħdu l-‐kelma oriġinali u nagħtuha forma Maltija. Dan nistgħu nagħmluh ġeneralment meta l-‐kelma oriġinali hija monosillabika (﴾eż. fann, ġobb, vann, kru, kju)﴿ jew tinkiteb bil-‐Malti l-‐istess (﴾jew kważi l-‐istess)﴿ bħalma tinkiteb fl-‐oriġinal (﴾eż. pizza, diskett, kompjuter)﴿.

• Insibu kelma Maltija adattata. Il-‐kliem issejvja u ipprintja stajna faċilment ma ħloqnihomx u minflokhom użajna erfa’ u stampa, żewġ kelmiet li ilhom fil-‐Malti minn qabel ma niftakar jien.

• Noħolqu kelma ġdida u nxandruha. Eż. stessu għal “selfie”, kontabilista għal “accountant”. Noqogħdu attenti li l-‐kelma li nifformaw m’għandiex tkun bilfors traduzzjoni litterali mill-‐Ingliż. Pereżempju minflok “air conditioner” ikun isbaħ ngħidu arjatur milli kondizzjonatur tal-‐arja. Tal-‐ewwel hija iqsar u aktar prattika u tista’ tiġi aċċettata aktar faċilment. B’danakollu ma nara xejn ħażin li wieħed jibqa’ juża l-‐kelma Ingliża “air conditioner”, sakemm jifhem li din hija kelma Ingliża u tinkiteb

Page 12: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

12    

bl-‐Ingliż. (﴾Kieku llum kellna nsibu kelma għal “rainbow” bil-‐Malti, x’aktarx konna nagħmluha “ark ix-‐xita”. Kemm hi isbaħ qawsalla!)﴿ Il-‐Malti għandu l-‐faċilità li minn għerq wieħed inissel għadd kbir ta’ derivati, u għalhekk kultant hija kwestjoni ta’ użu tajjeb ta’ din il-‐faċilità biex wieħed isib kelma adattata għat-‐tifsira li jrid. Irrid inżid li ma naqbilx mal-‐prinċipju li l-‐Malti għandu jinkiteb kif jinħass. Din hija regola li tagħti lil kulħadd il-‐libertà li jikteb kif irid (﴾“kif iħoss”)﴿, u li ġabitna niktbu “Żvizzera”, “tranżazzjoni” eċċ. Fid-‐dokument ta’ konsultazzjoni tintuża l-‐kelma “leġislazzjoni” – u min iħossha “legiżlazzjoni” x’jikteb? Fuq ċerti karozzi tal-‐linja kien hemm miktub il-‐kelma “switċ”. Hekk ħassha min kitibha. Inkunu qed nagħtu gwida ħażina jekk ninsistu li l-‐Malti jinkiteb kif jinħass minn min qed jikteb.

7 Il-‐Malti għandu jiġi mħares u aġġornat regolarment. Naqbel li għandu jkollna Kunsill li jieħu ħsieb il-‐Malti. Imma dan għandu jaġixxi l-‐ewwel nett b’sens komun u mbagħad b’awtorità. Ma jistax jaċċetta kollox għax “daħal”. Meta tkun dieħla espressjoni li mhix aċċettabbli għandu jippronunzja ruħu b’mod ċar biex ma jħallix li tixtered. Mhux se jżomm il-‐poplu milli jitkellem kif irid, u lanqas għandu. Imma għandu jgħid ċar li dik l-‐espressjoni hija Malti ħażin. Imma importanti nirrepeti li l-‐Kunsill mhux qiegħed hemm biex jibdel dak li hu stabbilit – il-‐Malti kif ilna nafuh minn dejjem. Il-‐Kunsill għandu jattwa l-‐prinċipji msemmija hawn fuq. U meta jidħlu kunċetti ġodda għandu jiggwida dwar l-‐aħjar mod kif jiġu espressi fil-‐Malti. M’hemm xejn ħażin li nużaw kliem barrani fil-‐Malti – imma kliem barrani jibqa’. Inkella, jekk nistgħu, nassimilawh fi lsienna, kif spjegajt aktar ‘il fuq. Fuq kollox importantissima l-‐kampanja mal-‐familji, mal-‐għalliema (﴾mhux biss tal-‐Malti)﴿, u max-‐xandara (﴾inkluża l-‐istampa)﴿. Dawn tal-‐aħħar huma l-‐aktar ħatja għat-‐tixrid ta’ Malti ħażin. Lil dawn il-‐Kunsill irid imexxihom hu, u mhux jirreaġixxi għalihom.

Rispons Nru (﴾12)﴿

Isem : Ramon Casha

Nixtieq nibda billi ngħid li jien involut fil-‐kumitat tekniku tal-‐IT fi ħdan l-‐istess Kunsill tal-‐Lingwa Maltija. Jien espert fl-‐informatika, iżjed milli fil-‐lingwa, għalkemm huwa suġġett għal qalbi ħafna. Xogħli f'dan il-‐qasam jinkludi “spell checker” bil-‐Malti li huwa disponibbli online b'xejn, kontribuzzjonijiet fuq it-‐tastiera bil-‐Malti u proġetti oħra tal-‐kumitat tekniku. Jien inħoss li kumitat bħal dan huwa importantissimu għal-‐lingwa Maltija u l-‐iżvilupp tagħha. Kien hemm żmien fejn kulħadd kien jagħmel li jiftillu, u standards ma kinux jeżistu. Kien hemm metodi differenti għal tipi bil-‐Malti (﴾waħda minnhom tiegħi)﴿, taqsim differenti għal tastieri, u anke fil-‐kitba tal-‐Malti kien hemm differenzi skond min hu l-‐għalliem. Min-‐naħa l-‐oħra ġieli ħassejt li l-‐Kunsill ma tantx kien jinvolvi lill-‐pubbliku, u d-‐deċiżjonijiet li jittieħdu kienu ġejjin minn nies li, filwaqt li huma lingwisti professjonali, ma kinux midħla ta' x'jaħsbu n-‐nies fit-‐triq, li fl-‐aħħar mill-‐aħħar, huma n-‐nies li jużaw il-‐lingwa fil-‐ħajja tagħhom ta' kuljum. Fid-‐dibattitu li rriżulta kien hemm ukoll sens ta' “aħna vs. huma”, fejn individwi bħal Prof. Henry Frendo ġew ikkritikati minn lingwisti, minflok stiednu djalogu dwar l-‐avvanz ta' lingwa li hija għal qalb il-‐Maltin kollha, mhux il-‐lingwisti biss. Dan kien qed iħalli impressjoni ħażina tal-‐Kunsill, fejn minn żmien għal żmien il-‐poplu jingħata regola ġdida u n-‐nies jistaqsu minn fejn ġiet, x'kien li wassal għaliha? Riċentement inħareġ dokument li fih ismijiet ta' pajjiżi u popolazzjonijiet, u immedjatament kien hemm kritika qawwija. Inħoss li dan id-‐dokument ġiegħel lin-‐nies jgħidu dak li kienu qed iżommu mistur, li ċerti deċiżjonijiet mhumiex jinżlu lill-‐Maltin. F'dan il-‐każ kien hemm ħafna eżempji li, għalija, ma jagħmlux sens -‐ bħal “Netherlandiż”, li f'kelma waħda tħallat l-‐alfabett Ingliż

Page 13: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

13    

(﴾“th”)﴿ ma' dak Malti (﴾“iż”)﴿, meta fil-‐lingwa Olandiża din tinkiteb bid-‐D (﴾Nederland)﴿. Ismijiet oħra bħal “Chad” tinkiteb bl-‐ittri “ch” mill-‐alfabett Ingliż u oħrajn bħaċ-‐Ċina jinkitbu b'alfabett Malti. Naħseb li kieku kien hemm diskussjoni iżjed wiesgħa dawn il-‐problemi kienu jiġu identifikati u evitati. Għalhekk filwaqt li nemmen li l-‐Kunsill huwa bżonjuż ħafna, hemm bżonn li jinvolvi iżjed lill-‐poplu kollu, anke fid-‐deċiżjonijiet li jittieħdu, biex ma jagħtix l-‐impressjoni li dan huwa kunsill li jiddetta l-‐affarijiet minn fuq pedestall għoli, imma li jkun il-‐punt ta' referenza fejn kull min jista' u jixtieq jagħti l-‐kontribut tiegħu jagħmel dan.

Rispons Nru (﴾13)﴿

Isem : Joe Cassar

Nistqarr mill-‐ewwel il-‐fiduċja sħiħa tiegħi fil-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti kif inhu kompost illum, u napprezza l-‐ħidma sfiqa tal-‐membri tiegħu b'mod tabilħaqq professjonali u xprunat biss mill-‐imħabba u mill-‐għarfien profond u espert tagħhom tal-‐Ilsien Malti. Peress li naħdem fil-‐qasam ġurnalistiku se nillimita ruħi għal ftit kummenti dwar aspett wieħed biss mill-‐ħidma tal-‐Kunsill, id-‐Deċiżjonijiet li ttieħdu fl-‐2008 biex ikunu eliminati ammont ta' kliem varjanti li kien itellef ħafna mill-‐konsistenza f'pubblikazzjoni ta' gazzetti, rivisti jew kotba. Huwa minnu li d-‐Deċiżjonijiet dwar il-‐varjanti ortografiċi pubblikati mill-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti, bħalma jiġri dejjem, kienu segwiti b’ammont ta’ polemiki u wħud minnhom qanqlu saħansitra kontroversja. Imma xejn ġdid. Xi ftit jew wisq kulħadd ibati biex jaċċetta li kelma li ilu ħajtu kollha jiktibha mod, issa jrid jiktibha mod ieħor. Madankollu, għalina li naħdmu fil-‐qasam tal-‐ġurnaliżmu bil-‐Malti, id-‐Deċiżjonijiet tawna nifs ġdid u solvewlna problemi li konna niltaqgħu magħhom kuljum. Jiena naħdem f’organizzazzjoni li tippubblika żewġ gazzetti. X’se jagħmlu l-‐ġurnalisti fil-‐kamra tal-‐aħbarijiet jekk l-‐editur ta’ gazzetta minnhom iħoss li ‘karozza’ għandna niktbuha b’r waħda waqt li l-‐editur tal-‐gazzetta l-‐oħra jsostni li għandna niktbu ‘karrozza’ bir-‐r doppja? U jekk ma jaqblux lanqas fuq ‘filgħodu’ u ‘fil-‐għodu’? Aktar minn hekk, jekk qarrej tal-‐provi jġib argumenti validi għaliex għandna niktbu ‘illum’ u ieħor li qed jikkoreġi paġna differenti fl-‐istess ħarġa tal-‐gazzetta jġib argumenti daqstant ieħor validi għala għandna niktbu ‘il-‐lum’, ma kien faċli xejn li tikkonvinċihom jaqblu biex fil-‐gazzetta jkollna l-‐konsistenza. Għax min kien se jċedi jekk it-‐tnejn, jew aktar, jaħsbuha differenti? Id-‐Deċiżjonijiet solvewlna dawn il-‐problemi u llum kuntenti li għandna l-‐konsistenza mhux biss fl-‐istess gazzetta imma fiż-‐żewġ gazzetti tagħna. Naturalment mhux kollox ward u żahar u fadal dubji oħrajn. Imma d-‐Deċiżjonijiet kienu bla dubju pass pożittiv tant li ma stennejniex id-‐data tal-‐25 ta’ Lulju 2011 biex nibdew napplikawhom imma ltqajna u ħadna d-‐deċiżjoni li nibdew nimxu magħhom hekk kif kienu ppubblikati tliet snin qabel. NIttama li l-‐Kunsill jitħalla jaħdem, 'il bogħod minn indħil ta' politiċi jew ta' persuni li mhumiex esperti fil-‐lingwa, biex f'dan l-‐aspett jasal kemm jista' jkun malajr il-‐pass li jmiss b'aktar Deċiżjonijiet li jneħħulna d-‐dubji u jgħinuna nżommu l-‐konsistenza. Grazzi.

Rispons Nru (﴾14)﴿

Isem : Quentin Lawson

Nixtieq li r-‐regoli tal-‐Ilsien Malti jerġgħu lura għal li kienu.

Page 14: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

14    

Rispons Nru (﴾15)﴿

Isem : Norbert Rizzo

Il-‐Malti jibqa' lingwa letterarja u 'standard', u għalhekk issir distinzjoni ċara bejn l-‐ilsien mitkellem u dak miktub. Mhux kulma jingħad oralment għandu jitqies bħala standard eż.: tikkaxxja minflok issarraf, jew tirrowstja minflok tixwi, eċċ. Distinzjoni bejn il-‐lingwa mitkellma u miktuba ssir f'ħafna lingwi proprju għaliex il-‐lingwa hija ħajja u riflessjoni tal-‐bniedem. Hekk kif persuna tbiddel ħwejjiġha għal okkażjonijiet differenti, l-‐istess tagħmel bil-‐lingwa u l-‐kelliema jużaw reġistri differenti għal ċirkostanzi speċifiċi. Il-‐kitba tirrikjedi ċertu grad ta' reqqa u formalità u mhux atteġġjament laxk li “kollox jgħodd”. Kliem bħal “chairman”, “television”, “washing machine” u “carbon dioxide” jintużaw kemm trid fit-‐taħdit, iżda dan ma jiġġustifikax l-‐użu tagħhom fil-‐kitba (﴾u lanqas f'diskorsi formali)﴿: għalhekk ninqdew mija fil-‐mija bil-‐kliem “president”, “televiżjoni”, “magna tal-‐ħasil” u “diossidu tal-‐karbonju” u wisq inqas huwa ġustifikat li jinħoloq kliem bħal *ċermen (﴾nistaqsi x'inhu l-‐plural ta' *ċermen?)﴿, *televixin (﴾li wara kollox tqajjem problema ta' pronunzja: titlissen bħal “ħallelin”?)﴿, *woxingmexin u *karbondajoksajd. Għada pitgħada saħansitra n-‐numri jintesew bil-‐Malti u nibdew ngħoddu *wan, *tuu, *tri... Għandha tingħata attenzjoni wkoll (﴾u anki għal dan il-‐għan hija meħtieġa l-‐eżistenza tal-‐Kunsill tal-‐Ilsien Malti)﴿ lit-‐traduzzjoni letterali mill-‐Ingliż għall-‐Malti. Nixtieq inressaq eżempju li spiss niltaqgħu miegħu fix-‐xena politika ta' pajjiżna: it-‐terminu “deputy leader” jiġi tradott b'*deputat mexxej. Id-‐deputati huma l-‐parlamentari li jpoġġu fil-‐Kamra tad-‐Deputati (﴾appuntu)﴿ għaliex huma l-‐persuni inkarigati li jirrappreżentaw lill-‐elettorat u għalhekk it-‐terminu “deputat” ma għandux it-‐tifsira ta' “viċi”. Naħseb il-‐qasam tat-‐traduzzjoni letterali mill-‐Ingliż jeħtieġ li jiġi ttrattat mill-‐Kunsill tal-‐Ilsien Malti. 2. Ġaladarba pajjiżna qatt ma kien monolingwi, fl-‐għażla ta' neoloġiżmi jew termini ġodda wieħed għandu jżomm f'moħħu l-‐etimoloġija u s-‐semantika, u m'għandux iħares neċessarjament, wisq inqas biss, lejn l-‐Ingliż jew l-‐Amerikan. Għandha tingħata preferenza lil kliem li diġà jeżisti bil-‐Malti, u wieħed għandu jissellef biss meta ma jkunx jista' jsir mod ieħor (﴾eż. 'kundizzjonatur tal-‐arja' minflok 'erkondixin')﴿. Għandna ngħożżu u nużaw termini li diġà jinsabu fil-‐Malti. L-‐ewwel imissna nirrikorru għall-‐vokabularju li għandna u nisfruttawh biex nibnu neoloġiżmi u mhux narmuh. L-‐użu ta' kliem bħal “tniżżel” u “ttella'“ għal “to download” u “to upload”, juri l-‐kapaċità tas-‐soċjetà li tislet minn kliem eżistenti u tadattah għal kuntest ġdid bħal dak tal-‐informatika. Is-‐sistema taħdem u tinżel pjuttost tajjeb man-‐nies, speċjalment maż-‐żgħażagħ. Araw naqra l-‐eżempji ta' “stessu” u ta' “borrinu”, li mal-‐ewwel daqqa t'għajn dak li jkun jista' jqishom ridikoli iżda wara ftit ħsieb jinduna li hemm loġika warajhom. Ta' min ukoll “nirxuxtaw” (﴾għala le?)﴿ kliem li ma għadux jingħad/jintuża minħabba diversi raġunijiet, forsi anki minħabba ċertu għażż. F'dan il-‐każ, fost l-‐eżempji nsibu dak ta' faqqiegħ u, sa ċertu punt, ta' barnuża, li mindu (﴾reġgħu)﴿ bdew jintużaw fil-‐programmi televiżivi tat-‐tisjir (﴾fil-‐każ tal-‐ewwel eżempju)﴿ u fl-‐istorja ta' Barnuża Ħamra (﴾f'tat-‐tieni)﴿, malajr (﴾reġgħu)﴿ ndraw. Biss biss għandna biżibilju kliem fid-‐dizzjunarju Malti-‐Ingliż ta' Aquilina u fil-‐Miklem li qiegħed jinqata': frank (﴾minflok liv)﴿, palk (﴾minflok stejġ)﴿ reċta u dramm (﴾minflok plej)﴿, provi (﴾minflok riħersil)﴿, u kliem ieħor li qajla jintuża bħal karta volanti (﴾minflok flajer)﴿, paralum (﴾minflok lampxejd)﴿ u saħansitra kliem li niddubita kemm għadu magħruf bħal fabbiżonju (﴾stage props, peress li t-‐teatru ilu Malta minn qabel ma ġew l-‐Ingliżi)﴿ u bosta termini oħra użati fit-‐tisjir (﴾jeżistu verbi Maltin għal *tiffrajja u *tibbejkja, almenu fil-‐kċina nħallu jsaltan il-‐Malti)﴿. Jekk nirrikorru għal dan il-‐proċess, jiġifieri li nużaw kliem mill-‐Ingliż u niktbuh bil-‐Malti biex mingħalina “nimmaltesizzawh” xejn ma nkunu qegħdin nagħmlu ħlief neqirdu l-‐lingwa f'kull aspett, u mhux inkunu “aktar demokratiċi” sempliċement għax hekk beda jingħad. Allura nistaqsi: lesti li nibdew niktbu “tenkju veri maċċ” minflok “grazzi ħafna” jew li niktbu “aqraħħa” minflok “aqraha” jew “għomejt” minflok “għomt” għax hekk qiegħda tgħid

Page 15: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

15    

il-‐maġġoranza? Jew li nibdew inqisu “xagħru bajda” bħala korretta għax f'ċerti nħawi hekk jingħad, għad li n-‐nom “xagħar” huwa (﴾sa fejn naf jien)﴿ maskil. Għandu jkun parti mir-‐rwol tal-‐Kunsill li jinduna x'qiegħed jiġri u jagħmel kampanji biex l-‐iżbalji jiġu kkoreġuti. Naqbel mal-‐proposta li darba qrajt f'artiklu f'gazzetta li l-‐kelma “telefonin” setgħet taqdina tajjeb minflok “mobile” jew il-‐forma mostruża “mowbajl”, wara kollox is-‐suffiss “-‐in” diġà jintuża biex jindika d-‐diminuttiv: teatrin, popolin, figorin, karrozzin. Wieħed jista' jmerini billi jirreplika li l-‐poplu qatt ma uża l-‐kelma “telefonin” u dejjem uża, spontanjament, il-‐kelma “mobile”. Veru. Iżda l-‐poplu, fir-‐reklami u fil-‐ħwienet, dejjem ra, qara u sema' “mobile” u huwa konxju li qiegħed juża terminu barrani. Xogħol il-‐Kunsill tal-‐Ilsien Malti, fil-‐fehma tiegħi, huwa proprju dak li jsib, joffri u jippromwovi alternattivi u juri kif neoloġiżmu mibni fuq kliem eżistenti bil-‐Malti huwa possibbli. 3. M'għandux isir tibdil fejn ma tinħass l-‐ebda ħtieġa għax dan iservi biss biex iħawwad l-‐imħuħ u jfixkel lil min kien iħaddem il-‐lingwa sew jew jixtieq jitgħallimha f'Malta u barra. Eż. 'skont' (﴾roħs)﴿ li qiegħda tintuża wkoll flok 'skond' (﴾according to, bl-‐Ingliż)﴿, u 'pereżempju' u 'inġenerali' flok 'per eżempju' u 'in ġenerali' kif dejjem ktibniehom bil-‐Malti. Il-‐modifika tal-‐ortografija f'lingwa hija proċess “naturali”. Dan sar fil-‐Ġermaniż, fil-‐Portugiż u fil-‐Grieg. Huwa leċtu wkoll li jsir fil-‐Malti jekk jinħass il-‐bżonn. Iżda, fil-‐fehma tiegħi, mal-‐kelma hemm marbuta storja, etimoloġija u kultura. Daqs kemm skond hija mnissla minn “secondo”, tvalja minn “tovaglia”, daqshekk Islam għandha l-‐istess għerq ta' Musulman, għalhekk ma narax għalfejn dawn inbidlu fi “skont”, “dvalja” u “Iżlam”. Bħalma l-‐kliem ta' nisel Semitiku ħallejnielu dawk l-‐elementi ortografiċi bħall-‐”għ” u l-‐”h” li għandhom oriġini storika u li ma għadhomx jitlissnu fil-‐Malti standard, mhijiex skuża li ċertu kliem li ġej mir-‐Rumanz, u li ma għadx għandu l-‐istess pronunzja preċiża, għandha tinbidillu l-‐ortografija. Fil-‐fehma tiegħi, għandna nagħtu importanza lill-‐etimoloġija tal-‐kliem. Dan m'iniex qiegħed insostnih għal xi raġunijiet ta' elitiżmu. Huwa sempliċement minħabba raġunijiet ta' kultura u ta' storja. Il-‐lingwa timxi id f'id mal-‐kultura u mal-‐istorja ta' nazzjon u l-‐pożizzjoni ġeografika tal-‐Gżejjer tagħna tixhed il-‐fatt li l-‐Malti jissejjes, fil-‐maġġoranza assoluta tiegħu, fuq kultura lingwistika Semitiko-‐Rumanza li ilha sekli sħaħ. Il-‐bdil ta' dan il-‐kriterju jeqred din l-‐istorja u jdaħħalna f'labirint li ma nafux fejn hu l-‐ħruġ tiegħu u x'se nsibu ladarba noħorġu minnu. Lanqas ma huwa argument li t-‐tfal li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati tkunilhom aktar diffiċli jiktbu l-‐Malti (﴾għax, fil-‐fehma ta' wħud, iridu jkunu jafu t-‐Taljan...iżda wara kollox, biex il-‐kliem li ġej mill-‐Ingliż jibda jinkiteb bl-‐ortografija Maltija ħadd ma jqajjem l-‐argument li neħtieġu nkunu nafu l-‐Ingliż sewwa. Għandi d-‐dubji tiegħi kemm huwa għoli l-‐livell tal-‐Ingliż fostna, barra mill-‐fatt li l-‐Ingliż għandu ċerti ħsejjes li fil-‐Malti ma jeżistux)﴿. Is-‐siġra, mingħajr għeruq, tmut; jekk dawn l-‐għeruq ma niħdux ħsiebhom, inkunu ħatja ta' suwiċidju kulturali. Jekk l-‐għalliema lit-‐tfal jgħallmuhom anki l-‐istorja wara l-‐kelma, u għaliex tinkiteb hekk, kif sar il-‐proċess ta' assimilazzjoni fil-‐Malti, it-‐tfal ikunu jafu l-‐mekkaniżmu ta' din l-‐assimilazzjoni u jkunu kapaċi jħaddmu l-‐lingwa aħjar (﴾dejjem jekk irridu li wliedna jkunu jistgħu jħaddmuh il-‐Malti)﴿. Id-‐demokrazija tiffjorixxi mhux meta jitqies li kollox jgħaddi bħala “standard” iżda meta kulħadd ikollu aċċess għall-‐istruzzjoni u jkun jista' jifhem b'moħħu dak li hu korrett u dak li hu żbaljat. Argument li spiss nisma' kontra l-‐kriterju tal-‐etimoloġija huwa li l-‐kelliem Malti ma għandux għalfejn ikun jaf minn fejn ġejja kelma li juża meta jesprimi ruħu bil-‐Malti (﴾jiġifieri jew mis-‐Semitiku jew mir-‐Rumanz jew minn għajn oħra)﴿ biex ilissinha u jiktibha. Nirribatti li meta niġu biex niddeċiedu għandniex inżidu jew le l-‐vokali tal-‐leħen ma rridux xorta waħda nagħrfu minn liema għajn ġejja l-‐kelma, jekk huwiex mir-‐Rumanz jew mis-‐Semitiku? Dan l-‐argument għalhekk ma jreġix minħabba l-‐fatt li din id-‐distinzjoni diġà ssir minn min jikteb bil-‐Malti: l-‐ewwel “i” ta' “importanti”, ta' “illegali” u ta' “informa” ma taqax għax mhijiex il-‐vokali tal-‐leħen iżda parti miz-‐zokk morfemiku tal-‐kelma. Dan għax “importanti”, “illegali” u “informa” ġejjin mir-‐Rumanz. Dan il-‐kriterju jista' jsolvi wkoll il-‐problema tal-‐varjanti: il-‐varjant eqreb tal-‐kelma oriġinarja jkun ippreferut: rifuġjat (﴾minflok refuġjat, anki għaliex jingħad

Page 16: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

16    

rifuġju u mhux *refuġju)﴿, repressjoni (﴾minflok ripressjoni)﴿, depressjoni (﴾minflok dipressjoni)﴿, reċenti (﴾minflok riċenti)﴿, deċenti (﴾minflok diċenti)﴿, rilevanti (﴾minflok relevanti)﴿, semplifikazzjoni (﴾minflok simplifikazzjoni, barra mill-‐fatt, f'dan l-‐aħħar każ, li *simpliċi ma teżistix)﴿. Ma għandniex lanqas nissottovalutaw l-‐aspett viżiv ta' kelma, li jġorr miegħu ċertu piż. Minkejja li l-‐kliem bħal “in”, “non”, “per” u “a(﴾d)﴿” waħdu ma jeżistix fil-‐Malti, baqa' “fossilizzat” fil-‐kompożizzjoni ta' termini “storiċi”: in ġenerali, in kwisjoni, in natura, in kwantu, non proliferazzjoni, per eżempju, per se, a skapitu, a spejjeż, a tenur, a karigu, ad unur. Nixtieq nagħmel paralleliżmu mal-‐Grieg li qiegħed nistudja bħalissa: anki jekk il-‐Grieg tal-‐lum ma għadux juża aktar il-‐każ dattiv, għad fadal ċerti espressjonijiet bid-‐dattiv li baqgħu fossilizzati hekk fil-‐lingwa (﴾speċjalment dik speċjalizzata)﴿. Għalhekk ma nara xejn ħażin jekk dan il-‐kliem jibqa' jinkiteb separat. 5. Isir stħarriġ dwar x'għandu jiġri bil-‐kliem u l-‐verbi barranin li ħadu bixra Maltija. Huwa faċli li naqgħu fit-‐tentazzjoni li jekk il-‐kelma barranija tibda tinkiteb skont ir-‐regoli tal-‐ortografija Maltija, din, awtomatikament, issir kelma Maltija. Il-‐Malti jissogra li jsir lingwa pidgin u, ngħid għalija, kulturalment u storikament ma jistħoqqlux jiġi definit b'dan il-‐mod, u wisq inqas jiżviluppa f'din id-‐direzzjoni. Ma naħsibx li għandu jkun hemm regola fissa għal dan. Huwa ż-‐żmien u, aktar minnu, il-‐proċess ta' assimilizzazzjoni fin-‐nisġa Maltija li għandhom ikunu l-‐kejl (﴾eżempji lampanti huma “kitla”, “fajjar”, “kejk” u aktar reċentement “ixxuttja”, “doppjetta” u “ġemellaġġ”)﴿. Il-‐kelma “telefon” għalhekk ma għandhiex tinkiteb bil-‐w (﴾*telefown)﴿ billi ma nagħmlux *telefownata u lanqas ma ngħidu *telefowniku; ma' dan inżid li l-‐ittra “w”, fit-‐tieni parti tal-‐kelma “tele-‐fon”, mhijiex preżenti, eż. fonetika (﴾mhux *fownetika)﴿, ewfonija (﴾mhux *ewfownija)﴿. Kliem li daħal fil-‐Malti u li mhuwiex produttiv, bħal “jeans” u “roaming”, jibqa' jinkiteb bil-‐lingwa oriġinali. Għaliex għandu jkun problema għall-‐Malti u mhux problema għal lingwi oħrajn? Minn “jeans” u “roaming” ma titnissel l-‐ebda kelma oħra. 6. Il-‐Kapitlu 470 tal-‐Liġijiet ta' Malta waqqaf u jirregola lill-‐Kunsill għall-‐Ilsien Malti. Dan il-‐Kunsill twaqqaf bil-‐għan li jadotta u jippromwovi politika u strateġija lingwistika xierqa u li jara li dawn jitwettqu u jiġu osservati f'kull qasam tal-‐ħajja Maltija, għall-‐ġid u l-‐iżvilupp tal-‐Ilsien nazzjonali u l-‐identità tal-‐poplu Malti. Naħseb li t-‐twaqqif tal-‐Kunsill tal-‐Ilsien Malti, bil-‐patt li jkun mgħammar bir-‐riżorsi kollha meħtieġa biex jaqdi dmirijietu, huwa pass importanti u meħtieġ fit-‐triq it-‐tajba. Huwa tassew jista' jservi ta' punt ta' riferiment għal-‐lingwa f'kull qasam, kemm għan-‐neoloġiżmi, għall-‐kwistjonijiet ta' ortografija kif ukoll għas-‐senjaletika. Din tal-‐aħħar hija kruċjali biex il-‐Malti jibqa' ħaj u attiv għax jekk il-‐poplu l-‐kelma jaraha quddiemu ġurnata wara l-‐oħra, din tidħol fit-‐taħdit, tindara, tintuża u saħansitra tiġġenera kliem ieħor. Nikkonkludi billi nżid li l-‐lingwa hija ta' kulħadd, ta' kull min jgħożżha u ta' kull min iħaddimha, għalhekk konsultazzjonijiet bħal din jistgħu jagħmlu biss ġid għall-‐ġejjieni tagħha (﴾u tagħna)﴿.

Rispons Nru (﴾16)﴿

Isem : Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ktieb (﴾Mark Camilleri)﴿

Wara diskussjoni interna fi ħdan il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ktieb, kien hemm qbil li għandi nikkommunika magħkom id-‐diżappunt tiegħi f'isem il-‐KNK fuq nuqqas ta' konsultazzjoni li saret mill-‐KNIM fuq l-‐iżvilupp u d-‐deċiżjonijiet li qed jittieħdu rigward il-‐lingwa Maltija. Il-‐KNK jaqbel li deċiżjonijiet lingwistiċi għandhom jittieħdu minn lingwisti f'ambjent akkademiku li huwa ġenwin u leali lejn il-‐prinċipji fundamentali tar-‐riċerka u l-‐istudju. Żgur li l-‐KNK ma jħossx li għandu jidħol fi kwistjonijiet lingwistiċi u akkademiċi u lanqas mhu ser jikkontesta deċiżjonijiet li saru mill-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti. Fl-‐istess ħin, ladarba kwistjonijiet lingwistiċi huma kwistjonijiet ta' natura

Page 17: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

17    

akkademika, dawn id-‐deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fi proċess miftuħ fejn il-‐kittieba u l-‐pubblikaturi, li huma wħud mill-‐aktar persuni li jużaw l-‐għodda tal-‐lingwa, għandhom ikunu involuti. Huwa ferm stramb li bħala Kap Eżekuttiv tal-‐KNK sirt naf b'dokument ta' konsultazzjoni fuq il-‐lingwa Maltija mill-‐KNIM mingħand kollega tiegħi biss ftit ta' jiem ilu u b'kumbinazzjoni, minflok qatt ġejt mgħarraf b'mod formali li dan id-‐dokument fil-‐fatt jeżisti u qiegħed idur għand numru ta' persuni. Il-‐KNK huwa aġent kulturali li jaħdem esklużivament fil-‐qasam tal-‐kotba, u b'hekk jaħdem fil-‐qrib tal-‐pubblikaturi u l-‐awturi Maltin. Hija stramba kif il-‐KNIM qatt ma avviċina l-‐KNK b'mod formali biex jispjega l-‐ħidma tiegħu jew anke jitlob xi forma ta' konsultazzjoni jew għajnuna biex din l-‐istess konsultazzjoni ssir b'mod iktar miftuħ u trasparenti ladarba l-‐KNK għandu kuntatt regolari mal-‐kittieba u l-‐pubblikaturi. Il-‐KNK jittama li l-‐KNIM jilqa' din l-‐ittra fi spirtu ta' medjazzjoni u diskussjoni aktar milli fi spirtu antagonista. Mhijiex l-‐intenzjoni tal-‐KNK li jiftaħ dibattiti akkademiċi, imma bħal kwalunkwe kwistjoni akkademika oħra, deċiżjonijiet lingwistiċi għandhom jittieħdu fi proċess miftuħ u trasparenti fejn ikun hemm biżżejjed spazju għal kritika akkademika li ma tista' tagħmel xejn ħlief eventwalment twassal għal deċiżjonijiet aħjar u aktar b'saħħithom. Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ktieb www.ktieb.org.mt

Rispons Nru (﴾17)﴿

Isem : Mark Camilleri

A national language debate stifled by righteousness The first thing we learn as undergraduate students at university is that you are never 100% right. No matter how well constructed and well written your argument is, no matter how much proof and evidence you have to sustain it, there will always be someone who might improve your argument with additional data, alteration and counter-‐argumentation. Alas, some of our country’s linguists and academics don’t seem to subscribe to this idea. Now, let me be absolutely clear. I am not a linguist, and I do not feel qualified to enter into linguistic arguments, however I am rather irked at the way in which some members of the National Council for the Maltese Language and some university lecturers reacted at the beginning of the consultation process on the Maltese language by the Ministry of Education. Instead of reading debates on the actual nature of the new rules, and the politics and remit behind the council, we have witnessed attacks, some of them even ad hominem, by some linguists and council members alike, against anyone who might have had doubts and questions on the recent council’s decisions on new orthographic rules on country names. So, where has the academic spirit gone? A small group of lecturers even went so far as to write an open letter saying that they are giving the utmost support to the council without even justifying their position with coherent and academic, let alone, logical arguments. If one were to read the statement out of context, one would think that the council members were in actual fact a football team. As far as I know, there is a wide consensus among academics and politicians that linguistic decisions should be taken by linguists and no one is disputing this, however linguistic decisions are academic in nature and thus should be taken via a transparent process where any available academic checks and balances can be made. Also, the council has, as it appears, fulfilled its obligations by law and there is currently no outside interference in its decision process. The council is currently free to act autonomously. No one is disputing the integrity and skills of council members, but surely something is amiss if the council’s decision process is structured on a closed-‐doors system. Methodology of process is crucial here, and methodology is also political. The

Page 18: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

18    

semantics behind the words of the vitriolic arguments were also inaccurate. It is not the right of the Minister of Education to issue a public call for consultation on the Maltese language, but his duty, and the current government was elected to do so according to its manifesto. Here, one should also consider that the question at hand may not necessarily be exclusively linguistic in nature but also political, meaning that we may have to discuss, in light of recent developments pertaining to the decisions taken on the Maltese language, the institutional process in which linguistic decisions are taken. Now, this is an argument which may fairly and legitimately be contested by those who would like to retain the status quo, yet until now, no such well articulated arguments have been presented. In fact, currently, an academic debate on the linguistic situation of the Maltese language is not taking place other than that of the council in question – a closed-‐doors policy council made up of a very small number of technical people. Surely, such a debate of national importance should not be exclusive. To be fair, the council did in fact hold a public consultation session for which around 100 people attended, but this was a one-‐off public attempt. Other consultation processes made were done selectively and no public debate was set in motion. For example, a very important sector of people who have been completely ostracized from the decision-‐making process are Maltese translators working within EU institutions, whose encounter with major linguistic problems is business-‐as-‐usual and routine. Some authors and publishers also feel ostracized from the process since no constructive effort was made by the council to check and understand what the people in the local book scene really think. Words are the tools of writers, editors and translators, and if these people are not being consulted in the council’s decisions process then I cannot help drawing a parallel with an equally disastrous and unfortunate case scenario of say, an industrial company which manufactures tools on a mass scale without first getting its mechanics to test them on the ground. No CEO in his right mind would ever recommend such an approach. As expected, the council has now been dealt a huge public relations conundrum because many are legitimately complaining about the end product. Releasing a public explanation on decisions taken only after the decisions published were received with scepticism, does not really help your public relations either. If the council expects to release communiques in the form of diktats without even trying to explain how it, as a council, has arrived at said conclusions, this will not help it win the respect of the public, no matter how hard linguists would have worked. Everyone who is directly or indirectly involved in the language sector subscribes to the idea that linguistic decisions should be taken by linguists, but the issue at hand is much more complex than this. One fails to see what the problem is with some council members like Albert Borg who recently even went so far as to embellish his public statement with a typical Maltese phrase used mostly to pick up fist-‐fights; that classic phrase best left to die a natural death down at the shady, hillbilly-‐ridden night clubs of Marsaskala, which goes something like (﴾here loosely translated into English)﴿ “if you’ve got a problem, say it to my face”. If these are the kind of people who are actually taking seminal decisions on our language then I really do have a problem with the National Council for the Maltese Language.

Rispons Nru (﴾18)﴿

Isem : Dennis Mifsud

Prosit tal-‐inizjattiva.

Page 19: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

19    

Rispons Nru (﴾19)﴿

Isem : Norma Camilleri -‐ Association of Speech-‐Language Pathologists

Grazzi ta' din il-‐konsultazzjoni. Il-‐punti kollha msemmija huma validi speċjalment dak li għandu x'jaqsam mal-‐mod ta' kif niktbu kliem li huma bl-‐Ingliż u li m'għandniex vokabularju għalih bil-‐malti eż. kliem ta' natura teknoloġika, u anke l-‐enfasi dwar l-‐użu ta' kliem Malti flok l-‐użu tal-‐istess kliem imma b'verżjoni romanza jew anglosassonż eż. skont flok roħs (﴾kif hemm fid-‐dokument stess)﴿. Il-‐professjoni tagħna tirrigwarda l-‐komunikazzjoni, u f'dan il-‐qasam il-‐lingwa ovvjament għandha rwol kruċjali. Dan l-‐aħħar saret ħafna propaganda fuq il-‐bilingwiżmu imma fil-‐fatt it-‐tfal tagħna mhux qed jitilgħu f'ambjent bilingwi fil-‐veru sens tal-‐kelma. U aħna dan qed nixhduh f'xogħolna permezz tad-‐diffikultajiet li qed isibu t-‐tfal biex jiddistingwu sew bejn lingwa u oħra, proprju minħabba l-‐mod ta' kif l-‐adulti qed jiġu inkoraġġuti jiktbu u jitkellmu. Għalhekk naqblu li għandha ssir reviżjoni tal-‐liġi u anke tal-‐Kunsill innifsu. Minħabba n-‐natura ta' xogħolna aħna qed nipproponu li l-‐Association of Speech-‐Language Pathologists tingħata l-‐opportunità li tinnomina persuna li tahħdem magħkom fuq dan il-‐proġett ta' reviżjoni u li possibilment ikollna anke rappreżentant fil-‐Kunsill. Grazzi tal-‐attenzjoni.

Rispons Nru (﴾20)﴿

Isem : Daniel Meilak

Il-‐lingwa mhix biss ġabra ta’ ħsejjes li grupp ta’ umani jeżerċitaw biex jirnexxielhom jgħixu flimkien u jiftiehmu b’ċerta armonija. Il-‐lingwa hija intimament marbuta mal-‐ħsieb, tant li ma jeżisti l-‐ebda ħsieb, l-‐ebda kunċett, l-‐ebda idea mingħajr lingwa. Għalhekk, lingwa tevolvi skond il-‐kundizzjoni li jkun fiha l-‐bniedem li jużaha. Il-‐Malti żviluppa f’Malta fuq firxa ta’ sekli sħaħ u nazzarda ngħid li anke l-‐aċċenti fi ħdanu li għadhom jeżistu jirriflettu kundizzjonament fuq bażi aktar lokalizzata mil-‐lingwa standard innifisha. Iżda fis-‐sekli dsatax u għoxrin, il-‐Malti għamel pass ferm importanti, meta minn djalett vernakulari, għadda mill-‐proċess li bih sar lingwa u l-‐fattur l-‐iktar importanti f’dan il-‐proċess kienet il-‐kitba. Iżda meta lsien jibda jiġi miktub, dan jibda jieħu ċerta stabbilità u konsistenza. Għalhekk sakemm il-‐Malti żviluppa bħala lsien mitkellem, dan kien xi ftit jew wisq aktar fluwidu, milli meta beda jiġi miktub. Niġi allura għall-‐ewwel konsiderazzjoni:

1. Trid tinżamm dejjem id-‐distinzjoni raġunata bejn il-‐Malti miktub u l-‐Malti mitkellem. Mhux għax huma żewġ ilsna differenti, anzi għandu jkun hemm sintonija bejniethom. Imma l-‐argument li ‘għax kulħadd hekk qed jgħid,’ allura nistgħu nippermettu li niktbuha b’dal-‐mod huwa wieħed perikoluż u jeħtieġ attenzjoni kbira, jiena ngħid, konservattiva f’dan ir-‐rigward meta jittieħdu ċerti deċiżjonijiet. Hekk allura la l-‐poplu jgħid ‘air condition’ meta jirreferi għal dan l-‐oġġett, ma jfissirx li nistgħu nippermettu li issa tinkiteb bħala ‘erkondixin.’ Nifhem li hemm ċerti każi ta’ traskrizzjoni ta’ testi li jkunu jintqalu, pereżempju f’xi Parlament, meta t-‐traskrittur irid ikun fidil lejn dak li jintqal, allura tinkiteb bħala ‘air condition’ fil-‐virgoletti. Dik hija kelma Ingliża li għaliha għandna kelma li, anke jekk hija ttaljanizzata, imma fil-‐Malti eżistiet qabel ‘erkondixin’: ‘kundizzjonatur tal-‐arja.’ Anke jekk ma tintużax fid-‐diskors komuni, imma meta niġu għall-‐kitba, dik hija l-‐forma li trid tintuża. Jekk nieħdu l-‐kitba li timxi biss fuq ‘kif qed jgħid il-‐poplu bħalissa’, allura l-‐Malti jkun fluwidu u kostantament jinbidel fil-‐kitba, xi ħaġa detrimentali, jew suwiċidali, u nibża’ li dan ir-‐ritmu diġà qbadnieh.

Page 20: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

20    

2. Il-‐fobija mit-‐Taljan u d-‐dipendenza kważi esklussiva fuq l-‐Ingliż. Jidhirli wkoll li min-‐naħa ta’ min qed jieħu d-‐deċiżjonijiet dwar l-‐ilsien Malti, hemm dipendenza evidenti fuq l-‐Ingliż u biża’ kbir mill-‐element Taljan jew Rumanż fi lsienna. Ma naħsibx li hija biss perċezzjoni, konvint li teżisti. Għalija dan huwa insult, meta lsieni għex id f’id mat-‐Taljan (﴾fil-‐forom diversi tiegħu)﴿ għal mijiet ta’ snin. Hekk pereżempju ‘kundizzjonatur tal-‐arja’ rridu nagħmluha ‘erkondixin’, ‘polza tal-‐assigurazzjoni’ rridu nagħmluha ‘inxurjans’, u nista’ nkompli nagħti ħafna aktar eżempji. Jew l-‐idea ta’ Netherlands li hija totalment aljena għall-‐Malti, meta għandna l-‐kelma ‘Pajjiżi l-‐Baxxi’ bħalma għandhom it-‐Taljani? Biex tgħaxxaq, ġibna ‘Netherlands’ mill-‐Ingliż u żidna suffiss rumanz ‘–iż’, tant kemm ilsienna marbut mal-‐element rumanz. Biex ma ngħidx ukoll li dan il-‐pajjiż ftaqar fl-‐aħħar seklu hekk kif it-‐Taljan immina. Ħasra kbira li ħallejna dil-‐lingwa tant rikka u kulturalment profonda tixxejjen. Kien ikollna lingwa anglosassona (﴾l-‐Ingliż)﴿ u lingwa kontinentali (﴾it-‐Taljan)﴿. Imma dan argument ieħor. Il-‐punt huwa li, għalkemm mhix miktuba mkien fid-‐Deċiżjonijiet tal-‐Kunsill Malti, imma jidher ċar li l-‐addattament ta’ kliem ġdid qed isir kważi esklussivament mill-‐Ingliż. Għandu jkun hemm aktar ħsieb u diskussjoni dwar dan. Għandu wkoll isir eżami ta’ riflessjoni biex jiġi evalwat jekk ċerti attitudnijiet jew punti di vista min-‐naħa ta’ min qed jieħu dawn id-‐deċiżjonijiet isirux b’motivazzjonijiet ukoll politiċi. Politiċi mhux biss fis-‐sens ta’ blu u aħmar, imma ta’ ideat, xbieki ta’ relazzjonijiet, u simpatiji.

3. Is-‐simplifikazzjoni prammatika, anke bi skopijiet tajbin, tista’ tfisser ftaqir. Nagħti eżempju mill-‐bidu, li issa ilu jiġi ripetut ad nauseam. Meta fil-‐Malti kellna żewġ kelmiet għal żewġ kunċetti differenti bħal ‘skond’ li tfisser ‘secondo, according to’ u ‘skont’ li tfisser ‘sconto, discount’ u għamilna kollox ‘skont’, faqqarna l-‐Malti. Għax issa kelma waħda tfisser żewġ kunċetti differenti. Kellna kelmtejn u għamilniehom waħda. Mhux aħjar u aktar komdu jkollok kelma għal kull kunċett? U la kienet hemm għax ridna nneħħuha? Naħseb li l-‐argument użat reġa’ kien ‘għax kulħadd skont jgħid.’ F’dal-‐każ nerġa’ nirreferi għal kunsiderazzjoni numru wieħed li aċċennajt għaliha aktar ‘il fuq. Nissellfu meta għandna bżonn. Il-‐Franċiżi meta daħal il-‐kunċett ta’ ‘computer’, avolja ħafna Franċiżi jgħidu ‘computer’, imma xorta ħolqu kelma li trid tintuża fil-‐kitba u li hija ‘ordinateur’. Aħna ħafna aktar laxki fuq kif nissellfu l-‐kliem bl-‐addoċċ. Kull kelma, kull punt fil-‐punteġġjatura, fih ħsieb, storja, filosofija warajh. Mhux lakemm tbiddel il-‐mod kif tinkiteb kelma b’daqqa ta’ pinna.

4. Kelma oħra dwar kliem li ġej mit-‐Taljan. Meta ‘in ġenerali’ kienet kelma waħda (﴾inġenerali)﴿? Meta ‘per eżempju’ kienet kelma waħda (﴾pereżempju)﴿? ‘Per’ tfisser ‘skond’ u ‘esempio’ tfisser ‘eżempju’. Jew ‘ta’ l-‐’ tiġi ‘tal-‐’? Kif isiru kelma waħda magħquda?

5. Dwar l-‐aċċenti. Anke f’dar-‐rigward naħseb li bid-‐deċiżjonijiet li ttieħdu faqqarna lsienna. Meta għandek għodda li tista’ tużaha biex tagħmel enfasi ħalli tbiddel is-‐sens tal-‐kelma għaliex tneħħiha? Allura issa ‘bajjad’ tfisser ‘painted’ u tfisser ukoll dak li jbajjad. Ma naqbilx li tneħħew l-‐aċċenti ^. Veru, suppost f’ħafna kliem Malti kien hemm l-‐aċċent bħal dan li qatt ma kien jinkiteb. Imma tal-‐inqas dawk li kienu jinkitbu, u li bi prassi konna nafu liema huma, jibqgħu hekk. Il-‐Malti jkun aktar rikk. Kif tħares lejn kelma taf jekk tfissirx mod jew tfissirx mod ieħor. L-‐aċċenti ^ għandhom jinżammu fuq kliem li mingħajrhom jidher ambigwu għax ifisser żewġ kunċetti differenti.

6. Il-‐Kunsill. L-‐idea li jkollok Kunsill li jieħu ħsieb jissalvagwardja l-‐Malti u l-‐interessi tiegħu huwa minnu nnifsu neċessarju, avolja hawn lingwi li m’għandhomx korp ekwivalenti. Id-‐dibattitu huwa fuq il-‐poteri li għandu jkollu dan il-‐Kunsill, kif ukoll il-‐mod ta’ kif ikun kostitwit. L-‐ewwel punt huwa li l-‐Kunsill, anke kif jistqarr huwa stess, ‘ma naħdmux bil-‐forza.’ Huwa minnu li l-‐Kunsill jiftaħ sessjonijiet ta’ konsultazzjoni, iżda xorta jibqa’ s-‐sentiment fost ħafna li ċerti deċiżjonijiet ġew imposti bħal sajjetta fil-‐bnazzi, b’konsegwenza li diversi huma dawk li ma aċċettawhomx. Jekk il-‐lingwa tmiss l-‐essenza

Page 21: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

21    

tal-‐bniedem, għax hija l-‐mezz li bih wieħed jesternalizza dak li huwa intern u profond fil-‐qalb u l-‐moħħ tiegħu, allura altru li rridu noqogħdu attenti kif nitrattawha. It-‐tieni punt. Il-‐Kunsill diġà fih elementi pożittivi li wieħed irid japprezza: inkluż esperti fil-‐lingwa u l-‐lingwistika, u rappreżentant mill-‐Kamra tal-‐Ġurnalisti. Iżda hemm in-‐neċessità li dan jitwessa’. Il-‐lingwa tmiss l-‐oqsma kollha tal-‐ħajja. Għalhekk, għaliex ma għandux ikun hemm rappreżentanti mit-‐tradutturi, persuni mill-‐qasam tax-‐xjenza u t-‐teknoloġija tal-‐informatika, filosfi, storiċi, artisti u oqsma oħrajn. Dan jarrikkixxi l-‐Kunsill u jagħmlu wieħed aktar inklussiv. L-‐argument li l-‐Malti jrid jiġi trattat biss mil-‐lingwisti għandu riħa ta’ despotiżmu. L-‐esperti għandhom il-‐valur kollu tagħhom, iżda l-‐lingwa mhix biss tagħhom. Hemm bżonn vuċijiet oħra li jsemmgħu leħenhom, u dan mhux biss fil-‐konsultazzjonijiet li jsiru, iżda fin-‐nukleu tal-‐Kunsill. B’dan kollu ma rridx nevoka puriżmu vojt. Dejjem it-‐triq medja hija l-‐aħjar. Meta nara adulti li ħadu din il-‐perċezzjoni li issal-‐Malti sar tivvintah kif trid għax aċċettat u kapaċi niktbu kull kelma li nikkonċepixxu bla skrupli ta’ xejn, u nużaw kliem bħal ‘tirrowstja’, ‘tiwwoxxja’ u ma nafx x’aktar, tibda titħasseb serjament. Nippermettu regola ta’ kif dawn jinkitbu? Ikun hemm min jirraġuna hekk. Imma le. Għid li trid. Imma trid tikteb bil-‐Malti tajjeb, bi kliem li la jeżistu trid tuża lilhom fil-‐forma tal-‐kitba, il-‐forma tal-‐lingwa formali. Nara ħafna oħrajn li jibżgħu jiktbu bil-‐Malti għax tant sar fluwidu u qed jinbidel b’deċiżjonijiet kontinwi, li qed jippreferu li jiktbu u jużaw aktar l-‐Ingliż ħalli jkunu aktar sikuri. Riskju li l-‐Malti jerġa’ jibda jirtira lura u jsir ‘lingwa tal-‐kċina’. Agħar minn hekk isir satellita tal-‐Ingliż, għax il-‐vokabularju kontinwament qed isir jixbah lilu. Meta nibda nara tfal imħawdin għax ma jafux il-‐kliem hux Malti jew Ingliż jiddispjaċini. Hekk tifel (﴾u anke adult)﴿ jista’ jaqa’ fin-‐nassa li issa jista’ meta ma jafx kelma bil-‐Malti x’inhi, jaqbad jiktibha fonoloġikament kif jaf hu mill-‐Ingliż, per eżempju ‘spajder’ għax il-‐perċezzjoni tiegħu hija li l-‐Malti hekk ġibnieh. Ċerti għalliema li jgħallmu fl-‐iskejjel qed imissu b’idejhom il-‐problemi serji li qed jaffaċċja l-‐Malti, li parti mit-‐tort huwa ta’ nuqqas ta’ deċiżjonijiet tajba li ttieħdu fil-‐passat riċenti. Ta’ min jikkunsidra li aktar ma nqarrbu l-‐Malti lejn l-‐Ingliż, aktar jiġi assimilat u jinbela’, apparti li diġà qed joħloq problemi ta’ fruntieri bejn iż-‐żewġ lingwi. Issa huwa l-‐mument li nkomplu fejn ħallew missirijietna – li mhux inqarrbuh lejn l-‐Ingliż li hija lingwa tant kbira li nirriskjaw li tibla’ lill-‐Malti, imma li niddistingwuh minnu u element importanti f’din l-‐intrapriża hija li nikkonsolidaw il-‐Malti li diġà jeżisti u li ħallew Vassalli, Cremona, Vassallo, Aquilina u l-‐bqija (﴾inkluż il-‐kliem rumanz li jiddistingwih mill-‐Ingliż)﴿. Ejjew nużaw aktar prudenza u għaqal raġunat meta nittrattaw mal-‐Malti. Inħarsu lejn lingwi oħra u naraw li biex jinbidel il-‐mod tal-‐kitba tal-‐kliem mhix faċli xejn. Akkost li l-‐poplu jgħid mod u jibqgħu jiktbuha mod ieħor. Lanqas sempliċiment punt jew aċċent ma jintmessu bla ma tinqala’ reazzjoni. Ejjew ma naqtgħux ir-‐rabta mal-‐Malti kif inbena minn persuni pilastri fl-‐istudju ta’ dan l-‐ilsien, imma nimxu f’sintonija u armonija magħhom, f’linja progressiva iżda moderata u prudenti, filwaqt li tirrispetta l-‐iżvilupp tal-‐Malti matul il-‐mitejn sena li ilu jiġi magħġun fil-‐kitba.

Rispons Nru (﴾21)﴿

Isem : Kaptan Gordon James Ghirxi

1. Filwaqt li ħadd mhu se jkun għassa ta’ ħadd kif jitkellem, l-‐użu tal-‐Malti fl-‐iskejjel u l-‐istituzzjonijiet edukattivi l-‐oħra għandu jkun Malti mirqum u kif miktub għax jekk nitgħallmu ngħidu tirrowstja minflok tixwi, nibdew ninsew tixwi u niktbu tirrowstja, eż.: ippassja l-‐ballun minflok qassam il-‐ballun. Ma rridux ninsew li hu wisq meħtieġ li nitkellmu u niktbu sew ilsien twelidna għax hu ukoll l-‐ilsien li naħsbu bih.

Page 22: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

22    

2. Kliem minn xi lsien barrani m’għandu qatt jieħu post kliem li diġà għandna bil-‐Malti, eż.: drajver minflok xufier, u ġejja l-‐bass minflok ġejja x-‐xarabank jew tal-‐linja. Kliem li m’għandniex bħalu għandna nippruvaw noħolquh qabel neħduh minn ilsien barrani. Il-‐Malti hu lsien b’sisien qodma li baqgħu ħajjin u li l-‐aktar li jagħmilna aħna min aħna bħala ġens. Għalhekk m’għandux isir xi djalett ta’ lsien barrani.

3. M’għandux isir tibdil ta’ dak li kellna qabel Deċiżjonijiet 1. Deċiżjonijiet 1 għandhom jiġu irtirati. Mela l-‐Malti ta’ Dun Karm u Anton Buttigieg m’għadux tajjeb? Mela jista’ jkun li jien, b’edukazzjoni terzjarja, sirt illitterat għax jiktbu xi ħaġa wliedi fil-‐primarja u tagħhom saret tajba u tiegħi saret żbaljata?

4. Kull sengħa u mestier ta’ dari kellhom il-‐vokabularju tagħhom. Ta’ dawk is-‐snajja’ li llum m’għadhomx imħaddma, m’għadx għandna l-‐vokabularju tagħhom użat. Kliem tekniku Malti jista’ jkollna qabel naraw kif se nużaw termini importanti u meħtieġa li bħalissa ristretti fihom. Dejjem faċli iżjed timporta milli tibni, imma ma jfissirx li dejjem aħjar.

5. Kliem, nomi, verbi u aġġettivi barranin li ħadu bixra Maltija jagħmlu ħsara jekk flokhom kellna Maltin. Villaġġi minflok irħula, jirresidjaw minflok joqogħdu, estensiv minflok mifrux.

6. Kunsill għall-‐Ilsien Malti forsi għandu jkun konsultattiv flok regolatorju, imma żgur għandu jkollu kostituzzjoni x’josserva. Għaliex għandu jkollu saħħa jbiddel il-‐Malti ta’ Ġużè Aquilina u ta’ Ġużè Ellul Mercer? Aħjar li jieħu ħsieb il-‐Malti ġdid li bħalu m’għandniex u jara li l-‐bini tiegħu jkun skont regoli li għandna, eż.: li l-‐ebda ittra ma jista’ jkollha aktar minn ħoss wieħed, għax forsi nitħajru wkoll niktbu Englandiż.

7. Ikun tajjeb li ma’ din il-‐konsultazzjoni, wieħed jaqra t-‐taħdita ta’ quddiem li Vassalli kiteb mal-‐Lexicon tiegħu. Jewwilla m’għandniex nikkonsultaw ma’ kif ħasibha missier l-‐Ilsien Malti?!

Rispons Nru (﴾22)﴿

Isem : Maria Bonnici

Thank you for the opportunity to share views regarding the Maltese language. While all aspects of this document are important, the point I wish to focus on deals with the use of English loan words and the fact that they are spelt the Maltese way. I find this practice so exasperating (﴾mostly because it takes me so long to work out what the word means, such as “midja” instead of “media”)﴿, that I have been discouraged from reading newspaper articles in Maltese. This practice doesn't happen in Italy or France for example. English words are spelt as they are. Foreign words incorporated in the Maltese language could be italicised or used in inverted commas. I realise that the issue becomes complicated when imported verbs have to be conjugated according to Maltese rules, but perhaps there should be a concerted effort nationwide in the revival of Maltese words, at least in the written form, to avoid this happening. In the past we prided ourselves on writing good English. Our teachers made sure we knew how to spell by subjecting us to daily drills in spelling and comprehension. Now we are forced to distort these same words and the result is confusing not only to people of my generation but also to the young people who are fast losing the correct use of the English language due to mobile

Page 23: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

23    

technology. I would suggest that parallel to this public consultation regarding the Maltese language, there should be one concerning the preservation of the English language!

Rispons Nru (﴾23)﴿

Isem : Keith Azzopardi

Qiegħed nikteb b’reazzjoni għas-‐sejħa għall-‐konsultazzjoni pubblika dwar l-‐ilsien Malti. Qabel ma ngħaddi għal punti oħra relatati, nixtieq nieħu spunt mill-‐kelma ‘protett’ u li tinsab fl-‐ewwel paragrafu. Spiss norbtu l-‐idea ta’ ‘protezzjoni’ ta’ lingwa ma’ dak li huwa san għat-‐tali lingwa. Biss, kif kull ħaddiem jaf, jekk wieħed ifittex li jippreserva l-‐għodda tiegħu, se jaqa’ lura f’xogħlu; għalhekk, ikun aktar għaqli li jħaddem l-‐għodda tiegħu u jaġġornahom skont l-‐aħħar ħtiġijiet. Aħna u ‘nippresvervaw’ il-‐Malti, nissugraw li ma jiġix imħaddem fl-‐oqsma kollha li potenzjalment jiġi mħaddem fihom. Bħal kull għodda oħra, aktar milli nippreservawh, jeħtieġ li l-‐ilsien Malti nħaddmuh kemm nistgħu. Dan iwassalni għal punti oħra dwar ir-‐relevanza tal-‐Malti bħala għodda. Jeħtieġ li nammettu aktar magħna nfusna li l-‐Malti huwa

(﴾i)﴿   għodda politika indispensabbli, li permezz tagħha nassiguraw l-‐indipendenza u s-‐sovranità tagħna bħala pajjiż;

(﴾ii)﴿   għodda edukattiva li tgħinna nimxu ’l quddiem fil-‐proġett ta’ bilingwiżmu, u għalhekk fl-‐ixprunar ta’ ħiliet kritiċi fil-‐popolazzjoni; u

(﴾iii)﴿   għodda soċjali b’saħħitha ta’ inklużjoni.

Dan ifisser li l-‐interessi fil-‐Malti jmorru lil hinn mill-‐qasam edukattiv, u li r-‐responsabbiltà tal-‐Ministeru tal-‐Edukazzjoni hija akbar. Il-‐Ministeru huwa fid-‐dmir li jħares l-‐ilsien Malti mhux biss għar-‐relevanza tiegħu għall-‐edukazzjoni, imma wkoll għar-‐relevanza tiegħu fl-‐oqsma legali, nazzjonali, u soċjali, fost oħrajn. Jidher li l-‐membri tal-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti dan jagħrfuh tajjeb ħafna. Infatti, meta deċiżjoni tkun neċessarja għal qasam wieħed (﴾ngħidu aħna, deċiżjoni ta’ natura legali dwar l-‐ismijiet tal-‐pajjiżi)﴿, il-‐Kunsill dejjem qagħad attent li ma jisfurzax it-‐terminoloġija teknika fuq oqsma oħra differenti (﴾ngħidu aħna, l-‐edukazzjoni jew il-‐midja)﴿. Minkejja n-‐natura teknika u l-‐applikazzjoni ristretta ta’ ċerti deċiżjonijiet, xi deċiżjonijiet ġieli ġew irrappurtati mill-‐midja bħala deċiżjonijiet b’applikazzjoni wiesgħa, b’mod li r-‐reazzjonijiet kontra l-‐Kunsill ikunu mgħaġġla u mhux infurmati sew. Terġa’, xi drabi jiġu attribwiti lill-‐Kunsill deċizjonijiet li ilhom fis-‐seħħ minn qabel ma twaqqaf l-‐istess Kunsill. Dawn l-‐impressjonijiet ma jirriflettux ir-‐riċerka, il-‐professjonalità, u l-‐prudenza li naf li għandhom il-‐membri tal-‐Kunsill. Kif osserva pubblikatur daqs ġimagħtejn ilu, għandha tissaħħaħ il-‐ħidma sabiex jintrebħu l-‐qlub ta’ min iħobb u jħaddem il-‐Malti. Dan billi l-‐Kunsill ikollu r-‐riżorsi sabiex jikkomunika aħjar id-‐deċiżjonijiet tiegħu u għalhekk jevita li l-‐pubbliku jingħata impressjonijiet b’oħra. Bħala ħaddiem żagħżugħ li l-‐għodda ewlenija tiegħu huwa l-‐ilsien Malti, nemmen bis-‐sħiħ fil-‐ħtieġa ta’ Kunsill li jirriċerka l-‐oqsma tal-‐Malti u jieħu deċiżjonijiet prattiċi li jservu ta’ gwida għal oħrajn bħali li jaħdmu f’oqsma simili. Kunsill magħmul minn membri professjonali bħalma hu dak attwali, ma jservix ta’ ġid għall-‐għalliema, it-‐tradutturi, il-‐qarrejja tal-‐provi, u l-‐pubblikaturi biss, anke jekk dawn diġà jirrappreżentaw suq kbir ħafna. Kunsill b’membri professjonali bħalma hu dak attwali jservi wkoll l-‐interessi tal-‐avukati, il-‐ġurnalisti, u ħaddiema soċjali, fost oħrajn. Iservi wkoll l-‐interessi ta’ minoranzi li jfittxu pariri fuq kliem politikament korrett u integrazzjoni aħjar fis-‐soċjetà. Nittama li dawn

Page 24: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

24    

il-‐perspettivi jgħinu fl-‐għarfien tal-‐ħtieġa u tal-‐ħidma ta’ kunsill bħalma hu dak Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti, speċjalment sabiex il-‐Malti jkun jista’ jitħaddem b’effiċjenza akbar f’oqsma ġodda.

Rispons Nru (﴾24)﴿

Isem : L-‐Għaqda tal-‐Qarrejja tal-‐Provi tal-‐Malti (﴾Victor Laiviera)﴿

L-‐Għaqda Qarrejja tal-‐Provi tal-‐Malti (﴾GħQPM)﴿ ħadet nota tal-‐Konsultazzjoni Pubblika mnedija mill-‐Ministeru u hija ħerqana li tressaq il-‐veduti u l-‐ħsibijiet tagħha f’dan ir-‐rigward. Kif intqal tant tajjeb fl-‐introduzzjoni ta’ dan id-‐dokument, il-‐Malti huwa l-‐ilsien li “il-‐ġens Malti jesprimi ruħu bih oralment u, iktar reċentament, anki permezz tal-‐kitba.” Kif ukoll, “dan il-‐vernakular, li sar lingwa, huwa aspett ewlieni fl-‐identità Maltija u jistħoqqlu jiġi ttrattat b’rispett u protett kif mistħoqq.” Huwa proprju għalhekk li l-‐GħQPM tħoss li din hija materja li għandha tiġi trattata bl-‐akbar serjetà u professjonaliżmu u tinżamm ’il bogħod mid-‐dilettantiżmu populista ta’ dawk li, għax esperti f’qasam, jaħsbu li huma esperti wkoll f’oqsma oħrajn. Għalhekk, naqblu li (﴾għal darb’oħra fi kliem id-‐dokument ta’ konsulta)﴿ “id-‐diskussjoni tkun waħda iktar profonda, wiesgħa u li twassal għal deċiżjonijiet li jagħtu konsistenza u uniformità fl-‐użu tal-‐ilsien Malti”. Wara kollox, dan hu li l-‐Kunsill tal-‐Malti ilu jagħmel fl-‐għaxar snin li ilu mwaqqaf. Nixtiequ nagħmlu wkoll xi rimarki skont il-‐punti kif elenkati fid-‐dokument ta’ konsultazzjoni:

1)﴿ Li tgħid li “Il-‐Malti jibqa’ lingwa letterarja u ‘standard’” u “issir distinzjoni ċara bejn l-‐ilsien mitkellem u dak miktub”, jinstema’ sabiħ iżda, fil-‐prattika, huwa perikoluż. Jekk il-‐poplu jieħu l-‐impressjoni li l-‐Malti li jitkellem hu huwa xi ħaġa inferjuri ikun aktar faċli li jċedi għall-‐pressjoni biex ixaqleb dejjem aktar għall-‐Ingliż. L-‐ilsien irid ikun wieħed u indiviżibbli u l-‐poplu jrid iħoss li huwa tiegħu, parti integrali mill-‐ħajja ta’ kuljum (﴾dan naturalment ma japplikax għal-‐lingwaġġ tekniku ta’ diversi oqsma bħal pereżempju dak mediku, xjentifiku jew legali)﴿.

2)﴿ Hawnhekk l-‐awtur tad-‐dokument jitlob li wieħed għandu jżomm f’moħħu l-‐etimoloġija u s-‐semantika. Dan huwa sentiment ftit li xejn inklużiv billi dawn huma l-‐għodda tal-‐lingwisti u l-‐poplu inġenerali ma jfissru xejn għalih. Fil-‐villaġġ globali tal-‐lum, il-‐poplu Malti kontinwament jiltaqa’ ma’ ideat, kunċetti u oġġetti ġodda – u t-‐termini użati għalihom fejn ikunu oriġinaw. Meta jkun irid jirreferi għalihom, se juża dak it-‐terminu li jħoss li l-‐aktar jaqdih biex iwassal il-‐ħsieb tiegħu, u mhu se jistenna l-‐ebda Kunsill, Akkademja, Ministeru jew lingwista biex jgħidlu liema terminu għandu juża. Huwa faċli li tgħid (﴾biex nieħdu l-‐eżempju tad-‐dokument stess)﴿ li aħjar “‘kundizzjonatur tal-‐arja’ minflok ‘erkondixin’”, iżda mhux daqstant faċli li tipperswadi l-‐poplu biex juża dan it-‐terminu. Nistgħu, forsi, ninsistu li jintuża f’dokumenti uffiċjali; nistgħu nagħmlu pressjoni fuq ix-‐xandir u l-‐midja biex jużawh; iżda jekk ma jintużax mill-‐poplu jkun terminu ‘finta’ u joħloq id-‐distakk, tant perikoluż, li semmejna fil-‐Punt 1 hawn fuq.

3)﴿ L-‐GħQPM taqbel mija fil-‐mija li “m’għandux isir tibdil fejn ma tinħass l-‐ebda ħtieġa, għax dan iservi biss biex iħawwad l-‐imħuħ”. Il-‐mistoqsija hi: min hu kkwalifikat u awtorizzat li jiddeċiedi jekk hemmx ħtieġa jew le? Ħadd ħlief il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti, imwaqqaf u awtorizzat bil-‐liġi, u li jħaddan fih lingwisti u nies bl-‐ogħla kwalifiki fl-‐istudju tal-‐Malti. Minkejja l-‐perċezzjoni popolari (﴾jew populista)﴿ li qed isir ħafna taqlib, il-‐bidliet li saru fi żminijiet riċenti tgħoddhom fuq is-‐swaba’ ta’ id waħda u kollha kellhom bażi lingwistika soda.

Page 25: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

25    

4)﴿ Id-‐dokument jitlob li għandha “Tittieħed deċiżjoni fuq kif jinkiteb kliem ta’ reġistri fejn il-‐kliem Malti hu ristrett u jkun hemm kliem jew termini importanti u meħtieġa għall-‐vokabolarju”. Nassumu li din hija referenza għall-‐kliem ġdid li dieħel fil-‐Malti l-‐aktar (﴾iżda mhux biss)﴿ mill-‐Ingliż. Kull min huwa midħla ta’ dan il-‐qasam jaf li din hija l-‐akbar problema li qed jiffaċċja l-‐Malti fil-‐preżent u li m’hemmx soluzzjonijiet faċli. X’nagħmlu, inħalluhom fl-‐ortografija oriġinali u nitilfu l-‐istruttura morfoloġika u l-‐element fonetiku li jagħmlu l-‐Malti differenti minn lingwi oħrajn? Niktbu fil-‐virgoletti? Bil-‐korsiv? Niddeċiedu x’niddeċiedu se jkun hemm oppożizzjoni u reżistenza. U għal din ir-‐raġuni li l-‐Kunsill tal-‐Malti jorganizza laqgħat u seminars pubbliċi qabel ma jieħu deċiżjonijiet importanti bħal dawn. Barra minn hekk, il-‐Kunsill għandu sottokumitat magħmul minn esperti fil-‐qasam li, wara konsultazzjonijiet wesgħin u twal, wasal biex jieħu deċiżjoni f’din il-‐materja. Konvinti li din tkun waħda kuraġġuża u għaqlija li tippreserva u ssaħħaħ l-‐istruttura unika tal-‐Malti.

5)﴿ Id-‐dokument jgħid: “Isir stħarriġ x’għandu jiġri bil-‐kliem u l-‐verbi barranin li ħadu bixra Maltija”. Nassumu li din hija referenza għal verbi li daħlu fil-‐Malti u qed jiġu konjugati skont il-‐grammatika Maltija. Hawn lanqas biss naraw lok ta’ diskussjoni, għax huwa ovvju li għandhom jinkitbu skont il-‐fonetika tal-‐Malti. Żgur li ħadd ma jista’ jkun favur li niktbu, pereżempju, “ibbrakeja” u mhux “ibbrejkja”, “issaveja” u mhux “issejvja”, “ixshootja” u mhux “ixxuttja”. Huwa proprju min qed iqajjem dan it-‐tip ta’ kwistjonijiet li donnu jrid li “jsir tibdil fejn ma tinħass l-‐ebda ħtieġa”.

6)﴿ Dan il-‐punt jistaqsi jekk hemmx lok ta’ Kunsill Regolatorju. Ir-‐risposta tagħna ċara u tonda hija Iva. Barra minn hekk, u kontra l-‐perċezzjoni popolari li jidher li ispirat l-‐awtur tad-‐dokument, ir-‐rwol tal-‐Kunsill mhux limitat biss biex jgħid niktbux ‘team’ jew ‘tim’, ‘football’ jew ‘futbol’. Anzi, din hija biss parti żgħira ħafna mill-‐ħidma tal-‐Kunsill. Aħna nafu li l-‐Kunsill jaħdem favur l-‐ilsien Malti f’ħafna oqsma oħrajn; biex insemmu biss ftit eżempji minn ħafna – it-‐taħriġ ta’ mijiet ta’ qarrejja tal-‐provi, il-‐kollaborazzjoni mal-‐istazzjonijiet tax-‐xandir favur Malti mxandar aħjar, il-‐korsijiet tal-‐ortografija għall-‐ġenituri u l-‐għalliema, u anke l-‐ħidma mal-‐Awtoritajiet tas-‐Saħħa favur senjaletika bil-‐Malti fl-‐isptarijiet għall-‐ġid kemm tal-‐Malti kif ukoll tal-‐pazjenti u l-‐pubbliku. Ma’ dan trid iżżid ħafna inizjattivi oħrajn ta’ fejda għall-‐Malti, li wettaq il-‐Kunsill fl-‐għaxar snin tal-‐ħajja tiegħu. Jekk naqas, naqas f’li ma daqqx biżżejjed it-‐trombi. Fid-‐dinja tal-‐lum, fejn il-‐midja u l-‐perċezzjonijiet huma kollox, forsi dan in-‐nuqqas huwa akbar milli wieħed jaħseb. Konklużjoni Kemm ilu mwaqqaf il-‐Kunsill, inħolqot sinerġija sħiħa fil-‐qasam tal-‐Malti. Qatt daqs illum ma kien hemm kooperazzjoni hekk sfiqa bejn il-‐Kunsill, il-‐Ministeru u d-‐Dipartiment tal-‐Edukazzjoni, l-‐Akkademja u l-‐għaqdiet li jaħdmu fil-‐qasam. Il-‐fatt li ċerti individwi, forsi abbli ħafna u prominenti f’oqsma oħrajn, ma jaqblux ma’ xi deċiżjoni jew oħra, m’għandhomx jitħallew jagħtu l-‐impressjoni li hemm xi diżgwid jew piki. Nittamaw li r-‐riżultat aħħari tal-‐konsultazzjoni jkun li jsaħħaħ id il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti għall-‐ġid ta’ lsienna li, fl-‐aħħar mill-‐aħħar, ikun il-‐ġid tal-‐Maltin kollha.

Rispons Nru (﴾25)﴿

Isem : John Zammit

Id-‐dokument għal din il-‐konsultazzjoni tant kien miżgħud bi żbalji elementari tal-‐kitba Maltija li wħud minnhom kienu deċiżi 91 sena ilu fit-‐Tagħrif li, fil-‐fatt, juri kemm għandna bżonn istituzzjoni bħall-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti biex jiddeċiedi xjentifikament u jgħallem nies bħall-‐kittieb ta’ dan id-‐dokument li għandu bżonn aġġornament li jmur lura sa 91 sena. Għaxar snin ilu twaqqaf

Page 26: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

26    

il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti b’rappreżentanza tal-‐Gvern li hi biss minoritarja ħalli l-‐Gvern tal-‐ġurnata – ikun min ikun – ma jikkontrollahx imma l-‐esperti tal-‐lingwa jkunu fil-‐maġġoranza fil-‐Kunsill u jitħallew jaħdmu bis-‐serenità fl-‐istudji xjentifiċi tagħhom mingħajr indħil politiku jew, aktar probabbli, indħil ta’ nies li jkollhom min jaqlagħhom fl-‐amministrazzjoni tal-‐mument. Hu minnu li kellna kontroversji dwar il-‐kitba tal-‐Malti u dwar id-‐deċiżjonijiet tal-‐Kunsill, imma dan għandu jħeġġiġna naħdmu għal aktar konsultazzjoni u għarfien fl-‐ambitu tal-‐Kunsill u mhux għall-‐prospett li l-‐indipendenza u l-‐awtonomija tal-‐Kunsill jonqsu, kif jagħti x’wieħed jifhem dan id-‐dokument ta’ konsultazzjoni. Ikun ħażin ukoll li jitqanqlu mill-‐ġdid kontroversji li kienu ġew deċiżi diġà. Dak li għandna bżonn hu li nħarsu ’l quddiem u nkomplu mexjin ’il quddiem. L-‐Istat Malti jixraqlu istituzzjoni awtonoma u serja bħalma hu l-‐Kunsill Nazzjhonali tal-‐Ilsien Malti li diġà ħadem ħafna f’dan il-‐qasam mill-‐2005. Il-‐Kunsill ħa numru ta’ deċiżjonijiet li dawk involuti fil-‐kitba, fosthom ġurnalisti, kittieba u qarrejja tal-‐provi, kienu ilhom jisħqu li għandu jkun hemm deċiżjoni dwarhom biex ma jibqax ħafna varjanti. Din il-‐ħidma hi kruċjali fl-‐era tal-‐kompjuter u biex il-‐Malti jikseb dejjem aktar prestiġju bħala lingwa b’regoli serji u ċari. Sar ukoll il-‐kors tal-‐qari tal-‐provi li minnu għaddew mijiet ta’ nies u li ta bażi akkademika b’kors ta’ livell b’ċertifikat u b’warrant għall-‐qarrejja tal-‐provi. Saret promozzjoni tal-‐ismijiet korretti tal-‐bliet u l-‐irħula. Tqajmet ħafna aktar kuxjenza dwar ilsienna fost il-‐Maltin u l-‐Għawdxin. Il-‐Kunsill ħadem ukoll fi ħdan il-‐Federazzjoni Ewropea tal-‐Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-‐Lingwa. Ikun ħażin li nerġgħu niftħu argumenti antiki li ilhom li ġew deċiżi. Ikun ħażin ukoll li anke l-‐kitba u l-‐avanz tal-‐Malti jsir oġġett politiku. Dan ma jixirqilniex. X’għandna bżonn hu esperti tal-‐Malti u tal-‐lingwi jiddeċiedu b’mod xjentifiku u studjat ’il bogħod mill-‐irjieħ iduru tal-‐politika. Hekk jaqbel għall-‐avanz ta’ lingwa li tant ngħożżu u li rriduha tibqa’ u tissaħħaħ.

Rispons Nru (﴾26)﴿

Isem : Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti

Reazzjoni tal-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti għad-‐Dokument ta’ Konsultazzjoni fuq l-‐Ilsien Malti

mniedi mill-‐Ministeru għall-‐Edukazzjoni u x-‐Xogħol

Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti ħa nota tal-‐konsultazzjoni pubbilka mnedija mill-‐Ministeru għall-‐Edukazzjoni u x-‐Xogħol dwar il-‐Malti u r-‐rwol tal-‐Kunsill innifsu.

Għalkemm il-‐Kunsill kellu jkun involut fi stadju bikri ta’ din is-‐sejħa għal konsultazzjoni pubblika, mhux se joqgħod lura milli jesprimi l-‐opinjonijiet tiegħu u jressaq is-‐suġġerimenti tiegħu. Dan għaliex, kontra l-‐perċezzjoni ta’ xi wħud, il-‐Kunsill dejjem ħadem f’konsultazzjoni wiesgħa u dejjem fittex il-‐kunsens fl-‐għażliet tiegħu.

Id-‐distinzjoni bejn il-‐Malti mitkellem u l-‐Malti miktub

Il-‐mitkellem u l-‐miktub huma żewġ mezzi distinti ta’ komunikazzjoni. Kull min jaf ftit lingwistika, jaf ukoll li l-‐mitkellem huwa l-‐aktar forma ‘naturali’ tal-‐lingwa, fis-‐sens li kulħadd jitwieled bil-‐ħila li jitgħallem jitkellem il-‐lingwa li jkun espost għaliha. Il-‐miktub jiġi wara l-‐mitkellem, kemm storikament fl-‐evoluzzjoni tal-‐bniedem u l-‐kulturi, kif ukoll fil-‐ħajja tal-‐individwu. L-‐ewwel nitgħallmu nitkellmu l-‐lingwa fid-‐dar mal-‐familja u aktar tard nitgħallmu niktbuha, normalment fl-‐iskola.

Il-‐miktub huwa ħila li tinvolvi l-‐istudju u l-‐prattika, u mhux kull min jitkellem lingwa jitgħallem jiktibha wkoll. Il-‐kitba evolviet bħala sistema biex tikkodifika l-‐mitkellem, u tirrifletti f’sinjali viżibbli dak li

Page 27: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

27    

l-‐kelliem nattiv jesprimi bil-‐ħoss (﴾jew, fil-‐każ tal-‐lingwi tas-‐sinjali, bil-‐moviment tal-‐idejn, eċċ.)﴿. Fil-‐mitkellem hemm il-‐varjazzjoni fil-‐pronunzja, fil-‐lessiku (﴾il-‐kliem u l-‐vokabolarju)﴿ u fl-‐istruttura grammatikali. Din il-‐varjazzjoni nsibuha wkoll fil-‐miktub. Il-‐kelliema jadattaw dak li jgħidu u kif jgħiduh għas-‐sitwazzjoni li jkunu fiha u huma sensittivi ħafna, b’mod speċjali, għall-‐gradi ta’ formalità: mod titkellem ma’ sħabek f’ħanut tax-‐xorb u mod titkellem ma’ ministru f’laqgħa formali. L-‐istess fil-‐kitba: mod tikteb informalment lill-‐ħabib/a u mod tikteb ittra formali biex tapplika għal xogħol, jew tikteb rumanz, poeżija, trattat politiku jew reklam. Il-‐lingwaġġ jinbidel skont il-‐bżonn.

Il-‐varjazzjoni fir-‐reġistru qiegħda kemm fil-‐mitkellem kif ukoll fil-‐miktub. Min jaf juża l-‐lingwa, huwa konxju minn din il-‐varjazzjoni u jaf jużaha u jadattaha għas-‐sitwazzjoni li jkun fiha, kemm meta jitkellem kif ukoll meta jikteb. Ma jagħmilx sens li, għax individwu ma togħġbux kelma partikolari missellfa li hu stess jużaha kuljum fit-‐taħdit (﴾ngħidu aħna, air condition/er)﴿, biex jevita l-‐problema ta’ kif se jiktibha fil-‐Malti jinsisti li jivvinta espressjoni jew kelma għaliha hu (﴾eż. ‘kundizzjonatur tal-‐arja’)﴿, u jimponiha billi jobbliga lill-‐kittieba jużaw lilha.

Il-‐kliem ġdid fil-‐Malti

Il-‐Kunsill minn dejjem ħaddan it-‐twemmin li fejn għandna kelma jew espressjoni bil-‐Malti nużaw lilha. Fl-‐istess waqt iħeġġeġ l-‐idea li fejn m’għandniex kelma jew espressjoni nippruvaw noħolqu waħda mir-‐riżorsi lingwistiċi tal-‐Malti stess. Madankollu, dan il-‐kliem ġdid (﴾neoloġiżmi)﴿ m’għandniex nimponuh fuq il-‐pubbliku imma naraw li noħolqu strateġija li biha jinfirex, jindara u jibda jintuża. Fl-‐istess waqt, jekk ma jaqbadx, irridu naċċettaw il-‐fatt li l-‐kelliema nattivi Maltin jippreferu aktar il-‐kelma missellfa minn dik li tkun qed tiġi ssuġġerita. Ikun inutli li nwebbsu rasna u nibqgħu nħambqu fuq kliem li l-‐poplu ma aċċettahx. L-‐ilsien Malti huwa ta’ kulħadd u mhux tal-‐membri tal-‐Kunsill jew tal-‐awtur anonimu tad-‐dokument ta’ konsultazzjoni biss.

Il-‐kliem missellef fil-‐Malti

Il-‐Kunsill tal-‐Malti huwa konxju ħafna mid-‐diffikultajiet li jeżistu fil-‐kitba tal-‐kliem missellef mill-‐Ingliż, tant li ġabar numru ta’ fehmiet u ppubblikahom f’dokument għad-‐diskussjoni (﴾Innaqqsu l-‐Inċertezzi 2)﴿ u organizza seminar miftuħ u numru ta’ laqgħat pubbliċi biex jisma’ l-‐fehmiet ta’ kulħadd u jistħarreġ fil-‐fond dan il-‐qasam. Ħoloq ukoll sottokumitat b’membri minn oqsma differenti tal-‐ħajja biex jistudjaw u janalizzaw bis-‐serjetà l-‐kwistjoni u joħorġu proposti realistiċi, ibbażati fuq prinċipji sodi, li jsibu kemm jista’ jkun l-‐appoġġ tal-‐pubbliku u jnaqqsu l-‐inċertezzi fil-‐kitba tal-‐kliem missellef. Faċli tidentifika problema imma s-‐soluzzjoni teħtieġ analiżi u studju serju.

Dan il-‐kumitat wasal biex jagħmel ir-‐rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-‐approvazzjoni tal-‐Kunsill u rridu nagħmluha ċara li s’issa l-‐Kunsill qatt ma qal jew obbliga lill-‐Maltin biex jiktbu l-‐kliem missellef fil-‐Malti la Maltija bilfors.

L-‐ortografija tal-‐Malti

Filwaqt li fil-‐politika edukattiva ssir enfasi kbira fuq l-‐iżvilupp ta’ opportunitajiet indaqs ħalli, jekk jista’ jkun, l-‐ebda tifel jew tifla ma jibqgħu lura, id-‐dokument ta’ konsultazzjoni jinsisti fuq kriterju elitista u klassista fl-‐ortografija: dak tal-‐etimoloġija. Il-‐kitba għandha tkun għodda demokratikament aċċessibbli għall-‐ikbar numru ta’ nies possibbli, imma l-‐etimoloġija hija l-‐prerogattiva tal-‐istudjuż li jkun familjari mal-‐lingwi minn fejn ikun ġej il-‐kliem missellef li jidħol fil-‐Malti. Din il-‐fehma tirrifletti nostalġija għal żmien li għadda, meta kull min kien ikollu bżonn jikteb bil-‐Malti, kien ikun jaf it-‐Taljan bħala l-‐lingwa tal-‐kultura.

Li wieħed jimxi mal-‐etimoloġija fil-‐kitba tal-‐Malti jfisser, ngħidu aħna, li tikteb ‘pajjis’ u ‘sgur’ (﴾karatteristiċi li jmorru lura għas-‐sura oriġinali fit-‐Taljan (﴾paese u siguro)﴿ minflok ‘pajjiż’ (﴾plural: ‘pajjiżi’)﴿ u ‘żgur’ (﴾plural: ‘żguri’)﴿, kliem li issa huwa Malti, ilsien awtonomu u indipendenti mill-‐oriġini tiegħu.

Page 28: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

28    

Is-‐sitwazzjoni bilingwi ta’ pajjiżna

Sa mit-‐twaqqif tiegħu, il-‐Kunsill tal-‐Malti, ried jaħdem għall-‐ġid tal-‐Malti fil-‐kuntest tal-‐kultura bilingwi tas-‐soċjetà tagħna. Ħafna mid-‐deċiżjonijiet li jittieħdu dwar lingwa waħda jaffettwaw b’xi mod il-‐lingwa l-‐oħra. Il-‐fehma tal-‐Kunsill hi li idealment immexxu ’l quddiem il-‐ħila bilingwi tal-‐kelliema, it-‐tnejn fir-‐rwoli propji tagħhom u mingħajr ma nnaqqsu xejn mill-‐importanza mistħoqqa lil kull waħda. Il-‐Malti bħala l-‐ilsien nattiv, nazzjonali u uffiċjali, kemm f’Malta kif ukoll fl-‐Unjoni Ewropea, minbarra li jagħtina l-‐identità, jaqdina fil-‐komunikazzjoni ta’ bejnietna. L-‐Ingliż, lingwa uffiċjali u internazzjonali, jgħinna nieħdu postna f’dinja globalizzata u nikkompetu b’suċċess f’ambjenti fejn il-‐ħila lingwistika titqies bħala riżorsa importanti ħafna. Din hi wkoll il-‐viżjoni tal-‐Unjoni Ewropea li tinkoraġġixxi l-‐ħila f’aktar minn lingwa waħda.

Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti

Il-‐Kunsill tal-‐Malti mhuwiex magħmul minn grupp żgħir ta’ akkademiċi jaħdmu waħedhom fil-‐magħluq. Fil-‐fatt, l-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti (﴾Kap. 470)﴿, li għadda b’mod unanimu mill-‐Parlament ta’ Malta, ħaseb biex ikun hemm rappreżentanza wiesgħa kemm jista’ jkun.

Il-‐Kunsill għandu 11-‐il membru li jirrappreżentaw lid-‐Dipartiment tal-‐Malti u l-‐Istitut tal-‐Lingwistika fl-‐Università, l-‐Akkademja tal-‐Malti, l-‐għaqdiet tal-‐Malti, il-‐Kunsill Malti għall-‐Arti, l-‐Uffiċċju tal-‐Avukat Ġenerali, l-‐Istitut tal-‐Ġurnalisti Maltin, u d-‐Dipartiment tat-‐Tmexxija tal-‐Kurrikulu.

Minbarra dawn il-‐membri, il-‐President u d-‐Direttur, il-‐Kunsill jiffunzjona wkoll b’sitt kumitati tekniċi u b’numru ta’ kumitati oħra li jitwaqqfu apposta skont il-‐ħtieġa. Il-‐Kumitati Tekniċi jkopru l-‐oqsma tal-‐edukazzjoni, ix-‐xandir, l-‐informatika, il-‐mużika u l-‐ispettaklu, ir-‐riċerka lingwistika u t-‐terminoloġija. Il-‐membri tal-‐Kumitati Tekniċi u tal-‐kumitati ad-‐hoc l-‐oħra jinvolvu dejjem firxa kbira ta’ nies minn setturi differenti għall-‐ġbir ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u analiżi wiesgħa kemm jista’ jkun, ibbażata fuq ir-‐realtà lingwistika ta’ pajjiżna.

Il-‐konsultazzjoni pubblika

Wieħed mill-‐prinċipji fundamentali li jħaddan il-‐Kunsill tal-‐Malti huwa li, qabel ma jieħu deċiżjoni fuq kwalunkwe tema (﴾mhux biss ortografika)﴿, jagħmel konsultazzjoni wiesgħa mal-‐pubbliku inġenerali u mas-‐setturi konċernati. Xhieda ta’ dan huma, ngħidu aħna:

1.   Is-‐seminar fuq l-‐użu tal-‐Malti fil-‐qasam tat-‐teknoloġija bl-‐isem ‘Lejn Soċjetà Informatika Maltija’ (﴾li sar fit-‐18 ta’ Novembru 2006)﴿, bi sħab mal-‐Ministeru għall-‐Investiment, l-‐Industrija u t-‐Teknoloġija tal-‐Informazzjoni. Għal dan is-‐seminar attendew numru ta’ individwi u rappreżentanti ta’ entitajiet differenti mill-‐qasam tat-‐teknoloġija.

2.   Is-‐seminar ta’ konsultazzjoni pubblika ‘Innaqqsu l-‐Inċertezzi 1’ (﴾li sar fl-‐20 ta’ Jannar 2007)﴿ qabel ittieħdu d-‐Deċiżjonijiet 1 fuq il-‐varjanti ortografiċi. Bħala dokument għad-‐diskussjoni, il-‐Kunsill ippubblika ġabra b’fehmiet ta’ nies differenti fuq il-‐varjanti ortografiċi. F’dan is-‐seminar pubbliku ħadu sehem madwar 120 ruħ.

3.   Is-‐seminar ta’ konsultazzjoni pubblika ‘Innaqqsu l-‐Inċertezzi 2’ (﴾li sar fit-‐12 ta’ April 2008)﴿ qabel jittieħdu d-‐Deċiżjonijiet 2 fuq il-‐kitba tal-‐kliem missellef mill-‐Ingliż fil-‐Malti. Bħala dokument għad-‐diskussjoni, il-‐Kunsill ippubblika ġabra ta’ fehmiet minn dawk kollha interessati. Tajjeb ngħidu li, minbarra dan is-‐seminar pubbliku kbir li għalih attendew ’il fuq minn 300 ruħ, il-‐Kunsill baqa’ jorganizza laqgħat ta’ diskussjoni u taħditiet ta’ informazzjoni ma’ setturi partikolari tas-‐soċjetà, bħalma huma l-‐awturi u l-‐pubblikaturi, ix-‐xandara u l-‐ġurnalisti, l-‐għalliema, it-‐tradutturi, il-‐qarrejja tal-‐provi u l-‐impjegati tal-‐kunsilli lokali, fost l-‐oħrajn. B’rabta ma’ dan is-‐suġġett, il-‐Kunsill ipparteċipa wkoll f’seminars organizzati mir-‐Rappreżentanza tal-‐Kummissjoni Ewropea f’Malta.

Page 29: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

29    

4.   Forum Nazzjonali dwar l-‐Ilsien Malti, organizzat bi sħab mal-‐Ministeru tal-‐Edukazzjoni kif

stipulat fil-‐liġi tal-‐Malti, fil-‐15 ta’ Novembru 2008, propju biex jinforma lill-‐pubbliku bil-‐ħidma li wettaq u jisma’ mingħandu l-‐fehmiet tiegħu fuq il-‐ħidma tiegħu u fuq l-‐istat tal-‐ilsien Malti. Għal dan il-‐Forum il-‐Kunsill ippubblika wkoll id-‐dokument ‘L-‐Atti tal-‐Forum Nazzjonali dwar l-‐Ilsien Malti’ li, fost l-‐oħrajn, jinkludi wkoll rapport ta’ ħidma.

5.   Is-‐seminar pubbliku fuq il-‐bilingwiżmu fl-‐edukazzjoni (﴾li sar fil-‐5 ta’ Diċembru 2009)﴿ bi sħab mad-‐Dipartiment tat-‐Tmexxija tal-‐Kurrikulu bit-‐tema ‘Il-‐bilingwiżmu f’pajjiżna. X’inhu l-‐aħjar għal uliedna?’ Għalih attendew għadd ta’ edukaturi mis-‐setturi kollha tal-‐edukazzjoni. Bħala dokument għad-‐diskussjoni, il-‐Kunsill ħareġ pubblikazzjoni bi 28 fehma ta’ edukaturi differenti.

6.   Konferenzi (video conferencing) u laqgħat ma’ rappreżentanti mill-‐istituzzjonijiet tal-‐Unjoni Ewropea fuq aspetti tal-‐lingwa bħat-‐terminoloġija u t-‐traduzzjoni.

7.   Laqgħat mal-‐ġurnalisti sportivi, bis-‐sehem attiv tal-‐Għaqda Ġurnalisti Sports, li wasslu għall-‐pubblikazzjoni tal-‐ktieb ‘Ballun Pinġut’ (﴾bi tħejjija għal-‐Logħob tal-‐Ewro tal-‐2012)﴿ li, kif jixhed ismu, fih ġabra ta’ 930 espressjoni mil-‐logħba tal-‐futbol biex jgħin lix-‐xandara sportivi fil-‐kummentarji tagħhom.

8.   Laqgħat ta’ konsultazzjoni u kontribuzzjonijiet permezz ta’ forum elettroniku għall-‐għalliema tal-‐ġeografija u persuni kkwalifikati u/jew interessati fil-‐qasam tal-‐ġeografija u l-‐ambjent naturali u urban, li wasslu għall-‐pubblikazzjoni ta’ tliet kotba fis-‐sensiela ‘Id-‐Dinja Darna’ għall-‐istudenti tas-‐Sekondarja fl-‐iskejjel tal-‐Istat, bi sħab mad-‐Dipartiment tal-‐Ġeografija fi ħdan id-‐Dipartiment tat-‐Tmexxija tal-‐Kurrikulu. Bis-‐saħħa ta’ din is-‐sensiela, il-‐Malti qed ikompli jiżviluppa f’qasam ieħor (﴾il-‐ġeografija)﴿ u t-‐tagħlim tas-‐suġġett qed isir ukoll bil-‐Malti, fuq talba tal-‐għalliema stess.

9.   Minn żmien għal żmien il-‐Kunsill jorganizza seminars u laqgħat oħrajn bi sħab ma’ entitajiet oħrajn, bħalma huma d-‐Dipartiment tal-‐Malti fl-‐Università, l-‐Akkademja tal-‐Malti, l-‐Awtorità tax-‐Xandir, id-‐Dipartiment tal-‐Gvern Lokali, u d-‐Dipartiment tat-‐Tmexxija tal-‐Kurrikulu.

10.  Membri mill-‐Kunsill jieħdu sehem ukoll fi programmi televiżivi u radjufoniċi fuq il-‐ħidma tal-‐Kunsill u l-‐lingwa Maltija. F’dawn il-‐programmi s-‐semmiegħa u t-‐telespettaturi jkollhom iċ-‐ċans iċemplu u jgħaddu l-‐fehmiet tagħhom. Il-‐Kunsill jippubblika wkoll artikli f’rivisti li jitqassmu b’xejn bħal Bizzilla u ENCORE, u minn żmien għal żmien jidhru wkoll intervisti f’gazzetti lokali.

Kuntatt mal-‐entitajiet pubbliċi u privati

Minbarra dawn is-‐seminars u laqgħat formali, il-‐Kunsill iżomm kuntatt kontinwu ma’ individwi u entitajiet pubbliċi u privati fuq l-‐użu tal-‐Malti, kemm fil-‐ħajja ta’ kuljum kif ukoll fil-‐postijiet tax-‐xogħol tagħhom. Fost affarijiet oħra, il-‐Kunsill qed jaħdem ħafna fuq l-‐użu ta’ senjaletika bilingwi (﴾bil-‐Malti u bl-‐Ingliż)﴿ fil-‐binjiet pubbliċi. Parti kbira mill-‐ħidma ta’ kuljum tal-‐Kunsill hi li jwieġeb in-‐numru ġmielu ta’ mistoqsijiet li jidħlu mingħand il-‐pubbliku u jagħti pariri għad-‐diffikultajiet lingwistiċi tagħhom.

L-‐istat tal-‐ilsien Malti u l-‐istandardizzazzjoni tiegħu

Il-‐Malti hu lsien ħaj u dinamiku li, bħal-‐lingwi l-‐oħra, qiegħed dejjem jevolvi. Wieħed mir-‐rwoli importanti tal-‐Kunsill hu li josserva l-‐lingwa u l-‐bidliet li qed isiru fiha u joffri linji gwida u direzzjoni fuq aspetti tal-‐lingwa, bħalma huma t-‐terminoloġija, l-‐ortografija, l-‐istruttura grammatikali u l-‐iżvilupp ta’ reġistri speċjalizzati.

Page 30: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

30    

L-‐istandardizzazzjoni sservi biex ikun hemm garanzija ta’ konsistenza fil-‐kwalità u fl-‐użu tal-‐lingwa biex tiffaċilita l-‐komunikazzjoni. Filwaqt li fiha element ta’ preskrizzjoni, l-‐istandardizzazzjoni mhix intiża bħala impożizzjoni imma bħala gwida prattika li tgħin biex ikun hemm ċertezza fl-‐użu tal-‐lingwa għax, waqt li tagħraf il-‐varjazzjoni, tistabbilixxi linji gwida għall-‐użu ta’ terminoloġija, ortografija, eċċ. skont il-‐kuntest lingwistiku. Mingħajr standardizzazzjoni hemm il-‐periklu ta’ konfużjoni li xxekkel lill-‐kelliema u l-‐kittieba milli jużaw il-‐lingwa fil-‐ħajja ta’ kuljum.

F’ħafna pajjiżi l-‐istandardizzazzjoni ssir minn korpi uffiċjali apposta, bħalma huma d-‐Dutch Language Union, l-‐Institute for Bulgarian Language (Bulgarian Academy of Sciences), id-‐Danish Language Council, l-‐Estonian Language Council, u l-‐Académie française. F’pajjiżi fejn m’hemmx entità pubblika uffiċjali, l-‐istandardizzazzjoni ssir xorta waħda b’mod indirett minn istituzzjonijiet stabbiliti tal-‐lingwa bħalma huma l-‐British Council u l-‐Oxford English Dictionary (﴾għall-‐Ingliż)﴿ u l-‐Accademia della Crusca (﴾għat-‐Taljan)﴿.

Il-‐kitba tal-‐Malti

Is-‐sistema ortografika tal-‐Malti mhijiex aktar jew anqas kaotika minn dik ta’ lingwi oħra. Kull sistema għandha t-‐tajjeb u l-‐ħażin tagħha. Fil-‐verità, ma teżistix sistema ortografika perfetta, u kull sistema hija r-‐riżultat ta’ kompromess f’numru ta’ prinċipji tal-‐kitba li jistgħu jiġu interpretati b’modi differenti. L-‐importanti hu li l-‐ortografija tkun aġġornata biex taqdi l-‐esiġenzi ta’ lingwa moderna.

Għalhekk hu importanti li jkun hemm korp kompetenti bid-‐dmir li jiddiskuti l-‐kitba u jaġġornaha bi prinċipji kemm jista’ jkun oġġettivi u konsistenti. Dan il-‐‘korp kompetenti’ magħmul minn esperti fil-‐qasam lingwistiku, wara konsultazzjoni wiesgħa, jiddeċiedi fuq forom standard u jissuġġerihom bħala mudell uffiċjali għall-‐kitba. Fil-‐każ tal-‐Malti, dan il-‐‘korp kompetenti’ hu l-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti, kif stabbilit bl-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti, li jistipula li l-‐Kunsill għandu ‘jagħmel kull aġġorament li jkun meħtieġ fl-‐ortografija tal-‐ilsien Malti’, fost affarijiet oħra.

Mhijiex ħaġa tal-‐iskantament li xi deċiżjonijiet jistgħu jkunu kontroversjali. Din ħaġa li nsibuha fl-‐aġġornament ta’ kull lingwa. In-‐nuqqas ta’ qbil huwa riżultat ta’ opinjonijiet differenti ta’ nies li jimxu ma’ prinċipji differenti. Kultant jiġri wkoll li dak li jkun ikollu l-‐gosti u l-‐preġudizzji individwali arbitrarji tiegħu, u jkun jidhirlu li tiegħu biss hija t-‐tajba.

Għalhekk huwa importanti li d-‐deċiżjonijiet meħuda mill-‐“korp kompetenti”, ladarba jkunu ġew diskussi b’konsultazzjoni wiesgħa mal-‐pubbliku u s-‐setturi konċernati, u analizzati u studjati bir-‐reqqa, għall-‐uniformità, jiġu rispettati u segwiti minn kull min jikteb. Min jibqa’ jinsisti fuq il-‐verżjoni tiegħu wara dan l-‐eżerċizzju kollu ma jkun qed jagħmel xejn għajr iħawwad l-‐imħuħ u jfixkel lil min iħaddem il-‐lingwa sew jew jixtieq jitgħallimha.

Il-‐Kunsill mhuwiex hemm għall-‐ortografija biss

L-‐istandardizzazzjoni tal-‐ortografija hija biss parti żgħira mill-‐ħidma tal-‐Kunsill. F’dawn l-‐10 snin li ilu mwaqqaf, il-‐Kunsill għamel u qed ikompli jaħdem fuq dawn il-‐proġetti u l-‐inizjattivi, fost l-‐oħrajn:

Is-‐Senjaletika Pubblika

Fost is-‐senjaletika bilingwi, u li allura l-‐Malti huwa viżibbli fiha, li ħdimna fuqha nsibu:

•   it-‐tabelli direzzjonali u informattivi ġodda tat-‐toroq f’Malta u Għawdex; •   it-‐tabelli tat-‐terminals taċ-‐Ċirkewwa u l-‐Imġarr; •   it-‐tabelli fil-‐biċċerija, il-‐Marsa; •   it-‐tabelli f’diversi parks u ġonna pubbliċi; •   it-‐tabelli fiċ-‐Ċentru tal-‐Onkoloġija Sir Anthony Mamo; •   it-‐tabelli fl-‐estensjoni tal-‐Emerġenza; •   it-‐tabelli fil-‐Park tax-‐Xjenzi tal-‐Ħajja, San Ġwann;

Page 31: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

31    

•   it-‐tabelli tal-‐bini tal-‐Parlament il-‐ġdid.

Il-‐Kunsill għaddej ukoll b’diskussjonijiet fuq tabelli informattivi u direzzjonali oħra, fost l-‐oħrajn, għas-‐sistema tat-‐trasport pubbliku, għaż-‐żoni industrijali, l-‐Isptar Mater Dei, l-‐Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, iċ-‐ċentri tas-‐saħħa, l-‐Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u l-‐MCAST.

Korsijiet

Il-‐Kors fil-‐Qari tal-‐Provi bil-‐Malti

Mit-‐twaqqif tiegħu fl-‐2005, il-‐Kunsill beda jagħti sehmu, bi sħab mad-‐Dipartiment tal-‐Malti fl-‐Università ta’ Malta, fl-‐organizzazzjoni tal-‐Kors fil-‐Qari tal-‐Provi bil-‐Malti (﴾ĊQP)﴿ li jwassal għal Ċertifikat Universitarju u għal Xhieda ta’ Għarfien (warrant) uffiċjali fil-‐qari tal-‐provi mill-‐Kunsill tal-‐Malti.

Il-‐kors temmewh b’suċċess kemm qarrejja tal-‐provi, għalliema, ġurnalisti u tradutturi, kif ukoll nutara, periti, avukati, inġiniera, impjegati tal-‐banek jew ta’ aġenziji tal-‐assigurazzjoni, u oħrajn. Bis-‐saħħa tal-‐Awtorità tax-‐Xandir, il-‐ġurnalisti u x-‐xandara jingħataw inċentiv biex jattenduh ukoll bla ħlas. Xi dipartimenti, kunsilli lokali u parroċċi jagħmlu l-‐istess ukoll bil-‐ħaddiema li jieħdu ħsieb il-‐komunikazzjoni tagħhom.

Mill-‐kors s’issa ikkwalifikaw 309 qarrej tal-‐provi. Bħalissa għaddej l-‐għaxar kors f’Malta u t-‐tieni kors f’Għawdex.

Il-‐Kors għat-‐Tagħlim tal-‐Malti lill-‐Barranin

Kors universitarju ieħor li organizza l-‐Kunsill sal-‐2011, bi sħab mad-‐Dipartiment tal-‐Malti fl-‐Università, kien għat-‐tagħlim tal-‐Malti lill-‐Barranin (Certificate in Maltese as a Foreign Language – CMFL). Dan il-‐kors kien imfassal fuq l-‐għanijiet tat-‐tagħlim tal-‐Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-‐Lingwi.

Korsijiet għall-‐impjegati

Il-‐Kunsill organizza numru ta’ korsijiet fil-‐Malti għall-‐impjegati tas-‐Settur Pubbliku li l-‐Malti jużawh il-‐ħin kollu f’xogħolhom, ewlenin fosthom il-‐ħaddiema soċjali, bi sħab mal-‐Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (﴾FSWS)﴿, u l-‐uffiċjali tal-‐Kunsill Malti għall-‐Arti.

Għandna ppjanati korsijiet oħra għax-‐xandara u għall-‐impjegati tal-‐Awtorità Maltija għat-‐Turiżmu, il-‐Parlament, l-‐Uffiċċju tal-‐Ombudsman, u d-‐Dipartiment tal-‐Informazzjoni, fost l-‐oħrajn. Bi sħab mas-‐CDRT, u mas-‐Segretarju Permanenti Prinċipali, qed nippjanaw ukoll kors fil-‐Malti għall-‐impjegati l-‐ġodda tal-‐gvern.

Korsijiet għall-‐għalliema tal-‐Primarja u s-‐Sekondarja u għall-‐ġenituri u n-‐nanniet

Saru wkoll numru ta’ korsijiet għall-‐għalliema, u għall-‐ġenituri u n-‐nanniet li jservuhom ta’ għajnuna meta jkunu qed jassistu lil uliedhom u lin-‐neputijiet tagħhom fix-‐xogħol tal-‐Malti. Dawn saru u se jkomplu jsiru f’koperazzjoni mal-‐Uffiċjali Edukattivi tal-‐Malti u l-‐Kapijiet tad-‐Dipartiment tal-‐Malti tas-‐Segretarjat għall-‐Edukazzjoni Kattolika. S’issa attendew dawn il-‐korsijiet ’il fuq minn 230 għalliem u 90 ġenitur.

Korsijiet oħra li għandna ppjanati huma fil-‐Malti mitħaddet u fit-‐tagħlim tal-‐Malti għall-‐barranin. Dan tal-‐aħħar se jsir fuq talba tal-‐ġenituri barranin li jibagħtu lil uliedhom fl-‐iskejjel lokali.

L-‐Edukazzjoni

Il-‐bank elettroniku tar-‐riżorsi tal-‐Malti għall-‐għalliema u l-‐ġenituri – www.malti.skola.edu.mt

Page 32: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

32    

Il-‐Kunsill għen fit-‐twaqqif ta’ sit elettroniku b’riżorsi għat-‐tagħlim tal-‐Malti għall-‐għalliema u l-‐ġenituri, kemm dawk li jgħixu Malta kif ukoll dawk li jgħixu barra.

Stazzjon tal-‐Malti fil-‐YouTube ‘ilsien pajjiżi’ -‐ www.youtube.com/user/edukazzjonimt

Il-‐Kunsill għen ukoll fit-‐twaqqif tal-‐istazzjon tal-‐Malti ‘ilsien pajjiżi’, fil-‐YouTube, għall-‐għalliema u l-‐ġenituri. Dan fih filmati li jistgħu jintużaw fil-‐livelli kollha tal-‐iskola, li jinkludu:

•   Filmat tal-‐alfabett bil-‐Malti għat-‐tfal iż-‐żgħar •   Żewġ kanzunetti animati għall-‐Milied •   Il-‐kanzunetti Ferħ u Awguri (Happy Birthday) u Qalbhom Tajba (Jolly Good Fellow) •   Sitt kanzunetti bil-‐Malti animati għat-‐tfal ċkejknin (nursery rhymes)

Dawn kollha saru mill-‐Kunsill tal-‐Malti jew bl-‐appoġġ sħiħ tiegħu.

Cartoons bil-‐Malti

Il-‐Kunsill ta sehmu wkoll fl-‐użu tal-‐Malti fi tliet cartoons bil-‐Malti għat-‐tfal tal-‐Primarja, imnedija bi sħab mal-‐Uffiċċju tal-‐President ta’ Malta.

Bħala Kunsill qed nistudjaw il-‐possibbiltajiet li jkunu żviluppati aktar cartoons bil-‐Malti (﴾kemm oriġinali u anke bid-‐dubbing)﴿ għax inħossu li hawn nuqqas kbir f’dan il-‐qasam.

Apps bil-‐Malti għat-‐tfal

Permezz tal-‐kuntatt li għamilna ma’ diversi żviluppaturi, bdejna naħdmu biex ikollna l-‐ewwel apps għat-‐tagħlim tal-‐Malti fost iż-‐żgħar u l-‐barranin. Qed inħejju aktar apps interattivi fuq oqsma oħra tal-‐lingwa, b’temi interessanti għat-‐tfal, kemm għas-‐sistema Android kif ukoll għal sistemi oħra bħall-‐iOS.

Hekk Aħjar! -‐ ktieb elettroniku għall-‐għalliema tas-‐snin bikrin u l-‐ġenituri li għandhom it-‐tfal żgħar

Bi sħab mad-‐Dipartiment tat-‐Tmexxija tal-‐Kurrikulu, ittellgħet verżjoni elettronika tal-‐pubblikazzjoni Hekk Aħjar! Din hija ġabra ta’ kliem u espressjonijiet għat-‐tfal tas-‐snin bikrin.

L-‐ewwel kalendarju tad-‐drapp miktub bil-‐Malti għall-‐istudenti żgħar

Qassamna kalendarju tad-‐drapp bil-‐Malti għall-‐klassijiet tal-‐Ewwel Sena u fil-‐libreriji tal-‐iskejjel Primarji tal-‐Istat. L-‐għan tal-‐kalendarju hu li bih it-‐tfal jitgħallmu l-‐jiem tal-‐ġimgħa, ix-‐xhur u espressjonijiet marbuta mat-‐temp bil-‐Malti. Dan il-‐proġett sar bi sħab mal-‐Uffiċjali Edukattivi tal-‐Malti u mal-‐Fondazzjoni HSBC.

Tliet kotba bil-‐Malti fuq il-‐ġeografija għall-‐istudenti tas-‐Sekondarja

Il-‐Kunsill kien strumentali fil-‐pubblikazzjoni tas-‐sensiela ‘Id-‐Dinja Darna’ għat-‐tagħlim tal-‐ġeografija bil-‐Malti fl-‐iskejjel Sekondarji tal-‐Istat. Mal-‐kotba tfassal ukoll glossarju ta’ termini ġeografiċi bil-‐Malti, f’koperazzjoni mad-‐Dipartiment u l-‐għalliema tal-‐ġeografija.

It-‐Terminoloġija

Spiss jidħlulna mistoqsijiet fuq terminoloġija bil-‐Malti f’oqsma speċjalizzati. Bil-‐ħidma tal-‐Kumitat Tekniku tat-‐Terminoloġija u b’konsultazzjoni ma’ nies ikkwalifikati fil-‐qasam partikolari li dwaru tkun it-‐terminoloġija, issir diskussjoni u jingħataw is-‐suġġerimenti meħtieġa. Fost is-‐suġġetti ewlenin ittrattati f’dawn l-‐aħħar snin kien hemm il-‐mediċina, l-‐informatika, il-‐ġeografija u l-‐edukazzjoni.

Proġett importanti marbut mat-‐terminoloġija kien dak tad-‐deċiżjoni fuq l-‐isem bil-‐Malti tal-‐munita Ewropea: l-‐ewro.

Page 33: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

33    

L-‐Informatika

Il-‐kitba tal-‐Malti fil-‐kompjuter

Il-‐Kunsill ippubblika manwal li jiggwida lil kull min jixtieq jikteb il-‐Malti bil-‐kompjuter, kemm f’dokumenti kif ukoll fuq l-‐internet. Illum m’għadhiex problema biex tikteb l-‐ittri tal-‐Malti (﴾ċ, ġ, ħ, ż, à, eċċ)﴿. Dan il-‐manwal juri l-‐passi kollha meħtieġa għall-‐attivazzjoni tal-‐Malti u tqassam b’xejn lill-‐pubbliku, lill-‐għalliema u lil diversi impjegati li jużaw il-‐Malti f’xogħolhom.

Bi sħab mal-‐Aġenzija tat-‐Teknoloġija tal-‐Informatika ta’ Malta -‐ MITA (﴾l-‐Istrateġija Nazzjonali Diġitali)﴿, il-‐Kunsill qed jaħdem biex fil-‐manwal jinkludi wkoll sistemi differenti (﴾bħall-‐Microsoft, Apple, Android, u iOS)﴿ u miegħu se tiżdied sensiela ta’ filmati fl-‐istazzjon tal-‐YouTube tal-‐Kunsill li jiggwidaw aħjar lil min ikun qed juża l-‐kompjuter.

Korrezzjoni ta’ nuqqasijiet fis-‐sistema tal-‐Microsoft

Il-‐Kunsill għamel kuntatt mal-‐kumpanija Microsoft biex, bl-‐għajnuna ta’ espert fil-‐qasam, jiġu kkoreġuti t-‐taqsiriet tal-‐jiem tal-‐ġimgħa fis-‐sistema kalendarja tas-‐sistema operattiva tal-‐Windows, li oriġinarjament kienu żbaljati. Dawn issa qed jidhru tajjeb fuq il-‐kompjuters u l-‐laptops ta’ kulħadd.

Bis-‐saħħa tat-‐teknoloġija l-‐Malti qed jinkiteb u jintuża minn ħafna aktar nies u, bħala Kunsill, qed ngħinu f’dan ukoll bl-‐iżvilupp ta’ apps u b’appoġġ għal riżorsi lingwistiċi diġitali. It-‐teknoloġija hi parti integrali mill-‐ħajja tagħna u jkun ta’ ħsara għall-‐Malti jekk inċaħħduh milli jidħol u jiżviluppa f’dan il-‐qasam. Il-‐Kunsill iħeġġeġ l-‐integrazzjoni tal-‐Malti fir-‐riżorsi diġitali moderni u l-‐użu korrett tiegħu fihom.

Ix-‐Xandir

Kollaborazzjoni mal-‐PBS għall-‐użu tal-‐Malti fuq l-‐istazzjon nazzjonali

Il-‐Kunsill daħal fi ftehim uffiċjali mal-‐PBS fuq l-‐użu tal-‐Malti miktub fuq l-‐istazzjon TVM, partikolarment għall-‐programmi prodotti mill-‐istazzjon stess. Bis-‐saħħa ta’ dan il-‐ftehim il-‐PBS għandu żewġ qarrejja tal-‐provi kkwalifikati li ta’ kull filgħaxija qed jaraw il-‐kitba bil-‐Malti tal-‐punti ewlenin li jidhru fiż-‐żigarella tal-‐aħbarijiet tat-‐8pm.

Bħala Kunsill inżommu kuntatt fuq l-‐użu tal-‐Malti mat-‐taqsima tal-‐programmi tal-‐PBS u qed naħdmu biex nestendu din il-‐koperazzjoni mal-‐istazzjonijiet privati lokali l-‐oħra.

Riżorsi għax-‐xandara

Il-‐Kunsill qed jara li, kemm jista’ jkun, jistandardizza t-‐terminoloġija li jużaw ix-‐xandara. Fost l-‐oħrajn ħareġ lista bit-‐titli televiżivi għall-‐grafika ta’ tmiem il-‐programmi, gwida għall-‐grafika tar-‐rapport tat-‐temp u gwida oħra għall-‐programmi tat-‐telebejgħ. Fassal ukoll linji gwida fuq il-‐kitba tal-‐ismijiet tal-‐lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex. Dawn tqassmu lill-‐istazzjonijiet lokali bi sħab mal-‐Awtorità tax-‐Xandir. Minn żmien għal żmien nibagħtu wkoll ċirkularijiet fuq l-‐użu tal-‐Malti għax-‐xandara.

Għandna ppjanati riżorsi oħra ta’ dan it-‐tip, fost l-‐oħrajn, f’dak li għandu x’jaqsam mal-‐ingredjenti u l-‐ikel għall-‐programmi tat-‐tisjir, max-‐xagħar u s-‐sbuħija għall-‐programmi tal-‐moda, mat-‐teknoloġija, u mal-‐qasam tal-‐mużika u l-‐ispettaklu.

Il-‐ktieb ‘Ballun Pinġut’ bl-‐espressjonijiet tal-‐logħba tal-‐futbol

Fl-‐okkażjoni tal-‐logħob tal-‐Ewro 2012, bi sħab mal-‐Għaqda Ġurnalisti Sports, il-‐Kunsill ippubblika l-‐ktieb ‘Ballun Pinġut’ biex jgħin lix-‐xandara sportivi fil-‐kummentarji tagħhom. Il-‐pubblikazzjoni tqassmet b’xejn lill-‐ġurnalisti sportivi kollha.

Page 34: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

34    

Avviż Legali fuq l-‐użu tal-‐Malti fix-‐xandir

Bi sħab mal-‐Awtorità tax-‐Xandir, u wara konsultazzjoni pubblika, qed naħdmu fuq il-‐pubblikazzjoni ta’ Avviż Legali li, fost l-‐oħrajn, jittratta:

•   L-‐ortografija, inkluż l-‐użu tat-‐tipi (fonts) tal-‐Malti fil-‐grafika tal-‐programmi, b’mod speċjali fil-‐programmi edukattivi, informattivi (﴾aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti, tisjir, moda u sport)﴿ u tat-‐tfal.

•   Ir-‐reklamar u l-‐programmi tat-‐telebejgħ, kemm fil-‐mitħaddet kif ukoll fil-‐miktub, speċjalment fejn jidħlu n-‐numri (﴾etajiet, qisien, prezzijiet, numri ta’ kuntatt)﴿ u ismijiet ta’ lwien u lokalitajiet.

•   Il-‐pronunzja, inkluż fil-‐programmi tar-‐radju, biex tkun korretta u ċara, b’sentenzi mibnija tajjeb u mingħajr taħlit tal-‐Malti ma’ lingwi oħra bla bżonn.

Servizzi għall-‐Pubbliku

Il-‐Kunsill tal-‐Malti jagħti servizz ta’ pariri u jikkonsultawh diversi entitajiet pubbliċi (﴾ministeri, kunsilli lokali, dipartimenti tal-‐gvern, eċċ.)﴿ u privati fuq temi relatati mal-‐lingwa u l-‐użu tagħha f’tabelli u fuljetti li jkunu qed ifasslu.

Nikkollaboraw ukoll ma’ kull min jitlob is-‐servizz ta’ qari tal-‐provi għall-‐pubblikazzjonijiet li jkun se joħroġ.

Ta’ spiss ikollna wkoll talbiet għall-‐għajnuna minn individwi jew entitajiet li jkunu se jorganizzaw attività jew jagħmlu xi proġett marbut mal-‐lingwa Maltija. Meta l-‐Kunsill jagħraf li l-‐proġetti mressqa quddiemu jkunu serji, siewja u fuq kollox ta’ kontribut uniku għax jagħtu eżempju ta’ prattika tajba, il-‐Kunsill jgħin bil-‐qalb kollha.

Il-‐Malti fil-‐qasam turistiku

L-‐ilsien Malti hu element awtentiku ta’ attrazzjoni għall-‐barranin. Għandu potenzjal qawwi għall-‐qasam turistiku lokali għax, minbarra li hu xhieda ħajja tal-‐istorja mqanqla ta’ pajjiżna, hu fattur ewlieni tal-‐identità tagħna, kif stipulat ukoll fl-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti.

Biex insaħħu l-‐preżenza tal-‐Malti fit-‐turiżmu, kellna diversi laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ entitajiet responsabbli mill-‐qasam. B’sodisfazzjon ninnutaw li hemm rieda tajba ħafna u dwar dan diġà bdejna naħdmu.

Ħidma mal-‐Istitut għall-‐Istudji Turistiċi

Il-‐Kunsill iffirma ftehim formali ta’ koperazzjoni għal ħames snin mal-‐Istitut għall-‐Istudji Turistiċi (﴾ITS)﴿, fost l-‐oħrajn, biex:

•   Jiżviluppa ġabra ta’ terminoloġija speċjalizzata mill-‐qasam tal-‐ikel u t-‐tisjir. •   Isiru sessjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ għarfien bażiku fuq l-‐ilsien Malti u l-‐istorja tiegħu

lill-‐istudenti tal-‐korsijiet tal-‐gwidi turistiċi. •   Isiru sessjonijiet għall-‐istudenti tal-‐korsijiet tat-‐tmexxija tal-‐lukandi u tal-‐faċilitajiet turistiċi

(﴾management personnel u frontliners)﴿ biex titqajjem kuxjenza fuq l-‐użu tal-‐Malti u għalhekk jagħmluh aktar viżibbli fis-‐senjaletika fil-‐post tax-‐xogħol tagħhom.

Ħidma mal-‐Awtorità Maltija għat-‐Turi¿mu

Il-‐Kunsill qed jibni kuntatt mal-‐Awtorità Maltija għat-‐Turiżmu biex il-‐Malti jkun aktar viżibbli b’materjal pubbliku bilingwi.

Page 35: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

35    

Ħidma mal-‐Assoċjazzjoni Maltija tal-‐Lukandi u r-‐Restoranti (MHRA)

Ipparteċipajna fil-‐‘Forum tat-‐Turiżmu fil-‐Mediterran 2014’ u, bi sħab mal-‐MHRA, ipproduċejna wkoll sett stickers bilingwi għall-‐istabbilimenti tal-‐ospitalità (﴾bars, restoranti, kafetteriji u lukandi)﴿. Beħsiebna nżidu aktar minnhom u nqassmuhom ukoll fi ħwienet u f’postijiet pubbliċi oħra.

Appoġġ għal Proġetti Nazzjonali

Il-‐Kunsill qed isegwi l-‐iżviluppi u jagħti l-‐appoġġ sħiħ tiegħu f’żewġ proġetti ta’ importanza nazzjonali għall-‐ilsien Malti: l-‐iżvilupp ta’ dizzjunarju li jkun aċċessibbli mill-‐internet għal kulħadd u ta’ ċekkjatur elettroniku (spell checker). Jikkollabora wkoll mal-‐Istitut tal-‐Lingwistika fl-‐Università fl-‐iżvilupp tas-‐Server għar-‐Riżorsi Lingwistiċi tal-‐Malti (﴾MLRS)﴿ biex jinħolqu riżorsi u għodod diġitali għall-‐Malti, kif issib f’kull lingwa oħra.

Għeluq

Din hija l-‐ħidma ewlenija mwettqa mill-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti fl-‐għaxar snin li ilu mwaqqaf, ħidma li tmur ukoll lil hinn mill-‐ortografija u li tissodisfa l-‐għanijiet stipulati fl-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti għall-‐promozzjoni tal-‐ilsien nazzjonali u għat-‐tfassil u t-‐twettiq ta’ politika lingwistika għall-‐Malti li tinfirex fl-‐oqsma kollha tas-‐soċjetà tagħna.

Kwalunkwe tibdil fil-‐liġi tal-‐Malti għandu jsir f’konsultazzjoni sħiħa mal-‐Kunsill tal-‐Malti, bil-‐ħsieb li jissaħħaħ il-‐Kunsill ħalli jkompli jkun aktar effettiv f’xogħlu.

Rispons Nru (﴾27)﴿

Isem : Joseph Chircop

Filwaqt li nirreferi għall-‐kontribut tiegħi fid-‐diskussjoni li kien nieda l-‐KNLM f'April 2008 u li jinsab fil-‐pubblikazzjoni “Innaqqsu l-‐inċertezzi 2. Seminar fuq il-‐kliem ta’ nisel Ingliż fil-‐Malti” (﴾p.114)﴿ (﴾http://www.kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/il-‐ktieb_finali_sa%20Nov%2008.pdf)﴿ nixtieq ngħaddi, fil-‐qosor ħafna, dawn l-‐osservazzjonijiet:

1. Trid issir distinzjoni bejn l-‐ilsien mtkellem u dak miktub. Fin-‐natura tagħhom dawn huma differenti fir-‐reqqa, fil-‐ħsieb, fl-‐espressjoni u l-‐mezz. L-‐istandard jibbaża ruħu fuq il-‐miktub, l-‐ilsien li jevolvi u jiġġedded iżda li jibqa' regolat f'qafas ċar. L-‐ilsien mitkellem jistħoqqlu studju apparti u ħafna drabi jevolvi grammatika għalih innifsu. Jekk se nibbażaw l-‐istandard fuq il-‐mitkellem, liema mitkellem se jkun il-‐mudell?

2. Naqbel li fejn il-‐kelma Maltija teżisti din għandha tintuża. Jekk le, se nitilfu patrimonju sħiħ ta' termini f'diversi oqsma li wħud minnhom huma għonja ferm (﴾sajd, agrikoltura, temp, snajja'...)﴿ li fihom ukoll qed nintelqu għall-‐Ingliż. Dwar kliem li ġej mill-‐Ingliż, ara l-‐kumment fil-‐bidu.

3. L-‐etimoloġija tibqa' għodda integrali. Fih innifsu, it-‐tagħlim ta' lsien huwa dixxiplina; semplifikazzjoni żejda ma tgħinx wisq. Pereżempju smajna li mhux sew li wieħed irid ikun jaf it-‐Taljan biex jikteb tajjeb bil-‐Malti (﴾ara l-‐ezempju ta' 'skont/skond' li ġiet issemplifikata fi 'skont')﴿. Imma xorta wieħed irid ikun jaf li 'importanti' ġejja mit-‐Taljan u li l-‐ 'i' mhix vokali tal-‐leħen u għaldaqstant trid tinżamm.

Page 36: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

36    

4. Irridu nsaħħu l-‐politika lingwistika nazzjonali fix-‐xandir u fl-‐iskejjel. Insemmi l-‐esperjenza tat-‐tifla tiegħi li meta marret il-‐primarja bdiet titlef l-‐isem tal-‐kuluri bil-‐Malti u bdiet tużahom bl-‐Ingliż.

5. Kliem “importat” għandu jinkiteb kif ġie importat (﴾'email' għandha tibqa' hekk anki għaliex jekk issir 'imejl' dik l-‐'i-‐' mhu qed tirreferi għal xejn (﴾ara wkoll Ġustizzja-‐e, Gvern-‐e; ....)﴿. Hemm spiji fl-‐ilsien li jindikaw kemm kelma tkun akklimatat ruħha għall-‐Malti. Eż: kejk/kejkijiet hija Maltija. Sfortunatament daħħalna '-‐s' għall-‐plural fil-‐Malti. Din, għalija, kienet spija li turini jekk il-‐kelma importata baqgħetx Ingliża, eż. 'bowser -‐ bowsers' (﴾Ingliż)﴿; bawżer -‐ *bwieżer/*bawżrijiet (﴾Malti, dawn tal-‐aħħar naturalment huma ipotetiċi)﴿.

6. Il-‐KNLM għandu rwol essenzjali. Rwol li jħares l-‐Ilisen u mhux li jibni (﴾permezz ta' deskrizzjoni ta' tip ta' mitkellem)﴿ ilsien li mhux il-‐Malti. Huwa minnu li l-‐istandard jevolvi u din l-‐evoluzzjoni tara fiha l-‐ħidma tal-‐poplu li juża l-‐lingwa iżda dan għandu jidher aktar f'deskrizzjoni dijakronika u mhux sinkronika. Ir-‐rwol preskrittiv tal-‐Kunsill għandu jibqa'; huwa awtorità. Ħafna passi li qed jieħu l-‐Kunsill huma fid-‐direzzjoni t-‐tajba iżda fejn qed tidħol id-‐deskrizzjoni tal-‐istandard qed imur wisq fuq il-‐mitkellem li fih innifsu mhuwiex u ma jistax ikun standard.

7. Mistoqsija b'rabta mal-‐lista tal-‐ismijiet tal-‐pajjiżi ppubblikata reċentement: kif il-‐KNLM ma kkonsultax il-‐pubblikazzjonijiet tal-‐istituzzjonijiet tal-‐UE biex jibni din il-‐lista? Dan meta hu stess stqarr li l-‐lista hi għall-‐użu mill-‐istituzzjonijiet (﴾qed jiimplika li għandu jkun hemm lista differenti għall-‐użu f'Malta?!)﴿. Ismijiet li kienu diġà fl-‐użu anki f'dokumenti uffiċjali, trattati u ftehimiet varji. Lista li bla dubju kellha bżonn ta' tirqim iżda li baqgħetx tingħaraf. Nirringrazzjakom ta' din l-‐opportunità u niskuża ruħi li l-‐ħin ma ppermettilix nelabora aktar fuq dawn il-‐punti.

Rispons Nru (﴾28)﴿

Isem : Joseph Caruana

Ikolli nistqarr li din il-‐konsultazzjoni pubblika ssorprendietni. Tibdiliet fis-‐sistema tal-‐kitba jagħtu lok għal reazzjonijiet imqanqla u rifjut inizjali minn dawk li ma jaraw l-‐ebda ħtieġa għala kelma li mdorrijin jiktbuha mod għandhom jibdew jiktbuha mod ieħor. Dan mhuwiex fenomenu Malti u Malti biss: narawh iseħħ fil-‐gazzetti u fuq il-‐mezzi l-‐oħra kollha immaġinabbli anki fil-‐każ ta’ aġġornamenti tal-‐kitba ta’ ilsna b’komunitajiet lingwistiċi wisq akbar minn dik Maltija u bi storja wisq itwal ta’ standard ortografiku milli għandu l-‐Malti. Insemmi biss l-‐esperjenza tal-‐aħħar riformi ortografiċi tal-‐Ġermaniż, iċ-‐Ċek, l-‐Olandiż u l-‐Portugiż. Sew minn dak li qrajt u sew minn dak li smajt mingħand kollegi tradutturi ta’ dawk il-‐lingwi fis-‐servizzi tal-‐UE, naf li kull waħda minn dawn ir-‐riformi qajmet riefnu ta’ reazzjonijiet indinjati. Imma jkolli ngħid li fl-‐ebda każ ma qrajt jew smajt li dawn ir-‐riformi wasslu biex l-‐istess stat li jkun ħatar awtorità nazzjonali bil-‐kompetenza speċifika li twettaq aġġornamenti fl-‐ortografija jqajjem dubji mhux biss fuq is-‐siwi tal-‐għażliet li tkun għamlet, iżda wkoll fuq l-‐istess eżistenza u funzjoni ta’ din l-‐awtorità. Bħala kap tas-‐servizz tat-‐traduzzjoni Maltija fil-‐Parlament Ewropew, nistqarr li importanti ħafna li jkun hemm awtorità nazzjonali li taġġorna l-‐istandard. Illum is-‐servizzi tat-‐traduzzjoni għall-‐Malti jgħoddu madwar mija u ħamsin traduttur fi tmien istituzzjonijiet u korpi tal-‐UE. Barra minn hekk, tista’ tgħid kull wieħed minn dawn is-‐servizzi differenti juża tradutturi esterni għal parti mill-‐volum tax-‐xogħol totali, b’tali mod li l-‐għadd ta’ tradutturi u reviżuri li jaqdu l-‐bżonnijiet tal-‐UE rigward ilsienna jkompli jitkattar. Jeħtiġilna niżguraw

Page 37: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

37    

il-‐konsistenza f’xogħolna, jeħtiġilna nirreferu għal kriterji oġġettivi biex nivvalutaw il-‐kwalità tat-‐traduzzjonijiet u xogħol it-‐tradutturi li jipproduċuhom, jeħtiġilna naħdmu b’mod effiċjenti u koordinat, u nevitaw ħela ta’ ħin, enerġija u riżorsi fuq diskussjonijiet interminabbli li aktar jarmu sħana u fwar milli jilluminaw l-‐imħuħ. Għal dan kollu, huwa essenzjali li jkollna punt ta’ riferiment awtorevoli fuqhiex inserrħu. L-‐istess jgħodd għal min iħaddem il-‐Malti miktub f’ħafna oqsma ta’ attività oħra, ibda minn min jgħallem f’kull livell tal-‐edukazzjoni, għal min jieħu ħsieb is-‐sistema ta’ eżamijiet akkademiċi u taċ-‐ċivil, għall-‐ġurnalisti u x-‐xandara, għal dawk li jippubblikaw perjodiċi u kotba, eċċ. Ilsienna ħaj u l-‐ħin kollu jiżviluppa magħna bħala poplu aħna u nidħlu għal opportunitajiet ġodda, inħaddmu mezzi u forom ta’ komunikazzjoni ġodda, nitħalltu ma’ kulturi barranin u nġarrbu influwenzi minn ilsna oħra, dan kollu b’rata li donnha rrankat bħal qatt qabel. Il-‐ħtieġa li jkollna awtorità nazzjonali ta’ pjanifikazzjoni lingwistika altru li hija ċara. Jidhirli li l-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti adotta strateġija għaqlija meta ddeċieda li jaqsam l-‐aġġornament tal-‐ortgrafija fuq tliet fażijijet: li l-‐ewwel jagħżel bejn il-‐varjanti ortografiċi attestati, imbagħad jittratta l-‐kitba tal-‐kelmiet missellfa mill-‐Ingliż, u fl-‐aħħar il-‐varjanti fonetiċi. Minn dawn hija biss l-‐ewwel fażi li tlestiet, bil-‐pubblikazzjoni tad-‐Deċiżjonijiet 1 fl-‐2008. Il-‐Kunsill għamel kulma seta’ biex l-‐ewwel ikkonsulta mbagħad ippubbliċizza u spjega l-‐għażliet tiegħu f’laqgħat ma’ gruppi interessati, eż. l-‐għalliema. Għandi naħseb li l-‐Kunsill se jimxi bl-‐istess mod fit-‐tieni u t-‐tielet fażi tal-‐aġġornament ortografiku. Ta’ min insemmi wkoll il-‐kontribut tal-‐Kunsill għas-‐suċċess tal-‐kors u ċ-‐ċertifikazzjoni tal-‐Qarrejja tal-‐Provi bil-‐Malti. Sal-‐lum, din l-‐ewwel kwalifika fil-‐qari tal-‐provi bil-‐Malti kisbuha ‘l fuq minn tliet mitt persuna, li qed itejbu l-‐kwalità tal-‐kitba bil-‐Malti f’pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi. Suġġerimenti għal titjib -‐-‐ Xi drabi smajt kollegi fis-‐servizzi tat-‐traduzzjoni tal-‐UE jilmentaw li damu ma ħadu risposta mill-‐Kunsill, jew li baqgħu bla reazzjoni għal mistoqsija, kuntatt jew suġġeriment min-‐naħa tagħhom. Jista’ jkun li individwi jew gruppi oħrajn ukoll ġarrbu l-‐istess esperjenza, u li dan ikkontribwixxa għal skuntentizza bil-‐funzjonament tal-‐Kunsill. B’dan la rrid immaqdar lill-‐Kunsill u lanqas inlumu, għax huwa evidenti li b’full-‐timer wieħed, id-‐Direttur Eżekuttiv, il-‐Kunsill impossibbli jlaħħaq ma’ kollox bla dewmien. Biex il-‐Kunsill ikun jista’ jaqdi l-‐funzjonijiet tiegħu ta’ riċerka, konsultazzjoni, diskussjoni, informazzjoni u komunikazzjoni f’waqtha, ma jistax ikun li jibqa’ jaħdem b’full-‐timer wieħed. Jeħtieġ li jissaħħaħ b’membri tal-‐persunal kwalifikati u li jafu jħaddmu l-‐mezzi tal-‐lum biex jipproċesaw it-‐talbiet, il-‐mistoqsijiet u l-‐kontributi ta’ individwi u gruppi interessati, filwaqt li jikkomunikaw il-‐missjoni u l-‐ħidma tal-‐Kunsill lill-‐pubbliku. -‐-‐ Ma wasalx iż-‐żmien li l-‐Kunsill fl-‐aħħar ikollu sede tiegħu, iċ-‐Ċentru Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti msemmi fl-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti (﴾Art. 5(﴾3)﴿(﴾i)﴿)﴿? Bla post fejn ikun jista’ jlaqqa’ n-‐nies u jorganizza dokumentazzjoni dwar l-‐iżvilupp tal-‐Malti, naħseb li l-‐Kunsill se jkompli jsibha diffiċli jikseb il-‐preżenza li jeħtieġlu jkollu fis-‐soċjetà Maltija biex ikun jista’ jaqdi l-‐kompiti li ngħatawlu. -‐-‐ Fl-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti (﴾Art. 11)﴿ jissemma wkoll Forum Nazzjonali li għandu jitlaqqa’ kull tliet snin. Ma jidhirlix li din l-‐istipulazzjoni tal-‐liġi qatt twettqet. Jista’ jkun li din il-‐konsultazzjoni pubblika tkun ix-‐xoqqa f’moxtha biex isir l-‐ewwel Forum Nazzjonali dwar l-‐ilsien Malti, postu f’kull aspett tal-‐ħajja Maltija u kif jaqsam l-‐ispazju lingwistiku ma’ ilsna oħra fil-‐kultura tagħna. -‐-‐ Ma jidhirlix li għandu jsir xi tibdil fil-‐kompożizzjoni tal-‐Kunsill kif definita fl-‐Art. 4(﴾2)﴿ tal-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti. Biss, nixtieq nissuġġerixxi li jingħata lok għal konsultazzjoni aktar strutturata mas-‐servizzi tat-‐traduzzjoni tal-‐UE. Meta għadda l-‐Att dwar l-‐Ilsien Malti, dawn is-‐servizzi tat-‐traduzzjoni kienu jgħoddu biss ponn individwi. Illum kibru biex iħaddnu aktar minn 150 traduttur, li ta’ kuljum iħaddmu l-‐Malti f’oqsma li dari qajla kellu x’jaqsam magħhom, u jkollhom jirriċerkaw u jiddokumentaw termini biex jesprimu nozzjonijiet ġodda. Ikun tajjeb li l-‐Kunsill jagħraf l-‐importanza ta’ dan il-‐qasam u tal-‐kontribut li s-‐servizzi tat-‐traduzzjoni tal-‐UE jistgħu jagħtu billi jinkludi rappreżentanza tagħhom fl-‐istrutturi sussidjajrji tiegħu (﴾kumitat tekniku)﴿.

Page 38: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

38    

Rispons Nru (﴾29)﴿

Isem : Roderick Sant

Naqbel kompletament mar-‐raġunament tad-‐dokument ta' konsultazzjoni. Il-‐proposti tal-‐Kunsill tal-‐Malti xi drabi joqorbu għar-‐redikolu billi ma jagħmlux id-‐distinzjoni bejn il-‐Malti mitkellem u dak miktub. Fl-‐istess ħin, ta' min jistaqsi lill-‐membri tal-‐Kunsill tal-‐Malti: fuq liema kampjun ta' Maltin ibbażaw id-‐deċiżjonijiet tagħhom? Jekk hu fuq il-‐gazzetti bil-‐Malti u l-‐istazzjonijiet Maltin tat-‐televiżjoni u r-‐radju, jista' jkun li dawn jirrappreżentaw segment tajjeb ta' Maltin imma ċertament ma jirrappreżentawx kull segment tas-‐soċjetà Maltija. L-‐istandardizzazzjoni tal-‐lingwa -‐ kif għandna eżempji minn lingwi oħra, speċjalment it-‐Taljan qrib tagħna -‐ huwa ta' importanza assoluta biex tiġi żviluppata lingwa miktuba koerenti u li tiftiehem. Id-‐direzzjoni li l-‐Kunsill tal-‐Malti qed jieħu, pereżempju bl-‐ismijiet tal-‐pajjiżi: Georgia, Netherlands, Myanmar, hija aberrazzjoni kbira f'dan ir-‐rigward. Fl-‐istess ħin, f'din l-‐istess formula, kelli nimla l-‐indirizz elettroniku tiegħu taħt id-‐daħla “Imejl”; naħseb li l-‐kitba fonetika ta' kliem misluf għandha tiġi evitata fil-‐lingwa miktuba sakemm din ma tiġix assimilata sewwa. Ir-‐riżultat ta' kliem tradott fonetikament “free for all” huwa li wieħed jispiċċa jrid jaqra sentenza darbtejn jew tlieta biex jifhem eżattament is-‐sens tagħha. Dan m'għandux ikun f'lingwa miktuba li l-‐għan prinċipali tagħha hija li biha wieħed jikkomunika u mhux jagħmilha diffiċli li tikkomunika -‐ għalkemm, ironikament, din id-‐diffikultà tiżdied kull darba li l-‐Kunsill tal-‐Malti jipprova jissimplifika l-‐lingwa! Jien naqbel kompletament mal-‐fehma tal-‐Professur Joseph Brincat -‐ speċjalment dwar l-‐importanza tal-‐istandardizzazzjoni tal-‐lingwa miktuba -‐ li elabora b'mod aktar ċar milli jien qed nagħmel hawnhekk id-‐direzzjoni li għandha tittieħed għall-‐lingwa Maltija miktuba.

Rispons Nru (﴾30)﴿

Isem : Carmel Azzopardi

1.   L-‐integrazzjoni ta’ kliem ta’ nisel Ingliż 1

Introduzzjoni

L-‐integrazzjoni ta’ kliem ta’ nisel Ingliż, li sseħħ l-‐ewwel fuq livell mitkellem u mbagħad tista’ sseħħ ukoll, għalkemm mhux bilfors dejjem, fuq livell miktub, hi realtà li ma tistax tiġi injorata. Hi pass neċessarju u inevitabbli fl-‐iżvilupp tal-‐lingwa. Il-‐lessiku tal-‐Malti bilfors li jrid jespandi u jitwessa’ biex ikun jista’ jaqdi ħtiġijiet ġodda, l-‐aktar fejn jidħlu oqsma pjuttost moderni bħal ma huma l-‐oqsma tal-‐informatika, tax-‐xjenza u t-‐teknoloġija, tal-‐finanzi u tal-‐isport. Din l-‐integrazzjoni hi żvilupp pożittiv li jagħni u jiftaħ il-‐lingwa, sakemm, u hu importanti li wieħed jisħaq fuq il-‐kelma “sakemm”, din l-‐integrazzjoni sseħħ bis-‐sens.

                                                                                                                                       

1 Dan it-‐test, b’xi żidiet/bidliet, deher fid-‐dokument “Innaqqsu l-‐inċertezzi 2” (﴾2008)﴿, pp. 41-‐56. Ara l-‐ħolqa http://www.kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/il-‐ktieb_finali_sa%20Nov%2008.pdf

Page 39: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

39    

Prinċipji

1.  Ma nużawx kelma ta’ nisel Ingliż, la fuq livell mitkellem u l-‐anqas fuq livell miktub, jekk fil-‐Malti diġà għandna kelma bl-‐istess tifsira.

Tabella 1 Eżempji ta’ interferenza mill-‐Ingliż

A: Kelma mill-‐Ingliż B: Kelma Maltija

iwwoċċjaû ra

ibbrestfidjaû redda’

immitjaû iltaqa’ ma’

ibbildjaû bena

illiftjaû refa’

ixxejvjaû qaxxar

ibboderjaû ħabbel moħħu

saladû insalata

creamû krema

Kummenti

a)﴿   L-‐użu ta’ kliem bħall-‐kliem f’kolonna A jagħmel ħsara lil-‐lingwa għax jieħu post kliem ieħor li diġà hu stabbilit.

b)﴿   Biss hawnhekk wieħed irid joqgħod attent għax xi drabi kelma Ingliża jkollha tifsira li tkun identika għat-‐tifsira ta’ kelma Maltija meta użata f’kuntest, iżda jkollha tifsira differenti meta użata f’kuntest ieħor. Fl-‐ewwel każ il-‐kelma titqies bħala interferenza; fit-‐tieni każ titqies bħala żvilupp pożittiv.

Tabella 2 Eżempji ta’ kliem Ingliż li jintuża f’kuntest partikulari

Kelma Ingliża

Kuntesti differenti

L-‐isprejer ibbejkja l-‐karozza. ü

Page 40: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

40    

IBBEJKJA Il-‐furnar ibbejkja l-‐ftajjar. û Il-‐furnar ħema l-‐ftajjar. ü

IPPUXXJA

Toni ppuxxja d-‐droga. ü

Tonni ppuxxja lil ta’ quddiemu.

û Toni mbotta lil ta’ quddiemu. ü

IFFIDJA

Il-‐mastrudaxxa ffidja l-‐magna li tqatta’ l-‐injam.

ü

Il-‐bidwi ffidja l-‐annimali. û Il-‐bidwi għalef l-‐annimali. ü

IMMIKSJA

Id-‐disc jockey mmiksja l-‐mużika.

ü

Ommi mmiksjat il-‐bajd. û Ommi ħabbtet il-‐bajd. ü

Il-‐ħaddiem immiksja l-‐konkos.

û Il-‐ħaddiem għaġen il-‐konkos. ü

ISSEJVJA

Pawlu ssejvja d-‐dokument. ü

Pawlu ssejvja l-‐bolol. û Pawlu ġemma’ l-‐bolol. ü

2.  Meta kelma ta' nisel Ingliż tintegra ruħha, il-‐forma mitkellma tal-‐Ingliż tieħu l-‐prominenza u mhux il-‐forma miktuba. Il-‐kelma integrata żżomm pronunzja li toqrob lejn il-‐pronunzja tal-‐Ingliż u l-‐forma grafika fil-‐Malti tirrifletti din il-‐pronunzja. Pereżempju, meta tintegra ruħha, il-‐kelma

Ingliża "wire" ma żżommx il-‐forma grafika tal-‐Ingliż u ma tiġix ippronunzjata /'wij re/ iżda żżomm pronunzja li toqrob lejn il-‐pronunzja Ingliża (﴾/'wa jer/)﴿ u tinkiteb b'mod li jirrifletti din il-‐pronunzja (﴾wajer)﴿ 2.

3.  Mhux kull kelma li tintegra ruħha fuq livell mitkellem trid bilfors tintegra ruħha fuq livell miktub. Il-‐kliem Ingliż li jintegra ruħu jista’ jiġi kklassifikat fi tlieta:

a)﴿   Kliem li jintegra ruħu fuq livell mitkellem iżda mhux fuq livell miktub Kliem bi struttura ostili

L-‐istruttura grafika tal-‐kelma tikkondizzjona l-‐integrazzjoni fuq livell miktub. Kliem pjuttost twil u li jkollu struttura grafika kkumplikata u li tistona meta mqabbla mal-‐istruttura ta’ kliem Malti, bħala regola, ma jintegra ruħu qatt fuq livell miktub. Ngħidu aħna kelmiet bħal “fire extinguisher” jibqgħu jinkitbu bl-‐Ingliż għax, jekk

                                                                                                                                       

2 Fl-‐integrazzjoni bikrija ta' kliem Ingliż insibu xi każi fejn dan il-‐prinċipju ma ġiex irrispettat. Ngħidu aħna, fil-‐kelma "pickles" ma żammejniex il-‐pronunzja li toqrob lejn il-‐pronunzja Ingliża iżda tajna aktar prominenza lill-‐forma miktuba tal-‐Ingliż. Ippronunzjajna /'pik les/ (﴾minflok /'pik ils/)﴿ u ktibna pikles minflok pikils.

Page 41: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

41    

jinkitbu bil-‐Malti, il-‐forma grafika tagħhom (﴾fajerekstingwixer)﴿ tidher ostili u ma tkunx aċċettata.

Kliem li għadu ġdid

Kelma tintegra ruħha l-‐ewwel fuq livell mitkellem. Meta tibda tintuża sew fuq dan il-‐livell u tindara, imbagħad tkun tista’ tibda tinkiteb ukoll bil-‐Malti.3

b)﴿   Kliem li bilfors jintegra ruħu fuq livell miktub Meta minn kelma ta’ nisel Ingliż innisslu forom oħrajn, il-‐kelma trid dejjem, anke jekk tkun għadha kif ġiet integrata fuq livell mitkellem, tinkiteb bil-‐Malti.

Tabella 3 Kliem Ingliż li jinkiteb dejjem bil-‐Malti

Niktbu

faks

u mhux

faxû

għax illissnu

iffaksja

niffaksja

iffaksjati

baġit

budgetû

ibbaġitja

nibbaġitja

baġitarju

bokser

boxerû

ibboksja

nibboksja

ibboksjat

kejterer

catererû

ikkejterja

nikkejterja

ikkejterjat

kowċ

coachû

ikkowċja

nikkowċja

ikkowċjati

trakk truckû trakkijiet

                                                                                                                                       

3 Dan il-‐prinċipju ma japplikax fil-‐każ ta’ kliem Ingliż li minnu nnisslu forom oħra. Ara l-‐punt 3 b)﴿ hawn fuq.

Page 42: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

42    

Kummenti:

•   Lingwistikament ma jagħmilx sens li niktbu l-‐kelma Ingliża bl-‐Ingliż u mbagħad niktbu l-‐forom imnissla bil-‐Malti, jiġifieri li niktbu fax, budget, boxer, caterer, coach, truck, eċċ. imbagħad niktbu niffaksja, baġitarju, nibboksja, nikkejterja, nikkowċja, trakkijiet, eċċ.

•   Aktar u aktar ma jagħmilx sens li noħolqu forom grafiċi assurdi u niktbu l-‐forom imnissla biċċa bil-‐Malti u biċċa bl-‐Ingliż. Jiġifieri li niktbu l-‐kelma Ingliża bl-‐Ingliż u l-‐affissi Maltin bil-‐Malti. Noħolqu forom assurdi li lingwisitkament joħolqu ħafna problemi jekk niktbu niffaxjaû, budgetarjuû, nibboxjaû, nikcaterjaû, nikcoachjaû, truckijietû, eċċ. 4

ċ)﴿ Kliem li jintegra ruħu fuq livell mitkellem u jista’ wkoll jintegra ruħu fuq livell miktub

Hawnhekk jista’ jkollna 3 fażijiet:

1)﴿   Il-‐kelma tintegra ruħha fuq livell mitkellem biss. Eż. landfill, summit, eċċ. 2)﴿   Il-‐kelma tintegra ruħha fuq livell mitkellem imma tista’ wkoll tintegra ruħha fuq

livell miktub, jiġifieri jkunu aċċettati żewġ forom ortografiċi, il-‐forma bl-‐Ingliż u l-‐forma bil-‐Malti. Eż. fridge jew friġġ, ashtray jew extrej / axtrej, spanner jew spaner, eċċ.

3)﴿   Il-‐kelma tintegra ruħha kemm fuq livell mitkellem kif ukoll fuq livell miktub. Eż. futbol, panċer, grawnd, telefown, eċċ.

Kummenti

•   Il-‐mixja minn fażi għal oħra ma sseħħx mil-‐lum għall-‐għada imma tieħu s-‐snin. Issir aktar ħsara milli ġid jekk wieħed ikun avangardista u avventuruż iżżejjed u jibda jikteb il-‐kliem Ingliż kollu bil-‐Malti.

•   M’hemm xejn ħażin jekk kelma Ingliża ttul, anke s-‐snin twal, fil-‐fażi (﴾2)﴿, jiġifieri fil-‐fażi li fiha naċċettaw kemm il-‐forma bl-‐Ingliż kif ukoll il-‐forma bil-‐Malti.

•   Il-‐kelma tidħol fil-‐fażi (﴾3)﴿ biss meta tidħol sew fil-‐lingwa hekk li l-‐biċċa l-‐kbira jibdew jiktbuha bil-‐Malti.

•   Il-‐prinċipju “ta’ ġewwa ġewwa u ta’ barra barra” applikat fil-‐każ tal-‐integrazzjoni fuq livell miktub tal-‐kliem Ingliż hu perikoluż għax jillimita, jew anke jwaqqaf, it-‐tiġdid tal-‐lingwa. Il-‐kliem Ingliż dieħel fil-‐Malti b’rata mgħaġġla. Jekk niddeċiedu li dan il-‐kliem, b’eċċezzjoni ta’ xi ftit kelmiet li laħqu daħlu “ġewwa”, jibqa’ jinkiteb biss bl-‐Ingliż, se nispiċċaw bi lsien nazzjonali nofsu miktub bil-‐Malti u nofsu bl-‐Ingliż. Kieku missirijietna ddeċidew li ma jintegrawx fuq livell miktub il-‐lessiku li daħal mit-‐Taljan, kieku llum niktbu aktar bit-‐Taljan milli bil-‐Malti meta niktbu bil-‐Malti.

                                                                                                                                       

4 Hemm ftit każi fejn isem proprju jibqa’ jinkiteb bil-‐lingwa oriġinali meta miegħu jiżdied suffiss. Eż. Shakespearejan, Marxiżmu, eċċ. Dan il-‐mod ta’ kitba f’dan il-‐każ jagħmel sens peress li mhux prattiku li isem proprju jingħata forma grafika differenti.

Page 43: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

43    

•   Wieħed jifhem li min jikteb kemm bil-‐Malti kif ukoll bl-‐Ingliż se jsib problema biex jikteb tajjeb minħabba l-‐interferenza reċiproka taż-‐żewġ lingwi. Iżda wieħed irid jifhem ukoll li l-‐interferenza ta’ lingwa fuq oħra, ftit jew wisq, isseħħ dejjem meta żewġ lingwi jkunu f’kuntatt. Żgur li mhux fenomenu li jolqot il-‐Malti u l-‐Ingliż biss. Insibu bosta każi fejn forma lessikali tkun tixxiebah fil-‐kitba u fil-‐pronunzja f’għadd ta’ lingwi. Pereżempju, fil-‐Malti niktbu azzjoni u llissnu /ats'jo:ni/. L-‐istess forma lessikali nsibuha fl-‐Ingliż (﴾action /ˈækʃən/, fit-‐Taljan (﴾azione /atˈtsjone/)﴿, fil-‐Franċiż (﴾action /aksjɔ̃/)﴿, fl-‐Ispanjol (﴾acción /ˈakθjon/)﴿, fil-‐Ġermaniż (﴾Aktion /akˈtsioːn/)﴿, eċċ. Hemm qrubija fit-‐tnissil tal-‐kelma fl-‐eżempju, iżda kemm fil-‐kitba, u kemm fil-‐pronunzja, insibu xi differenzi bejn lingwa u oħra. Bla dubju dawn id-‐differenzi joħolqu interferenza għall-‐kittieb li jaf żewġ lingwi jew aktar mil-‐lingwi msemmija. Iżda din il-‐problema żgur li ma hix raġuni biex il-‐kelma ma tintużax f’xi lingwa jew oħra. Il-‐multilingwiżmu m’għandux jingħata l-‐ġenb minħabba l-‐interferenza bejn il-‐lingwi.

Konklużjoni

1.   L-‐integrazzjoni ta' kliem Ingliż kemm fuq livell mitkellem u anke fuq livell miktub hi fenomenu li ma jistax jiġi rrifjutat.

2.   Jeħtieġ li ssir enfasi, b'mod partikulari fil-‐każ tax-‐xandir u l-‐gazzetti, biex kliem Ingliż li jinterferi ma jintużax, la fuq livell mitkellem u anqas fuq livell miktub.

3.   Ma ngħaġġlux biex niktbu kull kelma Ingliża bil-‐Malti. Għandu jiġi identifikat il-‐kliem Ingliż li minħabba l-‐istruttura grafika tiegħu ma għandux jinkiteb bil-‐Malti (﴾eż. fire extinguisher, aircraft carrier, eċċ.)﴿.

4.   Naċċettaw il-‐fażi tal-‐varjanti, il-‐fażi fejn kelma tkun tista' tinkiteb kemm bl-‐Ingliż kif ukoll bil-‐Malti (﴾pushchair / puxċer, container / kontejner, ashtray / extrej, eċċ)﴿.

5.   Ninsistu fuq il-‐prinċipju li kelma Ingliża li minnha jitnisslu forom oħrajn tinkiteb fil-‐forom kollha dejjem bil-‐Malti.

6.   Nidentifikaw il-‐kliem li ħareġ mill-‐fażi tal-‐varjanti, jiġifieri l-‐kliem li jista' jibda jinkiteb biss bil-‐Malti (﴾futbol, telefown, ħiter, kuker, bord, panċer, grawnd, eċċ.)﴿.

2.   Il-‐Malti fl-‐Edukazzjoni

Il-‐fatt li bosta mill-‐Maltin, anke Maltin gradwati u professjonisti, ma jafux jiktbu Malti ortografikament korrett hu problema inkwetanti u nifhem u napprezza l-‐isforzi li qed isiru biex din il-‐problema tittaffa u anke tingħeleb. Nemmen li fi ħdax-‐il sena skola student għandu jakkwista bażi soda biex ikun kapaċi jikteb Malti aċċettabbli.

Xi suġġerimenti:

1.   Jingħata aktar spazju lill-‐ilsien nazzjonali fil-‐kurrikulu tal-‐iskejjel primarji u sekondarji. 2.   Fil-‐kurrikulu tal-‐Malti tingħata aktar importanza lill-‐grammatika. 3.   Fil-‐kurrikulu tal-‐Malti jiddaħħlu elementi li speċifikament jikkonċernaw l-‐ortografija. Fenomeni

ortografiċi bħall-‐bidla IE > I, il-‐bidla A > IE, l-‐assimilazzjoni u t-‐telf tal-‐leħen, ir-‐riduzzjoni (﴾xagħar > xagħri)﴿, il-‐vokali tal-‐leħen, il-‐konsonanti likwidi, eċċ. Għandhom jiġu mgħallma separatament u wara kkonsolidati skont fejn jokkorru fil-‐lezzjonijiet tal-‐grammatika.

4.   Għandu jkun hemm eżamijiet taċ-‐ĊES separati għal-‐Lingwa Maltija u għal-‐Letteratura Maltija (﴾l-‐istess kif hemm fl-‐Ingliż)﴿. Bħala kwalifika għandu jgħodd iċ-‐ċertifikat fil-‐Lingwa Maltija.

5.   L-‐għalliem tal-‐Malti, inklużi l-‐għalliema tal-‐primarja għax huma jagħtu l-‐bażi, għandhom ikun mħarrġa sew u aġġornati fir-‐regoli tal-‐ortografija.

6.   Isiru korsijiet in-‐service fl-‐ortografija għall-‐għalliema tal-‐Malti kollha.

Page 44: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

44    

7.   Jiddaħħlu unitajiet ta’ studju dwar l-‐ortografija tal-‐Malti fil-‐kors tal-‐B.Ed. 8.   Jingħata test serju fil-‐profiċjenza tal-‐Malti lill-‐istudenti Maltin kollha qabel jibdew kors

universitarju. Dan ikun l-‐uniku garanzija li kull gradwat Malti jkollu profiċjenza aċċettabbli fil-‐kitba bil-‐Malti.

3.   Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti It-‐twaqqif tal-‐Kunsill kien żvilupp importanti ħafna fl-‐istorja tal-‐ilsien Malti. Imma, fil-‐fehma tiegħi għad hemm lok għal titjib, għall-‐inqas fil-‐mod kif jinħatru l-‐membri tiegħu. Il-‐membri tiegħu jinħatru skont kriterji riġidi stabbiliti fil-‐liġi. Ftit hemm possibiltà li individwi kompetenti, b’mod partikulari kompetenti fil-‐qasam lingwistiku, li lesti jagħtu kontribut u li ma jkunux jidħlu f’dan il-‐qasam ta’ kriterji li jiddetermina l-‐possibiltà tal-‐ħatra jinħatru fil-‐Kunsill. Il-‐Kunsill spiċċa kaxxa magħluqa, ħafna drabi bl-‐istess membri li jokkupaw il-‐kariga għal mandat wara l-‐ieħor mingħajr il-‐possibiltà li xi individwu, kompetenti kemm hu kompetenti, jingħata l-‐opportunità li jagħti l-‐kontribut tiegħu f’ras il-‐għajn.

Fil-‐liġi għandu jkun hemm dispożizzjoni li biha, wara nominazzjonijiet mid-‐Dipartiment tal-‐Malti tal-‐Universitŕ u l-‐Akkademja tal-‐Malti, individwi (﴾minn 1 sa 3)﴿ li ma jinħatrux skont il-‐kriterji eżistenti jinħatru membri tal-‐Kunsill.

 

Rispons Nru (﴾31)﴿

Isem: Roderick Bovingdon

Il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti u l-‐Poplu

Nispera li din is-‐sottomissjoni tiegħi ma tasallekx tard wisq għall-‐konsiderazzjoni formali tiegħek. Naħseb li bħala Malti ta’ barra, din tiegħi hija waħda minn ftit jekk mhijiex l-‐unika.

Bla telf ta’ żmien ippermettili nirreferik għal kulma ktibt jien fil-‐gazzetti Maltin f’dan ir-‐rigward mill-‐1994 lil hawn. Il-‐lista forsi jista’ xi ħadd mill-‐istaff tiegħek ifittixhom fl-‐internet billi jidħol fuq google, taħt ismi Roderick (﴾Rigu)﴿ Bovingdon u jmur fil-‐gazzetti ta’ nhar ta’ Ħadd li joħorġu Malta.

Bażikament nemmen li l-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti għandu jiġi xolt għaliex:

1. kien żball kbir li dan il-‐korp ingħata poteri dittatorjali bis-‐saħħa tal-‐liġi;

2. fl-‐arroganza u l-‐egoiżmu tagħhom il-‐membri tal-‐Kunsill jidhrilhom li minn fost il-‐poplu Malti kollu, huma jafu l-‐aħjar kif għandu jitmexxa u jiġi mħares ilsienna;

3. l-‐ebda korp jew individwu m’għandu jkollu s-‐setgħa li jimponi b’liġi u taħt piena ta’ kastig, li bilfors jobdi d-‐direzzjonijiet tal-‐Kunsill fejn jappartienu l-‐lingwa tal-‐poplu Malti;

4. il-‐lingwa Maltija hija tal-‐poplu Malti kollu u mhijiex il-‐propjetà esklussiva tal-‐ebda individwu jew grupp;

5. li wieħed jikkmanda b’liġi kif għandu juża l-‐ilsien indiġenu tiegħu hu mod ta’ kontroll tal-‐ħsieb -‐ l-‐aktar virtù persunali, sigriet u sagrosant – taċ-‐ċittadin;

Page 45: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

45    

6. l-‐atteġġjament u l-‐aġir tal-‐Kunsill inkwantu tal-‐ilsien Malti weġġa’, offenda, insulta u warrab lil għadd kbir ta’ individwi Maltin tal-‐affari tagħhom u serji u wħud fosthom jgħoddu fost l-‐aħjar ħassieba kittieba tal-‐ġens Malti.

Rispons Nru (﴾32)﴿

Isem: Charles Xuereb Naħseb li l-‐problema kurrenti hi aktar il-‐kontroll fuq il-‐Malti milli l-‐Malti nnifsu. Jidher li s-‐soluzzjoni hi li kull Kunsill tal-‐Malti li jista' jeżisti jkun hemm biss bħala ‘Gwida’ aktar milli jiddetta x'inhu sew u x'mhux sakemm mhux xi problema grammatikali li tqanqal is-‐sisien. Jidhirli li ebda seminar mhu se jirnexxilu jsib tarf ta' kif pereż. tinkiteb kelma jew oħra għax hawn bosta ideat, mhux kollha ta' min jiskartahom. Ikun għalhekk għaqli li l-‐poteri tal-‐Kunsill fuq verżjonijiet ta' vokabularju jitneħħew. Iż-‐żmien jagħti parir u sakemm kelma tidħol u toqgħod jiġu aċċettati verżjonijiet diversi (﴾eż. jew tra virgoletti jew fonetikament bil-‐Malti għal dak li hu kliem Ingliż, eċċ.)﴿. Idea komuni f'pajjiżi żviluppati hi li jkun hemm dizzjunarju li joħroġ pereż. kull sena jew ħames snin, eċċ. u jirriproduċi l-‐aktar verżjonijiet popolari...bil-‐mod dawk isiru uffiċjali. L-‐istudent sadanittant m'għandu qatt jiġi kkastigat jekk jimxi fuq mudelli kif jidher hawn fuq. Mhux argument ta' x'għandna niktbu iżda ta' regolamentazzjoni. Il-‐verdett għandu joħroġ b'mod popolari skont l-‐użanzi li jkunu daħlu. Dan il-‐maltemp inqala' kollu għax ġew iddettati ċerti verżjonijiet ta' kitbiet li mhux kollha jagħmlu sens għal kulħadd. Ikun għaqli nifqgħu l-‐bużżieqa. Rispons Nru (﴾33)﴿

Isem: Sergio Portelli

The ‘Dutch’ problem in Maltese: A Terminological Flaw imposed by Law

The recent decision by the National Council for the Maltese Language regarding the official name of the Netherlands and its language (﴾TMIS, 5 July)﴿ has left the public bewildered, and rightly so. The methodological shortcomings of such a decision from a terminological viewpoint causes special concern, since the Council has been given the legal power to impose its decisions on the users of the Maltese language through the Maltese Language Act of 2005.

The new terms (﴾neoterms)﴿ chosen by the Council, ‘in-‐Netherlands’ and ‘Netherlandiż’, are intended as official names to be used in specialized contexts according to the requirements of the European Union and other institutions. They shall be mostly used in treaties and other official documents, and are not meant for general use in spoken or written Maltese. The collection and formation of such specialized

Page 46: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

46    

terms pertains to the field of Terminology, a specific discipline possessing its own methodology. The processes whereby terms are collected and neoterms are formed are set out by the International Standard Organization in ISO Standard 704:2009. The methodology has been established by the ISO’s Technical Committee on Terminology (﴾TC 37)﴿, which includes the world’s leading experts in the field, and is followed by terminologists worldwide. Malta, however, seems to be an exception.

The chosen neoterms regarding the Netherlands and the Dutch language do not follow current terminological practice. In the case of ‘in-‐Netherlands’, we have a clear case of borrowing, which should only be considered as a last resort when the target language does not have available terms to express the concept. ISO 704 clearly states that ‘even though borrowing from other languages is an accepted form of term formation, native-‐language expressions should be given preference over direct loans’ (﴾7.4.2.8, p. 41)﴿. In this case, a comparative analysis of languages closely related to Maltese could have given a viable option. French and Italian use ‘Pays-‐Bas’ and ‘Paesi Bassi’ respectively, which reflect the meaning of the Dutch appellation ‘Nederland’, meaning ‘low countries’ or ‘lowlands’. Since Maltese already possesses the words ‘pajjiż’ and ‘baxx’ with the same meaning as their French and Italian counterparts, the term ‘Pajjiżi Baxxi’ would have ticked all the boxes.

In the case of ‘Netherlandiż’, it must be noted that the use of ‘Olanda’ and its derivatives is prohibited by the EU itself, in order to avoid ambiguity and possible synonymity with the two Holland provinces of the Netherlands (﴾see http://publications.europa.eu/code/fr/fr-‐370100.htm)﴿. In this case, whereas English uses the term ‘Dutch’ (﴾thankfully we have been spared ‘Daċċ’!)﴿, French and Italian use ‘néerlandais’ and ‘neerlandese’ respectively. Here again, the decision taken by the Council to use ‘Netherlandiż’ goes against ISO 704 which states that ‘when neoterms or appellations are coined, they should conform to the morphological, morphosyntactic, and phonological norms of the language in question’ (﴾7.4.2.7, p. 41)﴿. Since the digraph ‘th’ and the /ð/ sound do not exist in Maltese, the option ‘Netherlandiż’ clearly does not conform to correct methodological practice and should not even have been considered. In the absence of an ‘ee’ digraph in Maltese, the two viable options would have been ‘Nederlandiż’ and ‘Nerlandiż’. My choice would have fallen on the former as it makes the meaning more easily identifiable.

Such shortcomings in terminological methodology by the Council are worrying indeed, especially considering the legal status given to the institution. Its decisions are imposed by law and must be obeyed by Maltese language users, even when they are clearly flawed. In such a situation, the public consultation process on the status and remit of the Council announced by the minister of Education is most welcome. The Maltese language belongs to all its users. It should be treated very cautiously and safeguarded from personal preferences and agendas.

Rispons Nru (﴾34)﴿

Ismijiet: Joe Felice Pace, Henry Frendo, Sergio Portelli, Hugh Peralta

Preambolu

•   Għaxar snin wara li nħoloq ‘il-‐Kunsill Nazzjonali tal-‐Ilsien Malti’ permezz ta’ Att tal-‐Parlament, jinħass il-‐bżonn ta’ aġġornament u reviżjoni.

Page 47: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

47    

•   Il-‐prinċipji bażiċi li għandhom jirregolaw l-‐operat ta’ organu ta’ din ix-‐xorta għandhom ikunu dawn li ġejjin.

•   In vista tad-‐dħul ta’ termini ġodda, speċjalment tekniċi u teknoloġiċi, dawn ikunu jistgħu jinkitbu fil-‐lingwa oriġinali tagħhom, jew fil-‐korsiv, jew inkella b’apostrofu qabel u wara. Meta ċerti kliem relattivament ‘stranjieri’ jiġu komunament aċċettati biż-‐żmien, dawn ikunu jistgħu jinkitbu anki fonetikament, kif il-‐lingwa minnha nfisha tipprovdi (﴾eż.: kitla, ktieli)﴿.

•   Hekk kif għandha ssir distinzjoni bejn l-‐ilsien mitkellem u l-‐miktub, bl-‐istess mod kemm jista’ jkun għandha ssir distinzjoni bejn lingwa u oħra, biex tkun evitata l-‐konfużjoni. Kelmiet differenti b’tifsira differenti ma jiġux irrumblati fuq xulxin, speċjalment jekk dawn ikunu ilhom jintużaw fil-‐kitba ta’ lsienna, irrispettivament mill-‐oriġini semitika, rumanza jew anglosassona.

•   Is-‐self fil-‐Malti ma jsirx biss mill-‐Ingliż, għalkemm hu aċċettat li llum din il-‐lingwa kibret ħafna fl-‐influwenzi tagħha u ma tistax tiġi evitata, speċjalment fejn ma jkunx hemm diġà kelma jew espressjoni awtentika Maltija. F’dan il-‐proċess għandha tiġi rispettata ċerta flessibilità fl-‐għażla mingħajr impożizzjonijet uniċi minn fuq, sabiex dan jarrikkixxi l-‐lingwa u mhux ifaqqarha.

•   Il-‐kitba ta’ kliem barrani, eż. kliem Ingliż bil-‐Malti, m’għandhiex issir norma, wisq inqas fejn ikun hemm possibiltajiet oħrajn ta’ espressjoni; eż. jekk wieħed jista’ jgħid ‘purtiera rqiqa’ m’għandux jikteb ‘ix-‐xirs’ (﴾minn shears)﴿, li bilkemm tinftiehem. Kliem bħal ‘howmwerk’ (﴾qabel imsejjaħ ‘kompitu’)﴿ u ‘lijv’ (﴾frank)﴿, miktubin fonetikament, iħawdu l-‐imħuħ u jfixklu wkoll il-‐proċess edukattiv. Sakemm il-‐kitba ma tikkoinċidix mal-‐fonetika (﴾eż. pram)﴿, trid tingħata attenzjoni speċjali għall-‐għażż pappagallesk.

•   Irid jinżamm bilanċ delikat bejn it-‐tradizzjoni u l-‐innovazzjoni. Forom u espressjonijiet alternattivi jistgħu jikkoeżistu, il-‐ġdid mal-‐qadim, b’varjetajiet naturali u mingħajr projbizzjonijiet assolutisti.

•   Il-‐lingwa hija ħajja u ma tistax tiffossilizza, u lanqas ma tista’ tiġi ddettata. Lanqas għandha tkun suġġetta għal bumbardament ta’ tibdiliet imgħaġġla, u wisq inqas meta jinħass li dan ma jkunx tassew meħtieġ minħabba l-‐kodiċi ristrett.

•   Għalhekk kull rakkomandazzjoni għal żieda jew tibdil fl-‐ortogragfija jew fil-‐grammatika li ssir lill-‐Ministeru tal-‐Edukazzjoni, u fl-‐assenza ta’ alternattivi, għandha tkun motivata sew bil-‐miktub, mingħajr puriżmu jew determiniżmu żejjed.

Regoli

1.   Il-‐kunsill ikun wieħed konsultattiv li jagħti pariri lill-‐Ministeru tal-‐Edukazzjoni meta u fejn tinħass il-‐ħtiega għal xi tibdil, sew grammatiku u sew ortografiku.

2.   L-‐ottika u l-‐filosofija tiegħu għandhom ikunu ispirati mhux sempliċement minn teoriji lingwistiċi jew ideoloġiċi imma wkoll mill-‐kuntest sħiħ – soċjali, kulturali, ta’ identità, relazzjonijet, użu, ‘corpora’ u prassi letterarja -‐ li fih titrawwem lingwa ta’ poplu.

3.   F’dan il-‐kuntest għandha tkun irrispettata kemm jista’ jkun l-‐etimoloġija u s-‐semantika tal-‐lingwa. 4.   Il-‐punt tat-‐tluq għandu jkun u jibqa’ l-‐Malti ‘tal-‐Għaqda’, kif imfassal minn Ninu Cremona ’l

quddiem, liema Malti issa ilu jkun mgħallem fil-‐livelli kollha, b’suċċess notevoli, għal kważi seklu, u fortunatament kien internalizzat minn ġenerazzjoni wara oħra.

Page 48: Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u … mill... · 2016-08-24 · Data: Awwissu 2015 Konsultazzjoni pubblika mill1Ministeru għall1Edukazzjoni u x1Xogħol:

48    

5.   Deċiżjonijet uffiċjali meħuda mill-‐Kunsill kif oriġinarjament promulgat ma jibqgħux jorbtu legalment mad-‐dħul fis-‐seħħ ta' dan l-‐Att kif emendat.

6.   Il-‐Kunsill ikun rappreżentattiv ta’ diversi oqsma soċjali u intellettwali, mhux biss jew neċessarjament ta’ dawk involuti fit-‐tagħlim tal-‐Malti fl-‐Università. Jista’ żgur jinkludi xi lingwisti filwaqt, madankollu, illi jiġi rikonoxxut li l-‐lingwi m’għamluhomx il-‐lingwisti, tneħħi xi eċċezzjoni bħall-‐Esperanto (﴾li ftit li xejn qabad)﴿. Fuq kollox il-‐Kunsill għandu jagħti l-‐ikbar spazju lill-‐kittieba tal-‐Malti b’repertorju letterarju rikonoxxut minn kwalunkwe dixxiplina. B’dan il-‐mod jiġi evitat żbilanċ monopolistiku assertiv fil-‐proċess deċiżjonali. Il-‐lingwa tkun u tinħass ta’ kulħadd, saħansitra fil-‐malleabilità tagħha. Il-‐Kunsill ikun magħmul minn mhux iżjed minn 15-‐il membru, magħrufin għall-‐kontribut tagħhom fit-‐tħaddim tal-‐lingwa u ta’ aspetti varji fl-‐istudju u fil-‐letteratura tagħha. Dawn jinħatru wara konsultazzjoni xierqa mill-‐Ministru tal-‐Edukazzjoni u jkunu kostretti jissottomettu rapport annwali dwar ħidmiethom.

7.   Il-‐president jinħatar mill-‐Prim Ministru fid-‐dawl tal-‐kriterji kif esposti fl-‐emendi għal dan l-‐Att. 8.   L-‐iskop f’moħħ il-‐leġiżlatur jibqa’ dak oriġinali kif maħsub fl-‐2005, jiġifieri li jkun hemm linji ta’

gwida sabiex ilsienna jitħares, ma jitħassarx u ma jintilifx, u sabiex il-‐lingwa Maltija tkun tassew il-‐lingwa ta’ kulħadd.