156

Ktieb Festa Sagra Familja 2011

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Citation preview

Werrej

1

25

83

34

118

Lulju 2011

f’dinil-ħarġa

Editorjal

Messaġġi tal-FestaPresident, Segretarju, Kaxxier,Kappillan, Sindku, Surmast Direttur, Għaqda Każini tal-Banda, Għaqda Nazzjonali Armar

Programm tal-Festa

Storja u ArtiTifkiriet mill-Bajja tar-Rnella Charles FloresĦajjet Mons. Mikiel Gonzi Wayne BonelloIl-Bidnija u s-Sagra Familja Etienne CamilleriIċ-Ċimiterju Navali fil-Kalkara Joseph GrechKwadru Ġużeppin f ’Tas-Sliema Hosè Borg

Proża u PoeżijaĦsus Ġewwiena Andrew CiliaSan Ġużepp u l-Ħmara tiegħu Godwin CiniIt-Transtu ta’ San Ġużepp A. F. Serge

Mużika u BandaĦarsa lejn ir-Recordings tal-Banda Sagra Familja Daniel VellaServizzi mill-Banda 2011 Bord EditorjaliMan-Noti Mużikali Paul Bongailas

SoċjetàKummissjoni Żgħażagħ, Kummissjoni Nisa, Kummissjoni Banda, Għaqda tal-Armar, Għaqda tan-Nar, Valguarnera, Djarju tas-Soċjetà, Leħen l-Emigrant Kalkariż, Il-Proġett tal-Każin, Memorji

JosefoloġijaIs-Sagrada Familia Andrew BorgĠużeppi wkoll kien Verġni Joe ChetcutiId-Dehra f ’Itapiranga, Brażil Duncan BrincatL-Għar Ixxurtjat Fr. Martin MamoMissier u Fundatur tal-Karmelu Tereżjan Melanie Darmanin

SpiritwalitàPass wara pass... Patri Deo DebonoObitwarju

57

2534

62

71

83

118

145

Editorjal

5

festa2011

Pubblikazzjoni annwali uffiċċjali ta’ Circolo San Giuseppe Filar-monika Sagra Familja tal-Ka-lkara, fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ San Ġużepp 2011. Distribuzzjoni hija b’xejn mad-war ir-residenzi Kalkariżi u par-titarji tas-Soċjetà Ġużeppina.

Circolo San GiuseppeFilarmonika Sagra Familja

Kalkara A.D. 189780/82, Triq ir-Rnella,

Kalkara (Malta) KKR 1233

Tel: +356 27352789Email: [email protected]

Bord EditorjaliDuncan BrincatMelvin Calleja

Etienne Camilleri

Ġbir ta’ ReklamiDuncan Brincat

Etienne CamilleriPaul Persico

Gerald Spiteri

RitrattiJonathan CallejaWayne BonelloMelvin Calleja

Etienne CamilleriJosette XuerebMaria Xuereb

Design & SettingIMI Publications, Kalkara

StampatBest Print Co. Ltd.

Żurrieq Road,Qrendi QRD 1814

Tel: 21680789

Il-kontenut f ’din il-pubblikazzjoni mhux bilfors jirrifletti l-fehma tal-Bord Editorjali u wisq anqas dik tal-Kumi-tat Ċentrali ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara. L-ebda parti minn din il-pubblikazzjo-ni ma tista’ tiġi riprodotta mingħajr il-permess bil-miktub tal-pubblikaturi.

© Circolo San Giuseppe Filar-monika Sagra Familja, Kalkara flim-kien ma’ IMI Publications, 2011.

www.sagrafamilja.org

Għeżież qarrejja,

Bi pjaċir għalija qed nerġa’ nikteb dawn il-kelmtejn f ’isem il-bord edi-torjali ta’ din il-pubblikazzjoni, sabiex tkun tista’ titqies bħala introduzzjoni jew daħla għall-ktieb annwali tal-festa li tippubblika s-Soċjetà tagħna.

Għat-tielet sena konsekuttiva qegħdin nippublikaw dan il-ktieb kollu bil-ku-lur, xi ħaġa li tista’ titqies unika fil-fes-ta tal-gżejjer Maltin. Dan minbarra li n-numru ta’ paġni baqa’ dak tas-sena l-oħra, jiġifieri 152, li huwa wieħed sostanzjali. Minn hawn nixtieq nirri-grazzja lil Mario Abela u l-ħaddiema kollha tal-istamperija Bestprint tal-għajnuna u l-koperazzjoni li dejjem insibu f ’dan ir-rigward.

Ma nistax ma nsemmiex ukoll li għall-ewwel darba f ’raħalna, il-Kummissjo-ni Żgħażagħ din is-sena ppubblikat ktejjeb ieħor bl-istorja tagħha flimkien ma’ diska/dvd tad-diska anniversarja, pubblikazzjoni u dvd li ġew imqass-ma b’xejn mad-djar Kalkariżi. Dan jawgura tajjeb, għaliex bħalma konna nnovattivi xi snin ilu u qassamna cd b’xejn ma kull ktieb, hekk ukoll issa ż-żgħażagħ tagħna qassmu dvd b’xejn mal-ktejjeb tagħhom. F’dawn l-aspetti ċertament li qegħdin avant-garde fil-qasam tal-festi.

Indawwru ħarsitna issa lejn il-ktieb ta’ din is-sena, li nistgħu ngħidu li huwa mimli daqs bajda b’artikli varji u interessanti minn diversi kontribu-turi. Il-ktieb reġa’ huwa mqassam f ’sezzjonijiet differenti, sabiex ikun iktar faċli għall-qarrejja li jagħżlu dak li l-aktar jinteressahom. L-ewwel sezzjonijiet huma dawk tal-messaġġi annwali, li fihom ikun hemm in-formazzjoni interessanti dwar l-an-dament tas-Soċjetà u anki l-awguri tal-festa, u s-sezzjoni tal-programm apposta, li wara s-suċċess tas-sena l-oħra reġa’ qiegħed jingħata format differenti bħala speċi ta’ ktejjeb żgħir li jinstab malajr.

Fis-sezzjoni dwar storja u arti, din is-sena ser nagħtu ħarsa nostalġika lejn il-Bajja tar-Rnella, kif ukoll qed jingħata tagħrif siewi dwar iċ-

Ċimiterju Navali li jinsab fl-inħawi ta’ Santu Rokku fil-Kalkara. Ser nitfgħu taħt il-lenti wkoll ir-raħal u l-knisja tal-Bidnija, iddedikati lis-Sagra Famil-ja, kif ukoll kwadru ta’ San Ġużepp li jinsab meqjum ġewwa tas-Sliema. Dan minbarra li se nkomplu t-tieni parti tal-istorja dwar Mons. Arċisqof Gonzi, Kalkariż bħalna.

Fis-sezzjoni letterarja, se nkomplu l-proża Ħsus Ġewwiena, filwaqt li nsibu żewġ poeżiji ferm interessanti. Fil-paġni dwar il-banda u l-mużika jingħata tagħrif dwar il-mużika tal-programm mużikali tal-banda fil-festa, u anki t-tielet parti ta’ artiklu ferm interessanti dwar ir-recordings tal-Banda Sagra Familja matul is-snin.

Bħal kull sena, fis-sezzjoni Soċjetà nagħtu ħarsa dettaljata lejn il-ħidma tal-Għaqda tal-Armar, l-Għaqda tan-Nar u l-Kummissjonijiet taż-Żgħażagħ, Nisa u Banda. Din is-sena din is-sezzjoni tistgħana b’artiklu ferm interessanti dwar Valguarnera fi Sqallija, fejn delegazzjoni mis-Soċjetà marret iżżur bħala l-ewwel pass ta’ ġemelaġġ bejn iż-żewġ baned u festi, li t-tnejn huma Ġużeppini. Inkomplu nagħtu ħarsa lejn il-proġett tas-sede tas-Soċjetà kif ukoll lejn id-djarju ta’ attivitajiet li seħħew matul is-sena. Dan minbarra li għat-tieni sena qed nerġgħu nippubblikaw il-paġna tal-emigrant.

Fis-sezzjoni tal-Josefoloġija filwaqt li nkomplu t-tieni parti tad-dehriet ta’ San Ġużepp, nagħtu ħarsa wkoll lejn il-Kattidral tas-Sagra Familja fi Spanja, il-verġinità ta’ San Ġużepp, l-għar li fih twieled il-Bambin, u anki San Ġużepp bħala protettur tal-Karmelu Tereżjan. Finalment fil-paġni ddedikati lill-Ispiritwalità, nagħtu ħarsa lejn kif kol-lox jgħaddi u jispiċċa f ’din id-dinja, fosthom permezz tal-Obitwarju.

Il-festa t-tajba lil kulħadd!

Kumitat Ċentrali 2010/11Presidenti Onorarji

Dr. Paul Lia LL.D.

Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici LL.D., M.P.

Onor. Dr. Marlene Pullicino B.Ch.D., M.P.

Onor. Dr. Stephen Spiteri M.D., M.P.

Kav. Anthony Ventura OBSS

6

PresidentNoel Mallan

Viċi PresidentJoseph Camenzuli

Delegat tal-BandaMario Attard

Surmast DiretturMro. Ugo Buhagiar

Dip. Mus., B.Mus. T. (UK) F.Mus., EIHE, Dip. Child Psych.

Konsulenti LegaliDr. John Bonello LL.D.

Dr. Cedric Mifsud LL.D.

SegretarjuKav. Duncan Brincat

B.Com. (Hons.), OBSS

Assitenta SegretarjaMaria Xuereb

Delegat tal-ArmarJoseph Camenzuli

MembriTracy Farrugia

Jesmond StivalaRyan Stivala

KaxxierSaviour Persico

Assistent KaxxierPaul Persico

Delegat tan-NarJoseph Persico

Direttur SpiritwaliRev. Kan. Onor. Anton

Galea-Scannura

AwdituriRobert Grech

Kav. Anthony Ventura OBSS

Messaġġi

7

Noel MallanPresident

Inħatar fil-kariga ta’ President tas-Soċjetà f ’Ottubru tas-sena 2009.

Fis-snin 80 huwa serva wkoll bħala Segretarju tal-Kumitat Ċentrali,

fejn kien il-promotur wara diversi bidliet li seħħew fi ħdan is-Soċjetà

matul dak iż-żmien, fosthom fl-isem tas-Soċjetà u fl-armar.

Għaddiet sena oħra u nistgħu ngħidu li din is-sena ukoll kienet sena ta’ ħidma bla waqfien. Malli għaddiet il-festa, ħadna ħsieb li jibda’ t-tqegħid tal-madum sponsorjat mill-President Onorarju l-Kavallier Anthony Ven-tura. Għal dan ix-xogħol ta’ tqegħid daħal għalih Mario Zammit megħjun minn għadd ta’ membri. Tqiegħdu wkoll il-madum u l-aċċessorji tat-toilets b’sistema ta’ dawl bis-sensors, grazzi tal-għajnuna f ’dan ir-rigward lill-President Onorarju Dr. Stephen Spiteri. Ġiet irranġata wkoll il-bitħa u saru dwal li jibdlu l-ambjent b’effet ikkulurit, kif ukoll sar bieb ġdid għall-istess bitħa.

Ordnajna l-irħam tat-taraġ li ġie sponsorjat min Dr. Marlene Pullicino. Dan l-irħam inħadem mill-kumpan-ija Rabat Marbles illi b’sodisfazzjon issa nistgħu ngħidu li għandna taraġ li jixraq lis-sede tas-Soċjetà tagħna. Ħajr ukoll lill-marmista Joe Debono li tana għajnuna kbira f ’dan il-proġett tal-irħam.

Waqt li qed nikteb dan il-messaġġ, bħalissa beda x-xogħol tas-suffett tas-saqaf li se jkun attrezzat b’dawl mill-aktar modern energy saving. Dan ix-xogħol qed isir mill-membru Chris Farrugia. L-iskop tagħna, kif diġà għidna huwa dak li nibdlu b’mod totali l-każin tagħna, u dan qed isir b’ritmu mgħaġġel, b’għadd ta’ mem-bri voluntiera jagħtu sehmhom, iżda bi spejjeż kbar. Nixtieqkom tapprez-zaw li għalkemm qegħdin isiru dawn l-ispejjeż kollha, xorta waħda bqa-jna għaddejjin bil-ħidma tagħna ta’ kuljum, filwaqt li ma naqqasna xejn mill-festa kbira li ta’ kull sena qegħdin nagħmlu. Minn qalbi nirringrazzja-kom tad-donazzjonijiet u l-għajnuna finanzjarja tagħkom, u nappellalkom sabiex tkomplu tgħinuna ħalli nkom-plu nsaħħu din il-ħidma tagħna. Jekk Alla jrid dan il-proġett ikun lest fi ftit żmien ieħor.

Rigward xogħol li għandu x’jaqsam mat-tmexxija ma naqasx lanqas, b’mod speċjali bl-għadd ta’ laqgħat

tal-Kumitat Ċentrali, kif ukoll laqgħat mal-Awdituri, taħt it-tmexxija tal-Kavallier Anthony Ventura. Dawn isiru sabiex isir tqassim tal-finanzi dwar il-proġett tal-każin u l-finanzja-ment tal-festa. Dan minbarra laqgħat li ġieli jsiru mal-Kummissjonijiet tas-Soċjetà, kif ukoll laqgħat oħra tal-Kummissjoni Festa fi ħdan il-Parroċċa.

Sar xogħol ukoll fuq bosta armar, fosthom fuq pavaljuni u bandalori li din is-sena tkompla xogħol ta’ sfu-mar fuqhom. Peress li dan ix-xogħol isir minn nies barranin profess-jonali ma għandniex kontroll fuq meta jkunu lesti. Dan wassalna biex nieħdu ċertu deċiżjonijiet sabiex din il-ħidma nħaffuha wkoll. Sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-armar u qed issir ħidma fuq proġett ferm sabiħ ta’ pavaljuni tad-dawl fi Triq Marina, eżattament minn fejn tibda l-parti tagħna. Dan ix-xogħol qed isir kollu mill-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju, fosthom anki l-ġbir ta’ finanzi għalih. Kburi ngħid li dan il-proġett ser ikun uniku għar-raħal tagħna. Bil-ħidma sfieqa tal-Kummissjoni Żgħażagħ ġiet kompluta l-kolonna ta’ San Ġużepp bl-aktar mod professjonali, per-mezz ta’ skultura tal-injam, indurat-ura u irħamar mill-isbaħ. Nieħu din l-okkażjoni sabiex nawgura lill-Kum-missjoni Żgħażagħ l-isbaħ xewqat fl-okkażjoni tal-15-il anniversarju mit-twaqqif.

Saru ħafna attivitajiet, lotteriji, ġbir u prumistrati, tant li huwa impossibli li nsemmi kollox għax ma nieqafx. Din is-sena erġajna tellajna il-kunċert ta’ Jum il-Kalkara ġewwa l-Iskola Pri-marja illi kien kunċert ta’ livell għoli ħafna. Dan kien kollu frott il-ħidma tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Bu-hagiar u tal-Kummissjoni Banda, li jaħdmu bla heda b’riżq il-banda tagħna. Nixtieq anki infaħħar l-in-izjattiva tas-serata tal-allievi li tant kienet sabiħa. Insellem ukoll il-ħidma tad-delettanti tan-nar li jaħdmu matul is-sena kollha biex jagħtuna spettaklu mill-isbaħ sena wara l-oħra.

F’Marzu li għadda telgħet delegazzjo-ni mill-Kumitat ġewwa Valguarnera fi Sqallija li għandhom festa titulari ta’ San Ġużepp bħalna. Kellna taħdidiet mall-Kappilan tal-post, mal-grupp li jorganizza l-festa u mas-Soċjetà Mużikali Amici della Musica ta’ Val-guarnera dwar il-possibiltà ta’ bdil fl-idejat kulturali bejn iż-żewġ irħula u anke possibiltà ta’ bdil fis-servizzi bandistiċi. Il-laqgħat kienu kordjali u ġejna milqugħin tajjeb ħafna tant li kien hemm interess qawwi minn naħa tagħhom ukoll u tħajru li jiġu jiċċelebraw il-festa magħna.

Tant kien sostanzjali x-xogħol li twet-taq din is-sena grazzi għall-għajnuna mill-partitarji illi mingħajrhom ma jkunx possibbli li jsir dan kollu. Nix-tieq nagħlaq billi nappella ħalli naraw uċuħ ġodda jinteressaw ruħhom biex jaħdmu b’riżq il-każin u l-festa, kull għajnuna tiġi apprezzata u żgur illi hawn spazju għal kulħadd. Is-sagrifiċċju li jsir mill-attivisti jissar-raf f ’sodisfazzjon fil-ġranet tal-festa meta tara li int kont parti mis-suċċess li jinkiseb.

Fil-waqt li nirringrazzja lill-Kum-misjonijiet u partitarji, lill-Kappillan u lis-Sindku tal-għajnuna tagħhom matul is-sena, nawgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha. Viva San Ġużepp il-Kap tas-Sagra Familja!

Ħidma ma taqta’ xejn u idejat ġodda

Messaġġi

9

Kav. Duncan BrincatB.Com. (Hons.), OBSS

Segretarju

Gradwat fl-Ekonomija mill-Uni-versità ta’ Malta, ilu jokkupa l-

kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat sa mis-sena 2001. Għamel żmien Ret-tur tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u

anki Segretarju tal-Grupp Fratel-lanzi Maltin. Kavallier tal-Ordni

Biżantin tas-Santu Sepulkru.

Is-seħer tal-qasba ċċaqċaq maż-żiffa sajfija, il-ħamrija li ssir frak ma’ kull pass meqjus fl-għelieqi għatxana, il-baħar mielaħ imelles b’xgħuxitu r-ramel mal-plajja. Ix-xemx qalbiena li b’imnifsejha tagħti l-ħajja u fl-istess waqt li toħloq sura differenti fuq l-art, tikseb ruħ il-ħolqien u twaħħadhom magħha f ’dinja ġdida. Huwa dan is-Sajf u din ix-xemx li jitqabblu mas-seħer tax-xahar ta’ Lulju, li jġib miegħu l-festa tant għażiża ta’ Mis-sierna Ġużeppi. Huwa, bħal din ix-xemx, jagħti l-ħajja, iżda fl-istess ħin inixxef, imewwet, joqtol is-sura l-qadima tagħna, sabiex inissel fina metamorfosi ta’ mħabba.

Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Reġgħet waslet festa oħra, u magħha, din is-sena, qed jgħaddu għaxar snin minn meta fl-2001 bdejt nokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat ta’ din is-Soċjetà. Kienu snin ta’ sodisfazzjon fejn rajt ħeġġa u ħidma kbira, li ssawret f ’diversi proġetti u ħidmiet li ħallew bosta frott. Kienu anki snin li fihom pruvajna nrawmu mentalità ġdida f ’diversi aspetti, anki għaliex il-ħajja fid-dinja kull ma jmur dejjem qed tinbidel u magħha, Soċjetà bħal tagħna għandha bżonn li kull ftit żmien taġġorna ruħha biex is-sir aktar parti mid-dinja tal-madwar mingħajr ma titlef il-karatterstiċi u l-valuri ewlenin tagħha. Kienu snin fejn ħabbatna wiċċna ma’ diversi diffikulta-jiet, kemm dawk burokratiċi miġjuba permezz ta’ sistemi ġodda ta’ ammin-istrazzjoni, finanzjarji minħabba d-di-versi proġetti li dħalna għalihom ma-tul is-snin, u anki dawk emozzjonali għaliex Soċjetà hija magħmulha min-nies bil-karattri u l-ħsibijiet tagħhom.

Iżda rrid nammetti li kienu snin li fi-hom ħaddant familja oħra, familja li fiha mhux biss issaltan l-imħabba lejn San Ġużepp, is-Sagra Familja u l-festa in ġenerali, iżda ssaltan ukoll imħabba lejn dawk kollha li b’xi mod jiffur-maw parti minn din is-Soċjetà. Kburi ngħid li matul dawn is-snin ħassejtni maħbub u għalhekk nistqarr li għandi nirringrazzja minn qalbi lil kulħadd.

Din is-sena kienet sen oħra ta’ im-penn, fejn mhux biss il-Kumitat, iżda anki l-fergħat kollha, ħadmu qatigħ fil-parti tagħhom biex bħal katina kol-lox jingħaqad u naraw prodott finali li ċertament se jkun ta’ sodisfazzjon għall-membri u l-partitarji kollha.

Nibda biex insemmi l-proġett tal-każin, li matul din is-sena avvanza ġmielu ’l quddiem. Sar il-madum tal-art kollha tal-bar area, inbidlu kom-pletament it-toilets permezz ta’ ma-dum u aċċessorji ġodda fosthom dawl li jaħdem bis-sensors, ġiet mgħoddija sistema aħjar ta’ ilma kemm permezz tal-użu tal-bir, kif ukoll permezz ta’ tank ġdid, tkompliet il-bitħa per-mezz ta’ dawl dekorattiv li jibdel il-kulur u bieb modern tal-aluminium, saru alterazzjonijiet fit-taraġ li jagħti għall-ewwel sular fosthom permezz ta’ żewġ niċeċ fil-ġebel, kif ukoll ġie mwaħħal irħam mill-isbaħ f ’dan it-taraġ biex jikkumplimenta l-istil li se nagħtu fil-parti ta’ fuq tal-każin. Sakemm qed nikteb dan il-messaġġ, bħalissa għaddej ix-xogħol fuq is-suffett tal-bar area u anki fuq l-istimi għal bar counter modern, kollox kif jixraq u skont id-disinn. Nirringrazzja mhux biss lil diversi benefatturi li qed jgħinuna f ’dan il-proġett, iżda wkoll lil dawk il-voluntiera kollha li qed jaħdmu bla heda fil-ħin liberu tagħhom. Infakkar li f ’sentejn saru l-mirakli, speċjalment meta wieħed iqis l-ammont kbir ta’ spejjeż li hemm involuti, u dan mingħajr ebda tip ta’ dejn jew self, u lanqas mingħajr ma nnaqqsu f ’affarijiet oħra fosthom il-festa titulari!

Din is-sena wkoll qegħdin niċċelebraw il-15-il anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nixtieq pubblikament infaħħar l-inizjattivi li ħadu matul din is-sena, mhux biss f ’aspetti relatati ma’ ċelebrazzjoni, iżda anki dawk ta’ għajnuna lejn il-proxxmu. Żgur li matul din is-sena qegħdin nistennew bil-ħerqa l-final tal-kolonna ta’ San Ġużepp: opra mill-isbaħ li ħadmu għaliha dawn iż-żgħażagħ mill-bidu sal-aħħar.

Id-delettanti tan-nar wara ħidma mi-fruxa f ’sena sħiħa mhux se jonqsu biex ipaxxuna kemm fin-nar tal-ajru kif ukoll f ’dan tal-art, li issa sirna bil-wisq rinomati għalih. L-istess jista’ jingħad għall-Għaqda tal-Armar fejn dis-sena minbarra li kompliet bl-isfu-mar ta’ xi pavaljuni, u l-pitturi ta’ Triq ir-Rnella, kompliet b’proġetti ġodda fosthom bl-ewwel pavaljun tad-dawl ġewwa l-Kalkara.

Infaħħar ukoll il-ħidma tal-Kum-missjoni Nisa fil-ġbir ta’ fondi b’riżq il-festa, u dik tal-Kummissjoni Banda li mhux biss tieħu ħsieb it-tagħlim tal-allievi u s-servizzi tal-banda, iżda wkoll qed tesplora metodi ġodda kif insaħħu l-mużika fi ħdan is-Soċjetà tagħna. Nixtieq hawn infaħħar l-iniz-jattiva tas-Serata tal-Allievi, kif ukoll il-kunċert li sar f ’Jum il-Kalkara.

Minn qalbi nixtieq nawgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha u nappella sabiex bħal dejjem inżommu rasna fuq għonqna u anki nattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi.

Għatxana għalik Missier il-Qodos, b’dik ħarstek setgħana smewwija, ifrex fuqna uliedek ix-xrar ta’ mħabbtek. Ħaddanna miegħek, hemm fl-istess post li kont tħaddan lit-tarbija qaddi-sa biex tisma’ t-taħbit ta’ qalbek. Urina mħabbtek Missier, nitolbok.

Kuraġġ, Serjetà u Impenn

Messaġġi

11

Saviour PersicoKaxxier

Inħatar fil-kariga ta’ Kaxxier tas-Soċjetà f ’Ottubru tas-sena 2009.

Lejn l-aħħar tas-snin 80 huwa serva wkoll fil-Kumitat Ċentrali

tas-Soċjetà. Jaħdem bħala kok f ’lukanda ewlenija, u jifforma parti

minn familja li tagħti sehem kbir b’riżq is-Soċjetà u l-festa.

Reġgħet għaddiet sena oħra u erġajt ġejt avviċinajt biex għat-tieni sena konsekuttiva nerġa’ nikteb u ngħidilkom x’sar mid-donazzjonajiet li intom tagħtu lis-Soċjetà kull meta tiġu mitluba tagħmlu dan. Minn hawn u ftit tal-ġranet oħra se niċċelebraw il-festa tagħna li din is-sena se niċċelebrawha bejn l-4 u l-10 ta’ Lulju 2011: ġimgħa sħiħa ta’ ċelebrazzjoni, iżda wkoll ta’ ħidma bla waqfien.

Wara li għaddiet il-festa tas-sena l-oħra, li nistgħu ngħidu li kienet suċċess kbir min kull lat, bdejna naraw min fejn konna se nkomplu fuq il-ħidma tagħna rigward il-proġett ta’ tlestija ġewwa l-każin. Tajna spinta qawwija billi eżatt wara l-festa, is-Sur Mario Zammit waħħel il-madum ta’ isfel kollu. Wara li kien tlesta il-madum, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali marru biex jagħżlu l-irħam għat-taraġ li jagħti lejn l-ewwel su-lar, bl-għajnuna tal-marmista s-Sur Joe Debono. Wara li konna għażilna l-irħam ġew xi ħaddiema tal-kumpan-ija biex dawn setgħu jieħdu l-qisien neċessarji tat-taraġ. Ilkoll kemm aħna konna fuq ix-xwiek sabiex naraw it-taraġ mitmum ukoll. Wara ftit tal-jiem il-ħaddiema kienu bdew iwaħħlu l-irħam u f ’kemm ili ngħidlek it-taraġ kien komplut. Minn hawn nixtieq nir-ringrazzja lill-Onor Dr. Marlene Pul-licino, President Onorarju tas-Soċjetà, talli iffinanzjat l-ispejjeż tal-irħam ta’ dan it-taraġ. Sar ukoll xi xogħol ta’ ġebel permezz ta’ żewġ niċeċ fl-istess taraġ, kollox grazzi għal benefattur ieħor.

Sakemm kien qed jitqiegħed it-taraġ, is-Sur Joseph Persico, is-Sur Joseph Mifsud u s-Sur Joseph Camenzuli kissru it-toilets, biex anki dawn ġew magħmula mill-ġdid ukoll. It-tqegħid tal-madum ta’ dawn it-toilets sar ukoll volontarjament mis-Sur Mario Zam-mit. Nirringrazzja din id-darba lil Dr. Stephen Spiteri, President Onorarju, tal-għajnuna li tana f ’dan ir-rigward.

Minħabba li b’liġi issa huwa projbit li jsir tipjip ġewwa l-postijiet pubbliċi

(bħall-każin), inħass il-bżonn li nsebbħu l-bitħa li hija miftuħa u li għalhekk tkun tista’ tintuża minn dawk li jkunu jixtiequ ipejpu. Hija l-intenzjoni tagħna li wara l-festa neħilsu dak li fadal f ’din il-bitħa, fos-thom xi banketti apposta. Lejn l-aħħar ta’ Marzu s-Sur Chris Farrugia beda proċess ieħor f ’dan il-proġett permezz tat-tqegħid tas-suffett. Dan anki bl-għajnuna tas-Sur Jesmond Stivala li qed jgħaddi d-dawl meħtieġ. B’wiċċi minn quddiem nix-tieq ngħidilkom li jekk Alla jrid il-proġett tal-każin dalwaqt ikun lest, u għalkemm qed jinvolvi ħafna xogħol u spejjeż, nixtieq ngħidilkom ukoll li x-xogħol kollu li qed isir huwa b’mod volontarju, u l-ispejjeż kollha li qed isiru qed jiġu mħallsa mal-ewwel. Dan grazzi għad-donazzjonijiet tagħkom, kif ukoll għal xi xogħol ta’ ħjata li qed isir għal xi irħula oħra.

Wara il-festa tas-sena l-oħra, inħass il-bżonn li jitniżżel l-arblu tal-każin biex issirlu xi manutenzjoni li kull ftit snin ikun jeħtieġ. Wara li analizzajna l-istat li kien jinsab fih, il-Kumitat Ċentrali ħa d-deċiżjoni li jinxtara arblu ieħor, itwal u anki ta’ kwalità aħjar. Bħalissa li qed nikteb dan il-messaġġ, qed isir ix-xogħol meħtieġ fuq dan l-arblu l-ġdid, u filwaqt li nirringrazzjakom tal-għajnuna finanzjarja li qed tagħtuna f ’dan il-proġett, nerġa’ nitlobkom sabiex meta niġu inħabbtulkom il-bieb tkomplu tkunu ġenerużi fid-donazzjonijiet tagħkom, anki peress li bħalissa għaddejjin bosta proġetti fi ħdan is-Soċjetà tagħna li kollha jfissru spejjeż kbar.

Hekk kif bdiet is-sena s-Sur Paul Per-sico, li huwa l-assistent tiegħi, beda jiġbor il-menswalità li hija dħul essen-jali għas-Soċjetà. Minn din il-paġna nixtieq inħeġġeġ lil dawk l-attivisti, ammiraturi u partitarji li għadhom ma daħlux membri fi ħdan is-Soċjetà, sabiex jekk jixtiequ jidħlu membri ikellmu lil xi membru tal-Kumitat Ċentrali u jkunu jistgħu jimlew il-for-mola apposta.

Din is-sena il-Kummissjoni Żgħażagħ se tagħlaq 15-il sena minn mindu ġiet imwaqqfa. Minn din il-paġna nix-tieq nifirħilhom tax-xogħol siewi li jagħmlu kull sena. Nista’ ngħid li l-Kummissjoni Żgħażagħ taħdem ħafna matul is-sena kollha u jekk Alla jrid se naraw il-frott tal-ħidma tagħhom ma-tul il-ġranet tal-festa. Il-membri tal-armar ukoll jaħdmu bla waqfien ma-tul is-sena, b’mod speċjali permezz ta’ xhur sħaħ ta’ ħidma ġewwa l-maħżen. Minn informazzjoni li għandi din is-sena se joħorġu xi armar ġdid biex b’hekk ikomplu issebbħu t-toroq tal-Kalkara. L-Għaqda tan-Nar ukoll taħdem bla waqfien u minn hawn nixtieq nirrigrazzjahom tax-xogħol siewi li jagħmlu, li ngawduh b’tant sagrifiċċji matul il-ġimgħa tal-festa. Fl-aħħar nagħlaq billi nirringrazzja wkoll lill-Kummissjoni Nisa tal-ġbir ta’ fondi li jagħmlu matul is-sena, u lill-Kummissjoni Banda tal-ħidma b’riżq il-banda tagħna.

Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirrin-grazzja lil dawk in-nies li ffinanzjaw xi parti mill-proġett tal-każin, nir-ringrazzja lil dawk in-nies li taw xi għajnuna jew oħra biex il-proġett setgħa jsir u fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzja lilkom partitarji tal-għajnuna li dejjem tagħtuna meta nsejħulkom. Nixtieq il-festa t-tajba lil kulħadd.

Sena oħra mimlija sfidi

Messaġġi

13

Rev.du Kan. Onor. Anton Galea-Scannura

Kappillan

Dun Anton Galea-Scannura, ilu Kappillan tal-Kalkara mid-19 ta’ Marzu 2007. Hu sar saċerdot fl-

1998 u għandu għal qalbu l-għaqda tal-parroċċa u l-ħidma tax-Xandir

tal-Kelma fil-Kalkara.

Dan it-titlu mhux oriġinali. Sraq-tu minn ittra li kien kiteb il-Beatu Ġwanni Pawlu II lill-familji fl-1994, li kienet sena ddedikata għall-familja. F’din l-ittra kien fakkar kif fil-bidu tal-pontifikat tiegħu, fl-ewwel enċiklika tiegħu, il-Feddej tal-Bniedem, kien tkellem fuq il-bniedem bħala t-triq tal-Knisja, billi l-Knisja taqsam f ’kollox ix-xorti tal-bniedem. F’din l-ittra hu jsejjah il-familja bħala t-triq tal-Knisja.

Isejjah il-familja mogħdija unika u ir-repetibbli. Jitkellem dwar it-tbatija u t-tgħabija li jġorr tul ħajtu kollha il-bniedem li m’għandux familja. Ġesù nnifsu għoġbu jitwieled u jqatta’ żmien twil minn ħajtu fi ħdan familja, jobdi lil Marija u Ġużeppi, u b’dal-mod jesprimi x-xewqa tiegħu li joqgħod f ’kollox għar-rieda tal-Missier.

Il-Papa f ’din l-ittra jfakkar kif il-familja nisranija fl-ewwel żminijiet tal-Knisja kienet tissejjah il-knisja domestika, il-knisja tad-dar. Jgħidilna x’inhuma l-affarijiet li jgħinu biex tin-bena il-familja.

L-ewwelnett it-talb. Ifakkarna f ’dak li naqraw fil-Vanġelu ta’ San Mattew, fejn Ġesù jgħidilna li fejn tnejn jew tlieta jkunu miġburin f ’ismu, hu jkun f ’nofshom. Jitkellem dwar talb mill-familja, fil-familja u għall-familja. Fit-talb niskopru li aħna lkoll familja waħda kbira għax lil Alla nistgħu insejħulu Missierna. Bit-talb il-famil-ja żżomm ħaj fiha d-don ta’ l-Ispirtu s-Santu li irċeviet fis-Sagrament taż-Żwieġ.

Il-Papa jitkellem dwar l-importanza tax-xhieda li joffru familji insara. Jikkritika il-fatt li dak iż-żmien (aħseb u ara llum) ikun hemm pjanijiet minn

gvernijiet li flok isaħħu il-familja iwasslu biex din titkisser u jpenġu b’mod sabiħ sitwazzjonijiet li xejn m’huma sbieħ. Tiddallam il-kuxjenza, u nitħawdu dwar x’inhu veru, tajjeb u sabiħ. Naħsbu li qed niksbu l-ħelsien mentri insiru ilsiera.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II iħeġġiġna nitolbu lil Marija Omm Ġesù li dejjem attenta għall-bżonnijiet tal-familji kif kienet f ’Kana ma tonqosx milli tres-saq il-ħtiġijiet tagħna quddiem Binha Ġesù, waqt li lilna tistedinna nagħmlu kull ma jgħidilna hu.

Ma nistax nikteb fuq kull ħaġa sabiħa li jitkellem dwara dan il-Papa qad-dis f ’din l-ittra. Però nieqaf fuq ħaġa waħda, fejn il-Papa jitkellem fuq il-bżonn li wieħed fil-familja jagħti lilu nnifsu b’mod sinċier.

Jgħid frażi sabiħa: il-bniedem ma jsibx lilu nnifsu jekk mhux meta jagħti lilu nnifsu b’mod sinċier. Jgħid li l-bnie-dem meta jagħti lilu nnifsu fiż-żwieġ ikun qed jagħmel għotja totali u ir-revokabbli. Ifakkarna fir-rabta bejn l-Ewkaristija u l-familja. Isejjaħ l-Ewkaristija il-kuruna taż-żwieġ. Għax fl-Ewkaristija għandna s-sagrifiċju tal-ġisem li jingħata u d-demm li jixtered. Din hi l-ħajja taż-żwieġ.

Il-Papa jgħid li ż-żwieġ mingħajr din l-għotja sħiħa jsir vojt. Jgħid li hu f ’dan l-ambjent li ħajja ġdida, tarbija tista’ tintlaqa’ bħala rigal anki jekk fil-fatt ħafna drabi ħajja ġdida qed narawha bħala piż jew sempliċiment fatt ta’ l-istatistika. Qisu fid-dinja m’għadx hemm post għal ħajja ġdida. Mentri tarbija ġdida ssir rigal għal dawk stess li tawha l-ħajja.

Il-Papa jammetti li hawn ħafna sit-

wazzjonijiet diffiċli fejn tidħol il-famil-ja però l-Knisja trid tibqa’ lejali għall-verità dwar l-imħabba umana. Kieku ma tagħmilx hekk tkun qed titradixxi lilha nfisha. Il-Papa jfakkarna ukoll li l-imħabba hija esiġenti u tkun ħsara li l-egoiżmu jieħu l-post ta’ l-imħabba. Jitkellem dwar egoiżmu soċjali li jmur kontra ċ-ċiviltà ta’ l-imħabba. Nawgura minn qalbi lilkom ilkoll li l-festa ta’ San Ġużepp tkun festa tal-familja, festa tal-familja person-ali tagħkom u anki festa tal-familja parrokkjali. B’dan il-mod anki fil-parroċċa tagħna nkunu qegħdin nik-kontribwixxu għall-bini taċ-ċiviltà tal-imħabba, li tnisslet fi ħdan il-familja Mqaddsa.

Nitlob lil San Ġużepp, il-Kustodju tal-Familja Mqaddsa u ta’ kull familja ibierek lilna lkoll fil-festa tiegħu.

Nawgura u nirringrazzja lill-Presi-dent, diriġenti, soċji u ħbieb tal-każin għall-festa li ġejja.

Il-Familja: it-triq tal-Knisja

Messaġġi

15

Michael CohenSindku

Imwieled il-Kalkara, huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle u fl-Università ta’ Malta.

Okkupa diversi karigi fosthom fil-klabb tal-futbol Kalkariż u fil-Partit Laburista. Ġie elett Sindku l-ewwel

darba fis-sena 2000, u jokkupa wkoll il-kariga ta’ President tal-

Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali.

Jiena konvint li matul din is-sena id-dedikata lill-volontarjat, is-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja faħħret u ipprem-jat lil xi ħadd li għamel sforz akbar minn ħaddiehor. Normalment aħna ngħidu li jkun għamel biċċa xogħol mill-qalb, jiġifieri l-biċċa xogħol ikun għamilha għax irid u għax jieħu pjaċir jagħmilha.

Għalkemm il-volontarjat għandu sehem importanti fil-ħajja tagħna, daqstant ieħor hija importanti l-mis-sjoni li lkoll kemm aħna rridu nwet-tqu, min f ’ħaġa u min f ’oħra; kulħadd skont il-kapaċitajiet u l-abilitajiet tiegħu. Il-volontarjat iġib miegħu ukoll sodisfazzjon mhux biss għall-individwu imma speċjalment għal dawk kollha li jsegwu u jgawdu minn din il-ħidma.

Waqt li kont qiegħed nikteb dawn il-kelmtejn, seħħew żewġ ġrajjiet li kienu ta’ interess għad-dinja kollha. Aħbar minnhom sammret lil miljuni ta’ per-suni minn madwar id-dinja quddiem it-televiżjoni u l-aħbar l-oħra qajmet interess partikolari, però bejniethom it-tnejn kien hemm differenzi kbar.

L-ewwel aħbar kienet dik dwar il-be-atifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II, il-Papa li seraq il-qlub ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja, li ġab il-ferħ fuq tant u tant persuni u li ħadem għall-paċi. Minkejja li għaddew sitt snin mill-mewt tiegħu, dan il-Papa għadu maħbub u mfaħħar għall-mod ta’ kif mexxa l-Knisja waqt il-Papat tiegħu.

Waqt il-Beatifikazzjoni tiegħu stajt nara n-nies jibku bil-ferħ u bqajt immeraviljat bis-sagrifiċċji kbar li

għamlu n-nies jistennew fi kjus kbar sabiex jgħaddu minn quddiem it-tebut tiegħu. Kemm hu sabiħ li tkun maħbub waqt ħajtek u iktar minn hekk li tibqa’ tissemma għat-tajjeb li tkun għamilt.

It-tieni aħbar kienet dik tal-qtil ta’ Osama Bin Laden, il-bniedem li kien imfittex għall-attakki terroristiċi li wettaq, bl-akbar waħda tkun dik tal-11 ta’ Settembru ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika. Mal-mewt ta’ Osama miljuni ta’ nies ħarġu jifirħu fit-toroq.

X’differenza, minn naħa għandek il-Papa Ġwanni Pawlu II għad għandu miljuni kbar ta’ nies ifaħħru l-ħidma tiegħu u għadhom jibku t-telfa tiegħu sal-lum u min-naħa l-oħra Osama li mal-ahbar tal-mewt tiegħu ħarġu folol kbar jifirħu li ħelsu minnu.

Hawnhekk nasal għall-konklużjoni tiegħi u għall-messaġġ li xtaqt inwas-sal. Aħna lkoll għandna responsab-biltà xi nwettqu; hemm min jeħodha bis-serjetà u hemm min ma jkunx denju tar-responsabbiltà li jkollu. Għalhekk huwa importanti li dak kol-lu li nagħmlu, nagħmluh mill-qalb u li jkun ta’ ġid. Mhux kulħadd jista’ jimxi fuq il-passi tal-Papa Ġwanni Pawlu II, imma almenu nistgħu nippruvaw.

Jekk inħarsu lejn il-Qaddis Patrun tagħna San Ġużepp naraw li minke-jja li għaddew eluf ta’ snin mill-mewt tiegħu, San Ġużepp għadu maħbub u meqjus bħala Qaddis eżemplari. Nem-men, li kull wieħed u waħda minnha nistgħu nagħmlu wegħda magħna nfusna li għas-sena li ġejja se naħdmu biex inkunu ta’ eżempju tajjeb għal ħaddiehor.

Din hija l-ħdax-il sena tiegħi bħala Sindku tal-Kalkara u flimkien ma’ sħabi l-Kunsilliera ppruvajna nof-fru l-aħjar servizz u titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-komunità tagħna. Dan huwa dover tagħna li rridu nwettquh bil-qalb għax nemmnu f ’komunità li jixirqilha tgħix f ’ambjent nadif, sabiħ u sikur. Biex il-ħidma tagħna tkun suċċess jeħtieġ li kulħadd jagħti s-se-hem tiegħu u jiena konvint li fuq dan imxejna ħafna ’l-quddiem.

Għalhekk nixtieq nieħu din l-okkażjoni sabiħa tal-festa tal-Qad-dis Patrun tagħna San Ġużepp sabiex f ’ismi, l-mara tiegħi, il-Kunsillieri u l-istaff, nawguralkom il-festa t-tajba. Fl-istess waqt nappellalkom, sabiex meta tawguraw il-festa t-tajba lil xulxin, tiftakru fl-eżempji tajbin ta’ San Ġużepp, tal-Papa Ġwanni Pawlu II u ta’ min bħalhom fittex li f ’ħajtu jagħmel il-ġid. Viva San Ġużepp!

Aħna lkoll għandna responsabbiltà xi nwettqu

Messaġġi

17

Mro. Ugo BuhagiarDip.Mus., F. Mus, E.I.H.E., B.Mus.T.

(UK), Dip. Child Psych.Surmast Direttur

Beda l-istudji mużikali tiegħu taħt is-Surmast Carmelo Ciantar u ħareġ idoqq l-ewwel darba mal-banda San Ġorġ ta’ Bormla. Huwa serva bħala Surmast Direttur ma’ diversi baned fosthom Sagra Familja tal-Kalkara,

San Leonardu ta’ Ħal Kirkop u Trinità Qaddisa tal-Marsa.

Il-festa titulari ta’ San Ġużepp reġgħet magħna u dan ifisser li għaddiet sena li matulha komplew jiżviluppaw diversi inizzjattivi fl-għaqda tagħna. B’kuraġġ ngħid ukoll li qed nżiedu bil-mod il-mod fl-ammont tal-allievi li għażlu li jibdew jistudjaw il-mużika fis-Soċjetà tagħna, u dan iwassal sabiex inkab-bru mhux biss l-ammont ta’ ban-disti tal-post, imma huwa importanti wkoll li nagħmlu qabża fil-kwalità speċjalment fit-tagħlim tal-mużika.

Il-qabża fil-kwalità ma ssirx biss għax jkollok allievi ġodda fil-banda, imma hemm bżonn li kull membru tal-banda jibqa’ jistudja u jtejjeb il-livell tiegħu. Il-livell tal-baned f ’Malta jista’ jkun ħafna aħjar milli hu jekk kull bandist jinvolvi ruħu f ’aktar studju tal-istru-ment tal-mużika inġenerali. Il-Baned Maltin dejjem kienu ta’ pjattaforma u servew biex numru ta’ mużiċisti bdew il-karriera tagħhom fil-mużika. Il-lum uħud minnhom narawhom fuq it-televiżjoni, fl-orkestra nazzjonali, u fuq kollox anki jidderieġu. Għalhekk inħoss li l-istudju huwa l-qofol biex wieħed itejjeb dak li jaf u jesplora ob-jettivi ġodda, anki fil-ħajja ta’ kuljum.

Il-Banda tagħna matul is-sena l-oħra kellha l-impenji tagħha matul il-festa li għaddiet. Bħalma tafu, l-impenji tas-sena l-oħra kienu jinkludu żewġ programmi: wieħed fuq il-planċier matul il-ġimgħa tal-festa u l-ieħor ġewwa s-Sala tal-Iskola Primarja fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara.

Ma hiex faċli għax fihom trid ta’ lanqas tliet siegħat ta’ mużika u diffiċli li ssib il-siltiet mużikali biex iżżewwaq dawn il-programmi. Dan jirrikjedi ħafna xogħol u preparamenti. Min-naħa tiegħi, kull sena daħlet id-drawwa li nagħmel siltiet ġodda li nkun għamilt arranġamenti għall-kantanti kif ukoll ta’ xi mużika tal-films.

Minbarra dan ma nistax ma nsem-miex li l-banda tagħna kull sena tagħti sehem qawwi f ’diversi bliet u rħula madwar Malta f ’programmi mużikali u marċijiet fil-festi. Is-sena l-oħra l-

banda daqqet fil-festa tat-Trinità Qad-disa ġewwa l-Marsa, tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid, ta’ San Leonardu ġewwa Ħal Kirkop u ta’ Santa Marija ġewwa Ħal Għaxaq. Dan minbarra s-servizz li kellna matul iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI ġewwa l-Kalkara. Din is-sena minbarra dawn is-servizzi żidna servizz ieħor ġewwa l-Belt Valletta, din id-darba fil-festa titulari ta’ Santu Wistin.

Matul din is-sena, b’inizjattiva tal-Kummissjoni Banda u bl-għajnuna tal-Kumitat Ċentrali għamilna programm ieħor f ’April, din id-darba għall-ġenituri tal-allievi u l-membri tas-Soċjetà, fejn l-allievi tagħna daqqew weħidhom fis-Sala San Ġużepp fil-każin stess. Serata li marret tajba ħafna u li uriet mhux biss l-impenn li għandha s-Soċjetà lejn it-tagħlim tal-mużika, iżda wkoll l-avvanz li qegħdin jagħmlu l-allievi tagħna fl-istrumenti differenti tagħhom.

Sinċerament kull meta niġi mitlub mill-Bord Editorjali ta’ dan il-ktieb biex nikteb xi ħaġa dwar il-programm li l-Banda tagħna tesegwixxi fil-fes-ta, nikkonfondi x’se naqbad ngħid għaliex il-programm tagħna llum huwa wieħed mill-aktar imfittxija fil-kalendarju festiv tal-gżejjer tagħna u li għalhekk m’għandu bżonn tal-ebda pubbliċità żejda. Tant hu minnu dan li qed ngħid, li llum il-ġurnata l-Banda Sagra Familja qed tiġi mfittxa minn diversi soċjetajiet madwar Malta biex tagħti s-servizzi mużikali matul il-festa tagħhom. Grazzi lil dawk il-kumitati ta’ dawn l-irħula li juru din il-fiduċja fil-Banda tagħna u li aħna min-naħa tagħna dejjem għamilna l-almu tagħna biex noħorġu bl-unuri kollha.

Jiena nemmen li l-kapaċità tal-Banda l-iżjed li tiġi murija huwa waqt il-Pro-gramm Mużikali, għaliex dan jieħu impenn qawwi mill-bandisti. Mhux ta’ b’xejn li kienet deċiżjoni għaqlija tal-Kummisjoni Banda kif ukoll il-Kumitat Ċentrali li ta’ kull sena jtella’ nhar ta’ Tlieta l-programm mużikali

tal-festa, fejn is-sena l-oħra kien wieħed mill-aqwa b’attendenza kbira u fejn kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għall-eżekuzzjoni tal-Banda Sagra Familja. Din is-sena l-Programm ser jkun fuq l-istess livell u għalhekk nap-pella sabiex ħadd ma jitilfu.

Nixtieq minn hawn infaħħar ukoll l-impenn tal-Kummissjoni Banda, li mhux biss qed tinvesti f ’mużika ġdida ta’ kull sena, iżda din is-sena tiffinalizza l-uniformi l-ġdida tal-banda. Grazzi lil dawk kollha li jagħtu l-għajnuna finanzjarja biex dawn il-proġetti jkunu jistgħu jseħħu, għaliex is-Soċjetà tagħna hija waħda volon-tarja u tiddependi mid-donazzjonijiet u l-għajnuna tagħkom.

Filwaqt li nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali għal koperazzjoni li dejjem sibt u li dejjem wera fiduċja sħiħa fija, irrid nerġa’ nirringrazzja wkoll b’mod speċjali lill-Kummissjoni Banda ferm ħabrieka għal-ħidma u l-impenn tagħha. Fl-aħħar u mhux lanqas ngħid grazzi lis-sezzjonijiet kollha fi ħdan is-Soċjetà tagħna, fejn b’koperazzjoni sħiħa naslu biex intellgħu festa oħra kbira u denja ta’ Soċjetà li għandha wara isimha aktar minn mitt sena storja.

Viva San Ġużepp, il-Patrun tal-Kalkariżi.

Insostnu l-Qabża fil-Kwalità

Messaġġi

19

Mill-Għaqda Każinital-Banda

Imwaqqfa fl-1947 fuq ħsieb tal-Kav. M. A. Delia, dak iż-żmien membru tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun.

L-Għaqda Każini tal-Banda kel-lha bħala għan ewlieni li tkun vuċi

waħda f ’isem il-baned Maltin mal-Gvern. Mill-1982, bdiet tiġi

ċċelebrata l-festa liturġika ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-mużiċisti.

Huma ħafna dawk li minn sena għall-oħra jistennew b’ħerqa kbira l-festa tal-belt jew raħal tagħhom. Ewlenin fost dawn insibu l-għexieren ta’ dawk impenjati fil-Kumitati, Kummissjoni-jiet u Sezzjonijiet li fil-biċċa l-kbira minnhom ħuma fi ħdan il-Każini tal-Banda u li jaħdmu s-sena kollha b’sagrifiċċju personali biex jorganiz-zaw il-Festa. Dawn l-inizjattivi huma ta’ min ifaħħarhom u jinkoraġġiehom.

L-Għaqda Każini tal-Banda li tirrappreżenta lill-baned kollha ta’ Malta u Għawdex minbarra t-tnejn tal-Belt, matul din is-sena, minbarra l-ħafna xogħol li tagħmel għall-ġid tal-baned Maltin u Għawdxin, tat ukoll kontribut kbir dwar id-Doku-ment Konsultattiv li ħarġet id-Djoċesi tal-Knisja Maltija. Liema dokument ingħata pubbliċità kbira u ngħidu li anke ġie manipulat mill-media kif ukoll minn uħud li ftit li xejn jifhmu fil-festi. Quddiem din is-sitwazzjoni, r-rappreżentanti tal-baned urew ma-turità u għaqal kbir u flok tkaxkru mall-kurrent, flimkien studjaw id-do-kument u qablu dwar proposti konk-reti biex jirranġaw dak li mhux sejjer tajjeb fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi. Proposti li għamlu ġieh lill-Każini tal-Banda.

Il-festi fil-bidu tagħhom kellhom ak-tar rabta reliġjuża milli soċjali kif

nafuhom illum, fejn iċ-ċirkustanzi tal-ħajja kienu ħafna differenti. Imma l-ħsieb prinċipali kien u hekk għandu jibqa’ li fil-ġranet tal-festa rridu naħsbu fuq il-ħwejjeġ kbar u tal-għaġeb li Alla għamel fil-qaddejja tiegħu, u bħala nsara għandna nippruvaw nimxu fuq l-għemejjel tagħhom. Dan huwa l-qo-fol u l-milja ta’ kull festa.

Hawn qbil li kif qegħdin jiġu ċċelebrati l-festi hemm x’wieħed x’jirranġa. Hija ħaġa tajba li jkun hemm gwida maqbula minn dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festi biex nilħqu l-għanijiet tagħna. Nafu li s-sitwazzjo-ni hija differenti f ’kull raħal u belt, bejn festa u oħra. Għalhekk l-Għaqda mill-bidu ta’ dan l-eżerċizzju għarfet il-bżonn li jkun hemm aktar kordi-nament u nvolviment fuq bażi par-rokkjali fejn dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa jkunu jistgħu jagħmlu awtokritika tas-sehem tagħhom u flimkien jaraw li mixjin fuq gwidi maqbula. Barra minn dan nifhmu wkoll li hemm ħtieġa ta’ edu-kazzjoni kontinwa dwar l-imġieba waqt il-ġranet tal-festa, li għalkemm din hija xi ħaġa li ilna nitkellmu dwarha, ftit li xejn sar.

Ninsabu sodisfatti bil-mod kif tmexxew id-diskussjonijiet bejn l-Għaqda u l-Awtoritajiet tal-Knisja. Nawguraw li dawk kollha mpenjati

fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa jaħdmu biex flimkien issir iż-żabra li hemm bżonn. Biex dan iseħħ hemm bżonn li nwaqqgħu l-ħitan li tul is-snin inbnew bejn każin u ieħor, festa u oħra. Nifh-mu li mhux faċli u jinħtieġu sagrifiċċji u dixxiplina. Imma jekk aħna konvin-ti mill-għanijiet tagħna, jirnexxielna naslu biex ikollna festi li jagħtu ġieh lil Alla qabel kollox, lill-qaddisin li tant inħobbu u lis-Soċjetajiet tagħna.

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda jawgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha fl-okkażjoni tal-festa f ’ġieh San Ġużepp.

J.C. Azzopardi, Segretarju

Ħsibijiet mill-Għaqda Każini tal-Banda

Ħajjar lill-uliedek jitgħallmul-arti tal-mużika u jingħaqdu

mal-Banda Sagra Familja!

Applikazzjonijiet jinkisbu mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni Banda Sagra Familja.It-tagħlim tal-mużika huwa provdut mingħajr ħlas.

[email protected]

Messaġġi

21

Mill-Għaqda NazzjonaliArmar tal-Festi fit-Toroq

Imwaqqfa fis-sena 2009, l-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi fir-Toroq għandha l-għan prinċipali li tħares u

tkattar il-kultura tal-festi fil-qasam tal-armar, filwaqt li tniehdi inizjat-

tivi ta’ ġid għal dan il-qasam. Il-promotur u President attwali ta’ din

l-għaqda huwa Dr. Godfrey Farrugia.

L-infanzja hi l-bażi tal-ħajja ta’ kull individwu. Hu ż-żmien li kull wieħed u waħda minnha jibda jifforma l-ka-rattru tiegħu jew tagħha. Nitwieldu, nikbru, u f ’tebqa t’għajn nitfarrfru f ’subien u bniet, ġuvintur u xebbiet. Huwa matul dawn l-ewwel snin li nib-dew niffurmaw il-karattru u l-person-alità tagħna.

Hekk l-istess l-Għaqda Nazzjonali Ar-mar tal-Festi fit-Toroq (GħaNAFT) li fl-ewwel sentejn kemm ilha mwaqqfa ffurmat karattru sod u personalità qawwija fl-ambitu tal-festi. Il-preżenza tal-GħaNAFT, grazzi għall-impenn tal-għaqdiet membri fi ħdanha, kull ma jmur qed tinħass dejjem aktar fuq livell nazzjonali.

F’dan id-dawl fi tmiem l-istaġun tal-festi li għadda l-GħaNAFT organizzat b’suċċess symposium nazzjonali dwar il-festi bil-kollaborazzjoni ta’ Herit-age Malta u bis-sehem tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Nediet għall-ewwel darba sensiela ta’ korsijiet ta’ taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà waqt l-armar, kemm barra fit-toroq u anke fl-imħażen, organizzat wirja nazzjon-ali tal-armar fil-Valletta Waterfront, u fil-bidu tal-istaġun tal-festi din is-sena ppubblikajna qafas ta’ linji gwida dwar l-armar tal-festi.

L-GħaNAFT kompliet bit-taħdidiet mal-awtoritajiet Ekkleżjastiċi dwar il-futur tal-festi tagħna. Ikolli ngħid iżda li, waqt li sibna bażi tajba fuq xiex inkomplu niżvolġu t-taħdidiet dwar l-armar, l-GħaNAFT kellha żżomm sod fil-konfront ta’ proposta ‘ġdida’ mill-Kurja Arċiveskovili li trid li kull festa jibda jkollha ‘Kummissjoni Par-rokkjali Festa Esterna’ u li tkun taqa’ taħt il-kappa tal-Kunsill Pastorali Par-rokkjali.

Tajjeb li hawn nispjega li tali ‘Kum-

missjoni’ kif proposta taqta’ komplet-ament is-sehem tal-għaqdiet tal-festi, milli jkollhom sehem dirett mal-me-jda tad-deċiżjonijiet dwar il-festa par-tikolari. Għall-GħaNAFT dan imur kontra kull sens ta’ apprezzament tax-xogħol volontarju minn tant persuni, u fuq kollox jaqta’ l-id tal-ħbiberija li qed nestendu biex fl-aħħar mill-aħħar ikollna festi aktar sani u organizzati aħjar.

Bil-proposta tagħha l-Kurja trid ixx-olji l-Kumitati tal-Festi li diġa jeżistu f ’xi festi, u posthom jieħduh dawn il-Kummissjonijiet magħmula minn persuni magħżula mill-Kappillan/Arċipriet, u li ma jkollhom ebda se-hem f ’ebda għaqdiet tal-festi. Il-Kurja trid ukoll li tali ‘Kummissjoni’ tidħol anke fejn sal-lum ma kien hemm ebda Kumitat tal-Festa, inkluż f ’lokalitajiet fejn il-festi esterni ma jsirux mill-Ka-ppillan/Arċipriet, iżda jisru minn xi każin/i.

Intant il-Kurja pproponiet ukoll dawk li qed issejjaħ ‘Laqgħat ta’ Kordina-ment Festa Esterna’ bis-sehem tal-għaqdiet tal-festi. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu matul dawn il-laqgħat iżda jkunu suġġetti għall-approvazzjoni jew disapprovazzjoni tal-‘Kummissjoni Parrokkjali Festa Esterna’ u tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Jekk isir hekk inħossu li l-għaqdiet tal-festi kollha, minflok ma kienu apprezzati b’mod aħjar fis-Sena Ewropea tal-Volontarjat, minn premier ġew relegati mhux biss għall-ewwel diviżjoni iżda għat-tieni waħda.

Wara li ltqajna mal-għaqdiet membri tagħna, kemm dawk indipendenti, kummissjonijiet jew sezzjonijiet tal-armar fi ħdan każini, kif ukoll ku-mitati tal-festa taħt il-Kappillani/Arċiprieta, l-GħaNAFT b’mod unan-imu ddeċidiet li ma taċċettax il-pro-

posta li titwaqqaf xi forma ta’ ‘Kum-missjoni’, fi ħdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u anke barra minnu, jew li jinbidel il-format u l-kunċett eżisteni tal-Kumitat tal-Festa, fejn eżistenti. Kien deċiż ukoll li t-taħdidiet mal-Kurja dwar dawn il-materji, li fl-aħħar mill-aħħar jikkonċernaw lill-aspetti kollha tal-festi, jibdew isiru mal-għaqdiet nazzjonali tal-festi flimkien.

Intant l-GħaNAFT ittenni mill-ġdid dak li diġa sostniet fit-taħdidiet li kellha sa issa u fir-rapporti tagħha li kull ħsieb espress mill-awtorità Ekkleżjastika, bil-kitba jew bil-fomm, għandu jikkonsisti biss f ’linji gwida u punti ta’ prinċipju u mhux regolamen-ti, impożizzjonijiet, theddid u penali.

Persważ iżda li fejn hemm ir-rieda tajba naslu għall-qbil bejn il-partijiet kollha konċernati biex tassew inħarsu s-sinsla tal-festi tagħna.

Nawgura lilkom ilkoll u lill-poplu kollu tal-Kalkara l-isbaħ xewqat għall-Festa f ’ġieħ San Ġużepp.

Cleavon Vella, Segretarju

Inħarsu s-sinsla tal-Festi tagħna

22

23

Programm tal-Festa

25

26

Programm Tal-Festi Interni Solenni Ad Unur

San ĠużeppPatrun tal-Knisja Universali fil-Parroċċa tal-Kalkara 2011

Programm tal-Festa

27

Il-Ġimgħa 1 ta’ LuljuSolennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ ĠesùFis-6.30pm Quddiesa tas-Solen-nità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Wara Ġesù Ewkaristija jittieħed fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali (ħdejn il-Knisja Parrokkjali) fejn jibqa’ espost sal-10.00pm u jsir talb fis-skiet għas-suċċess spiritwali tal-festa.

Il-Ħadd 3 ta’ LuljuFil-Quddies kollhu jingħata tagħrif dwar il-festa. Issir il-ġabra speċjali li tmur għall-ispejjeż tal-festa. It-Tnejn 4 ta’ LuljuĦruġ min-Niċċa6.00pm Rużarju.6.30pm Quddiesa kantata mmexx-ija mill-Kappillan Dun Anton Galea-Scannura. L-għaqdiet kollha mużikali u soċjali tal-Parroċċa flimkien mal-Kalkariżi li m’għadhomx joqgħodu fil-parroċċa huma mhegga biex jiehu sehem. Fl-aħħar taċ-ċelebrazzjoni, wara introduzzjoni mill-Kappil-lan, isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġużepp min-niċċa li tiġi milqugħa fuq iz-zuntier mill-komunita’ bis-sehem tal-Kor Parrokkjali, li jkun akkumpanjat minn Banda magħquda miż-żewġ soċjetaijiet Mużikali San Ġużepp u Sagra Familja. Tingħad il-Kurunella u jsir ħsieb fuq San Ġużepp. Wara li l-istatwa tidħol il-Knisja tingħata il-Barka Ewkaristika.

It-Tlieta 5 ta’ LuljuJum it-Tfal u l-Familji tagħhom6.00pm It-tfal jitilgħu ħdejn il-MUSEUM minn fejn tibda ċelebrazzjoni ta’ ferħ u fidi. It-tfal kollha mistennija jieħdu sehem.6.30pm Quddiesa għat-tfal im-mexxija mir-Revdu P. Deo Debo-no OSA. Janima l-Kor tat-Tfal Angels’ Voices. It-tfal li jattendu tingħatalhom tifkira. Il-Kor An-gels’ Voices huwa l-kor tat-tfal tal-Parroċċa tagħna. Tmexxih is-Sin-jura Marisa Abela u l-organista Ms Diane Pace B.Ed.

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju

L-Ewwel Jum tat-TriduJum l-Anzjani u l-Morda6.00pm Rużarju u Kurunella.6.30pm Quddiesa li għaliha mist-iedna l-anzjani u l-morda. Imexxi Mons Pawl Raggio. Wara l-quddie-sa tingħata il-Barka Sagramentali. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Adonai.

Il-Ħamis 7 ta’ LuljuIt-Tieni Jum tat-TriduJum il-Familja6.00pm Rużarju u Kurunella.6.30pm Quddiesa li għaliha mist-iedna il-koppji li din is-sena jagħlqu 10, 25, 40 jew 50 sena miżżewġa. Fil-Quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni tat-trabi. Imexxi il-Quddesa P. Martin Mamo OFM Cap. Wara l-quddiesa tingħata il-Barka Sagramentali. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Shalom im-mexxi Mis-Sinjura Agatha Zahra. Wara l-quddiesa, l-koppji mist-iedna għal bibita fiċ-Ċentru Par-rokkjali.

Il-Ġimgħa 8 ta’ LuljuIt-Tielet Jum tat-TriduJum il-Parroċċa6.00pm Rużarju u Kurunella6.30pm Quddiesa mmexxija minn P. Ivan Scicluna OFM Cap. Għal din il-Quddiesa mistiedna il-familjari ta’ saċerdoti u reliġjużi li joqgħodu il-Kalkara. Fil-Quddiesa ssir il-Vestizzjoni tal-abbatini. Wara t-Tqarbin jitkanta l-innu ta’ ringrazzjament Te Deum.

Is-Sibt 9 ta’ LuljuLejlet il-Festa6.00pm Rużarju u Kurunella.6.30pm Traslazzjoni Solenni bir-Relikwa ta’ San Ġużepp. Imexxi il-Kan. Lawrenz Zammit li kien Ka-ppillan tal-Parroċċa tagħna. Wara Quddiesa Solenni bis-sehem ta’ l-Orkestra u l-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

Il-Ħadd 10 ta’ LuljuJum l-Għid tal-Parroċċa7.00am Quddiesa Letta8.30am Quddiesa kkonċelebrata. Imexxi l-Kan. Lawrenz Zammit. Jinseġ il-paniġierku fuq il-virtu-

wijiet singulari ta’ Missierna San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Mqadd-sa u Missier l-Insara kollha, il-Kan. George Spiteri. 10.30am Quddiesa Letta6.00pm Quddiesa Letta7.30pm Tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa devota tas-Sultan tal-Qaddisin u Patrun tal-Knisja Universali San Ġużepp, kapola-vur fl-injam solidu ta’ Ferdinando Stuflesser, b’tislima fuq iz-zuntier mill-Banda San Girgor ta’ tas-Slie-ma u l-Banda Beland taż-Żejtun. Il-purċissjoni solenni bis-sehem tal-fratellanza Ġużeppina, tkun akkumpanjata mill-Banda Sliema u tgħaddi minn Misraħ Arċisqof Gonzi, Triq il-Kapuċċini, Triq San Lawrenz, Triq Giovanni Ricasoli, Triq is-Sienja, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella, ix-Xatt, u titla’ mit-taraġ ta’ quddiem iċ-Ċentru Laburista għall-Knisja Parrokkjali. Fuq iz-zuntier l-istess baned jerġgħu isellmu lill-vara wisq għażiża ta’ San Ġużepp fid-dħul trijonfali tagħha fil-Knisja. Kif tidħol il-purċissjoni fil-Knisja titkanta l-Antifona ta’ San Ġużepp Iosef Filii David, kapolavur ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 14 ta’ LuljuĦarġa għal Għawdex2.00pm Ħarġa speċjali ta’ wara l-festa għal Għawdex sa nofsillejl, biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna ta’ Pinu, u wara nkomplu l-ġurnata bil-mistrieħ u l-ikel.

Is-Sibt 16 ta’ Lulju6.30pm Quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li ħadmu fit-tħejjija u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Festa fejn nirringrazzjaw lil Alla u lil San Ġużepp li ngħaqadna bħala komunità nisranija biex niċċelebraw il-fidi tagħna. Wara l-Quddiesa l-istatwa ta’ San Ġużepp terġa’ titqiegħed lura fin-niċċa.

Nota: Il-Kor u l-Orkestra fil-jiem tal-festa jkunu taħt id-direzzjoni tas-Sin. Josianne Zammit ALCM (TD), ATCL. Organista s-Sin. Diane Mizzi B.Mus LCM(Hons.), B.Ed (Hons), ALSM.

L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju6:15pm Kurunella, Antifona u Barka Ewkaristika. Wara quddiesa solenni tal-aħħar Erbgħa bi tħejjija għall-festa titulari ta’ San Ġużepp fil-Knis-ja Parrokkjali.

8:30pm Barbeque għall-partitarji kollha fi Pjazza Sagra Familja or-ganizzat mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà, li bih tinfetaħ uffiċċjalment il-festa titulari 2011. Ikun hemm var-jetà ta’ ikel, mużika u tombla. Biljetti mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kumitat Ċentrali.

Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju8:00pm Mixgħela Ġenerali tat-toroq tal-Kalkara mill-Għaqda ta’ l-Armar fejn matulha se tiġi mżanżna għall-ewwel darba opra tal-armar fi Triq Marina (viċin il-maħżen tal-armar).

8:30pm Barbeque quddiem il-Maħżen tal-Armar f ’Bighi or-ganizzat mill-Għaqda tal-Armar tas-Soċjetà. Biljetti mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Għaqda tal-Armar.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju8:30pm Jingħata bidu għall-The Invincible Street Concert fi Triq ir-Rnella bis-sehem ta’ bosta kantanti lokali kif ukoll stabiliti. Jieħdu se-hem ukoll diversi kumpaniji taż-żfin. L-ispettaklu jittella’ mill-Kum-missjoni Żgħażagħ Sagra Familja. Ma jonqosx spettaklu multi-viżiv ta’ dawl u sound kontinwu, ikel, xorb kif ukoll lotterija kbira. Il-Kalkariżi huma mħeġġa jattendu għall-din l-attività annwali.

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju10:00am L-aħħar ġabra mat-toroq tal-Kalkara b’riżq il-festa u t-tqassim tal-publikazzjoni annwali tal-festa minn IMI Publications. Nitolbukom sabiex tkunu ġenerużi bħal kull sena sabiex intaffu l-ispejjeż relatati mal-festa li dejjem qegħdin jiżdiedu.

8:30pm Get Together kbir fi Pjaz-za Sagra Familja organizzat mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja. Ikun hemm varjetà ta ikel u mużika mill-aqwa. Biljetti mis-sede tas-

Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Għaqda tan-Nar.

It-Tnejn 4 ta’ Lulju 8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

6.15pm Quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali, li warajha jsir il-ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Missierna San Ġużepp min-niċċa. Il-membri kollha huma mħeġġa sabiex jatten-du. Elementi bandistiċi mill-Banda Sagra Familja u l-Banda San Ġużepp flimkien mal-Kor Parrokkjali jieħdu sehem fi programm mużikali ta’ inn-ijiet minn fuq iz-zuntier sabiex isell-mu lill-vara titulari fil-ħruġ u d-dħul tagħha mit-tempju Ġużeppin.

8.30pm L-aħħar kunċert ġenerali mill-Banda Sagra Familja fejn jiġu kkunċertati s-siltiet li ser jingħaddu fil-programm mużikali annwali li se jsir nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju.

It-Tlieta 5 ta’ Lulju8:00pm Il-Banda Sagra Familja tagħmel marċ qasir li jibda minn quddiem is-sede tas-Soċjetà fi Triq ir-Rnella u jgħaddi minn Pjazza Sa-gra Familja, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella u jin-temm quddiem il-planċier “Ġawhra Ġużeppina’’.

9:00pm Il-Banda Sagra Familja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar tagħti bidu għall-programm mużikali fuq il-planċier “Ġawhra Ġużeppina” fi Pjazza Sagra Familja. Matul dan il-programm im-tella’ mill-Kummissjoni Banda ser jindaqqu siltiet ta’ mużika varjata u jsiru bosta preżentazzjonijiet ta’ tifkiriet u donazzjonijiet lis-Soċjetà. Kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex jat-tendi.

10:30pm Riċeviment annwali ġewwa “Sala San Ġużepp” fis-sede tas-Soċjetà hekk kif jintemm il-programm mużikali, li għalih huma mistiedna l-membri kollha u l-familjari tagħhom kif ukoll mist-ednin oħra distinti.

28

Programm tal-Festa

29

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

8:30pm Il-Banda Trinità Qaddisa tal-Marsa, takkumpanja l-vara ta’ San Ġużepp, xogħol tal-istatwarju Michael Camilleri Cauchi u rep-lika tal-istatwa titulari preċedenti li kienet donazzjoni tas-Soċjetà lill-Parroċċa, permezz ta’ marċ li jgħaddi minn Triq ir-Rnella, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq Luigi Pisani, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella, Triq is-Sienja, Triq Patri Mat-tew Sultana, Triq Giovanni Ricasoli, Triq Ġanni Raimondo, Triq Santa Filumena, Triq ir-Rnella u Pjazza Sa-gra Familja fejn isir it-tlugħ tal-vara fuq il-kolonna li din is-sena se tkun kompluta minn kollox bil-ħidma tal-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja. Matul il-marċ jinħarqu settijiet ta’ murtaletti u fl-aħħar kaxxa nfernali. Wara li tintemm id-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp, ser isir feature fuq il-ħidma tas-Soċjetà imtellgħa mill-fergħat kollha, se tiġi inawgurata l-kolonna ta’ San Ġużepp, u se jinkixfu xi opri tal-armar mill-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

12:30pm Ikla annwali tal-festa fis-sede tas-Soċjetà għall-partitarji koll-ha. Kitba mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kumitat Ċentrali.

8:30pm Il-Banda Sagra Familja tak-kumpanja il-vara tas-Sagra Famil-ja, ġawhra tal-Ġużeppini Maltin

u kapolavur ta’ Wistin Camilleri, permezz ta’ marċ li jgħaddi minn Triq ir-Rnella, Triq is-Sienja, Triq Giovanni Ricasoli, Triq Ġanni Rai-mondo, Triq San Lawrenz, Triq il-Kapuċċini, Misraħ Arċisqof Gonzi u Triq ir-Rnella. Fil-bidu tal-marċ jinħaraq salut u kaxxa nfernali. F’Misraħ Arċisqof Gonzi l-Banda Sagra Familja ssellem lill-Knisja Par-rokkjali permezz tal-innijiet filwaqt li wara, fi Triq ir-Rnella jsir it-tlugħ tal-istatwa tas-Sagra Familja fuq il-kolonna ġojjel tagħha.

10:00pm Jingħata bidu għall-ispettaklu pirotekniku annwali li jin-kludi murtali tal-beraq pront, mur-tali bil-logħob, murtali tal-kulur, sfejjer, u blalen fost l-oħrajn. Hekk kif il-vara tas-Sagra Familja tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà tinħaraq kaxxa nfernali kkumnikata bi blalen u murtaletti, filwaqt li kif tittella’ fuq il-kolonna tagħha, tinħaraq kaxxa oħra tal-kulur. Wara dan, l-Għaqda tan-Nar Sagra Familja tippreżenta l-ispettaklu multi-viżiv waħdien fil-madwar, b’ħarqa grandjuża ta’ logħob tan-nar tal-art mekkanizzat fi Triq Marina b’akkumpanjament uniku ta’ dawl u mużika, kollu frott id-dilettanti tan-nar tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 10 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

11.00am Il-Banda Sagra Familja tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu madwar Triq ir-Rnella, Triq is-Salvatur, Triq Patist Borda, Triq ir-Rnella, Triq is-Sibi, Triq Mel-chiorre De Robles, Triq is-Sienja u jintemm fi Triq ir-Rnella fost il-briju u l-entużjażmu tal-partitarji.

7:00pm Il-Banda San Girgor ta’ Tas-Sliema tibda marċ minn Triq ir-Rnella għal Misraħ Arċisqof Gonzi, fejn tilqa’ l-ħruġ tal-vara titulari ta’ Missierna San Ġużepp minn fuq iz-

zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Wara tagħmel marċ fi Triq ir-Rnella u te-segwixxi programm mużikali fuq il- planċier “Ġawhra Ġużeppina” fi Pjazza Sagra Familja.

Matul il-programm, hekk kif l-istat-wa titulari tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà Ġużeppina, issir tislima xierqa lil Missierna San Ġużepp fejn jindaqqu l-Innu Popolari “Lil San Ġużepp” kompożizzjoni ta’ Mro. Lorenzo Galea, l-Innu Marċ “Lill-Patrijarka San Ġużepp”, kompożizzjoni ta’ Mro. Archibald Mizzi, u l-Innu Marċ “La Sacra Famiglia” ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, kif ukoll tinħaraq kaxxa nfernali mill-Għaqda tan-Nar. Wara li jin-temm il-programm mużikali, il-ban-da tagħmel marċ fi Triq ir-Rnella u Misraħ Arċisqof Gonzi u ssellem lill-vara titulari fid-dħul lura fil-Knisja bl-innijiet minn fuq iz-Zuntier.

11:00pm Il-Banda Sagra Familja tagħmel il-marċ ta’ l-aħħar fi Triq ir-Rnella fejn isir l-inżul tal-vara tas-Sagra Familja minn fuq il-kolonna u lura lejn is-Sede tas-Soċjetà, fost il-briju spontanju tad-dilettanti tan-nar u tal-armar.

It-Tnejn 11 ta’ Lulju11:00 am Tluq għax-xalata tradiz-zjonali tal-għada tal-festa, fejn nerħulha lejn l-Għadira għall-ġurnata divertiment flimkien. Naslu lura b’mod trijonfali r-raħal għal xis-7.00pm fost il-briju tal-partitarji. Fi Pjazza Sagra Familja jsir barbeque għall-partitarji kollha. Biljetti jink-isbu matul il-ġimgħa tal-festa mill-membri tal-Kumitat Ċentrali.

Għal aktar informazzjoni nitolbu-kom iżżuru s-sit elettroniku tas-Soċjetà www.sagrafamilja.org

VIVA SAN ĠUŻEPPKAP TAS-SAGRA FAMILJA!

Programm Tal-Festi Esterni Ad Unur

San Ġużeppsehem iċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja A.D. 1897

30

It-Tnejn 4 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.7:30pm Ħruq ta’ salut tal-bomba kif il-vara titulari ta’ San Ġużepp toħroġ min-niċċa u titfaċċa fuq iz-zuntier. (Dan in-nar ġie kkummiss-jonat mill-Kummissjoni Festa.)

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.9:30pm Tibda wirja piroteknika b’murtali tal-bomba, murtaletti, sliżijiet u blalen fost l-oħrajn, ma-tul il-marċ tradizzjonali bl-istatwa maestuża u artistika tal-Padrun tagħna Missierna San Ġużepp. Fi tmiem din il-wirja tinħaraq kaxxa infernali kkumnikata. Wara li l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi mtella’ fuq il-kolonna, tinħaraq kaxxa tal-kulur minn fuq il-bejt tal-każin.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.8:00pm Salut, Kaxxa infernali, murtali u murtaletti hekk kif ti-bda d-dimostrazzjoni bl-istatwa tas-Sagra Familja, il-ġawhra tal-Ġużeppini Maltin.10:00pm Jingħata bidu għal spet-taklu pirotekniku Thunders of Fire li jinkludi murtali tal-beraq, mur-tali bil-logħob, murtali tal-kulur, sfejjer, murtali tal-bomba, sliżijiet u blalen, fost l-oħrajn. Hekk kif il-vara tas-Sagra Familja tasal quddiem il-każin tinħaraq kaxxa infernali grandjuża ikkumnikata b’tempijiet bil-murtali bil-logħob, blalen u baraxxijiet. Wara li l-istatwa tas-Sagra Familja titla’ fuq il-kolonna tagħha tinħaraq kaxxa oħra tal-kulur.

Eżattament wara jingħata bidu għal spettaklu pirotekniku ta’ logħob tan-nar tal-art fi Marina wara l-kolonna tas-Sagra Famil-ja. Dan in-nar tal-art ikun ak-kumpanjat b’sinkronizzazzjoni bil-mużika u huwa kollu mekkanizzat u maħdum mid-dilettanti tan-nar fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Sagra Familja tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 10 ta’ LuljuJUM IL-FESTA TA’MISSIERNA SAN ĠUŻEPP8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.7:30pm Salut, kaxxa infernali spanjola grandjuża u murtaletti hekk kif il-vara titulari ta’ Mis-sierna San Ġużepp toħroġ b’mod trijunfali mill-Knisja Parrokkjali. Wara akkumpanjament matul il-purċissjoni. (Dan in-nar ġie kkum-missjonat mill-Kummissjoni Festa.)Hekk kif il-vara titulari tal-Patrun tagħna u tas-Soċjetà, Missierna San Ġużepp, tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà tinħaraq kaxxa infer-nali bħala tislima lill-Patrun tas-Soċjetà Ġużeppina.10:30pm Kaxxa infernali tal-kulur hekk kif il-vara titulari tidħol lura fil-Knisja Parrokkjali. (Dan in-nar ġie kkummissjonat mill-Kummiss-joni Festa.)11:00pm Inħeġġu lid-dilettanti tan-nar kollha sabiex ningħaqdu flimkien fil-marċ tal-aħħar li jsir b’mod speċjali mis-Soċjetà tagħna b’tislima għal dawk kollha li ħadmu għall-festa.

SAGRA FAMILJA ĦARISNAU ŻOMM IDEJK FUQNA!

In-Nar kollu msemmi hawn fuq (ħlief fejn indikat mod ieħor) ġie ikkummissjonat mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja. In-nar tal-art mekkaniżżat inħadem kollu mid-dilettanti tan-nar Sagra Familja fi ħdan l-istess għaqda.

PROGRAMM PIROTEKNIKUmill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja fi ħdan Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

Programm tal-Festa

31

Programm Mużikalimill-Banda Sagra Familja

taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiarfuq il-Planċier “Ġawhra Ġużeppina” fi Pjazza Sagra Familja

nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011 fid-9.00pm

Innu Marċ

Overture

Fantasia

Marċ Spanjol

Mużika Tradizzjonali

Tema tal-Film

Mużika Moderna

Mużika Russa

Tema tal-Film

Innu

La Sacra Famiglia

Morning, Noon and Night

Turandot

Amparito Roca

Intervall

Endearing Young Charms

La Vita è Bella

Introducing the Band

Glasnost

Pirates of the Caribbean

Lill-Banda Sagra Familja

Lorenzo Gonzi

Franz Von Suppé

Giacomo Puccini

Jaime Teixidor

Stanley H. Boddington

Nicola Piovani

Kees Vlak

Dizzy Stratford

Hans Zimmer

Ugo Buhagiar

Jippreżenta l-programm is-Sur Lawrence Farrugia.

Kulħadd huwa mitlub sabiex ikun f ’postu sad-8.45pm.

Il-programm mużikali għandu preżentazzjoni tal-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

32

Il-Baned Mistiedna fil-Festaminn Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

MarċAmbrosiana

Il-President AntonIl-Kokka

In-Nanna KarmLill-Bandisti tas-Soċjetà

PiperIl-Kumitat

Aħna lkoll nies il-MarsaInnu Marċ tal-Banda

KompożiturD. Caruana

M. AzzopardiD. CaruanaC. Sciberras

V. VellaD. CaruanaU. BuhagiarM. Murello

J. M. Barbara

Għaqda Mużikali Trinità QaddisaIl-Marsa

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju

Surmast Direttur: Mro. Ugo Buhagiar

Band Opening (introduzzjoni bl-Innu Marċ lill-Għaqda Mużikali

San Girgor ta’ Mro. S. Portelli)Sinfonia Norma

Italo OldiesThe God Father

Trombones to the ForeBig SpenderPop Culture

Hooked on ClassicsTop Hits for Band

Arr. Mro. Ivan Borg

V. BelliniArr. Robert Shwalgin

Nino RotaJidderieġi Mro. Darren Dimech

Arr. Douglas A. PopeArr. Matthew FenechArr. Robert ShwalginArr. James H. Burden

Manfred Shneider

Soċjetà Mużikali San GirgorTas-Sliema

Programm Mużikali: Il-Ħadd 10 ta’ Lulju

Surmast Direttur: Mro. Anthony Carbonaro

34

Qabel il-karozza saret parti mill-ħajja regolari tal-familja Maltija, għal ħafna min-nies tal-Kottonera, speċjalment Bormla u l-Kalkara, l-baj-ja sabiħa tar-Rinella kienet il-post fejn kienu jitgħallmu jgħumu. Faċli biex tintlaħaq u mżejna b’ramla ċkejkna u ħelwa kif ukoll b’inħawi blatin għal min kien irid jitgħallem kif jaqbeż u jgħum f ’baħar fond. Matul l-istaġun tas-sajf kont tara gzuz ta’ familji bit-tfal mexjin mgħobbija bil-basktijiet bil-ħobż u l-fliexken tal-luminata, u gruppi tal-Mużew niżlin jew telgħin it-telgħa xi ftit jew wisq iebsa li hemm tifred il-bajja min-naħa ta’ fuq tal-Kalkara. Għalkemm fil-Port il-Kbir, il-baħar kien ikun nadif biżżejjed u saħansitra joffri svog ukoll lil min kien dilettant tas-sajd taħt wiċċ l-ilma jew li jtella’ rizzi, gandoffli, tamar minn ġol-ġebel fil-qiegħ u frott ieħor tal-baħar. Darba kien saħansitra daħal jiżfen denfil kbir li ġew jarawh l-eluf tan-nies sakemm gerrxuh lura ’l barra mill-bokka tal-port.

Għalina tal-Kalkara, l-bajja kienet qisha l-bajja famuża ta’ Rio! Konna nafuha b’għajnejn magħluqa....il-Porvlista, r-ramla, t-Tavla, Ħdejn il-Baħri, u Taħt l-Ilsien, kollha ismijiet li x’aktarx kienu jafuhom u jgħiduhom biss il-Kalkariżi. Ma rridux ninsew li jmissu mal-Bajja tar-Rinella dak iż-żmien kien hemm inħawi ristretti tas-Servizzi Ingliżi, il-lidos ta’ Bighi u taħt ir-Rikażli fejn setgħu jidħlu biss l-Ingliżi. Malta kienet għadha kolonja b’ħafna bċejjeċ minnha miċħudin għal niesha. Niftakar li meta konna nersqu lejhom b’xi ċattra li konna “nissellfu” mix-Xatt jew mir-Rinella, konna naslu sal-konfini ta’ dawn il-lidos imbagħad jiġu mill-ewwel il-baħrin bil-lanċa jkeċċuna.

Iżda r-rabta tal-Kalkara u r-Rinella mal-Ingliżi ma kellhiex l-ikrah biss. Propju fid-daħla għall-istazzjon tal-Wireless li ken hemm fit-tarf tan-niżla (jew telgħa, skont minn fejn tħares lejha!) kien ikun hemm għassa 24 siegħa kuljum baħri. Min jaf, ta’ tfal li konna, kemm iffittajnih biex nidħlu nixorbu minn vit fil-kmajra li kellu malli tidħol. Qatt ma qalilna le. Il-Bajja tar-Rinella kienet għadha fi stat selvaġġ u la kont issib ħwienet u lan-qas bejjiegħa bil-vannijiet.

Il-baħri tal-Wireless konna nsibuh ukoll pront jgħinna meta – u mhux rari – kien iweġġa’ xi ħadd minna. Min ħġieġa f ’saqajh, min qabeż u sab il-blat, min gidmitu brama, min weħlitlu sunnara f ’sebgħu...u min qalagħha f ’xi ġlieda bejn il-ħbieb. Anki meta kien jinqabad dieħel jew ħiereġ xi fizzjal Ingliz mill-istabbiliment, il-baħri qatt ma naqasna. Kienu jsellmu lil xulxin u dlonk jifhmu li kien hemm l-għajnuna x’tingħata lit-tfal.

Personalment kont doqt minn din il-

ġenerożita meta darba jien u l-kuġin Victor, li kien jiġi jqatta’ xi jiem magħna miż-Żejtun, iddeċidejna li ninżlu għall-bajja b’kemm kellna saħħa fuq il-biċikletta tiegħi, iżda meta ġejna biex nagħfsu l-brejkijiet dawn ma ħadmux u t-tnejn spiċċajna ġol-baħar quddiem il-baħri tal-għassa. Il-baħar f ’dik il-parti kien baxx u mimli ċnagen kbar u blatiet li nqalgħu minn mal-ħajt u min rana naqgħu żgur li ma stenniniex nibqgħu f ’sensina. Il-baħri kien qabeż mill-ewwel jagħtina l-ew-wel għajnuna waqt li nies oħra nġabru madwarna jaraw x’kien baqa’ minna. Fortunatament, kemm Victor u kemm jien qomna fuq saqajna mill-ewwel u, bil-għajnuna tal-baħri, tlajna lura fit-triq fejn kien hemm il-biċikletta li, bħalna, baqgħet kważi intatta.

Fil-Porvlista (msemmija ovvjament għall-bini tal-porvlista storika li għad hemm sal-lum) tgħallimt naqbeż fil-baħar. Propjament qabbiżni missieri għal ġol-ilma, imma tgħallimt. Qa-bel dik il-magħmudija tan-nar, kont ngħum biss fir-Ramla fejn kienet teħodni ommi li ma kinitx taf tgħum. Ma ninsa qatt is-salvawomu tan-Navy Ingliża li kelli qisu serp oħxon imdaw-war ma’ żaqqi b’ħafna ħbula u pajpi-jiet.

Fit-Tavla, mbagħad, bħala żgħażagħ u adoloxxenti, konna “niggradwaw” għall-għawm flimkien, tfajliet u ġuvintur. Kien hemm qatgħa ta’ blat kbira biżżejjed biex tilqagħna hekk kif konna ninfexxew ngħumu u naqbżu, nilagħbu u nixxemxu. Dan il-post, iżda, eventwalment kien tilef ħafna mill-faxxinu tiegħu meta sar il-proġett tat-tank-cleaning farm tar-Rikażli u bdew isorġu fil-qrib it-tankers kbar taż-żejt, b’detriment għall-kwalità tal-baħar.

L-awtur ta’ madwar tnax-il sena qrib it-Tavla fil-Bajja tar-Rinella.

Storja u Arti

35

Charles FloresImwieled il-Kalkara, huwa attenda korsijiet ta’ diploma fix-xandir tal-aħbarijiet u fil-ġurnaliżmu miktub barra minn xtutna. Okkupa diversi karigi fix-xandir tal-istat, fosthom

ta’ Kap tat-taqsima tal-aħbarijiet. Ip-pubblika diversi antoloġiji ta’ poeżiji,

fosthom il-ktieb “A Voice from Kalkara” (1974) u l-aħħar

pubblikazzjoni “Arloġġ ta’ Darba”.

Ftit passi bogħod mit-Tavla kien hemm Taħt l-Ilsien. Minn hemm-hekk, l-aktar avventurużi fostna kienu jmorru fl-aħħar tal-ħadid li kien hemm fit-telgħa li tagħti għall-fortizza tar-Rikażli biex jaqbżu minn fuq l-ils-ien ta’ blat ħiereġ minn għoli ġmielu, dejjem bir-riskju li ma jirnexxilhomx jevitaw il-parti baxxa tal-baħar. L-unika darba li niftakar li ġrat kienet meta baħri Ċiniż minn fuq tanker li kien sorġut fil-bajja ipprova jagħmel bħalna u spiċċa b’qiegħ ta’ flixkun tal-ħġieġ f ’rasu. Konna tellajnih it-Tavla u morna niġru għand il-baħri tal-Wireless li ċempel mill-ewwel għall-għajnuna mill-Isptar Bighi li dak iż-żmien kien għadu qed jiffunzjona. Dak l-inċident imdemmi kien urieni kemm kont għaqli li ma kontx naqbeż għal rasi minn fuq l-ilsien, bħallikieku li waqajt fil-parti baxxa saqajja kienu se jibqgħu f ’posthom........

Il-Bajja tar-Rinella, iżda, ma kinitx baħar biss. Fix-xhur tax-xitwa konna

nħobbu mmorru ta’ sikwit nesploraw il-katakombi ta’ taħt ir-rampa kbira li hemm tħares għal fuq il-bajja. Kienet avventura oħra tat-tfal għax il-kata-kombi mhux biss kienu perikolużi

minħabba l-istat tagħhom, iżda anki minħabba li faċli stajt tintilef fihom. Konna nimmarkaw b’xi taħżiża minn kull fejn konna ngħaddu, bit-torċ f ’idejna u ngħassu sew għall-partijiet b’soqfa esaġeratament baxxi.

L-aħħar darba li morna fihom kien propju meta lħaqna dik l-eta’ li kienet tagħtina l-lib-

erta’ noħorġu mill-konfini tal-Kalkara u nibdew niskopru d-dinja ta’ mad-warna. Mhux immorru f ’xi ġungla jew deżert, iżda l-Birgu, Bormla, l-Isla u, meta kien ikollna flus biżżejjed, il-Belt jew Raħal Ġdid. F’dik l-aħħar żjara lill-katakombi (ak-tar ’il ġewwa minnhom kien hemm il-famuż katakombi “Ta’ Ġużeppi” fejn kien jingħad li nqatel żagħżugħ minn kuġinuh stess) konna ħaffirna toqba fl-art ta’ waħda mill-kmajriet qishom igloos tal-Eskimos li hemm fil-kata-kombi u fiha poġġejna landa żgħira b’karta ffirmata minna lkoll, apparti li lkoll kemm konna, erbgħa jew ħamsa, tfajna wkoll sold kull wieħed, de-jjem bil-għan li xi darba...xi darba...nerġgħu mmorru u, billi nużaw il-mappa li ħażżiżna ta’ malajr, insibu dik il-landa midfuna. Safejn naf jien, hemm għadha!

Ma tistax tikteb dwar il-Bajja tar-Rinella mingħajr ma ssemmi wkoll il-kwartieri tas-suldati Ingliżi li kienu jgħixu hemm bil-familji tagħhom, iċ-ċimiterju ta’ Wied Għammieq u l-foss

taħt ir-Rikażli fejn, qabel sar il-proġett tat-tank-cleaning, kien hemm simenta li minnha għamilna speċi ta’ grawnd tal-futbol. Konna nsejħulu Ditch Park (ara ritratti).

Il-Fortizza tar-Rikażli kienet bħal ka-lamita għalina. Apparti li fiha kien hemm grawnd tajjeb tal-futbol li fih lgħabt mat-tim tal-Azzjoni Kattolika li kien imexxi l-mibki Dun Salv Mallia. Kellna flokijiet bil-kaxxi kbar ħodor u bojod qishom tar-Rugby. Waħda mil-logħbiet memorabbli kienet kontra t-tfal tas-suldati u fizzjali stazzjonati hemmekk. Konna rbaħnilhom 6-1, iżda kellna naħarbu minn hemm bil-ġiri hekk kif is-suldati, xurbana sew, bdew jixħtulna l-fliexken tal-birra mit-terazzini li kien hemm iħarsu għal fuq il-grawnd. Dun Salv ma damx jaħsibha, kien qalilna jgħajjat: “kulħadd jiġri b’kemm jiflaħ għall-Kalkara!”.

Wara xi snin ta’ ab-bandun, illum il-Bajja tar-Rinella reġgħet ħadet il-ħajja. Il-proġetti ta’ tisbiħ li saru fiha u t-tkabbir tar-ramla għenu mhux ftit biex in-nies reġgħet bdiet issib l-isvog tagħha fiha...bħal

dari. Iż-żgħażagħ tal-lum qed igawdu l-faċilitajiet tat-tennis fejn qabel kien hemm l-istabbiliment tal-Wireless. Meta ngħaddi minn hemm għadni sal-lum nittawwal u nistenna li se nara lill-baħri għassa...............

1973: L-awtur fil-bajja meta kienet għadha fl-istat selvaġġ ta’ tfulitna.

Snin 60: Żewġ waqtiet akkaniti minn logħba futbol f ’“Ditch Park” fil-foss tar-Rikażli.

36

37

38

Storja u Arti

39

Meta Dun Carmelo Xuereb qal b’ dan il-ħsieb lill-Isqof Gonzi, għall-ewwel ma qabilx peress li kien tal-ħsieb li l-knisja l-ġdida tinbena fuq l-istess post tal-knisja l-antika, iżda wara li raha personalment dawn l-imħażen, qabel u ta bidu għat-trattativi mal-Kumpan-ija Malta & Mediterranean Gas Co. Ltd.(sidien tal-art) biex tiġi akkwestata l-art. Fid-19 ta’ Marzu 1944, Festa ta’ San Ġużepp, il-Provinċjal tal-Kappuċċini f ’Malta mexxa t-Translazzjoni bis-Santissimu Sagrament mill-Kappella ta’ Ġesù Salvatur sal-Knisja proviżorja fix-Xatt tal-Kalkara fejn Mons. Gonzi ħa sehem fil-Funzjoni fejn intona t-Te Deum f ’xita qalila b’danakollu b’attendenza Kalkariża numeruża. L-Isqof Gonzi kien dejjem lest jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu biex titwettaq il-ħolma tal-Kalkariżi, ix-xogħol tal-bini tal-Knisja Parrokkjali l-ġdida ta’ San Ġużepp. Meta nxtrat l-art mingħand il-kumpanija tal-gass, il-Knisja tal-Kalkara ma kellix il-flus meħtieġa għal dan u għalhekk, Mons. Gonzi wera l-imħabba tiegħu lejn dan ir-raħal żgħir billi rregala porzjoni t’art li kienet tiswa £2000 li jidher fil-kuntratt. F’dan l-istess kuntratt, Mons. Gonzi impona piż fuq il-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara ta’ quddiesa anniversa-rja solenni bil-ministri b’sufraġju ta’

ruħ il-ġenituri tiegħu nhar il-ġurnata tal-mewt ta’ missieru u meta jmut Mons. Gonzi, isir l-istess b’suffraġju tiegħu nhar il-ġurnata tal-mewt

Hajjet Mons. Mikiel GonziArcisqof Metropolita ta’ Malta

It-Tieni Parti

-

Wayne Bonello

Żgħażugħ ta’ 17-il sena minn San Ġiljan, li qed ikompli l-istudji

tiegħu ġewwa l-Junior College fl-Imsida. Dilettant tal-festi, membru

tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 ta’ San Ġiljan u l-Għaqda

Dilettanti Knisja ta’ Lapsi ta’ San Ġiljan ukoll.

.

tiegħu. Meta tlestiet il-pjanta mill-Kav. Vincenzo Bonello, nhar il-Ħadd 13 t’ Ottubru 1946, Mons. Arċisqof Metropolita ta’ Malta, Mikiel Gonzi, bħala promotur ta’ dan il-proġett, solennement mexxa ċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Knisja fil-preżenza tal-Kappillan tal-Kalkara, Dun Carmelo Xuereb, Prim Imħallef Sir George Borg u Dr. Louis Galea, l-Avukat Ġenerali tal-Kuruna, fost din-jitarji oħrajn. F’din iċ-ċelebrazzjoni ħadet sehem is-Soċjetà Filarmonika San Ġorġ ta’ Bormla. Wara li bierek il-pedamenti, l-Arċisqof qiegħed ġewwa l-ġebla tubu tal-metall li kien fih kopja tad-digriet iffirmat minnu stess għall-bini tal-Knisja, midalja bi xbieha ta’ San Ġużepp (Patrun tal-Ka-lkara) fuq naħa u San Mikiel (Patrun tal-Arċisqof Gonzi) fuq naħa oħra, u muniti li nħarġu mir-Re Ġorġ VI. Il-Parrini kienu s-Sur Ġuzé D’Amato, li mexxa x-xogħol tal-bini tal-Knisja, u s-Sur Toussaint De Maria, par-rinu tal-ewwel ġebla tal-Knisja Par-rokkjali l-qadima. Din l-okkażjoni tibqa’ mfakkra għal dejjem permezz ta’ lapida tal-irħam li hemm fil-Knisja. Din kienet ċeremonja mimlija tifkiriet għal Mons. Gonzi.

L-Arċisqof Gonzi baqa’ jsegwi per-sonalment il-bini tal-Knisja u l-Kalkariżi baqgħu jużaw iż-żewġ imħażen bħala Kappella proviżorja waqt il-bini. L-ispejjeż tħallsu mill-flus li ngħataw mill-War Damage Commission u mill-ġenerożità tal-parruċċani tal-Kalkara. Il-Kappillan Xuereb ukoll ħadem kemm felaħ biex il-Knisja titlesta mill-aktar fis. Nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru 1952, jum it-tberik tal-Knisja, kmieni filgħodu, wasal Mons. Gonzi fil-Knisja tem-poranja tal-Kalkara fejn ġie milqugħ mill-Kappillan tal-Kalkara Dun Car-melo Xuereb fost saċerdoti u monsin-juri oħrajn. Minn hemmhekk ħarġet Purċissjoni għall-Knisja l-ġdida fejn l-Arċisqof bierek il-Knisja minn barra u minn ġewwa. Wara qaddes quddiesa

solenni u l-Isqof Emmanuele Galea niseġ il-Paniġierku. Fost l-kappelli li hemm fil-Knisja Parrokkjali l-ġdida ta’ San Ġużepp tal-Kalkara hemm il-kappella ta’ San Mikiel, li nbniet minn Mons. Gonzi stess. Il-Kalkariżi kienu jħarsu lejn Dun Mikiel Gonzi bl-ikbar imħabba u ammirazzjoni. Għalihom kien bniedem intelliġenti, studjuż, attiv, ta’ sagrifiċċju u ġabra. Dejjem kienu jħarsu lejh bħala qassis li għad jilħaq fl-ogħla karigi ekkleżjastiċi. In-nies tal-Kalkara riedet ukoll issem-mi l-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali l-ġdida għalih, Misraħ l-Arċisqof Gonzi.

EdukaturWara li Mons. Gonzi temm l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fl-1910, mar jistudja Ruma għal-lawrja fid-Dritt Kanoniku u fl-Iskrittura fl-1910 fl-Università Gregorjana. Kien jattendi ukoll għal-lezzjonijiet tal-Iskrittura Mqaddsa u l-ilsien Ebrajk fil-Pontificio Istituto Biblico. Fl-1912, Dun Mikiel Gonzi rritorna lura Malta wara li temm l-istudji tiegħu f ’ Ruma. Ftit jiem wara li wasal Malta, Gonzi mar għand l-Isqof Pietro Pace biex jgħarrfu bir-riżultati li kiseb fl-istudju tiegħu f ’ Ruma. L-Isqof Pace appuntah Professur tal-Iskrittura fis-Seminarju u ma kellu jaċċetta ebda attività oħra. Il-Professur Dun Mikiel Gonzi kien imur tliet darbiet fil-ġimgħa jgħallem

Ottubru 1946: Il-Kalkariżi jiġbdu l-karozza li kien fuqha Mons. Gonzi fil-jum tat-tberik tal-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokjali preżenti.

40

l-Iskrittura fis-Seminarju. Fost l-istu-denti ta’ Gonzi kien hemm il-Kjeriku Emmanuele Galea, iktar tard nomi-nat Vigarju ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Sena wara l-istedina tar-Rettur tal-Università biex Prof. Gonzi jagħti xi lectures tal-Iskrittura fl-Università fuq bażi volontarja, liema stedina ma ġietx aċċettata, il-Professur Magro reġa’ avviċinah u din id-darba, il-Prof. Dun Mikiel Gonzi aċċetta. Bħala in-awgurazzjoni ta’ din il-ħidma ġdida fil-karriera tiegħu, Gonzi kien ta kon-ferenza fl-Aula Magna tal-Università li attendiet folla kbira għaliha. Dun Mikiel Gonzi kien laħaq Professur tal-Iskrittura u l-Lingwa Ebrajka fl-Università ta’ Malta fl-1915. Huwa kien l-ewwel Professur li okkupa dik il-kattedra ġdida b’salarju ta’ £140 fis-sena. Baqa’ jgħallem regolarment fl-Università sakemm ġie nominat Isqof t’Għawdex fl-1924. Meta fl-1909 is-Seminarju mill-Furjana kien mar l-Imdina, Dun Mikiel xorta baqa’ jgħallem is-Seminarju u l-Università għalkemm kien ikollu jivvjaġġa mill-Belt għall-Imdina. Meta miet il-Pro-fessur Mons. Emmanuele Vassallo, il-Prof. Gonzi, max-xogħol li kellu, beda jgħallem ukoll id-Dritt Kanoniku.

Dun Mikiel Gonzi kellu karigi oħra important fil-qasam tal-edukazzjo-ni. Kull nhar ta’ Sibt filgħodu, kien jgħallem fit-Training School tal-għalliema u l-matematika lil dawk l-istudenti li kienu ser jagħmlu l-ezami tal-matrikola fis-St. Paul’s School. Fl-istess skola, fl-1918 Gonzi laħaq Di-rettur għal sitt snin. Dun Mikiel kien Direttur Spiritwali fl-Iskola tal-Gvern ta’ Bormla u membru tal-Unione Leo-niana li President tagħha kien l-Isqof ta’ Malta, Mons. Caruana.

Kappillan MilitariWara li l-Isqof Caruana ma laqax it-talba ta’ Dun Mikiel Gonzi li jmur Kappillan Militari fi Franza, l-istess Isqof issuġġerixxa lil Dun Mikiel biex imur ikellem lil Mons. Francesco Ferris, li kien laħaq Kappillan Mili-tari Anzjan. Hu kien qed jittama li jiġi stazzjonat il-Kottonera biex ikun qrib id-dar fi żmien l-Ewwel Gwerra

Dinjija iżda l-unika vakanza f ’dak il-mument kienet li jkun Kappillan Militari fl-Isptar tal-Imtarfa u aċċetta. Dan kien ifisser sagrifiċċju akbar. Dun Mikiel kien kera dar żgħira l-Imdina biex ikun qrib l-Isptar tal-Imtarfa u s-Seminarju, fejn kien temporanja-ment jgħallem. Kemm dam iservi ta’ Kappillan Militari, kien jilbes ukoll l-uniformi militari.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-Isqof Caruana għażel lil Dun Mikiel Gonzi bħala Kanċillier tal-Viżta Pastorali u għalhekk, kellu jħalli l-irwol ta’ Kap-pillan Militari. Fl-istess sena, 1919, l-Isqof ħatru ukoll Difensor Vinculi biex seta’ jieħu sehem fil-kawżi taż-żwiġijiet. Dik il-ħabta, Mons. Caruana ried jieħu ftit mistrieħ u ħa lil Dun Mikiel Gonzi miegħu l-Iskozja għal safra. Għażlu żmien il-vaganzi biex Dun Mikiel ma jinterrompix il-ħidma tiegħu fis-Seminarju u l-Università. Iffissaw il-ġurnata u telqu bil-vapur sa Katanja. Huma waslu Lejlet il-Festa ta’ Corpus Domini u Dom. Maurus Caru-ana mar jagħmel viżta lill-Arċisqof ta’ Katanja li żammhom joqgħodu fil-Pal-azz tiegħu. L-għada, Mons. Caruana akkumpanja wara l-baldakkin, flim-kien ma’ Dun Mikiel, fil-Purċissjoni Solenni ta’ Corpus Domini.

Minn hemm baqgħu tielgħin Ruma fejn marru għand il-Papa Benedittu XV fejn din inzertat bħala l-ewwel inkontru minn serje ta’ udjenzi li kellu l-Prof. Dun Mikiel Gonzi ma’ suċċessuri oħra tal-istess Papa. Waqt dik l-udjenza, l-Qdusija Tiegħu staqsieh x’kienet il-ħidma tiegħu u rrispondieh li kien Professur tal-Iskrittura. Imbagħad il-Papa wieġeb li kieku kien jaf qabel, kien jagħmel lilu Professur tal-Iskrittura fil-Vatikan minħabba li ma nstabx wieħed addat-tat iżda Dom. Maurus talab il-Papa biex iħallih fl-Arċidjoċesi ta’ Malta minħabba li kien bżonnjuż għal Mal-ta. U ssuktaw il-vjaġġ lejn l-Iskozja fejn Mons. Caruana qagħad iż-żmien kollu tas-safra fil-monasteru ta’ Fort Augustus.

SenaturDarba waħda, f ’ jum il-Ħadd, marru jkellmu lill-Prof. Dun Mikiel Gonzi

f ’daru, il-Kalkara, tlieta li kellhom sehem kbir bit-twaqqif tal-Partit tal-Ħaddiema (Partito del Lavoro) li ssuġġerewlu li joħroġ għall-politika fi ħdan il-Partit. Dun Mikiel bagħthom lura d-dar b’risposta negattiva per-ess li kellu wisq x’jagħmel f ’ħajtu. Iżda dawn it-tlieta rritornaw il-Ħadd ta’ wara u meta qalulu li daħal is-Sur Alfonso Maria Galea, hu qalilhom li jaħsibha. Sadattant, Gonzi mar ikel-lem lill-Isqof fuq din il-proposta u l-Isqof obbligah li jaċċetta. Meta rri-tornaw it-tliet uffiċjali tal-Partit tal-Ħaddiema l-Ħadd ta’ wara, Gonzi qalilhom li jaċċetta sabiex iżomm il-ħaddiema fidili u leali lejn il-Knisja.

Il-Prof. Dun Mikiel Gonzi ġie elett fl-elezzjoni tal-1921 fis-Senat mit-Tieni Distrett f ’isem il-Partito del Lavoro, u, l-Inawgurazzjoni tal-Ewwel Par-lament Malti taħt Kolonnja Ingliża saret fl-1 ta’ Novembru 1921 fejn fetħu l-Prinċep ta’ Wales u attenda l-istess Gonzi. Fl-10 ta’ Frar 1922, Festa Nazzjonali tan-Nawfraġju ta’ Mis-sierna San Pawl, il-Parlament Malti ġie kkonsagrat lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù mill-Isqof ta’ Malta, Dom. Mau-rus Caruana fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt. Kemm dam Senatur, insibu li s-Senatur Gonzi ħa sehem at-tiv fid-diskussjonijiet li kienu jsiru fis-Senat. Kien ħa interess speċjali biex twassal id-dawl elettriku u nbnew to-roq ġodda fil-Kalkara. Is-seduti ġieli kienu jispiċċaw tard filgħaxija u kien ikun għad baqgħalu jaqbad id-dgħajsa biex jasal id-dar il-Kalkara. Meta waslu l-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1924, kien ġie propost lil Mons. Gonzi biex iħalli s-Senat u joħroġ għall-Assemblea Leġislattiva iżda Mons. Gonzi ma kienx għadu deċiż

L-Arċisqof Caruana u l-Kardinal Bourne mal-Kumitat tal-“Partito del Lavoro” (Mons. Gonzi

bħala jidher it-tieni wieħed mix-xellug).

41

Storja u Arti

x’kien ser jagħmel. Biex bħal li kieku jipperswaduh joħroġ Kandidiat għall-Assemblea Leġislattiva, il-partitarji Laburisti organizzaw dimostrazzjoni bil-banda quddiem id-dar tiegħu fi Triq ir-Rnella, il-Kalkara. Imma sewwasew dakinhar, Mons. Gonzi rċieva n-nominazzjoni mingħand il-Papa biex isir Isqof t’Għawdex u ma setax joħroġ għall-elezzjoni. Imma din l-attività xorta saret fil-forma ta’ manifestazzjoni ad unur l-Isqof elett t’Għawdex. Minħabba f ’hekk, kellu jirreżenja minn Senatur. Għal Mons. Gonzi l-attività politika, prinċipalment bħala Senatur, damet biss tliet snin.

MonsinjurFl-1923, Dun Mikiel Gonzi laħaq koa-djatur tal-Kanonku Teologu tal-Katti-dral, li dak iż-żmien kien Mons. Luigi Attard, wara konkors pubbliku li sar li kien jikkonsisti f ’eżami fit-Teoloġija Dommatika u fl-Iskrittura. Il-Bolla Appostolika mill-Vatikan ta’ dik il-promozzjoni ġġib id-data tal-4 ta’ Mar-zu 1923 u l-Pusses biex isir Monsinjur sar it-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa, 27 ta’ Marzu 1923, fil-Kattidral tal-Im-dina biex imbagħad seta’ jieħu sehem fil-funzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Irċieva n-nies wara nofsinhar fit-tliet ijiem tal-Għid fid-dar tiegħu f ’39, Triq ir-Rnella, Kalkara. L-aħħar tliet snin qabel ma laħaq Isqof t’ Għawdex għexhom fil-Palazz tal-Isqof fl-Imdi-na fuq insistenza tal-Isqof Dom. Mau-rus Caruana. Għalhekk, Mons. Gonzi kellu jħalli l-Parroċċa tal-Kalkara u kellu jibda’ jqaddes (ġeneralment) fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Għamel żmien Segretarju tal-Kapitlu tal-Kattidral ukoll fi żmien li kien Monsinjur fid-Djoċesi ta’ Malta.

Fil-5 ta’ Ġunju 1924, fost il-korris-pondenza li Mons. Gonzi s-soltu jirċievi, irċieva ittra mill-Kongre-gazzjoni Konċistorjali. Fiha kien hemm ittra mill-Papa bin-nomi-nazzjoni ta’ Mons. Gonzi biex isir Isqof t’Għawdex. Għalkemm għall-ewwel ma kienx ċert jaċċettax, fl-aħħar qatagħha li jaċċetta n-nomina. Kien ħassha bi tqila jħalli art twel-idu u jemigra lejn il-gżira ġirien ta’ Malta, Għawdex. Miegħu riedu

jmorru ommu, Margherita, u mis-sieru, Giuseppe, lejn Għawdex. Qa-bel ma telaq lejn Għawdex biex jibda’ l-ħidma tiegħu ta’ Ragħaj tal-Kattoliċi Għawdxin, il-Kalkariżi għamlulu di-mostrazzjoni u offrewlu bħala rigal, salib pettorali bil-katina tad-deheb.

Isqof t’GħawdexWara li saret magħrufa l-ħatra ta’ Mons. Gonzi bħala Isqof t’Għawdex, marru jifirħulu rappreżentanza tal-Kapitlu tal-Kattidral, uffiċjali tal-Kurja Arċiveskovili, Kappillani u ċittadini. Ftit ġranet wara ried imur Għawdex biex iħejji xi affarijiet qabel ma jmur joqgħod hemm. B’ sorpriża għalih, il-vapur Gleneagles, li bih kien mar, kien imżejjen bil-bnadar u f ’atmosfera ta’ festa. Marru jilqgħuh tliet Kanonċi tal-Kattidral fix-Xatt tal-Imġarr u ġabulu l-karrozza gala tal-Isqof Camilleri (l-Isqof Preċedenti). Huwa żar il-Kattidral u ltaqa’ mal-Kapitlu fl-Awla Kapitulari. Żar ukoll diversi knejjes u l-monasteri kollha. L-Għawdxin laqgħuha bl-akbar ferħ u b’approvazzjoni unanima n-nomina tal-Isqof Gonzi. Qabel il-jum tal-Kon-sagrazzjoni tiegħu bħala Isqof, Mons. Gonzi għamel ġimgħa rtir għand il-Patrijiet Kappuċċini tal-Kunvent ta’ Santa Liberata fil-Kalkara. Il-Ħadd 20 ta’ Lulju 1924, saret funz-joni solenni fil-Kon-Kattidral ta’ San

Ġwann il-Belt fejn Mons. Gonzi ġie kkonsagrat Isqof. L-Arċisqof ta’ Malta Mons. Dom. Maurus Caruana mexxa diċ-ċeremonja imponentissima, u, kien assistit mill-eks-Isqof t’ Għawdex Mons. Camilleri, l-Isqof Awżiljarju Mons. Portelli u l-Kapitlu tal-Katti-dral. Kien hemm preżenti l-Kapitlu Kattidrali ta’ Malta u t’ Għawdex, tal-Kolleġġjati u Kappillani tad-Djoċesi t’ Għawdex. Ġemgħa kbira mliet il-Kon-Kattidral fejn fosthom assistew il-ġenturi, diġà anzjani fl-età, tal-Isqof il-ġdid. Fi tmiem dak ir-rit imqaddes, l-Isqof Gonzi kellu laqgħa kbira, fost iċ-ċapċip u għajjat ta’ ferħ, meta ħareġ mill-Kon-Kattidral. Wara, huwa baqa’ sejjer Ruma fejn kellu udjenza privata mal-Papa Piju XI.

Mons. Gonzi għamel l-Ingress Solenni fil-Kattidral ta’ Santa Marija Assunta fiċ-Ċittadella Għawdex nhar il-Ħadd 10 t’ Awwissu 1924, Festa ta’ San Law-renz, sabiex ikun jista’ jippontifika hu fil-Festa Titulari tal-Kattidral fil-15 t’ Awwissu. Ir-Rabat Għawdex kien imżejjen bil-bnadar, skrizzjonijiet bil-Latin u t-Taljan, mimlijin tifħir u awguri ’l-Isqof il-ġdid, festuni u tro-fej. Għalkemm it-tradizzjoni tgħid li l-Isqof imur għand il-Kappuċċini lejlet l-Ingress, Mons. Gonzi ma raqadx hemm iżda fil-Palazz u niżel għandhom kmieni filgħodu dakinhar tal-Ingress. Minn hemm, beda ko-rteo lejn il-Kattidral qalb folla kbira li attendiet u bis-sehem ta’ diversi Ka-pitli, Kappillani, Kleru, Kommunita-jiet Reliġjużi, Fratellanzi tar-Rabat u Seminaristi. Fost l-oħrajn, dawk li as-sistew għall-Quddiesa Pontifikali kien hemm l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Caruana u mdawwar mill-Kapitlu ta’ Malta, il-Gvernatur Sir Walter Norris Congreve, Ministri u l-għola Awtori-tajiet ċivili. Wara l-Funzjoni, ingħata bidu għal korteo lejn il-Palazz Veskovili ad unur l-Isqof Gonzi, li kien fuq karro-zza miġbuda minn nies, fejn attendiet folla enormi u ħadu sehem is-Soċjetà Filarmonika Leone tar-Rabat, ħruq ta’ murtaletti u daqq tal-qniepen mill-Knejjes. Imbagħad sar pranzu ad unur l-Isqof fis-Seminarju. Il-festi kom-plew sa filgħaxija fejn fost l-oħrajn

Il-folla tal-Għawdxin quddiem il-Palazz tal-Isqof fir-Rabat Għawdex tagħti merħba u tifraħ

lil Mons. Gonzi bħala Isqof t’Għawdex.

42

saru tiġrijiet taż-żwiemel, marċ mis-Soċjetà Filarmonika La Stella tar-Ra-bat bil-premijiet tat-tiġrijiet, kunċerti miż-żewġ baned Rabtin fit-Tokk u ħruq ta’ logħob tan-nar. Kienet tassew festa li għaqdet il-Maltin u Għawdxin għall-Isqof il-ġdid t’ Għawdex, il-Prof. Mons. Mikiel Gonzi. Il-motto li għażel l-Isqof kien Dominus Illuminatio Mea.

Il-Ġenituri tal-Isqof Gonzi miegħu f ’GħawdexMeta Mons. Gonzi mar joqgħod Għawdex, kienu marru joqgħodu miegħu fil-Palazz ommu u missieru. Huma kienu joqgħodu fil-pjan t’ isfel filwaqt li Mons. Gonzi kien joqgħod fuq. Għalkemm kbir fl-età, Giuseppe Gonzi xorta baqa’ indipendenti fejn fost l-oħrajn kien imur jisma’ l-qud-dies u jitqarben, u meta ġiet l-elez-zjoni, mar jivvota ukoll. Omm Mons. Gonzi kienet toqgħod tistennieh jirri-torna lura u kienet tippretendi li jirtira kmieni allavolja kien Isqof! Filgħaxija ta’ kuljum qabel ma jirtira, Mons. Gonzi kien imur jarahom. Il-ġenituri mietu t-tnejn f ’età venerabbli. Mar-gherita Gonzi mietet fis-16 ta’ Jannar 1926 ta’ 82 sena u Giuseppe Gonzi miet fit-28 t’ Awwissu 1935 ta’ 93 sena. It-tnejn li huma ndifnu fil-Kattidral t’Għawdex.

Kungress Ewkaristiku f ’GħawdexMons. Mikiel Gonzi kien diġà Isqof t’ Għawdex meta l-Isqof ta’ Malta, Mons. Caruana kien mar Ruma fuq xogħol uffiċjali tal-Kurja Maltija. Il-Kongre-gazzjoni Konċistorjali fl-1926 kienet qed tipproponi ‘l Mons. Gonzi biex jintbagħat bħala Delegat Appostoliku fl-Albanija u Mons. Caruana għarrfu b’dan. Il-Papa Piju XI kien jara talent, enerġija u foresight f ’Mons. Gonzi iżda lil Mons. Gonzi kienet togħġbu aktar il-ħajja pastorali milli dik diplo-matika. Fil-fatt Gonzi m’aċċettax dik l-istedina. Mons. Gonzi kien benefattur kbir tas-Sorijiet Franġiskani tas-Sul-tana tal-Qalb ta’ Ġesù speċjalment fiż-żmien li serva bħala Isqof t’Għawdex peress li l-Casa Madre tagħhom qiegħda ħdejn il-Knisja li hemm fi Triq Palma, ir-Rabat Għawdex. Kien strumentali biex dawn is-Sorijiet waqqfu kunventi barra minn Malta bħal f ’ Ruma, Londra u Katanja.

Bil-ħsieb li jiġi mfakkar il-25 sena an-niversarju mit-twaqqif tal-Adorazzjo-ni Perpetwa fid-Djoċesi t’ Għawdex, fl-Ittra Pastorali tar-Randan 1929, Mons. Isqof Mikiel Gonzi ħabbar li f ’ Għawdex kellu jinżamm l-Ewwel Kungress Ewkaristiku Djoċesan. Dan sar bejn il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 1929 u l-Ħadd ta’ wara. Kienu ġew xi isqfijiet apposta għall-festi tal-Kungress. Il-funzjoni tal-ftuħ tal-Kungress saret fil-Kattidral. L-ewwel sar korteo mill-Kattidral għall-Palazz Veskovili u lura fejn inġabu l-Isqfijiet barranin filwaqt li nstemgħu d-daqq tal-qniepen tal-knejjes kollha tar-Rabat. Imbagħad saret il-funzjoni li kienu preżenti għaliha l-fidili, ir-rappreżentanti tat-tliet Kolleġġjati Għawdxin, tal-Kulleġġ tal-Kappillani u l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Kungress. Wara l-funzjoni, Mons. Gonzi kixef lapida ta’ tifkira fil-Knisja ta’ Savina b’ ġieh il-Mons. Arċidjaknu Dr. Don Luigi Vella, Rettur tal-istess knisja u Fundatur tal-Adorazzjoni Perpetwa. Mument solenni tal-Kungress kienet it-tqarbina tat-tfal fl-14 ta’ Ġunju 1929 minn Mons. Gonzi. F’ jum ieħor tal-Kungress, kien sar Pellegrinaġġ tal-Figlie di Maria għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb fejn Mons. Gonzi kkonċelebra quddiesa.

Ċeremonja mhux tas-soltu u kom-moventi kienet dik tat-Tberik tal-Port tal-Imġarr, nhar is-Sibt 15 ta’ Ġunju filgħaxija. Din kienet inizzjattiva tal-Arċiprieti, tal-Kappillani u tal-Poplu tan-Nadur, tax-Xewkija, t’ Għajnsielem u tal-Qala. Diċ-ċeremonja ħadet il-forma ta’ Purċissjoni Aux Flambeaux li ħarġet mill-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Loretu t’ Għajnsielem għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Lourdes fl-Imġarr fejn tmexxiet minn Mons. Gonzi li mexa taħt baldakkin

bis-Sagrament qalb toroq mżejnin u mixgħulin. Ħadu sehem il-fratel-lanzi u l-kleru tal-irħula organizza-turi, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata tan-Nadur, il-kant t’innijiet ewkaristiċi minn bniet liebsin l-abjad tas-Sorijiet Franġiskani, Dumnikani u tas-Soċjetà San Vinċenz de Paule. Fuq l-għolja ta’ fejn hemm is-Santwarju, twaqqfet tribuna fejn minnha, Mons. Isqof Gonzi ta t-Trina Benedizzjoni bis-Santissimu Sagrament hu u jbierek il-Port tal-Imġarr filwaqt li d-dgħajjes imżejnin fil-Port bdew isaffru bħala nota ta’ ferħ. Dan kien wieħed mill-mumenti l-aktar sbieħ u solenni tal-Kungress fejn Mons. Gonzi deher komoss. Il-Purċissjoni Ewkaristika li saret fir-Rabat Għawdex għalqet il-Kungress b’mod grandjuż fejn ħadu sehem il-Fratellanzi, Kleru sekulari u regolari, Seminaristi, il-Kulleġġ tal-Kappillani, Kolleġġjati, il-Kapitli Kattidrali ta’ Malta u Għawdex, u l-Isqfijiet. Matul it-triq tkantaw in-nijiet ewkaristiċi filwaqt li Mons. Isqof Gonzi żamm is-Sagrament u ta xi Barkiet Sagramentali f ’xi pjazzez. Il-Purċissjoni waqfet fejn kienet tħejjiet tribuna f ’Corso Fortunato Mizzi u Mons. Gonzi qara l-Konsagrazzjoni tad-Djoċesi t’ Għawdex lill-Qalb Im-qaddsa ta’ Ġesù. Wara l-Barka Sagra-mentali, Mons. Isqof Gonzi ntona t-Te Deum. Fi tmiem il-Kungress, saret Di-mostrazzjoni Popolari f ’ ġieħ Mons. Gonzi fejn ġie merfugħ fuq l-ispalla u twassal sal-Palazz Veskovili. L-Ew-wel Kungress Ewkaristiku Djoċesan kien wieħed mill-glorji tal-Episkopat ta’ Mons. Mikiel Gonzi fid-Djoċesi t’Għawdex. Id-Djoċesi t’Għawdex taf l-ewwel ġamar tal-Azzjoni Kattolika lill-Isqof Mikiel Gonzi fejn twaqqfet uffiċjalment minnu stess fid-29 ta’ Novembru 1936. Kien hu stess li or-ganizza l-ewwel ċirkoli tal-Azzjoni Kattolika qalb iż-żgħażagħ Għawdxin. Kemm dam Isqof t’Għawdex, bejn l-1924 u l-1943, Mons. Mikiel Gonzi għamel erba’ Viżti Pastosli li saru fl-1925, 1930, 1935 u 1940. Dawn iż-żjarat tar-Ragħaj qalb il-poplu tiegħu jixhdu b’liema ħerqa u impenn Mons. Gonzi wettaq il-missjoni tiegħu bħala Isqof. Ikompli fil-ħarġa li jmiss.

1929: L-Arċisqof Caruana u l-Isqof Gonzi flimkien mal-Isqfijiet barranin li ħadu sehem

fl-ewwel Kungress Ewkaristu f ’Għawdex.

43

44

45

46

48

Il-Bidnija jew inkella Ħal Dragu huwa villaġġ rurali fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, jiġifieri villaġġ fil-kampanja, imdaw-war bl-għelieqi, xagħri u widien li huma uniċi ġewwa il-gżira Maltija. Dan ir-raħal ċkejken huwa it-tieni l-iżgħar raħal ġo Malta wara l-Imdina b’popolazzjoni li tammonta għal tlet mijja u tmien persuni bi statistika maħruga l-aħħar fis-sena 2008.

Il-kelma Bidnija ħarġet mil-kliem ‘Siġar taż-żebbuġ tal-Bidni’, b’għelieqi kbar taż-żebbuġ li jinsabu ġo dar-raħal li jmorru lura fiż-żmien sa 5,000 sena ilu. Dawn s-siġar u l-madwar huma prottetti bil-liġi. Minn dawn is-siġar jinħadem iż-żejt taż-żebbuġa.

Il-Bidnija jinsab bejn żewġ widien kbar, ‘Wied Qannotta’ u ‘Wied il-Pwales’, kif ukoll jestendi għal widien żgħar oħra li jdawru dan il-post. Il-maġġoranza tan-nies li joqgħodu fil-Bidnija huma l-istess familji tar-raħħala bdiewa li dejjem abitaw dal-post. Infatti nistgħu ngħidu li l-għelieqi huma kollha ta’ dawn ir-raħħala, iżda llum qed tiżdied id-drawwa li nies oħra qed imorru joqgħodu l-Bidnija biex igawdu il-kwiet u l-ġabra li dar-raħal kapaċi jof-fri.

Konsegwenza taċ-ċokon ta’ dan ir-raħal, hawn ma nsibux kunsill lokali li jmexxi dal-post. Għal żmien twil dar-raħal kien jagħmel parti mil-Mosta biss, għal daqstant illum il-ġurnata l-Il-Faċċata tal-Knisja tas-Sagra Familja ġewwa l-Bidnija.

49

Storja u Arti

Etienne Camilleri

Żgħażugħ Mosti ta’ 24 sena li jaħdem bħala System Administrator f ’kumpanija internazzjonali. Bħala

passatemp iħobb ħafna r-riċerka fuq affarijiet storiċi, speċjalment

fejn jirrigwardja r-raħal tal-Mosta u t-tradizzjonijiet tiegħu. Huwa

qed jistudja s-sassofonu bħala al-liev mal-Banda Sagra Familja.

Bidnija huwa maqsum f ’żewg partiji-et, parti taqa’ taħt il-kunsill tal-Mosta u l-parti loħra taħt il-kunsill ta’ San Pawl il-Baħar. Dan iżda mhux l-istess japplika dwar parroċċa, fejn il-Bidnija jaqa’ taħt il-Parroċċa ta’ Santa Marija tal-Mosta.

Dal-post ċkejken iżda ħelu huwa popolari ħafna għall-irkib taż-żwiemel. X’hemm isbaħ minn dawra fuq żiemel qalb il-ħdura u n-natura li joffri dar-raħal? Hawn insibu ukoll klabb tal-isparar tal-ħamiem kif ukoll restorant wieħed li jispeċjalizza fit-tis-jijr tal-fenek, platt tipiku Malti.

Ġewwa l-Bidnija nsibu knisja żgħira ddedikata lis-Sagra Familja, fejn il-festa bil-purċissjoni li ddur madwar it-toroq tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Lulju. Din il-knisja ġiet iddiżinjata minn Mastru Salvu Zahra fl-1920 u nbniet fil-post mir-raħħala stess f ’għamla tonda tixbah lil dik ta’ Sarria fil-Furjana, bi tmien twieqi fit-tam-bur, koppla u lanterna. Din il-knisja

ma damitx wisq biex tinbena, infatti bil-ħeġġa ta’ dawn ir-raħħala rnexx-ielhom jibnuha f ’sentejn biss kif ukoll kull familja irregalat xi għamara biex ikunu jistgħu iżejnuha. Din ġiet im-bierka mill-Isqof Mauro Caruana. Bnewlha kampnar wieħed fil-faċċata u għandu statwa li tirrapreżenta lill-fidi fuq nett.

Fuq ġewwa nsibu artal wieħed bil-kwadru titulari tas-Sagra Familja warajh. Insibu wkoll kwadru tal-Madonna tar-Rużarju fuq ix-xel-lug u maġembu kwadru ieħor tal-Kurċifiss. Dawn il-pitturi huma kollha xogħol tal-pittur bravu Ġanni Vella. Insibu ukoll żewġ statwi ġo din il-knisja. L-ewwel waħda hija dik tal-Qalb ta’ Ġesù, li ħallas għaliha l-Konti tal-Wardija u ħadimha l-iskultur Spiteri Sacco. L-oħra hija l-istatwa titulari tas-Sagra Familja xogħol tal-Għawdxi Mikiel Camilleri Cauchi u ħallas għaliha s-Sur Anġlu Galea. Din iżżanżnet fl-10 ta’ Lulju tal-1977 u tagħti lemħa lill-istatwa tas-Sagra Familja l-antika li kien hemm fil-każin tas-Sagra Familja ġewwa l-Kalkara u li sfortunatament in-qerdet bil-gwerra. Il-vara titulari ġiet mbierka mil-Arċipriet tal-Mosta Mons. Bartolomeo Bezzina fl-1977 u ħarġet għall-ewwel darba purċissjoni mat-toroq tal-Bidnija dak inhar stess. Sfortunatament f ’Novembru tal-1954 sajjetta laqtet il-koppla u l-lanterna ta’ din il-knisja u b’konsegwenza t’hekk ġarrbet ħsarat kbar tant li kellhom jerġgħu jiġu rrestawrati u jinbnew mill-ġdid. Fl-1977 l-istatwa tal-fidi li tinsab fuq il-kampnar kienet tmerm-ret u għalhekk iddeċidew li jaħdmu oħra replika, din id-darba xogħol l-istatwarju Marco Montebello.

Illum din il-festa qegħdha tikber bil-mod il-mod tant li żdied xi logħob tan-nar kemm tal-art u kemm tal-ajru kollhu maħdum mis-Soċjetà Filar-monika Santa Marija tal-Mosta. Din l-istess Soċjetà tieħu sehem permezz tal-banda ukoll.

Fis-snin disgħin il-banda tas-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara kienet ukoll tieħu sehem permezz ta’ servizz mużikali ġo dan ir-raħal ċkejken.

Pittura titulari tas-Sagra Familja.Impittra minn Ġanni Vella.

Skrizzjoni ‘IMI’, xogħol fil-ħadid fil-bieb prinċipali tal-Knisja tal-Bidnija.

Triq is-Sagra Familja: it-triq prinċipali tal-Bidnija.

L-istatwa tas-Sagra Familja.Xogħol Michael Camilleri Cauchi fl-1977.

50

51

52

Iċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara jin-sab fl-inħawi hekk magħrufa bħala ta’ “Santu Rokku”, fuq wara tal-Knisja ta’ Santa Barbara tal-Patrijiet Kapuċċini. Fid-daħla taċ-Ċimiterju tinsab plakka tal-metall li fiha deskrizzjoni tal-es-perjenzi li għadda minnhom il-poplu Malti u dawk kollha li kienu jaħdmu fis-servizzi navali matul il-gwer-rer. Din tisħaq li hemm mal-elfejn ħaddiem mill-Ewwel Gwerra Dinjija u mal-elf u ħames mija oħra mit-Tieni Gwerra Dinjija midfuna fiċ-ċimiterji madwar il-gżejjer Maltin.

Fejn jirrigwardja ċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara hemm miktub li hemm mal-477 qabar mill-Ewwel Gwerra Dinjija, 719-il qabar mit-Tieni Gwer-ra Dinjija u xi 2,500 qabar ieħor għal

irġiel, nisa u tfal li mietu barra iż-żmien tal-gwerer.

Fiċ-Ċimiterju jinsabu wkoll żewġ memor-jali mill-Ewwel Gwerra

Dinjija: waħda għall-irġiel tal-qawwa navali Ġappuniża u oħra għall-ħabsin tal-gwerra Ġermaniża. F’dan iċ-ċimiterju jinsabu wkoll iġsma ta’ rġiel li mietu b’ xi diżgrazzji oħra.

Bħala ċimiterju, nistgħu ngħidu li huwa maqsum f ’żewġ sez-zjonijiet, waħda għal Protestanti u l-oħra għall-Kattoliċi. Ħafna mill-midfunin tal-Ewwel Gwerra Dinjija jiffurmaw plot trijangu-lari fis-sezzjoni tal-Protestanti fil-waqt li hemm oħrajn li huma mxerrdin fil-madwar. Il-maġġor

parti tal-midfunin mit-Tieni Gwerra Dinjija jinsabu wkoll fil-parti tal-Prot-estani ħdejn l-entratura, iżda jeżisti grupp ieħor li qiegħed fil-parti tal-Kattoliċi. Il-bqijja jinsabu mxerrdin.

Iċ-Ċimiterju jinsab madwar żewġ kilometri fl-ixlokk tar-Rnella, u fi Triq Santa Liberata hemm xi tabelli li jidderiġuk lejn l-istess ċimiterju fi Triq Santu Rokku.

Minħabba li l-art Maltija hija baxxa, matul iż-żewġ gwerer ħafna mill-oqbra ġew imħaffra fil-blat. Matul it-Tieni Gwerra, xogħol bħal dan kien perikoluż minħabba l-attakki mill-ajru. Wieħed jista’ jinnotta wkoll l-uniformità fit-tnaqqix tal-iskrizzjoni-jiet fuq l-oqbra.

Ma nistgħux ma nsemmgħux ukoll ftit storja marbuta ma’ xi wħud li jin-stabu midfuna f ’dan iċ-Ċimiterju. Fir-Rebbiegħa tal-1915, l-isptarijiet imxerrdin madwar il-Gżejjer Mal-tin laqgħu madwar 135,000 marid u midruba, il-maġġor parti jkunu mill-kampanji ta’ Gallipoli u Salonika, iżda il-fatt li l-attività sottomarina żdieded maż-żmien fil-Mediterran, fissret li inqas vapuri-sptarijiet ġew mibgħuta lejn Malta minn Mejju tal-1917. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-pożizzjoni ta’ Malta fil-Mediterran kienet ta’ importanza strateġika enormi għall-Allejati. Bil-fortifikazzjonijiet madwar il-gżira, Malta qatt ma kienet invadu-ta, iżda kienet suġġetta għal bumbar-damenti kontinwi bejn id-dħul tal-Italja fil-gwerra f ’Ġunju tal-1940 u it-telfa tal-assi f ’El Alamein fl-1942. Fil-milja ta’ l-attentati tal-assi biex ik-issru ir-reżistenza Maltija f ’April tal-1942, il-gżira u in-nies tagħha ġew ip-premjati bil-George Cross mir-Re Ġorġ V. Id-difiża Maltija kienet isserrah fuq operazzjonijiet kombinati li fiha kienu jikkontribwixxu tliet stazzjonijiet mill-forzi armati u l-merkanzija navali li kienu kruċjali daqs xulxin. Minkejja li kienu pressati ħafna fid-difiża, attaki li saru mill-gżira Maltija fl-ajru u fil-baħar kienu effettivi fil-linji ta’ komu-nikazzjoni tal-assi mal-Afrika ta’ fuq, u kienu parti vitali fis-suċċess event-

53

Storja u Arti

Joseph Grech

Żgħażugħ ta’ 17-il sena dilettant tal-festa b’mod speċjali l-armar.

Għalkemm jgħix Ħal Qormi, ġej minn familja Kalkariża del-

lettanta ferm tal-festa titulari. Preżentement jifforma parti

mill-Għaqda tal-Armar u mill-Kummissjoni Żgħażagħ.

wali tal-Allejati hemmhekk.

Meta xi ċimiterji ġewwa Malta kienu jinqalgħu u jiġu żviluppati għal raġunijiet oħra, il-fdalijiet tal-mejtin kienu jittieħdu ġo dan iċ-ċimiterju u jerġgħu jiġu midfuna fl-oqbra tal-massa. Hawn, hemm midfuna dawk il-membri tal-British Services u l-familjari tagħhom li mietu bejn l-1865 u l-1913 u kienu oriġinarjament mid-funa fiċ-ċimiterju navali tar-Rnella.

Fuq il-lapida tal-qabar numru D.846 hemm miktub, “Din il-lapida tibqa’ fil-memorja għal dawk li oriġinarjament indifnu fiċ-ċimiterju tal-isptar Navali ta’ Bighi bejn l-1846 u l-1901. Isimhom qiegħed imniżżel għal dejjem fil-ktieb ġewwa l-Knisja ta San Osvaldu ġewwa l-Isptar Navali, (Bighi) Malta.” Min-naħa l-oħra, fuq il-lapida tal-qabar numru D.849 hemm miktub, “Imneħħija min Bighi, iċ-ċimiterju tal-Isptar Navali f ’Diċembru tal-1968 u reġgħu ġew midfuna hawn fl-14 ta’ Jannar tal-1969”.

Fuq il-lapida tal-qabar numru D.850 hemm miktub, “F’dan il-qabar hawn il-fdalijiet ta’ nies mhux magħrufa li oriġinarjament indifnu fiċ-ċimiterju l-antik tal-British Services tal-Furjana, ta’ bejn l-1801 u l-1825.” Barra minn hekk, fuq il-lapida tal-qabar numru D.849 hemm miktub, “Imneħħija minn Bighi, iċ-ċimiterju tal-Isptar Navali f ’Diċembru tal-1966 u reġgħu ġew midfuna hawn fl-25 ta’ Marzu tal-1967.”

Splużjoni ġewwa t-TarznaFil-5 ta’ Ottubru tal-1915 seħħ aċċident serjissimu fid-Dipartiment tal-Ordinanza Navali ġewwa t-Tarzna. Din l-isplużjoni seħħet f ’waħda

mit-tined okkupata min xi 50 raġel tar-Royal Malta Artillery fejn dawn kienu qed jimlew xi bombi tal-id. Fi ftit sekondi seħħew żewġ slużjonijiet oħra wara xulxin, b’kollox tlieta. Kull assistenza mmedjata ingħatat mill-irġiel li kienu qed jaħdmu ġot-Tarzna, baħrin mill-vapuri li kienu fil-port, kif ukoll baħrin oħrajn Franċiżi. Kien hemm ukoll qassis Franċiż li kien parti mil-flotta navali Franċiża li ta l-Griżma tal-Morda lil dawk li kienu qed imutu. Il-midrubin ġew meħudha fl-Isptar Navali ġewwa Bighi. Il-lista tal-mejtin telgħet għal sittax il-persu-na u tlettax oħra mweġġa’.

Dawk li mietu mill-kumpanija num-ru wieħed kienu, is-Surġent A. Pace bin-numru 1957, Gunner G. B. Dalli bin-numru 1571, Gunner G. Borg bin-numru 2934, Gunner P. Griscti bin-numru 2837, Gunner G. Demi-coli bin-nmru 2 8 5 9 , G u n n e r G.Tanti bin-numru 2849, Gunner P. Caruana bin-num-ru 2876 u Gun-ner Fidele Barbara bin-numru 3193. Dawk li mietu mill-kumpanija numru tnejn kienu, Gun-ner G. Bonnici bin-numru 2688, Gunner Gunner P. Xerri bin-numru 2683, Gunner C. Gauci bin-numru 2659, Gunner C. Farrugia bin-num-ru 1350 u Gunner Michele Abela bin-numru 1248, fil-waqt mill-kumpan-ija numru tlieta mietu, Gunner L. Calleja bin-numru 2963, Gunner F. Farrugia bin-num-ru 2965 u Gunner Giuseppe Gafà bin-numru 2911. Dawk ġew midfuna fiċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara.

L-Għarqa tal-vapur HMS RusselIl-vapur tal-gwerra HMS Russell li

L-entratura prinċipali taċ-Ċimiterju Navali ġewwa l-Kalkara.

Il-Pjanta taċ-Ċimiterju Navali li turi kif inhu mqassam.

54

tlesta mill-binja tiegħu ġewwa Jar-row fil-11 ta’ Marzu tal-1899, baħħar għal l-ewwel darba fi Frar tal-1901. Vapur twil 429 pied, bit-tmun fih 75 u nofs pied fil-waqt li għoli 26 u nofs pied. Jiżen 14 il-elf tunnellata u kapaċi jtella’ veloċità ta’ 19 il-mil tal-baħar, dawn kienu jagħmluha wieħed mill-iktar vapuri tal-gwerra veloċi ta’ dak iż-żmien.

L-ammiral R.S. Fremantle kien qed itajjar il-bandiera tiegħu fuq dan il-vapur bil-kaptan W. Bowden Sminth meta l-HMS Russell wasal Malta fil-lejl tas-26 ta’ April tal-1916. Peress li wasal f ’nofs ta’ lejl ma tħalliex jidħol fil-port għal raġuni ta’ sigurtà, għalhekk dan kellu jogħqod idur il-barra mill-kosta. L-għada fil-għodu meta kien madwar ħames mili l-barra mill-port, il-vapur laqgħat żewġ minjieri, minjieri li ġew imqgħeda mis-sottomarin Ġermaniż U-73. L-HMS Russell żamm fil-wiċċ għal madwar għoxrin minuta qabel ma nqaleb, il-buk tal-bastiment baqa’ jidher f ’wiċċ l-ilma għal ftit ħin qa-bel ma għeb taħt il-mewġ. 24 uffiċjal u 676 baħri salvaw u ttieħdu min-nufih fl-Isptar Navali ġewwa Bighi, xi ftit minnhom mietu ftit wara iżda 124 baħri tilfu ħajjiethom fit-traġedja. Dawk li mietu ndifnu fiċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara.

Inċident fl-ajruFl-għodwa tal-15 ta’ Frar tal-1935, l-ajruplan K.3595 tar-Royal Air Force telaq minn Napli fi triqtu lejn Kala-frana għall-bażi RAF ta’ Malta, bħala parti mil-vjaġġ lejn Singapor mill-Ingilterra. Iżda ġara li għall-ħabta tal- 11.15 ta’ fil-għodu, minħabba ċpar eċċessiv, l-ajruplan ħabat ma’ għolja viċin Messina ġewwa Sqallija u ħa n-nar. Dawk kollha li kienu fuq

l-ajruplan tilfu ħajithom. Dawn kienu l-logutenent tal-ajru Beatty, l-Uffiċjal tal-ajru Forbes, is-Surġent Willis, il-Kapural Bailey, LAC W.Wallace, LAC C.N.Allen, LAC Rees, ACI Wogan u s-Sur E.Penn, ċivil mar-Royal Air-craft Establishment f ’Farnborough. L-iġsma tal-mejtin inġabu Malta minn Sqallija bil-vapur HMS Durban sa biex jindifnu ġo dan iċ-ċimiterju.

L-Aċċident tal-HMS ArielHenry F. Sneddon, uffiċjal tal-finanzi prima klassi fuq l-HMS Ariel, miet fid-19 ta’ April tal-1907 f ’età ta’ 31 sena. Ftit wara nofs in-nhar tal-istess ġurnata, ħames destroyers kienu qed jagħmlu eżerċizzi militari fin-naħa tan-nofsinhar ta’ Malta naqra il-barra mill-kosta. Dawn kienu qed jerġgħu jirritornaw lura ġol-port u preparaw l-aħħar eżerċizzju li kien għall-HMS Ariel biex jidħol ġol-port b’tali mod li jattira l-attenzzjoni tad-difiża ta’ ġol-Forti Ricasoli waqt li l-erbgħa l-oħra pruvaw jidħlu bil-moħbi. Fil-ħdax nieqes kwart l-HMS Ariel ġie innotat u dwal mil-Forti Sant Iermu u minn Ricasoli xegħluha. Dan il-vapur kien taħt il-kmand tal-Logutenent Lancelot Turton, li dan f ’ħabta u sabta induna li l-vapur kien qiegħed miexi lejn id-direzzjoni tal-breakwater il-ġdid li kien għadu kemm jinbena l-barra mill-Forti Ricasoli. Sfortuna-tament kien tard wisq biex jiġi evitat aċċident għalhekk l-HMS Ariel kraxx-ja ġol-breakwater, u ġarrab ħsarat kbar fil-parti ta’ quddiem tal-vapur, tant li l-kamra tal-boiler ma baqgħetx taħdem. Dak il-lejl inzerta li kien baħar qawwi ħafna, il-vapur beda miexi mall-kur-rent lejn il-ġebel tal-kosta tal-Forti Ricasoli. Wieħed mill-vapuri l-oħra, l-HMS Bruizer irnexxielu jersaq viċin u beda jiġbed l-HMS Ariel il-barra iżda l-qawwa tal-kurrenti u r-riħ beda jġorr liż-żewġ vapuri ’il barra mill-port lejn il-Forti Rinella tant li l-HMS Bruzier kellu jħalli lil HMS Ariel jaqdef għar-rasu, u b’hekk reġa’ beda dieħel il-ġewwa lejn il-kosta. Għal darb’ oħra l-HMS Bruizer prova jagħti l-għajnuna, iżda spiċċa li anke dan il-vapur ġarrab xi ħsarat fil-proċċess. L-ekwipaġġ tal-vapur HMS Ariel ab-bandunaw il-vapur iżda il-Logutenent

Turton iddeċieda li jibqa’ fuqu biex jipprova isalvah. Kien ħabba f ’hekk li Coxswain Henry Sneddon iddeċieda li jibqa’ hemm biex jgħinu wkoll.

Ftit qabel nofs il-lejl, il-pruwa tal-vapur ħabtet ġol-kosta ta’ Santu Rokku u nqeleb f ’baħar baxx ħafna. Sul-dati minn fuq il-kosta garaw xi ħbula liż-żewġt irġiel sabiex ikunu jistgħu itellawhom lura fuq il-kosta iżda traġikament Coxswain Henry Sned-don tilef il-qabda tal-ħabel u reġa’ waqa’ lura għal ġol-baħar u għereq. Ġismu inkalja fil-kosta fil-5 ta’ Mejju.Għal dan il-każ saret inkjesta maġisterjali, iżda baqa’ ma ssolvietx il-kawża ta’ x’ġara eżatt biex seħħ dan l-aċċident. Waħda mill-possibiltajiet kienet li id-dawl seta’ għama lill-ka-ptan u b’hekk ma rax il-breakwater, iżda l-kaġun eżatt għadna sal-lum ma nafuhx.

Kalkariżi midfuna f ’dan iċ-ċimiterjuF’dan iċ-Ċimiterju Navali huma bosta dawk il-Maltin li huma midfuna fih. Minħabba l-limitazzjoni ta’ spazju f ’dan l-artiklu, se nġibu biss lista ta’ dawk li huma mniżżla bħala mill-Ka-lkara (Calcara) fir-reġistru tal-midfu-na:

Edward Woods, Pensjonant mill-Ka-lkara. Miet fl-14 ta’ Frar 1927.Rosa Gertrude G. Johnson, mill-Ka-lkara. Mietet fl-1 ta’ Mejju 1927.Carmelo Saverio Pisani, AB, mill-Ka-lkara. Miet fit-8 ta’ Marzu 1914.D. Attard, Ċivili, mill-Kalkara. Miet fil-11 ta’ Novembru 1903.

Nota Editorjali: Dan iċ-ċimiterju, frott l-istorja nittamaw li nibqgħu nibżgħu għalih bħala parti minn wirt missirijietna.

Monument lill-vittmi tal-gwerra Ġappuniżi.

Dehra ġenerali taċ-Ċimiterju Navali minn ġewwa.

56

57

Dan

huw

a av

viż b

i ħla

s.

Storja u Arti

59

Dan il-kwadru trittiku huwa dedikat lill-Missier putattiv ta’ Ġesù, San Ġużepp. Dan huwa kwadru minn fost tliet kwadri ta’ maġenb il-pittura ta’ San Ġużepp, li fihom nsibu lil San Franġisk t’Assisi u lil San Ġwann il-Battista.

Il-kwadru ta’ San Ġużepp sar fuq stil msejjah trittiku li normalment huwa stil li jmur mal-arkitettura romanes-ka kif ukoll dik benedittina mħalltin flimkien.

Il-kwadru sar skont ix-xewqa tal-ben-efattur ewlieni ta’ din il-Knisja f ’Tas-Sliema li kien l-Isqof Dom Mauro Caruana, li kien hu li ta l-art sabiex fuqha tinbena l-Knisja Parrokkjali dedikata lil San Girgor l-Kbir. Il-pittu-ra ta’ San Ġużepp tpittret minn Elio-doro Coccoli.

Ta’ min wieħed jinnota wkoll f ’dan l-kwadru illi San Ġużepp huwa ppreżentat kemm xejn differenti minn kwadri oħra, għaliex fejn is-soltu lil San Ġużepp narawh dejjem bil-bambin f ’idu jew maġenbu bilwieqfa, hawnhekk f ’dan il-kwadru, l-artist Taljan għażel li ma jpittirx lill-bambin, skont l-istil tiegħu. San Ġużepp jid-her bilwieqfa bil-ġilju f ’idejh kif ukoll b’idu x-xellugija fuq qalbu.

Ta’ min jinnota wkoll illi f ’dan l-kwadru San Ġużepp jidher f ’ambjent differenti u trankwill b’xi siġar żgħar kif ukoll b’sema kaħlani b’xi ftit sħab miexi lejn l-Lvant.

Ninnutaw fih ukoll l-isem tal-qaddis b’kulur kannella skur li huwa dedikat taħt il-kwadru, b’kuntrast mal-kan-nella ċar fejn ħareġ effett sabiħ im-mense, meta amalgamat mad-disinn sabiħ tal-effett tal-kolonni u l-arkati li jaqsmu dawn il-kwadri bejniethom.

Din il-pittura ta’ San Ġużepp hija kwadru bi stil sempliċi iżda fl-istess ħin sabiħ u mogħni b’kuluri fini u dettaljati u li ftit issib bħalu fil-knejjes tagħna għall-istil li għandu għaliex huwa maqsum fi tlieta u minħabba f ’hekk jissejjah trittiku.

Referenza: Teżori fil-Knejjes Maltin, Tony Terribile, PIN Publications.

Hosè Borg

Dilettant tal-festi Maltin u Għawdxin u ilu għal din l-aħħar

sena membru fis-Soċjetà Mużikali San Girgor f ’tas-Sliema. Kollettur

tal-kotba tal-festi. Għadu kemm lestejt l-O Levels u qed jaspira li

jidħol l-Junior College sabiex jibda’ jistudja bħala għalliem tal-Malti

jew tal-Istorja.

Il-Kwadru ta’fil-Parroċċa ta’ San Girgorf’Tas-Sliema

San Guzepp. .

Il-Pittura

60

61

62

Ma ridtx nemmen li dak li kont għaddejt minnu dik il-lejla kien min-nu, bdejt niddubita kontx iltqajt mas-Sagra Familja jew le. Jekk ngħid lin-nies kienu jgħadduni b’miġnun, ħadd ma kien jemminni. Qas jien stess ma stajt nemmen lili nnifsi u aċċertajt ruħi li kienet ħolma sabiħa. ‘Imma xi spjegazzjoni għandek għal dawk it-tliet biċċiet injam li sibt fil-but?’ qaltli in-naħa l-oħra tal-kuxjenza tiegħi. Veru! Dawk żgur li ma kienux hemm qabel, kieku kont inħosshom u oltre minn hekk, jien tliet biċċiet injam x’nambihom ġol-but? ‘Uuuuuuu forsi kont qed tarma l-Knisja u xħetthom fil-but u nsejthom hemm. Taf int dan l-aħħar kemm kont imfixkel ħabba l-kwistjonijiet li kellek.’ Kompliet tniggiżni in-naħa negattiva tal-kux-jenza tiegħi. ‘Ma nafx!’ għajjatt waħdi qisni biex inneħħi dawk il-ħsibijiet, dħalt ġol-karozza u tlaqt biex niġbor lill-marti mingħand ommha. Fit-triq qisni qas kont naf minn fejn għaddej, wasalt għand il-kunjata bl-amment, li kieku kellhom isaqsuni minn fejn għaddejt qas kont naf ngħaraf inwieġeb. Tul it-triq reġgħu ġew żaruni l-parti tal-kuxjenza mel-liesa u l-parti tal-kuxjenza niggieża. Din id-darba flok fuq il-kwistjoni jekk kontx ħlomt jew jekk ux veru kont iltqajt mas-Sagra Familja, kienu qed jitturmentawni fuq il-pass li kont ħa nagħmel. ‘U x’ħa tagħmel b’idejk ħa ġġibha lura lil dik il-qerrieda?!’ Veru li marti kienet teqred u tgorr iktar milli kellha xagħar f ’rasha imma kont ċert milli ser nagħmel u kelli saba’ mitt sena sakemm nasal fejn marti. ‘Prosit, hekk, dik il-laqgħa li kellek mas-Sagra Familja għamlitlek il-ġid ux?’ qaltli l-parti melliesa. ‘Ħolma, xejn ħlief ħolma’ gergret in-naħa n-niggieża, imma ma kelliex ċans tkompli tgerger għax għafast il-brejkijiet f ’daqqa u sibt ruħi quddiem il-bieb tal-kunjata u qas kont naf li wasalt. Inżilt u kif kont ħa nħabbat ġejt konxju, ħarist lejn l-arloġġ kienu s-sagħtejn ta’ filgħodu, ma kinitx prudenza li nħabbat bieb in-nies dak il-ħin għalhekkk għażilt li nċempel lill-mara tiegħi. ‘Aw Claire wasalt jien qed nistenna fejn il-bieb għax stħajt inċempel il-qanpiena dan il-ħin’, għidtilha b’leħni mriegħed.

63

Proża u Poeżija

Andrew Cilia

Żgħażugħ ta’ 20 sena li jaħdem mas-Servizz Pubbliku. Bandist

mal-Banda Sagra Familja bl-istru-ment tal-klarinett, u jokkupa l-ka-riga ta’ Chairperson tal-Kummiss-

joni Żgħażagħ. Bħala passatemp prinċipali għandu l-kitba ta’ proża

u poeżija, li bosta minnhom dehru f ’dawn il-kotba.

‘Ġejja ħi’, qaltli fil-pront u bilkemm ilħaqt daħħalt il-mowbajl lura f ’postu li ma smajtx il-bieb jinfetaħ u rajtha quddiemi. Kif feġġgħet quddiemi ma stajtx ma nitbissmiliex u tgħannaqna tgħannieqa li kienet tixhed li t-tnejn li aħna ħassejna l-firda ta’ xulxin u f ’dak il-ħin ftit li xejn tajt każ taż-żewġ naħat tal-kuxjenza li kienu fi ġlieda bejniethom min minnhom ser jgħajjat l-iktar biex nisimgħu. Kif wasalna lura id-dar dħalna ġewwa u poġġejna fuq is-salott faċċata tal-presepju li kelli armat. ‘Hawn xorta ar-majt tal-Milied milli qed nara!’ qaltli Claire hekk kif poġġejna bilqiegħda. ‘Heh’ tbissimt jien, ‘Allaħares ma kinux huma għalija.’ Għidt waqt li ċċassajt lejn tlett figuri ġewwa l-grotta. ‘Huma min?’ saqsietni Claire. Kont tkellimt bla ma ħsibt, kont wasalt f ’punt fejn ma ridtx li nasal, dik li niżvela bil-laqgħa jew ħolma li kelli mas-Sagra Familja! Qalbi maqtugħa li qatt xi dar-ba Claire setgħet temminni irrakkut-najtilha bil-ġrajja kollha ta’ dak il-lejl kif stordejt u sibt ruħi f ’post li ma nafx fejn kien, li ltqajt ma’ familja u wara li daru bija qaluli li huma kienu s-Sagra Familja u wiegħduni li kelli nsib lura l-paċi f ’ħajti u kif eżatt qomt sibt il-messaġġ li kienet bgħatitli.

Bħal ma ssuspettajt ma emmnitnix u qaltli li kollni ċajt. Ma ħaqqaqtiex magħha għax qas jien stess ma kont ċert ħlomtx jew le. Wara qagħdna niddiskutu l-affarijiet ta’ bejnietna u dwar it-tarbija ġdida li kien ser ikollna. ‘Claire, mhux aħjar immorru nistrieħu, għax għada irridu mmorru nieklu għand ommi?’ saqsejtha jien meta rajt li l-ħin kien għamel ġmielu. B’hekk qomna minn fejn konnha u ġbidna lejn is-sodda. Jien u għaddej ħarist lejn l-istatwa tas-Sagra Familja u la rajt id-demgħa ma għajnejn il-Madonna, la rajt it-tbissima ta’ San Ġużepp u qas it-tgħemiża tal-Bambin. ‘Ħolma, kollha ħolma.’ Għidt bejni u bejn ruħi. ‘Imma nsomma ħolma jew le l-aqwa li erġajt ġej lura għan-normal fil-ħajja tiegħi’, irraġunajt dak il-ħin. Irringrazzjajt lil dik il-Familja Qad-disa u dħalt biex norqod fejn marti. Iż-żmien malajr gerbeb u mit-tokki

ta’ nofs il-lejl tal-bidu tas-sena l-ġdida malajr sibna ruħna f ’fażi avvanzata tat-tqala. Morna bħas-soltu għat-testijiet imma din id-darba lit-tabib ħassejtu li ried jgħidilna xi ħaġa. ‘Dott, mhux narak bħas-soltu, inqala’ xi ħaġa?’ saqsejtu jien b’leħen imriegħed. It-tabib għolla ħarstu lejja. ‘Għandna l-problemi’, żerżaqieli xotta xotta. Inqalgħu il-kumplikazzjonijiet. Tridu tagħżlu bejn tliet għażliet. Jew titilfu t-tarbija u s-sinjura ssalva ħajjitha, jew titwieled it-tarbija u titlef ħajjitha is-sinjura jew inkella tittamaw f ’Alla li l-persentaġġ żgħir li jgħixu t-tnejn iseħħ!’

Ksaħt, weħilt mal-madum tal-art. Ik-tar ma ridt nitkellem u nsaqsi iktar il-kliem donnu weħel fi griżmejja. Il-biki ta’ Claire qasamli qalbi, bdejt nara mċajpar u ħassejt bħal likwidu sħun nieżel għal fuq xufftejja, kont qed nibki bla ma ndunajt. ‘Tgħamlux hekk isa’ inkoraġġiena kif seta’ t-tabib u nkoraġġiena biex nitkellmuha flim-kien u niddeċiedu.

Inbdilt mil-lejl għan-nhar, ma bqajtx b’dak il-ferħ li kelli darba bdejt inħoss dwejjaq kbar. Ħassejt li dik it-tibna li kont sibt kienet tqaċċtet u erġajt sibt ruħi qed negħreq f ’baħar ta’ dwej-jaq. Kont kuljum qed inħoss damdim ġo rasi u sturdament mhux tas-soltu imma ftit tajt każ, dak il-mument ħassejt li Alla kien abbandunani u ppruvajt kemm jista’ jkun insolvi l-affarijiet tiegħi jien. Jien u l-mara ma stajna naqblu f ’xejn. Hi riedet twassal

it-tqala sal-aħħar u tittama li jsalvaw it-tnejn u jien ridtha li ttemm kollox bir-raġunament li jekk tibqa’ ħajja hi nistgħu nerġgħu nippruvaw imma jekk tmut il-mara ma kienx ikollna ċans nerġgħu nippruvaw. Bqajna se-jrin hekk sakemm fl-aħħar għaddiet ta’ Claire u ppruvajna nwasslu t-tqala sal-aħħar. Jien ftit kelli tama kont ġà għamiltha fatta li marti kienet ħa tmut. Id-damdim ġo rasi kien kull ma jmur jiżdied u anki l-isturdament imma dejjem żammejt sod u qatt ma ħallejtu jinfluwenzani. Bis-sewwa jew bid-dnewwa wasal jum il-ħlas. Kont qiegħed l-isptar bilqiegħda fuq siġġu rasi l-isfel imserrħa fuq idi li kienu mistrieħa fuq irkobbti toqmos bl-eċitament. Minn ġo moħħi bdew għaddejin ruxxmata ta’ ħsibijiet. Għażilt li ma nidħolx ma’ marti fil-mument tal-ħlas, ma kellix qalb nara la lill-marti u qas lil dik it-tarbija jitilfu ħajjithom quddiem għajnejja. Rasi riedet tinqasam bid-damdim. Ħin bla waqt ħassejt bħal min ipoġġi ħdejja, erfajt rasi u rajt raġel żgħażugħ, xagħru kemmxejn twil u kellu l-leħja. Fuq wiċċu kellu ħarsa soda u tbissima ta’ kompassjoni. Ħares lejja u tbis-simli u qalli: ‘X’hemm ħabib? Tidher inkwetat. Ġralek xi ħaġa?’ Tfantast, dan b’liema dritt jaqbad u jiġi fuqi u jsaqsini xi ġrali; moħħu kelli. ‘Xejn’ weġibtu jien xott xott. ‘Tgħidlix li xejn

Is-Sagra Familja (1660).Impittra minn Bartilmew Esteban Murillo.

ta, tidher mimli eċitament’, kompla jinsisti hu. ‘Isma xbin, jimporta ma tindaħalx, moħħok għandi bħalissa, mara u tarbija jilgħabuha bejn ħajja u mewt għandi jien!’, ħtaftu jien. Xejn ma deher li nkiser u baqa’ kalm kif kien u qalli: ‘Eeee mela għandek mhux ma għandekx! Jekk trid tiftaħ qalbek miegħi tista’ ibni.’ Fil-pront ħareġ tifel ħelu, xagħru qastni jiġri u warajh mara gustuża b’għajnejha żoroq li as-sumejt li kienet il-mara ta’ dak ir-raġel u omm dak it-tifel. ‘Papà, lesti aħna nistgħu immorru?’ ‘Stenna ftit sabiħ.’

Qallu r-raġel, ‘Dan ir-raġel ta’ ħdejja għandu bżonn jitkellem u mhux ħa nħalluh waħdu mhux hekk?’ ‘Ija Papà’, tbissimli it-tifel. Ommu resqet lejja u poġġiet fuq is-siġġu ta’ ħdejja u qaltli, ‘Għidilna ibni, ngħinuk nistgħu aħna.’ Qabżiltli bl-ikrah dak il-ħin u qbadt ngħajjat: ‘Jimporta tkomplu għal tri-qitkom u tħalluni bi kwieti lili? Ħadd ma staqsa għall-għajnuna tagħkom, ma rridiex l-għajnuna tagħkom, im-billi nitkellem mhu ser insolvi xejn, qas it-tobba ma jistgħu isolvu il-prob-lema tiegħi, aħseb u ara l-paroli fil-vo-jt magħkom!’ Ir-raġel għamel sinjal lil martu u lil ibnu biex joħorġu jistenne-wh barra u hu baqa’ ħdejja. ‘Ummi ma xi dwejjaq ta’ raġel b’xejn ma jinkiser u jaqta qalbu!’, għidt ġo qalbi.

Dak ir-raġel poġġa lura bilqiegħda, dawwar idu ma’ spallti u b’leħen sod u ta’ kompassjoni kbira qalli, ‘Ħabib, nifmhek li qalbek magħsura u mugħġuha, għax hu minnu li it-tobba ma jistgħu jgħamlu xejn għall-problema tiegħek, imma tinsiex li fuq it-tobba hemm Alla.’ Dak il-ħin reġa’ dewa f ’widnejja leħen it-tabib huwa u jgħidilna li l-unika tama illi fadal kien Alla. Dort lejn dak ir-raġel u bid-dgħadiegħa għadha f ’leħni għidtlu: ‘U Alla, fejn hu Alla?! Ħallieni waħdi xejn, kemm kemm darba tagħni ħolma u rranġali sitwazzjoni f ’ħajti imma ma kienx kapaċi li jtemm il-biċċa b’wiċċ il-ġid, remieni hawn negħreq waħdi.’ Min jaf dak il-ħin kemm tpaxxiet bija in-naħa niggieża tal-kuxjenza tiegħi. Ir-raġel tbissem waqt li jien baxxejt rasi lejn l-art u qalli: ‘Titkellimx hekk ibni, Alla jibgħatlek ħafna stediniet int li ma tismax. Biss biss jien u l-familja

tiegħi dejjem ippruvajna nerġgħu nis-tidnuk tgħaddi sa għandna u nitkell-mu, kont int li ma smajtx minnha u mhux Alla li ħalliek waħdek. Tant aħna nixtiequlek il-ġid li minkejja li int ma tajtx widen biex tiġi żżurna aħna ġejna nżuruk hawnhekk u int ippruvajt tkeċċina. Mur idħol fejn martek u ibnek, għożżhom tul ħajtek kollha u meta tħares lejhom ftakar li huma rigal tagħna lilek, għixu bħal ma għexna u għadna ngħixu aħna. Magħquda, ferħanin u fil-problemi tagħna nitkellmu ma’ xulxin. Nuru l-għożża lil żwieġ b’saħħtu, trobbija tal-ulied fil-għożża u fl-imħabba. Ibni, jekk taħseb li int ħlomt l-ewwel darba erġa’ aħsibha sew għax jista jkun li l-ħolm ikun sinjal għalik, bħalma dar-ba żmien ilu kien sinjal għalija.’

Dan il-kliem kollu smajtu b’rasi baxx-uta u għal mument twil bqajt rasi baxxuta nipprova nifhem. Jien u l-familja tiegħi?, Ġejt iżżurna?, Marti u ibni?, Rigal tagħna?, Ħolma?!.

Għollejt bil-għaġġla rasi u r-raġel ma sibtux hemm, biss fuq is-siġġu sibt tlett biċċiet injam. Kif rajthom irreal-

izzajt, dawk it-tlett biċċiet injam li sibt wara l-laqgħa mas-Sagra Familja fil-bidu tas-sena. Possibbli?!!

Iva hekk hu kemm il-darba ħassejt l-istess damdim u sturdament imma ma tajtx każ, kienu qed jistidnuni mmur nerġa nżurhom. X’familja dik! Mhux talli ma ħadux għalihom li ma mortx imma ġew huma jżuruni. Imma kemm jien baħnan biex ma ntbaħtx?!. Kont għadni mitluf f ’dawn il-ħsibijiet meta ħareġ tabib. ‘Sur Attard, illum seħħ miraklu martek salvat u għadha kemm welldet tifel f ’saħħtu. Filli kien jidher kollox mitluf u martek bdiet ti-tlef il-ħajja kull ma jmur filli f ’daqqa waħda reġgħet lura għan-normal. Sp-jegazzjoni medika ma għandix jekk temmen irringrazzja lil Alla għax dan żgur xi intervent sopranaturali.’

Bilkemm ridt nemmen għannaqt it-tabib u qbadt u dħalt minn fejn ħareġ it-tabib u hemm insib lill-marti mitluqa għajjiena imma imbissma u fi ħdanha ġmiel ta’ tifel liema bħalu isoff subgħajh.

Inxtħett għarkubtejja ħdejn is-sodda bid-dmugħ f ’għajnejja u bist lill-marti fuq moħħha u mellist ras it-tifel fil-waqt li bl-id l-oħra għafast it-tlett biċċiet injamiet li kont għadni kemm ġbart minn fuq is-siġġu li fuqu kien dak ir-raġel. ‘Claire ismu jkun Josef nitolbok’, għidtilha jien.

B’leħen għajjien weġbitni lura: ‘Hekk ikun tibżax għax jien u nintilef minn sensija immaġinajt li dawk il-persuni tal-kwadru li hemm faċċata nqalgħu minnu u ġew jgħamluli l-kuraġġ.’

Ksaħt, ħarist faċċata u nara kwadru li fih kien hemm:

Mara b’għajnejha żoroq

Raġel bid-daqna u xagħru twil

B’ġilju fidejħ u ħarsa ta’ skiet

U tfajjel qed jilgħab bi tlett injamiet.

64

Is-Sagra Familja.Artal ta’ San Ġużepp, Bażilka ta’ Marija Awżiljatriċi, Valdocco, Turin (awtur mhux magħruf).

66

Proża u Poeżija

67

Godwin CiniImwieled Raħal Ġdid, sa minn meta

kien żgħir kien iħobb il-festa u l-kant fil-Knisja. Wara li żżewweġ mar jgħix l-Imsida u kien membru tal-Kumitat tal-Banda San Ġużepp tal-lokal. Ak-

tar tard kien ukoll Assistent Segre-tarju mal-Banda Sant’Anna ta’

Wied il-Għajn. Membru f ’diversi għaqdiet fosthom fil-Kor Sant’Anna

u Poeti Maltin.

Aħna ċerti mill-għaqal li kellu Ġużeppi,Minn kemm kien bieżel u ħanin,

Minn kemm Ġużeppi kien jadura lil Marija,U minn kemm kien iħobb lil Ġesù Bambin.

Kulħadd jaf li Ġużeppi kien raġel tas-sengħa,Kien mastrudaxxa mustaċċun mill-kbar,

U meta jlesti x-xogħol li jordnawlu,Kien jeħodulhom fuq dahar il-ħmar.

Jiena ċert li Ġużeppi lill-ħmar kien jieħu ħsiebu,Kien iħobbu, jitimgħu, jaħslu u ma jaħqrux,

U meta kien jixrob xi qatrejn tal-għenba,Ġużeppi kien jibqa’ d-dar u l-ħmar ma jsuqux.

U inti tagħmel bħal Ġużeppi,meta tieħu xi naqra xorb irqiq?

Il-karozza tħalliha pparkjata,jew toħroġ tiġri biha fis-sakra, fit-triq?

Bħall-kbir Ġużeppi li kien tant bil-għaqal,Tal-karozza tieħu ħsieb u tagħmlilha l-manteniment?

Jew tibqa’ ssuqha u tfajrilha,Waqt li tissogra li jkollok xi aċċident!

68

Proża u Poeżija

69

Lill-Kavallier Ġużeppi Muscat Azzopardi b’sinjal ta’ qima fil-jum tal-festa tiegħu.

Għajnejh għalaq, Ġużeppi; u r-ruħ sabiħaMinn ġismu tiġri ħarġet wisq ferħana:

U, kif kien ħaqqha, fost id-daqq u l-għana,Niżlet tittajjar qalb l-erwieħ mistrieħa.

Dawna, għal din id-dehra u l-ħelwa fwieħaLi kellu fuqu, fis laqgħuh daħqana;

Għax b’iben u missier għarfuh lil danaTa’ Dak li kellu jagħmilhom rebbieħa.

“Ersaq”, qalu l-Profeti u s-Slaten kollha,Jibku bil-ferħ, jitgħaxxqu b’dik il-ħlewwa

Li f ’ħajtu tant iżżejjen, mar jitgħolla.

“Ersaq: id-dawl li bih int dħalt hawn ġewwaQiegħed juri li ż-żmien biex ruħna iħollha

Minn dan id-dlam, mhux bogħod, ‘ma feġġ tas-sewwa.

A. F. Serge

Din il-poeżija dehret fuq il-gazzetta “Il-Ħabib” nharit-8 t’April 1913. (Ħajr: Marita Cassar)

It-Transtu ta’ San Ġużepp.Affresk ta’ Tommaso Pollaci li jinsab fil-Knisja ta’ San Ġużepp f ’Caltanissetta.

70

Mużika u Banda

71

Daniel Vella

Magħruf l-aktar għall-imħabba kbira li għandu lejn il-baned u l-

marċi Maltin, huwa preżentament jipproduċi u jippreżenta diversi

programmi ta’ marċi fuq stazzjoni-jiet radjufoniċi, fosthom dak naz-

zjonali u dawk f ’irħula Maltin.

F’dan l-artilku tiegħi għall-ktieb tal-festa 2011 ser inkompli nagħti aktar informazzjoni b’ħarsa lejn il-ġawhra ta’ recordings li ħarġet matul is-snin il-Banda Sagra Familja.

Din is-sena imiss żewġ recordings oħra ċelebri ta’ marċi brijużi u popo-lari: dak tas-sena 1990 u dak tas-sena 1992, li huma żewġ settijiet ta’ marċi mill-isbaħ.

Bħal kull Soċjetà Mużikali oħra Malt-ija, hekk kif tibda’ tinħass l-atmosfera sabiħa u allegruża tal-festa tradiz-zjonali tal-lokal fost il-bidu tal-pre-parazzjonijiet, insibu fuq quddiem nett l-impenn ewlieni tal-Banda. Kunċerti spiss kif ukoll minn xhur qabel isir il-famuż recording tal-marċi li naturalment huma l-istess marċi li jkunu ser jindaqqu mill-banda fil-ġimgħat tal-festa. Intant fl-1990 il-Banda Sagra Famil-ja, ftit ġimgħat qabel il-festa ta’ San Ġużepp, ħarġet b’mod uffiċjali sett ta’ marċi, tal-widna, varjati u fuq kollox allegrużi.

Dan is-sett tal-1990 jiftaħ bl-Innu Marċ Sagra Familja tas-Surmast Lorenzo Gonzi filwaqt li l-ewwel taqsima ta’ dan it-tape insibu dawn il-marċi: Ferħanin ta’ Mro. Em-manuel Bugeja, Valley of Roses tal-Profs. Charles Zammit, El Picador tal-Maġġur Anthony Aquilina, Ta’ Luretu ta’ Mro. Gabriel Muscat, u Galaxy ta’ Mro. Paul Schembri.

Fit-tieni parti insibu dawn il-marċi: Maria Dolores ta’ Mro. Ugo Buhagiar, Blue Banner ta’ Mro. Luigi Bongailas, Roti Joe ta’ Mro. Emmanuel Bugeja, Tony (il-Famuża Koppla) ta’ Mro.

Willy Attard, Maria Pia ta’ Mro. Paul Schembri, kif ukoll l-Imgħallem tal-Maġġur Anthony Aquilina. Dan is-sett jiġi fi tmiemu bl-Innu tal-Banda Sagra Familja tas-Surmast attwali Mro. Ugo Buhagiar.

Il-Banda Sagra Familja waqt dan ir-recording kienet diretta mis-Sur-mast Ugo Buhagiar, liema recording sar ġewwa l-istudjos tad-ditta Boffa ġewwa Raħal Ġdid. Hawnhekk tajjeb ngħid li dan huwa wieħed mill-isbaħ recordings li għamlet il-Banda Sagra Familja b’taħlita ta’ marċi filwaqt li hawnhekk interessanti insemmi li dan huwa l-unika recording mid-diversi recordings oħrajn tal-Banda Sagra Familja, fejn mall-ħoss tal-marċi u l-banda hemm ukoll il-famuż ċimblu (Glockenspiel) li dak iż-żmien fis-snin 90 kien popolari ħafna mall-baned. M’hemmx dubju li dan l-istrument jaqta’ element sabiħ fil-ħoss tradiz-zjonali tal-marċ Malti filwaqt li huwa wkoll argument ta’ gosti wkoll.

Recording ieħor li huwa parti mill-impenn u s-servizzi tal-Banda Sagra Familja sa mit-twaqqif mill-ġdid tal-banda fil-Kalkara fl-1987 huwa dak li sar fl-1992, sett ieħor ta’ marċi brijjużi.Bħal kull recording ieħor tal-Banda Sagra Familja dan is-sett jiftaħ bl-Innu Marċ Sagra Familja ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, filwaqt li għal dawk li huma marċi nsibu l-ewwel parti b’dawn il-marċi: Lukylie (tat-Taraġ) ta’ Mro. A. Mizzi, Ryan (Bernadette) ta’ Mro. R. Pisani, Ian tal-Maġġur A. Aquilina, Joseph ta’ Mro. A. Mizzi, u Dilettanti tan-Nar ta’ Mro. U. Buhagiar.

Fit-tieni parti nsibu: The King ta’ Mro. A. Mizzi, Festa Kbira ta’ A. Gatt, Faqqahielu ta’ Mro. J. Mamo, El-Bimbo

ta’ Mro. P. Schembri, u Toni ta’ Mro. Emm. Spagnol. Dan is-sett jiġi fi tmie-mu bl-Innu tal-Banda Sagra Familja tas-Surmast attwali Mro. Ugo Bu-hagiar.

Wieħed jista’ wkoll jgħid li dan is-sett tal-1992 għandu tiżwieqa sabiħa, b’numru ta’ marċi li għal dak iż-żmien kienu popolari, filwaqt li hemm oħrajn li sal-lum il-ġurnata baqgħu timbru fil-festi tagħna u li baqgħu popolari fost id-dilettanti kollha tal-marċi Maltin.

Dawn iż-żewġ recordings, li huma xhieda ta’ banda attiva fil-Kalkara b’mod speċjali fil-festa tal-Patrun Glorjuż San Ġużepp, illum jinsa-bu wkoll riprodotti fuq cds li ġew maħruġa miċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja fis-sena 2006.

Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Ħarsa lejn ir-recordings tal-Banda Sagra Familja(it-tielet parti)

Mużika u Banda

73

2011Data

Il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2011

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2011

It-Tnejn 4 ta’ Lulju 2011

It-Tnejn 4 ta’ Lulju 2011

It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju 2011

Il-Ħadd 10 ta’ Lulju 2011

Il-Ħadd 10 ta’ Lulju 2011

It-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2011

Is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2011

Avveniment u Post

Festa Santu Wistin, Valletta

Festa Trinità Qaddisa, Marsa

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa Santa Marija, Ħal Għaxaq

Festa Madonna ta’ Lourdes, Paola

Servizz

Marċ t’akkumpanjament

Marċ u Programm Mużikali

Marċ Ħruġ min-Niċċa

L-aħħar Kunċert Ġenerali

Programm Mużikali fuq il-Planċier

Marċ tas-Sagra Familja

Marċ ta’ filgħodu

Marċ tal-aħħar

Marċ t’akkumpanjament

Marċ brijuż ta’ lejlet il-festa

Nappellaw lill-bandisti tal-post sabiex jieħdu nota ta’ dawn is-servizzi.Appell ukoll lill-partitarji biex jattendu numerużi kull fejn tieħu sehem il-banda tagħna.

Servizzi mill-Banda Sagra Familja

Bandist Gdid.

mall-Banda Sagra FamiljaDin is-sena wieħed mill-allievi tal-Banda Sagra Familja se jkun qed jingħaqad mal-istess banda bħala bandist tal-post. Staqsejnieh jikteb xi ħaġa dwaru sabiex insiru nafuh aħjar:

Jisimni Carl Farrugia u noqgħod Ħaż Żabbar. Għandi ħmistax-il sena u mmur l-iskola tal-Kulleġġ Santa Margerita Verdala f ’Bormla. Bdejt it-tagħlim tal-mużika ġewwa l-Kulleġġ Santa Margerita taħt is-Surmast Ugo Buhagiar u wara komplejt l-istudji tiegħi mall-Banda Sagra Familja taħt l-istess Surmast Direttur għal madwar tliet snin. Jien qed nitgħallem indoqq tliet strumenti li dawn huma: it-tambur, l-althorn u l-glockenspiel fejn nipprattika uħud minnhom fl-iscouts. Għaldaqstant jiena mall-Banda Sagra Familja ħa nibda ndoqq it-tam-bur. Jiena minn dejjem kelli l-ħajra li nibda’ ndoqq xi strument u l-aktar li bdew iħajruni biex nibda ndoqq kienu xi familjari illi jdoqqu ma’ baned oħra. Il-passatempi tiegħi huma li nilgħab il-futbol, ngħum,

noħroġ ma’ sħabi, nisma’ d-diski u nilgħab fuq il-kompjuter. Jien ninsab kburi u ferħan li din is-sena ser noħroġ indoqq mall-Banda Sagra Familja.

Carl Farrugia (Batterija) flimkien mas-Surmast DiretturMro. Ugo Buhagiar.

74

Mużika u Banda

77

Paul Bongailas

Iservi bħala membru fil-Kummiss-joni Banda Sagra Familja. Matul is-snin serva f ’diversi karigi fis-

Soċjetà, fosthom f ’dik ta’ Kaxxier tal-Kumitat Ċentrali, kif ukoll bħala Delegat tal-Banda. Kien

wieħed minn grupp li fl-1996 iffur-maw il-Kummissjoni Żgħażagħ.

F’dan l-artiklu ser nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi informazzjoni dwar il-mużika li ser tindaqq matul il-programm mużikali annwali tal-Banda Sagra Familja fuq il-Planċier Ġawhra Ġużeppina nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011.

Matul dan il-programm il-banda se ddoqq mużika varjata, fejn nagħtu bidu per-mezz ta’ mużika klassika fl-ewwel parti u nkomplu b’dik moderna fit-tieni. Nat-uralment dan il-programm jiftaħ bl-Innu Marċ Sagra Familja kompożizzjoni tal-ewwel Surmast Direttur Mro. Lorenzo Gonzi, innu marċ li tant aħna kburin bih minħabba l-istil tiegħu. Il-programm jagħlaq bl-Innu lill-Banda Sagra Familja kompożizzjoni tas-surmast attwali Mro. Ugo Buhagiar.

Morning, Noon and NightFranz Von Suppè

Il-kompożitur Franz Von Suppè twieled nhar it-18 ta’ April 1819 u miet fil-21 ta’ Mejju 1895. Suppe huwa dixxendenti minn familja Belġjana li kienet emigrat lejn id-Dalmazja, probabbilment lejn is-seklu 18. Suppè qatta’ t-tfulija tiegħu f ’Żadar, fejn kien ġie mħarreġ fl-ewwel studji mużikali u anke beda jikkom-poni, avolja ta’ età żgħira.

L-overture Morning, Noon and Night hija waħda mill-ewwel xogħlijiet ta’ Sup-pè u hija ta’ ġeneru li jmur qabel l-operetta, mimli umoriżmu, bil-kant. Ma nistgħux ngħidu li fiha xi storja partikulari, tant li din it-tip ta’ mużika kienet tintuża bħala introduzzjoni sabiex tikseb l-attenzjoni tal-udjenza, iżda fiha l-kompożitur juri l-abbiltà kollha tiegħu.Franz Von Suppe

(1819-1895)

TurandotGiacomo Puccino

Giacomo Puccini twieled fil-belt ta’ Lucca ġewwa l-Italja fl-1858 minn famil-ja ta’ mużiċisti. Huwa kompożitur Taljan tal-opri mill-aktar magħruf, fejn jispikkaw kompożizzjonijiet bħal La bohème, Tosca, Madama Butterfly u Turan-dot. Mużika miktuba minnu għadha popolari sal-lum il-ġurnata.

Turandot hija opra fi tliet atti, b’librett bit-Taljan ta’ Giuseppe Adami u Renato Simoni. Għalkemm l-ewwel interess fis-suġġett minn Puccini kien ibbażat fuq ir-reċta ta’ Friedrich Schiller, xogħlu huwa aktar ibbażat fuq kitba aktar antika minn Carlo Gozzi. Ta’ min jgħid li Turandot ma kienetx mitmuma sal-mewt ta’ Puccini, u kellha titkompla minn Franco Alfano, bl-ewwel eżekuzzjoni sseħħ fil-25 t’April 1926 fit- Teatro alla Scala ġewwa Milan.

Turandot hija kelma Persjana li tfisser “it-tifla ta’ Turan”, fejn Turan huwa reġjun fiċ-ċentru tal-Asja. L-istorja hija bbażata fuq il-ktieb ta’ stejjer Persjani bl-isem “Il-Ktieb ta’ Elf u Ġurnata”, fejn insibu l-karattru ewlieni ta’ Turandot.Giacomo Puccini

(1858-1924)

78

Amparito RocaJaime Teixidor

Jaime Teixidor twieled ġewwa Barċellona fis-16 t’April 1884 u miet f ’Baracaldo fit-23 ta’ Frar 1957. Kien mużiċista Spanjol, surmast, pubblikatur u kompożitur ferm magħruf. Wara li studja l-kompożizzjoni u d-direzzjoni f ’Barċellona, huwa ngħaqad mal-armata bħala mużiċista fl-1906, fejn kien idoqq is-sassofonu. Sar Surmast Direttur tal-Banda tar-Riġment numru 68 fil-belt awtonoma Spanjola ta’ Melilla fuq il-kosta Marokkina.

Fl-1924 inħatar bħala Surmast mal-banda ta’ Carlet u beda jgħallem il-pjanu u l-vjolin, u ftit snin wara mar Valencia fejn idderieġa banda oħra hemmhekk. Fl-1928 rebaħ konkors li permezz tiegħu beda jidderieġi l-banda muniċipali ta’ Baracaldo, fejn dam sakemm miet. F’din l-istess belt waqqaf kumpanija li tip-pubblika l-mużika. Huwa kkompona mall-500 biċċa xogħol mużikali, fosthom l-iktar waħda magħrufha Amparito Roca, miktuba fl-1925 li ndaqqet l-ewwel darba fit-Teatro del Siglo f ’Carlet f ’Settembru.

Amparito RocaWieħed mill-ewwel recordings ta’ dan il-marċ Spanjol mill-Banda de la Academia General Militar.

Endearing Young CharmsStanley H. Boddington

Stanley Boddington kien kurunettista żgħażugħ meta fl-1933 ħa d-direzzjoni tal-ewwel banda tiegħu, permezz ta’ Fred Felton. Din kienet il-banda Virtuosi GUS, li dam imexxieha għal erbgħin sena sħaħ.

Stanley ħadem u tgħallem mingħand William Halliwell u Harry Mortim-er, iżda dejjem esperimenta l-abbiltà mużikali tiegħu permezz ta’ stil ġdid u mexxej. Huwa rebaħ bosta kampjonati fir-Renju Unit, li maż-żmien għamluh kompożitur popolari. Fost dawn ta’ min insemmu sitt Kampjonati Nazzjonali u żewġ British Open Championship.

Il-kompożizzjoni Believe Me, if All Those Endearing Young Charms hija kan-zunetta tradizzjonali popolari tal-bidu tas-seklu 19 mill-Irlanda u l-Amerka. Il-poeta Irlandiż Thomas Moore kiteb il-kliem fl-1808. L-arranġament għall-banda sar minn Mro. Carmelo Caruana.

Stanley H. Boddington(1905-1986)

La Vita è BellaNicola Piovani

La vita è bella huwa film bil-lingwa Taljana tal-1997 li jirrakonta l-istorja ta’ Lhudi-Taljan bl-isem ta’ Guido Orefice (parti maħduma mill-attur Roberto Be-nigni li kiteb u anki dderieġa dan il-film), li jkollu jħaddem l-immaġinazzjoni fertili tiegħu biex jgħin il-familja tiegħu waqt l-internament ġewwa kamp ta’ konċentrament Nażista.

Fl-Academy Awards tal-1999, Benigni rebaħ il-premju tal-aħjar attur, filwaqt li l-film rebaħ mhux biss il-premju tal-aqwa film b’lingwa barranija, iżda wkoll il-premju tal-aqwa mużika drammatika oriġinali.

Il-mużika tal-film ġiet miktuba minn Nicola Piovani, li huwa kompożitur Tal-jan li twieled fl-1946 ġewwa Ruma, u meqjus bħala mużiċist li jispeċjalizza fil-klassiku leġġer. Piovani kiteb aktar minn 130 biċċa mużika għall-films. L-arranġament għall-banda sar minn Mro. Archibald Mizzi.Il-poster uffiċjali tal-film.

Introducing the BandKees Vlak

Cornelis (Kees) Vlak twieled ġewwa Amsterdam fit-30 ta’ Settembru 1938. Huwa kompożitur magħruf Olandiż, kif ukoll kurunettista mfittex. Fil-kompożizzjonijiet tiegħu madwar id-dinja, bosta drabi uża psewdonomi min-flok ismu, bħal Robert Allmend u Llano en Dick Ravenal.

Waħda mill-aktar siltiet popolari li kiteb hija bla dubju ta’ xejn Introducing the Band li tintuża ħafna bħala mużika moderna sabiex jinfetaħ xi kunċert mużikali.Matul din is-silta, id-direttur tal-banda jintroduċi biċċa biċċa s-sezzjonijiet dif-ferenti li jkunu qegħdin jiffurmaw il-banda. Kees Vlak

(1938- )

GlasnostDizzy Stratford

Din il-kompożizzjoni tal-kompożitur modern Dizzy Stratford, tissimbolizza t-twelid ta’ Russja ġdida fiż-żmien tal-President Russu Mikhail Gorbachev. Dan kien qed jiġri permezz tal-ftuħ liberali tal-affarijiet pubbliċi (bir-Russu glas-nost), kif ukoll tar-riforma politika u ekonomika (bir-Russu perestroika).

Il-kompożizzjoni Glasnost toffri biċċa xogħol li turi viżjoni moderna tal-mużika Russa. Minħabba f ’hekk, Dizzy Stratford jagħżel li jgħaqqad l-innu nazzjonali tal-Unjoni Sovjetika ma’ żewġ melodiji tradizzjonali li, b’ritmu enerġetiku iżda sod fl-istess ħin, jagħtu bixra ta’ riħ ta’ bidla u libertà fis-soċjetà Russa. Iż-żewġ melodiji tradizzjonali huwa l-kanzunetta ta’ Volga Boatman, u d-Dance of the Sugar Plum Fairy mill-ballet The Nutcracker ta’ Tchaikovsky.

Pirates of the CaribbeanHans Zimmer

Hans Florian Zimmer twieled fit-12 ta’ Settembru 1957 u huwa kompożitur Ġermaniż ta’ mużika tal-films, kif ukoll produttur ta’ mużika oħra. Għal dawn l-aħħar tletin sena, Zimmer ikkompona mużika għal iżjed minn 100 film, fosthom uħud li kienu popolari ħafna fis-swali taċ-ċinema. Insemmgħu fost l-oħrajn films bħal The Lion King, Gladiator, The Dark Knight u dawk l-aktar riċenti bħal Sherlock Holmes (2009), Inception (2010), Megamind (2010), Rango (2011), Pirates of the Caribbean: On Stranger Tides (2011), u Kung Fu Panda 2 (2011).

Zimmer qatta’ l-ewwel parti tal-karriera tiegħu fir-Renju Unit, sakemm mar fl-Istati Uniti fejn sar il-kap tat-taqsima tal-mużika tal-kumpanija magħrufa Dreamworks. Ix-xogħlijiet tiegħu huma magħrufa l-aktar għat-twaħħid tal-mużika eletronika ma’ dik tradizzjonali orkestrali. F’dan ir-rigward huwa rċieva bosta premji u unuri.

Pirates of the Caribbean huwa serje ta’ films ta’ fantasija u avventura taħt id-direzzjoni ta’ Gore Verbinski u Rob Marshall. Huma bbażati fuq theme park ta’ Walt Disney bl-istess isem, bil-karattru tal-Kaptan Jack Sparrow (Johnny Depp) u bosta karattri oħra. L-ewwel film ħareġ fis-sena 2003 bl-isem ta’ Pirates of the Caribbean: The Curse of the Black Pearl. Tliet snin wara ħareġ it-tieni film, u sena wara t-tielet wieħed. Ir-raba’ film ħareġ propju din is-sena b’sistema diġitali 3D.

Hans Zimmer(1957- )

79

Dizzy Stratford

Mużika u Banda

80

81

Soċjetà

83

Melvin CallejaSegretarju, Kummissjoni Żgħażagħ

Beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja tal-Kalkara, u wara fil-

Liċeo ta’ Verdala. Aktar tard studja fil-Higher Secondary tan-Naxxar.

Bħalissa jokkupa l-kariga ta’Segretarju fil-Kummissjoni

Żgħażagħ Sagra Familja.

na erba’ snin ilu, u tul dawn is-snin bqajna nieħdu ħsieba u sebbaħnieha sabiex illum nistgħu ngħidu li dan il-proġett huwa lest. Kienu erba’ snin ta’ qtiegħ il-qalb. Ċertu xogħol bħal xkatlar, żebgħa, twaħħil ta’ skultura, eċċ. sar minna stess, iżda drabi oħra ridna minn ħaddieħor sabiex jgħinna u jaħdmilna fuq il-kolonna. Ħaġa oħra ta’ taħbil ir-ras kien il-ġbir ta’ flus. B’wiċċi minn quddiem ngħid li l-flus qatt ma kienu daqstant prob-lema, għax l-iskema ta’ ġbir li ħloqna għenet ħafna kif ukoll meta dorna fuq il-partitarji u l-membri tagħna dejjem sibna appoġġ sħiħ, u ta’ dan ngħidulkom grazzi. Iżda ovvjament dejjem jidħlulek id-dubji jekk hux ser tlaħħaq mal-ispejjeż jew le. Bħala Kummissjoni aħna naħdmu li malli xi ħaġa tkun lesta, għandna nħallsu mill-ewwel kif dejjem għamilna.

Wara li s-sena l-oħra rajna xi skultura mwaħħla mall-kolonna, din is-sena komplejna nżidu aktar u aktar skultu-ra. Ftit wara li għaddiet il-festa 2010 is-Sur Eddie Hili kompla jaħdmilna fuq xi skultura oħra. Kien fadal ammont mhux ħażin u b’hekk għal Settem-bru kellna xi biċċiet oħra fil-maħżen tagħna. Fl-istess xahar, l-induratur Daniel Busuttil beda x-xogħol min-

naħa tiegħu fejn beda jindura bid-de-heb il-panewijiet. Dan ix-xoghol ma tantx ħa fit-tul, sabiex b’ hekk għall-bidu ta’ Ottubru Emmanuel Micallef beda jaħdem fuq l-irħamar. Ikolli nametti, li l-ewwel darba li rajt biċċa mill-bażi rħamata bqajt impressjonat u emozjonajt ruħi. Veru kien ser ikoll-na biċċa xogħol ta’ kiesaħ li f ’raħalna żgur li għad m’hawnx.

Iż-żmien kompla għaddej u tista’ tgħid li sa Novembru l-kolonna kienet irħamata kollha. Sadanittant, Daniel Busuttil beda jaħdem fuq l-indurat-ura tal-iskultura. Minn hawn ukoll nixtieq ngħid proset lis-Sur Busuttil tax-xogħol u tal-pariri li tana. Lejn l-aħħar ta’ Novembru ngħata l-verniċ lill-kolonna mis-Sur Joseph Cini bil-għajnuna tas-Sur Bjorn Mifsud.

Iż-żmien baqa’ għaddej u kull tant żmien aktar skultura kompliet ti-tlesta, tingħata ż-żebgħa protettiva u l-undercoat u minnufih tittieħed għand Daniel Busuttil sabiex jindu-raha. Ix-xogħol baqa’ dejjem sejjer hekk sakemm fl-aħħar tista’ tgħid rajna r-riżultat finali. Riżultat li ser ikun jista’ jitgawda fi Pjazza Sagra Familja f ’din il-festa u j’Alla din il-biċċa opra hekk sabiħa tibqa’ titgawda għal ħafna u ħafna aktar snin, kemm mill-Kalkariżi kif ukoll mid-dilettanti kollha tal-festi Maltin.

L-aħwa dan hu il-15 il-messaġġ li l-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja qed tikteb f ’dan il-ktieb. Dan ifisser li għaddew 15-il-sena minn fuq din l-ewwel kif ukoll unika Kummissjoni Żgħażagħ fil-Kalkara. Ħames snin ilu kont għidt li nħossni kburi li kont qed nikteb il-messaġġ f ’għeluq l-10 snin. Illum inħossni ferm aktar kburi li qed nikteb ukoll il-messaġġ tal-15-il sena mit-twaqqif. Inħossni ħafna aktar kburi mhux għax jien waħdi nagħmel xi differenza fil-każin, anzi, li kieku mhux għax ikunu l-membri u partitarji oħra kieku qatt ma jsir xejn. Iżda nħossni hekk kburi għax din il-Kummissjoni baqgħet dejjem tikber, baqgħet dejjem taħdem fuq diversi proġetti għall-festa, baqgħet dejjem tagħmel ġieh lis-Soċjetà tagħna kif ukoll lil raħalna. Qatt ma waqafna u qatt ma konna kuntenti biżżejjed b’ dak li għamilna, iżda dejjem irridu nagħmlu aktar.

Kulħadd jaf x’inhu l-proġett prinċipali tagħna bħalissa: dak tal-kolonna ta’ San Ġużepp. Nimmaġinakom tgħidu, dejjaqtuna tul dawn l-aħħar tlieta jew erba’ snin dejjem ittambru u titkellmu fuqha. Iżda dan il-proġett kien għalina wieħed ta’ sodisfazzjon kbir. Għalina ż-żgħażagħ kienet bħal tarbija li wellid-

15-il Sena ta’ Suċċessi

Kumitat tal-Kummissjoni Żgħażagħ 2010/11Quddiem: Joseph Grech (Ass. Segretarju), Melvin Calleja (Segretarju), Andrew Cilia (Chairperson), Gerald Spiteri (Kaxxier), Josette Xuereb (Ass. Kaxxiera).

Wara: Stefan Farrugia, Jonathan Calleja (Ass. Chairperson), Ryan Stivala,Melanie Darmanin. Nieqes mir-ritratt: Wayne Azzopardi.

84

standardi ta’ diversi każini u għaqdiet f ’Malta. Parti oħra kienet iddedikata għal ritratti u statwi ta’ San Ġużepp li jintramaw fid-djar. Ma setax jon-qos ukoll li jkun hemm stand fejn fih nagħtu ħarsa lejn il-ħidma tal-Kum-missjoni Żgħażagħ Sagra Familja tul dawn il-15-il sena. Kien avveniment sabiħ u uniku għalina. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li għenu sabiex din l-attività tkun waħda ta’ suċċess. Nixtieq nieħud din l-op-portunità biex nirringrazzja xi persu-ni oħra fosthom lis-Sur Robert Grech u lis-Sinjura Janet Debrincat.

Ovvjament l-attivitajiet ta’ qliegħ komplew isiru kważi kull xahar. Dawn kienu jinvolvu ikliet, barbques, foot-ball tournaments, lotteriji u ħafna ġbir ieħor. Waħda mill-aqwa attivitajiet li qatt kellna kienu iż-żewġ ikliet li kel-lna fl-okkażjoni tal-Malta Fireworks Festival f ’April. Kienu żewġ attivita-jiet fejn in-nies litteralment ħonqu l-wesgħa ta’ wara l-maħżen. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara tal-għajnuna li de-jjem sibna mingħandu.

Grazzi lil kull min attenda għal dawn l-attivitajiet. Nafu li kulħadd ikollu l-problemi tiegħu, iżda naprezzaw ħafna il-preżenza kontinwa tagħkom fl-attivitajiet tal-każin. Attività oħra li beħsiebna nagħmlu fil-futur ser issir f ’Settembru, eżattament fix-xahar li fih twaqqfet il-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja, iżda aktar informazzjo-ni tingħata aktar ’il-quddiem.

L-ispazju ta’ dan il-ktieb huwa wieħed limitat u ma nixtieqx intawwal ħafna aktar, iżda qabel nagħlaq dan il-messaġġ nixtieq inwassal messaġġ

Iżda din is-sena kienet impenjattiva ferm mhux fejn tidħol kolonna biss. Fuq kollox għax qegħdin niċċelebraw il-15-il-sena mit-twaqqif ta’ din il-Kummissjoni Żgħażagħ. Malli fforma l-kumitat il-ġdid ġie mfassal kalen-darju ta’ attivitajiet u avvenimenti sabiex jitfakkar dan l-anniversarju. Jeremy Cachia ġie kkumissjonat sa-biex jgħamlilna logo għal dan l-anni-versarju. Logo mill-isbaħ li dejjem ġie mdaħħal fl-attivitajiet u publikazzjon-ijiet fost l-oħrajn.

F’Jannar 2011, ftaħna s-sena billi rrin-grazzjajna lil Alla ta’ dawn is-snin b’quddiesa. Quddiesa li kienet bil-parteċipazzjoni tal-membri tal-Kum-missjoni, fejn jidħlu qari u offerti. F’Jannar ukoll, membri u partitarji ingħaqdu flimkien sabiex jagħmlu ġest nobbli, dak li jingħata d-demm. Xtaq-na li nagħtu xi somma flus lil min kien fil-bżonn iżda f ’dan l-istadju ma kienx possibbli. B’hekk ideċidejna li bil-ġest nobbli tagħna konna ser nagħtu aktar minn flus, anzi kellna l-opportunità nagħtu l-ħajja lil min kellu bżonn. Bqajna fuq it-tema tal-ħajja u f ’Marzu bħala membri ġbarna ammont sabiħ ta’ partitarji sabiex jissieħbu fl-iskema tad-donaturi tal-organi. Dan kien ġest ieħor sabiħ minna ż-żgħażagħ għaliex urejna kemm veru naprezzaw il-ħajja, saħansitra anke wara mewtna.

Kif ħafna minnkom tafu, f ’Mejju nħareġ ktejjeb mill-Kummissjoni. Dan il-ktejjeb fih ħafna informazzjoni dwar il-Kummissjoni, dwar kif twaqqfet, dwar id-diversi proġetti li twettqu matul is-snin, kif ukoll miegħu kien hemm DVD video. Wara d-diversi

fuljetti li l-Kummissjoni ilha toħroġ tul dawn l-aħħar sitt snin, għall-ewwel darba bħala Kummissjoni ħriġna kte-jjeb ta’ livell hekk għoli fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju. Kien ktejjeb sabiħ u aprezzat ħafna, kif ukoll minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-Sur Duncan Brincat tal-għajnuna u l-paċenzja li ħa bina sabiex isir dan il-ktejjeb.

Semmejt ukoll id-DVD video. Iva, f ’dan l-anniversarju, kif sar f ’dak ta’ qabel, ħriġna diska tal-okkażjoni. Dis-ka sabiħa u b’tema żgħażugħa. Diska li ġiet kantata minn waħda mill-aqwa kantanti f ’Malta, Claudia Faniello. Apparti d-diska li l-mużika tagħha saret mis-Sur Andrew Zammit u lirika tal-membru Andrew Cilia, sar ukoll DVD video. Dan id-DVD li tqassam b’xejn ma’ dan il-ktejjeb kien xi ħaġa ġdida għall-festi Maltin. Għaliex xi ħaġa ġdida? Veru ħarġu diversi videos ta’ diski tal-festa, iżda dejjem ikunu edited bil-kompjuter, jew bil-kantanti quddiem xi xeni mill-festa ta’ dak ir-raħal partikolari. Il-video tagħna le, anzi, nista’ ngħid li qattajna nofs ta’ nhar ma’ Claudia Faniello, fejn ġiet iffilmjata l-Barrakka ta’ Fuq bl-isfond tal-Kalkara, fil-Knisja Parrokkjali bis-wit l-istatwa ta’ San Ġużepp fin-niċċa kif ukoll ġewwa l-każin, fis-Sala ‘San Ġużepp’ ħdejn l-istatwa tas-Sagra Familja. Filmati oħrajn kienu waqt ir-recording tad-diska. Kienet espe-rjenza sabiħa li qattajna ħin twil ma’ Claudia Faniello u minn hawn nixtieq nirringrazzjaha ukoll tal-paċenzja li ħadet bina u talli għoġobha tonorana bil-kollaborazzjoni tagħha. Veru so-disfatti bir-riżultat professjonali li lħaqna. Dan minbarra li qassamna ko-pja b’xejn tal-ktejjeb u d-DVD fid-djar tal-Kalkariżi.

Avveniment importanti ħafna għalina kien, li sabiex infakkru dan l-anni-versarju tellgħajna wirja li nfetħet fit-18 ta’ Mejju, l-ewwel Erbgħa ta’ San Ġużepp. Kienet ilha tberren f ’moħħna din l-idea u naħseb li ma stajniex insibu mument aktar oppor-tun sabiex intellgħu din il-wirja. Dan l-avveniment li ġie mtella’ fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali, fejn minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Kappillan tal-għajuna tiegħu, saret wirja ta’

Uħud minn dawk li attendew għall-quddiesa ta’ ringrazzjament li saret f ’Jannar 2011 bħala bidu taċ-ċelebrazzjonijiet f ’għeluq il-15-il anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja.

Saviour Persico, Etienne Camilleri u Paul Persi-co jidhru waqt li qed jagħtu d-demm fiċ-Ċentru

tat-Trasfużjoni tad-Demm f ’Gwardamanġa.

liż-żgħażagħ kollha. Din il-kummiss-joni rat ħafna żgħażagħ jikbru u jsiru rġiel u nisa, hemm minnhom irġiel u nisa bil-familja tagħhom, u bħala Segretarju taż-żgħażagħ inħossni ob-bligat li niġbed l-attenzjoni ta’ ħafna żgħażagħ. Aħna ż-żgħażagħ forsi nitpeġew koroh għax għadna żgħar, forsi nkunu dgħajfa għal ċertu ħażen u tentazzjonijiet, iżda ħbieb żommu dejjem għajnejkom miftuħa sabiex qatt ma taqgħu għall-provokazzjoni ta’ xi individwi bla skop f ’ħajjithom, li l-għan tagħhom hu biss sabiex jaraw x’ inhu jagħmel dak u l-ieħor, jippru-vaw jissemmgħu, jekk dejjem ikun possibbli fuq dik u l-oħra u fl-aħħar jippruvaw isibuk fuq sieq waħda sa-biex minn quddiem jidħqulek u minn warajk jippruvaw jagħmlulek il-ħsara.

Oqgħodu dejjem attenti minn għemilkom, dejjem żommu ’l bogħod minn vizzji ħżiena speċjalment serq u droga f ’ dawn iż-żminijiet hekk ta’ tentazzjoni. Min jiċċappas ma’ dawn l-affarijiet ma jagħmel qatt ġieh la lilu personali, wisq aktar lil niesu. Oqgħodu attenti sabiex ma tiġux f ’ilsien in-nies, għax min jitkaża jaqa’ fil-każa.

Qabel nagħlaq dan il-messaġġ nix-tieq nagħmel ħaġa li qatt m’għamiltha qabel. Din is-sena kienet waħda im-portanti ħafna għalina. Mhux biss minħabba l-anniversarju tal-15-il sena, iżda l-aktar minħabba t-tmiem

sud, Eddie Hili, Emmanuel Micallef, Daniel Busuttil, Joseph Cini u Bjorn Mifsud, tal-pariri siewja li kienu qed jagħtuna u x-xogħol li għamlu, uħud minnhom ukoll b’mod volontarju. Nirringrazzja wkoll lill-membri koll-ha tal-Kummissjoni Żgħażagħ li taw is-sehem tagħhom sabiex din il-ħolma għas-Soċjetà tagħna ssir realtà.

Nistħajjilkom tgħidu qisna qed naraw xi film qed jispiċċa u qed iġib il-credits tal-aħħar. Iżda minn hawn ngħidilkom li mhux il-film spiċċa, iżda biss l-ewwel sensiela tiegħu. Din tal-lum hu għeluq ta’ proġett iżda ftuħ għal proġetti futuri oħra.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja mwaqqfa fl-1996 tixtieq tirringrazzja lil dawn l-individwi talli ssieħbu fl-iskema ta’ ġbir għall-kolonna, flimkien ma’ tliet benefat-turi li baqgħu anonimi: Attard Mario, Brincat Duncan, Borg Albert, Calleja Melvin, Calleja Jonathan, Camen-zuli Jane, Camenzuli Joseph, Cauchi Shaun, Cilia Rita, Cilia Andrew, Cini Jonathan, Darmanin Melanie, Fal-zon Michael, Farrugia Christ, Galea Joe (Bimbu), Galea Lawrence, Gauci Ġużi, Grech Robert, Grech Francis, Grech Carmen, Kent Mary, Mallan Noel, Mifsud Joseph (Ċiniż), Persico Maria, Seguna Janet, Stivala Ryan, Stivala Carmen, Stivala Mario, Spiteri Michael (Miki), Vassallo Mario, Xuer-eb Maria, Xuereb Rita.

tal-proġett tal-kolonna ta’ San Ġużepp, proġett ambizzjuż u importanti ħafna għalina. Ħafna ma jistgħu qatt jifhmu kemm kien proġett importanti għalina u kemm kien hemm nies essenzjali sa-biex isir dan il-proġett.

B’hekk nixtieq niringrazza lil xi ndi-vidwi, bħas-Sur Mario Attard li kien minn ta’ quddiem li wera fiduċja fina sabiex naħdmu fuq dan il-proġett. Lis-Sur Duncan Brincat li dejjem tana l-kuraġġ meta konna qed naqtgħu xi ftit qalbna kif ukoll tad-donazzjoni importanti li tana għal dan il-proġett. Lil Rita Xuereb, Jane Camenzuli u l-familjari kollha tagħhom, li dejjem attendew bi ħġarhom għall-attivitajiet li ntellgħu kif ukoll anke ġieli kienu involuti f ’xi tisjir. Lil Paul Spiteri u l-familja, li ħafna drabi dejjaqniehom meta kien ikollna xi attività li jinvolvi ħafna tisjir.

Nirringrazzja ukoll minn qalbi lis-Sinjuri Lawrence Cini, Anthony Mif-

Soċjetà

85

Dehra ġenerali tal-Wirja ‘Josef Filii David’ li nżammet fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Soċjetà

87

Maria XuerebSegretarja, Kummissjoni Nisa

Ħadet l-edukazzjoni tagħha fi skola sekondarja privata, filwaqt li kom-

pliet l-istudji ġewwa l-iskola se-kondarja ogħla tan-Naxxar. Serviet

għal diversi snin fil-Kummissjoni Żgħażagħ u anki fil-Kummissjoni Nisa, fejn ilha għal dawn l-aħħar

snin fil-kariga ta’ Segretarja.

toroq, il-marċ jiġi kollu mħallas minn Kummissjoni Nisa, kif ukoll waqt il-kunċert , donazzjonijiet għall-proġett jiġu mogħtija lill-Kumitat Ċentrali.

Jiena f ’ismi nixtieq nirringrazzja lil Jane Camenzuli ċ-Chairperson ta’ din il-Kummissjoni tal-ħidma kollha tagħha u tal-paċenzja ta’ kull ġimgħa speċjalment biex isiru bosta pru-mistrati. Lill-kaxxiera tagħna Tra-cy Farrugia u lill-assistenta tagħha Maria Persico u lill-assistenta tiegħi Josette Xuereb. Grazzi mill-qalb, għax mingħajr l-għajnuna ta’ dawn il-ħbieb u partitarji ta’ dan il-każin ma wasaln-iex fejn ninsabu illum il-ġurnata.

Nemmen li jekk ikollok f ’qalbek xi ħaġa għażiża fil-ħajja, jiġri x’jiġri, tagħmel x’tagħmel, qalbek u moħħok jibgħu dejjem hemm u ssolvi kull problema biex żgur kollox jirnexxi u jkun ta’ sodisfazzjon għalina nfusna.

Sodisfatta li nagħmel parti minn din is-Soċjetà, għax bit-tlajjiet u nżul, titgħallem tagħraf kemm vera għandek għal qalbek il-festa u din is-Soċjetà. Fl-aħħar tat-tela’ iebsa ssib dak li tkun tant ilek taħdem u tistinka għalih! U dan is-sodisfazzjon

ċertament li neħduh fiż-żmien tal-fes-ta, fl-aspetti kollha li jsawruha. L-attivitajiet tagħna ikomplu u għalhekk minn hawn nixtieq ngħid grazzi kbira lil dawk kollha li taw sehe-mhom matul din is-sena u snin kollha ta’ qabel biex kull sena l-festa tkun de-jjem aħjar mis-snin l-imgħoddija.

Il-kuraġġ tagħkom ħbieb huwa ta’ saħħa għalina. Bl-attendenza tagħkom fl-attivitajiet tagħna hija ta’ impor-tanza enormi. Għalhekk ejjew u ħudu gost magħna f ’din il-festa li waslet u tinsab wara l-bibien tagħna.

Fl-istess ħin nappella lilkom nisa kollha biex mhux biss tipparteċipaw fil-festa, iżda wkoll biex iġġibu lill-uliedkom lebsin il-flokkijiet tal-festa. Rawmuhom minn issa biex isiru parti minn din is-Soċjetà u biex la jikbru ftit ieħor jibdew jagħtu sehmhom fl-organizzazzjoni tal-festa.

Inħeġġeġ ukoll lil dawk in-nisa li għadhom mhumiex membri tas-Soċjetà sabiex jinkitbu bħala mem-bri għand xi membru tal-Kumitat Ċentrali. Nixtiequ naraw iżjed nisa jagħtu sehmhom u jaħdmu b’riżq din il-festa li tant inħobbu. Il-bibien huma miftuħa beraħ għal kulħadd.

Grazzi u Viva dejjem is-Sagra Familja!

Ħbieb tas-Sagra,

Għaddiet sena oħra u erġajna stinka-jna u ħdimna bħala Soċjetà, għal din il-festa li tant inkunu ilna bil-ħerqa nistennew, il-festa tat-tieni Ħadd ta’ Lulju, il-festa ta’ San Ġużepp. Bħal kull sena is-Soċjetà tagħna tingħaqad biex ittella’ festa kif xieraq, festa mimlija b’kull tiżjin mill-isbaħ, nar mill-aqwa u ta’ kwalità, banda u briju.

Sabiex nilħqu l-għan għal dan kollu, hemm bżonn ta’ inkoraġġiment lis-soċi tagħna għall-ħidma. Kulħadd bil-familja, bix-xogħol, bid-diffikultajiet tiegħu. Imma kważi kulħadd jagħmel l-għalmu tiegħu. U ta’ dan qatt ma nixba’ ngħid grazzi. Din hija il-ħames sena tiegħi bħala Segretarja fi ħdan din il-Kummissjoni Nisa.

Il-mara tad-dar dejjem għaddejja, u għalkemm il-Kummissjoni Nisa mhiex daqshekk numeruża, il-ħidma hija enerġetika. Bħas-sena li għaddiet il-Kummissjoni Nisa qed tagħti sehe-ma fil-proġett tal-każin. L-attivitajiet huma ftit imma mtella’ mill-aqwa u b’mod li tkun sostanzjali għal proġetti tagħna. Nhar il-Ħadd filgħodu, meta jkollna l-marċ ta’ filgħodu madwar it-

Kuraġġ u Determinazzjoni

Kumitat tal-Kummissjoni Nisa 2010/11Maria Persico (Ass. Kaxxiera), Maria Xuereb (Segretarja),Jane Camenzuli (Chairperson), Tracy Farrugia (Kaxxiera),

Josette Xuereb (Ass. Segretarja).

88

Soċjetà

89

hom il-banda matul is-sena. Infatti delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u mill-Kummisssjoni attendew għall-festa ta’ San Ġużepp li saret ġewwa Valguarnera fi Sqallija, fejn nistgħu ngħidu li ġejna milqugħin tajjeb ħafna. Infatti qed isiru kuntatti sabiex inkunu nistgħu nagħmlu ġemellaġġ mużikali bejn iż-żewġ baned.

Is-sisien ta’ Soċjetà Mużikali hija l-banda, u għalhekk din is-sena bde-jna b’inizjattiva li ntlaqgħet tajjeb ferm minn kulħadd. Għall-ewwel darba ġiet organizzata serata għall-allievi. Serata li fiha l-allievi setgħu juru lil mistiedna preżenti fosthom il-ġenituri tagħhom stess il-progress li qed jagħmlu fil-qasam mużikali. Il-ġenituri ġew mistiedna sabiex ukoll ikunu jistgħu jiltaqgħu dirett mas-Surmast kif ukoll mall-membri tal-Kummissjoni. Tajjeb li nsemmi li għal din is-serata kien hemm attendenza tajba ħafna, u ħadu sehem 13-il al-liev, li lkoll ħadmu flimkien mas-Surmast sabiex din is-serata kienet suċċess. Wara l-allievi kollha ingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni kif ukoll attendew għal riċeviment li ġie mhejji apposta għalihom. Din is-sena wkoll il-Kummissjoni ħadet l-inizzjattiva

li tagħmel xi souvenirs bl-arma tas-Soċjetà sabiex dawn ikunu jistgħu jinbiegħu waqt iż-żmien tal-festa. Inħeġġeġ minn hawn lil kull min hu interessat sabiex ikellem lil xi membru tal-Kummissjoni għal dawn is-souve-nirs. Bil-għajnuna tagħkom inkom-plu nwettqu it-tagħlim tal-mużika fir-raħal tagħna. Nixtieq ukoll nappella lil dawk il-ġenituri li uliedhom imħajjrin sabiex jibdew jitgħallmu l-mużika, sabiex ma jibżgħux jagħmlu dan il-pass. Dan jista’ jkun li jfisser li t-tfal tagħkom jiftħu bibien oħra għall-futur tagħhom. Nixtieq nagħlaq billi nirrigrazzja lil sħabi kollha tal-Kummissjoni li de-jjem ħdimna id f ’id sabiex inkom-plu x-xogħol li ġie afdat f ’idejna mill-Kumitat. Grazzi wkoll lill-Kumitat Ċentrali tal-għajnuna u l-kuraġġ li dejjem sibna, kif ukoll lill-fergħat kollha tas-Soċjetà. Nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja wkoll lis-Surmast Mro. Ugo Buhagiar kif ukoll lill-ban-disti u allievi ta’ din is-Soċjetà. Minn qalbi u f ’isem il-Kummissjoni Banda nixtieq li nawgura lill-Kummissjoni Żgħażagħ kull suċċess għall-ħmistax-il sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom. Nawgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha, membri u partitarji ta din is-Soċjetà li ġġib l-isem tal-patrun tagħna San Ġużepp, Kap tas-Sagra Familja.

Ħbieb u partitarji ta’ din l-ewwel Soċjetà Mużikali fil-Kalkara, reġgħet għaddiet sena oħra u dan ifisser li erġajna ser niċċelebraw flimkien il-festa tant għal qalb kull Kalkariż. Fes-ta li nistgħu ngħidu li kibret u ssaħħet mal-medda taż-żmien fejn kull ele-ment li fiha hu importanti sabiex il-prodott finali jkun wieħed li jixraq għall-ġieh ta’ Missierna San Ġużepp u l-familja mqaddsa tiegħu. Il-banda hija l-iżjed element importanti għas-Soċjetà tagħna, tant li naqqxet isimha mhux biss fil-gżejjer Maltin imma wkoll barra min xtutna.

Din is-sena kienet waħda impenjat-tiva ferm għall-Kummissjoni Banda. Bdejna mill-ewwel nippreparaw għall-Kunċert annwali li jsir fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. Kunċert li bħas-soltu kien suċċess kbir għall-banda tagħna. Grazzi minn qalbi lil kull min ta sehmu, kif ukoll b’mod speċjali lis-Surmast Direttur Ugo Buhagiar u lill-bandisti kollha li bis-saħħa tagħhom stajna nipproduċu kunċert ta’ livell hekk għoli.

Il-ħidma tal-Kummissjoni Banda kompliet billi iffinalizzajna is-servizzi kollha li ser tkun qed tieħu sehem fi-

Banda b’sisien sodi

Kumitat tal-Kummissjoni Banda 2010/11Quddiem: Mario Attard (Chairperson u Delegat tal-Banda), Mro. Ugo Buhagiar

(Surmast Direttur), Mario Vassallo (Segretarju)Wara: Marco Calleja (Ass. Kaxxier), Jonathan Calleja (Kaxxier), Joseph Camenzuli

(Viċi Chairperson). Nieqes mir-ritratt: Paul Bongailas (Ass. Segretarju).

Mario VassalloSegretarju, Kummissjoni Banda

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kalka-ra, fil-Junior Lyceum ta’ Verdala u

fl-Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano fejn kiseb eżamijiet tas-City & Guilds. Wara kors tal-MCAST, illum għandu l-professjoni ta’ draughtsman ma’ perit privat.

Iservi bħala Segretarju fil-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

90

Għeżież membri u partitarji, b’wiċċna minn quddiem ngħidu li għaddiet sena oħra u reġgħet waslet il-festa ta’ San Ġużepp. Bħal kull sena, din is-sena kienet waħda impenjattiva ħafna fil-qasam tal-armar u dan għaliex is-Soċjetà tagħna, ta’ kull sena, minbarra li tieħu ħsieb tagħmel manutenzjoni fuq l-armar, tieħu ħsieb ukoll biex sena wara l-oħra tkompli l-proġetti tal-armar li bdejna f ’dawn l-aħħar snin, u anki toħloq oħrajn ġodda. Din is-sena żgur ma kienetx ta’ għajb għas-snin l-oħra.

Wara li stivajna kollox fil-maħżen, bdejna billi sejjaħna laqgħa għal dawk kollha involuti fl-armar biex niddiskutu dak li kellu jsir matul din is-sena bħala manutenzjoni, kif ukoll xi proġetti ġodda li konna se nidħlu għalihom. Għamilnieha ċara wkoll mall-Kumitat Ċentrali li l-iskop tal-għaqda tagħna kien li kull proġett ġdid jiġi finanzjat mill-għaqda stess permezz ta’ ġbir u attivitajiet ma-tul is-sena. Illum li għaddew diversi xhur minn din il-laqgħa nista’ ngħid li l-membri tal-għaqda ħadmu kemm felħu sabiex mhux biss isiru l-proġetti ippjanati, iżda wkoll biex isiru attivi-tajiet u ġbir ta’ fondi li kienu suċċess kbir. Fost dawn insemmi xi attivitajiet li saru fil-każin bħall-Karaoke Nights, ikliet u Playstation Tournaments, kif ukoll oħrajn li saru fuq barra bħall-famużi Carwashes ta’ kull xahar ħdejn il-maħżen u żewġ Football Tourna-ments.

Minn hawn nixtieq nieħu l-oppor-tunità biex nirringrazzja lil kull min ħadem biex ittellgħu dawn l-attiv-itajiet, kif ukoll minn qalbi nirrin-grazzja lil dawk kollha li attendew jew

anki fuq proġetti oħra, ix-xogħol tal-iskultur Eddie Hili tal-ħidma ferm sabiħa tal-iskultura fl-injam, il-kanċell mill-isbaħ xogħol Anthony Mif-sud, l-induratura ferm sabiħa li saret minn Daniel Busuttil, u l-irħamar eċċellenti minn Emmanuel Micallef. Dan kollu fuq disinn tal-bravu Jer-emy Cachia, u bil-ħidma ma taqta’ xejn ta’ bosta voluntiera li ħadmu lejl u nhar sabiex naraw din l-opra lesta. Ma tantx nixtieq intawwal fuq dan il-proġett għaliex naf li iżjed dettalji qed jingħataw fuq il-paġna ddedikata lill-Kummissjoni Żgħażagħ fuq dan il-ktieb annwali.

Prosit lill-Kummissjoni Żgħażagħ ta’ din il-kolonna, verament rigal mill-isbaħ lis-Soċjetà u lill-festa, u nafu li dan mhux talli mhux it-tmiem, iżda huwa sinjal ta’ iktar impenn fil-futur qarib b’risq opri oħra ġodda tal-armar.

Il-Pavaljuni ta’ Triq is-SienjaWara li s-sena l-oħra erġajna kel-lna d-diżappunt li l-ebda pavaljun ta’ Triq is-Sienja, disinn ta’ Silvio Pace, ma kien ġie sfumat, din is-sena qbil-na li dan is-sett ta’ pavaljuni jibda’ jiġi sfumat minn artist ieħor għaliex issa konna ilna sentejn nagħtu ċans u ma naraw l-ebda riżultat ta’ sfumar. Għaldaqstant l-għażla waqgħet fuq Mario Baldacchino minn Ħal Qormi li aċċetta li għal din is-sena jlesti żewġ pavaljuni mill-isfumar, u anki jqarreb l-istil ma’ dak użat minn David Borg.

Għalhekk din is-sena se jkollna żewġ 92

RAPPORT TA’ ĦIDMA MILL-GĦAQDA TAL-ARMAR ĠILJU TA’ LULJU

ħadu sehem, kif ukoll dawk l-entitajiet jew persuni oħra li tawna xi sponsors jew donaz-zjonijiet matul is-sena. Dan

kollu jibqa’ jħeġġiġna biex sena wara sena nkomplu l-ħidma tagħna speċjalment

fuq proġetti ġodda, għaliex kif żgur tafu, illum kollox sar

jiswa’ ammont sostanzjali ta’ flus, u għalhekk aħna niddependu ħafna mill-ġenerożità tagħkom.

Din is-sena attendejna wkoll għal kors fis-Saħħa u s-Sigurtà imniehdi mill-Għaqda Nazzjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq li qed tagħmel ħafna ġid billi tgħallimna u tagħtina pariri siewja kif għandu jsir ix-xogħol relatat ma’ dan id-delizzju. Għalhekk nitlob lil kulħadd biex jieħu ħsieb dak li ngħidulu sabiex jonqos il-perik-lu mhux biss fit-toroq iżda anki fil-maħżen fejn isir ix-xogħol manwali.

Il-Kolonna ta’ San ĠużeppXtaqt niftaħ dan il-messaġġ billi nagħti ħarsa lejn biċċa xogħol tal-ar-mar li żgur se tispikka din is-sena, u li l-ħidma fuqha saret mill-Kummissjo-ni Żgħażagħ bl-għajnuna tal-membri tal-Għaqda tal-Armar. Kif induna-jtu qed nirreferi għall-kolonna ta’ San Ġużepp, li din is-sena, fl-okkażjoni tal-15-il sena anniversarju mit-twaq-qif tal-Kummissjoni Żgħażagħ, ser tkun lesta minn kollox.

Qisu l-bieraħ niftakru l-bidu ta’ dan il-proġett, li llum il-ġurnata nafu li ġie jiswa’ eluf kbar ta’ ewro li kollha ġew miġbura miż-żgħażagħ tas-Soċjetà tagħna. U mhux ta’ b’xejn li l-ispiża kienet waħda qawwija, għaliex kollox sar bl-aqwa kwalità, fosthom indu-ratura u irħamar mill-aqwa, skultura fl-injam, kif ukoll xogħol prestiġjuż fil-karpenterija. Minn hawn nixtieq infaħħar ix-xogħol tal-mastrudaxxa Lawrence Cini li ħareġ bl-unuri, u nix-tieq nirringrazzjah f ’isem l-Għaqda tal-Armar tal-paċenzja li jieħu bina

Parti mill-irħamar tal-kolonna l-ġdida ta’ San Ġużepp, xogħol Emmanuel Micallef.

Soċjetà

93

billi se nżanżnu żewġ pitturi oħra tal-istess pittur: il-ħarba lejn l-Eġittu u l-preżentazzjoni fit-Tempju. B’hekk se jkollna issa kważi nofs is-sett lest bil-pittura.

Fir-rigward tal-isfumar, wara li s-sena l-oħra David Borg lesta mill-isfumar il-bandalori kollha tat-triq, din is-sena ġie nkarigat biex ikompli ż-żewġ pavaljuni li fadal, sabiex naraw din it-triq lesta wkoll mill-isfumar. L-iskop tal-Għaqda tal-Armar kif qegħdin taraw huwa mhux biss li tibda’ proġetti ġodda, iżda anki li dawn jiġu ffinalizzati, u meta dan idum xi naqra taż-żmien ċertament li ma jkunx tort tagħna.

Il-Pavaljun tad-DawlŻgur wieħed mill-akbar proġetti ta’ din is-sena u li diġà huwa fuq fomm kulħadd huwa l-pavaljun tad-dawl li se jintrama’ fi Triq Marina, jiġifieri fit-telgħa li mix-xatt tagħti għal ħdejn il-maħżen tal-armar, propju viċin in-niżla tal-kappella tas-Salvatur.

Kien ilu jberren il-ħsieb tal-membri tal-Għaqda tal-Armar sabiex din it-triq, li għamlet żmien twil qas biss tintrama’, isirilha proġett simili għal dak ta’ Triq il-Missjoni Taljana, iżda li jkunu oriġinali u ġdid. Bdejna ftit tas-snin ilu biex saru fustuni ġodda fin-niżla ta’ quddiem il-kappella tas-Salvatur, li permezz t’hekk wassalna d-dawl f ’din iż-żona u sar l-ewwel fustun bit-tubi blu fi Triq Marina wara bosta snin. Sintendi il-ħsieb propja ma kienx dak li ssir triq oħra bil-fustuni, imma li din it-triq issir b’pavaljuni tad-dawl kbar u uniċi. Proġett bħal dan kien jir-

rikjedi finanzi kbar, u għalhekk f ’dan l-aħħar ftit snin warrabnieh fil-ġenb, sakemm fil-laqgħa tal-armar tant in-twera entużjażmu għal dan il-proġett li ddeċidejna li jsir.

Sar disinn mill-isbaħ, fuq stil ta’ pav-aljuni tad-dawl Għawdxin, mid-dis-injatur Għawdxi Joseph Cauchi. Id-disinn elaborat juri fin-nofs l-arma tas-Soċjetà b’raġġiera inkorporata magħha, filwaqt li fil-pendenti naraw forom ta’ ġilji u puttini mpittrin li jagħtu dehra sabiħa lil dan il-pavaljun mhux biss bil-lejl meta jkun mixgħul iżda anki filgħodu. Bħala disinn xtaqnieh li jkun uniku, u għalhekk ġie maqsum fi tlieta biex kollox ikun sp-jegat. Ma nistgħux ma ngħidux prosit lil Joseph Cauchi li verament ħareġ disinn mill-isbaħ għal raħalna.

Ix-xogħol ta’ tfassil u qtugħ ta’ injam, kif ukoll iż-żebgħa kkulurita sar kollu

pavaljuni oħra sfumati, u eżattament wara l-festa se jitkomplew tnejn oħra. B’hekk nistmaw li sa sentejn jew tli-eta oħra jkollna s-sett kollu lest. Minn qalbi nirringrazzja lir-residenti ta’ Triq is-Sienja tal-paċenzja u anki tad-donazzjonijiet tagħhom.

L-Għaqda tal-Armar din is-sena ħadet ħsieb ukoll li tibdel il-ventijiet koll-ha tal-pavaljuni ta’ din it-triq sabiex isiru iżjed sodi, anki minħabba l-piż tas-supraporti tal-istess pavaljuni li minħabba li ġew alterati saru xi ftit ak-tar tqal. Dan ix-xogħol ħa ħsiebu Ryan Stivala flimkien ma’ diversi voluntiera.

Il-Pavaljuni ta’ Triq is-SibiŻgur li s-sena l-oħra Triq is-Sibi kien fiha għaxqa taraha mimlija bil-pav-aljuni, disinn ta’ Silvio Pace, li tlestew kollha mill-ħjata. Minħabba f ’hekk l-Għaqda tal-Armar din is-sena ħadet ħsieb li tkompli dan il-proġett per-mezz tal-isfumar. L-għażla din id-darba waqgħet fuq Redrian Micallef minn Raħal Ġdid li nistgħu ngħidu li ħareġ bl-unuri kollha fuq l-isfumar tal-ewwel pavaljun. L-Għaqda tal-Armar ħadet ħsieb tagħmel ġabra b’riżq dan il-proġett fil-bidu ta’ Jannar, u sakemm qed nikteb dan l-artiklu, hemm il-ħsieb li jitlestew żewġ pav-aljuni oħra tal-istess triq mill-isfumar.

Il-Proġett ta’ Triq ir-RnellaWara li s-sena l-oħra kellna bosta kliem ta’ tifħir għall-pittura li ġiet imżanżna fl-ewwel bandalora ta’ Triq ir-Rnella, dik li turi s-sejħa tal-anġlu lil San Ġużepp xogħol iż-żgħażugħ Għawdxi Manuel Farrugia, din is-sena qed inkomplu b’dan il-proġett

Inkomplu nsaħħu ħidmietna fl-armar

Joseph CamenzuliDelegat tal-Armar

Daħal l-ewwel darba fil-Kumitat fis-sena 1976 fejn ngħata l-ka-

riga ta’ Assistent Kaxxier. Matul iż-żmien okkupa diversi karigi

fil-Kumitat Ċentrali, fosthom dik ta’ Delegat tal-Banda, u dik attwali

ta’ Viċi President. Huwa membru wkoll fil-Kummissjoni Banda.

Il-pittur żgħażugħ Manuel Farrugia jidher ipitter is-Sejħa ta’ Ġużeppi.

Ronnie Farrugia waqt il-fażi taż-żebgħa tal-injam tal-pavaljun tad-dawl.

Joseph Grech jidher qed jaħdem fuq fażi ta’ xkatlar fuq il-pavaljun tad-dawl.

l-ispejjeż relatati ma’ injam, ħadid, bozoz, holders, flimkien ma’ affari-jiet oħra għal dan il-proġett telgħu ġmielhom ukoll. B’wiċċi minn qud-diem ngħid li l-finanzjament ta’ dan il-proġett sar kollu mill-Għaqda tal-Armar permezz ta’ diversi attivitajiet u prumistrati li saru matul din is-se-na, speċjalment bil-ħidma ma taqta’ xejn ta’ Joseph Grech. Nirringrazzjaw ukoll lil xi benefatturi li ħalsu xi par-tijiet minn dan il-proġett tal-pavaljun.

Grazzi mill-qalb!

Grazzi wkoll lid-disinjatur Joseph Cauchi li tana diver-si pariri fuq dan il-proġett, speċjalment minħabba l-fatt li għal raħalna dan huwa xi ħaġa ġdida u għalhekk ridna ħafna għajnuna teknika.

Il-Pavaljuni ta’ Triq Patist Bor-daDin is-sena qegħdin nibdew proġett ġdid tad-drapp li huwa sett pavaljuni għal Triq Patist Borda. Sar disinn mill-artist Sil-

vio Pace, li nistgħu ngħidu li ntgħoġob mal-ewwel. Il-ġbir għal dan il-proġett minn din it-triq ħa ħsiebu Ryan Stiva-la, filwaqt li t-tfassil u l-ħjata qed issir minn Melvin Calleja mgħejun minn Duncan Brincat. Minħabba l-ammont ta’ xogħol ta’ ħjata ieħor li kellna din is-sena, hija l-intenzjoni tagħna li nip-pruvaw noħorġu l-ewwel wieħed sal-festa. Madankollu, se nkomplu dan is-sett ftit wara li tgħaddi l-festa, sabiex naraw triq oħra minn fejn jgħaddi l-Patrun tagħna San Ġużepp armata mill-isbaħ.

minn Joseph Grech u Ronnie Farrugia, li nista’ ngħid li għamlu dawn l-aħħar xhur minn mindu ġie l-grandiment tad-disinn kważi jorqdu l-maħżen. Xtaqt minn qalbi nirringrazzja wkoll lill-mastrudaxxa Lawrence Cini tad-direzzjoni li tana fejn jirrigwardja l-injam u affarijiet konnessi miegħu. Ix-xogħol ta’ holders u wiring, li kien jirrikjedi siegħat twal ta’ ħidma, saru mill-istess persuni mgħejjuna minn Ryan Stivala.

Barra minn hekk, Paul Persico ħa ħsieb it-tħaffir ta’ żewġ ħofor għall-arbli, filwaqt li Michael Xuereb ħa ħsieb il-welding ta’ żewġ arbli ġodda li magħhom ġej marbut il-pavaljun tad-dawl. Il-pittura tal-puttini fuq l-injam ta’ dan il-pavaljun, kif ukoll l-isfumar tal-arma tas-Soċjetà fin-nofs saru mill-artist Redrian Micallef.

Dan il-pavaljun tad-dawl se jkollu iżjed minn elf bozza, u għaldaqstant

Xogħlijiet oħraGħalkemm il-proġetti li semme-jna nistgħu nsejħulhom il-proġetti prinċipali, madankollu matul is-sena ssir ħafna ħidma oħra li ma taqta’ xejn. Insemmgħu per eżempju l-ar-mar li ntrama fil-Fiera tas-Salvatur li ssir mill-Parroċċa b’risq il-proġetti tagħha, kif ukoll dak li jintrama fil-festa ta’ Corpus b’sinjal ta’ rispett lejn l-Ewkaristija. Fil-Ġimgħa Mqaddsa ġew armati l-bandalori tal-Ġimgħa l-Kbira, fejn din is-sena ġiet sfumata bandalora oħra minn Ryan Stivala.

Matul is-sena sar xogħol ieħor fosthom bdil ta’ ventijiet, kif ukoll bi pjaċir din is-sena s-Soċjetà xtrat arblu ġdid ta’ 50 pied għal fuq il-bejt tal-każin li ġie mqiegħed f ’postu propju xahar qabel il-festa. Ix-xogħol fuq dan l-arblu sar minn Louis minn Ħaż Żabbar, filwaqt li stukjar, żebgħa u finalizzar sar minn Paul Persico. Grazzi lil kull min għen f ’dan il-proġett, mhux biss permezz tal-ġabra li saret għalih f ’Marzu, iżda wkoll permezz ta’ inġenji u għajnuna manwali. Saret ukoll ħjata għal diversi postijiet oħra minn Duncan Brincat u Etienne Camilleri, bil-qliegħ imur kollu b’riżq il-proġett tal-każin li qed isir għalissa. Grazzi mill-qalb lil kull min qed jgħin f ’dan ir-rigward.

GħeluqDin is-sena kif diġà għidtilkom kienet sena ta’ ħidma fejn komplejna proġetti diġà mibdija, u tajna bidu għal xi proġetti oħra. Nagħlaq billi nirrin-grazzja lil kulħadd, b’mod speċjali lil dawk li jagħtu l-għajnuna tagħhom matul is-sena, kif ukoll dawk li jagħtu l-għajuna fl-armar tat-toroq matul il-ġimgħat ta’ qabel il-festa. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

94

Disinn tal-pavaljun tad-dawl għal Triq Marina, xogħol id-disinjatur Għawdxi Joseph Cauchi.

Disinn tal-pavaljuni għal Triq Patist Borda, xogħol id-disinjatur Silvio Pace.

Paul Persico jidher qed jiffinalizza l-arblu l-ġdid tas-sede tas-Soċjetà.

Soċjetà

97

dawk li ilmentaw magħna li minn ħdejn jew wara l-kolonna tas-Sagra Familja ma setgħux isegwu sew il-ħarqa sabiħa li kellna.

In-nar tal-art għal dawn l-aħħar snin kien jiġi mqiegħed u maħruq fi Triq ir-Rnella eżatt wara l-kolonna tas-Sagra Familja. Minħabba din id-direttiva u l-inkonvenjenza li toħloq, iddeċidejna biex ma nibqgħux narmawhom f ’dan il-post u għalhekk wara disskusjoni fuq postijiet oħra alternattivi adeg-wati, iddeċidejna li dawn jiġu armati fi Triq Marina ħdejn il-ħajt ta’ maġenb it-tennis court naqra l-isfel miċ-Ċentru tar-Restawr ta’ Bighi. L-ird-ieden għall-ewwel darba se jitpoġġew waħda wara l-oħra minflok ħdejn xulxin. Minħabba f ’hekk kellu bil-fors isir xi xogħol bħal pereżempju jerġgħu jittaqbu t-toqob mill-ġdid f ’din it-triq, fejn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Kunsill Lokali talli għinna bħala finanzi u sponsorja t-toqob kollha.

Minn forsi ma jafx billi aħna m’għandniex kamra tan-nar, xorta dan in-nar tal-art isir kollu minna d-dilet-tanti liċenzjati. B’sagrifiċċju kbir aħna nitilgħu naħdmu u nqattgħu ħafna ħin fil-kamra tan-nar La Stella tal-Gudja. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil din il-kamra li għal sena oħra reġgħu aċċettaw biex aħna nkunu nistgħu naħdmu għandhom. Ringrazzjament speċjali jmur lil Horace Camilleri li għandu l-liċenzja A u l-membri kollha l-oħra ta din il-kamra.

Din il-kamra tieħu ħsieb ukoll in-nar tal-ajru, fejn għal sena oħra qed nerġgħu nwegħdukom spettaklu mill-isbaħ. Minn Diċembru bdejna mill-ewwel ix-xogħol tan-nar u bdejna nikkargaw il-gassijiet u minn hem-mek komplejna bil-ħidma tul is-sena kollha.

Ta’ kull sena aħna d-dilettanti ma nafux nogħqodu bi kwietna u għalhekk dejjem naraw x’ser niv-vintaw. Għal sena oħra ddeċidejna li nagħmlu raddiena ġdida. Kif tafu dan l-aħħar snin, kull meta saret rad-

diena ġdida dejjem ibbażżajna fuq ingranaġġi u universals. Din is-sena iddeċidejna li nagħmlu xi ħaġa differ-enti, b’hekk biddilna l-istil u għamilna waħda b’sistema magħrufha bħala sliders. Għalhekk f ’Marzu inxtara l-materjal li kien hemm bżonn u bdiet il-ħidma fuq din l-istess raddiena.

Fl-aħħar qabel nagħlaq, nixtieq nir-ringrazzja lil xi nies li matul din is-sena taw sehemhom u kkontribwew kull meta kien hemm bżonn biex għal darba oħra nerġgħu flimkien intellgħu spettaklu mil-isbah filwaqt li nerġgħu nuru li aħna l-aqwa fil-madwar.

Nixtieq nirringrazzja lil Joseph Grech għax bis-saħħa tiegħu saret il-vajjina kollha u l-brim tal-gassijiet, lil Joseph Persico, Joseph Mifsud, Marco Zerafa, Dennis Grech, Vince Grogan, Justin Borg, Joseph Debono, Mario Zammit li kull meta kellna bżonn dejjem sibna l-għajnuna. Fl-aħħar net lil Alan Grech u Joseph Schembri li mingħajrna ma kienx jittella’ dan ix-xogħol kollu.

Finalment nisperaw li dak kollu li għandna preparat għalikom ikun ta’ sodisfazzjon. Grazzi lil dawk kollha li jgħinuna b’mod finanzjarju matul is-sena għaliex mingħajr l-għajnuna tagħkom ma jkun jista’ jsir xejn.

Viva s-Sagra Familja.

Għeżież partitarji u ħbieb, waslet festa oħra u kif tafu il-festa iġġib magħha ħafna xogħol u impenji u żgur li min-naħa tagħna, b’mod speċjali d-dilet-tanti tan-nar tal-art għal darb’oħra kienet sena ta’ xogħol bla waqfien.

Hekk kif għaddiet il-festa tas-sena l-oħra, wara s-suċċess kbir li kellna aħna d-dilettanti tan-nar, żgur ma qadniex idejna fuq żaqqna u bdejna mill-ewwel naħsbu x’se nagħmlu għal festa ta’ din is-sena.

Jien u sħabi Alan Grech u Joseph Schembri, mall-ewwel bdejna bil-ħidma tagħna, l-ewwel u qabel kollox bdejna bit-tindif u tiswijja ta’ dawk l-irdieden kollha li użajna fil-festa. Irrid hawn infakkar li b’differenza ta’ ħaddieħor, l-irdieden tagħna huma kollha propjetà tagħna, u għalhekk ix-xogħol huwa ferm akbar.

Wara, flimkien bħala għaqda sejjaħna laqgħa biex niddiskutu u nipjanaw x’ser nagħmlu għal din il-festa. Matul din il-laqgħa li ssir ta’ kull sena, isir kalkolu tal-budget finanzjarju, kemm fejn tidħol spiża tan-nar tal-art kif ukoll dik tan-nar tal-ajru.

Alan Grech u Joseph Schembri għamlu l-listi ta’ l-irdieden li ser nużaw għall-festa u mill-ewwel bdejna naħdmu fu-qhom fejn rajna jekk hemmx bżonn xi manutenzjoni fuqhom jew nibdlu xi hard board minn tagħhom.

Kif forsi tafu u tisimgħu mill-mezzi tax-xandir, kull sena joħorġu liġijiet jew direttivi ġodda u fuq dawn aħna żgur ma jkolniex kontroll fuqhom. Forsi ma tafux lanqas li f ’dawn l-aħħar snin, fuq insistenza tal-insur-ance tan-nar, l-ebda persuna għajr dawk liċenzjati biex jaħarqu n-nar ma jistgħu joqgħodu anqas minn 30 metru bogħod mill-irdieden meta tkun qed issir il-ħarqa.

Kif żgur innutajtu s-sena l-oħra, aħna bħal kull belt jew raħal ieħor, diżgrazzjatament intlaqatna minn din id-direttiva. Kif tiftakru, bosta kienu

Ħsibijiet mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja

Shawn Cauchi

Twieled fl-1987 ġewwa l-Kanada u ġej minn familja li dejjem ħadmet

b’riżq il-festa. Ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwa l-Iskola Primarja tal-

Kalkara u wara fl-Iskola Sekond-arja Lorenzo Gafà u fl-MCAST.

Il-ħidma prinċipali tiegħu fil-festa hija dik fin-nar tal-art.

Matul ix-xahar ta’ Marzu, delegazzjoni mis-Soċjetà marret ġewwa r-raħal Sqalli ta’ Valguarnera Caropepe fil-provinċja ta’ Enna sabiex isiru taħditiet dwar possibiltà ta’ ġemellaġġ bandistiku u kulturali bejn iż-żewġ irħula li jiċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp, kif ukoll l-Għaqda tal-Festa u l-banda lokali Amici della Musica. Il-Bord Editorjali ħaseb sabiex jippubblika ftit informazzjoni dwar il-festa f ’Valguarnera kif ukoll il-banda lokali. Ringrazzjament speċjali imur lil Marco Rizzone li ħa ħsieb jibgħat l-informazzjoni bit-Taljan (kif qegħdin inġibuha oriġinali). Il-Bord Editorjali ħa ħsieb li din tinqaleb għall-Malti.

“La festa di San Giuseppe più bella in Sicilia” L’intera comunità Valguarnerese, dal 10 al 19 Marzo, festeggia il Patriarca San Giuseppe. La Festa viene preceduta da un Novenario, le cui meditazioni vengono guidate dal Par-roco che invita i fedeli a riflettere sulla figura di San Giuseppe, uomo giusto, protettore della famiglia e dispensatore di grazie. Si prega e si implora il Patriarca per le famiglie, il popolo, i Benefattori, gli emigrati e gli ammalati.

Le “Tavolate”Le Tavole di San Giuseppe a Valguarnera Caropepe per la loro peculiarità sono uniche in Sicilia, vengono allestite il 18 marzo dai devoti, in ringraziamento al Santo per una grazia ricevuta. La sua preparazione si protrae per circa 10, 15 giorni e per questo richiede la collaborazione di parenti ed amici che si prodigheranno per la preparazione di tutte le pietanze che la imbandiranno. La Tavola viene fatta in legno e a ha una forma di scala di 4 – 5 gradini lunghi circa 3 – 4 metri ed un grande tavolo alla base, il tutto ricoperto con tovaglie di lino finissimo e ricamate.

Le pietanze che vi sono poste sono strettamente legate alla tradizione culinaria della festa di San Giuseppe e sono la pasta con il miele, la pagnuccata (pignolata con il miele) i cannoli con la ricotta e la crema, le sfinge, le cassatele, il torrone, le mandorle confetti, le fritture delle diverse verdure come i fi-nocchietti, spinaci, mozzatura, broccoli con sopra una spolv-erata di mollica. Oltre a queste tradizionali pietanze nel tempo si sono aggiunti svariati tipi di dolci e pietanze più o meno elaborate che arricchiscono la tavolata.

Il protagonista assoluto è il pane che viene preparato dai pan-ificatori locali con farina di grano duro che dopo essere stato lavorato a mano e “modellato”nelle diverse forme che simbo-leggiano gli attrezzi del falegname come la sega il martello la scala, ed altre forme come l’ostensorio, gli angeli adoranti l’uva l’asinello, viene poi rifinito con una spennellata di uovo e una pioggia di“paparina” (semi di papavero) e messo in forno. Al-tre forme di pane di dimensioni minori rispetto a quelle che vengono sistemate sulla tavola sono i “Pupidd r San Giusepp” questi vengono distribuiti sia nelle Tavolate dei devoti che in chiesa dove viene allestita la Tavolata principale. Tra ogni for-

“L-isbaħ festa ta’ San Ġużepp fi Sqallija” Il-komunità kollha tar-raħal ta’ Valguarnera, mill-10 sad-19 ta’ Marzu, jiċċelebra l-festa tal-Patrijarka San Ġużepp. Qabel il-festa ssir Novena, bil-ħsibijiet jiġu mwassla mill-Ka-ppillan, li jistieden lill-fidili biex jirriflettu fuq San Ġużepp, raġel ġust, patrun tal-familja u xerried tal-grazzji. Isir talb lill-Patrijarka b’riżq il-familji, il-poplu, il-benefatturi, l-emigranti u l-morda.

It-“Tavolate” (l-Imwejjed)L-imwejjed ta’ San Ġużepp f ’Valguarnera Caropepe jistgħu jitqiesu waħdiena fi Sqallija, u jiġu ppreparati fit-18 ta’ Mar-zu mid-devoti, b’ringrazzjament lill-qaddis għal xi grazzja mgħotija. Il-preparazzjoni ta’ din il-mejda ddum bejn 10 u 15-il jum, u għaldaqstant teħtieġ il-ħidma sħiħa minn familji u ħbieb li jidħlu sabiex jippreparaw l-ikel kollu meħtieġ. Il-mejda tiġi maħduma mill-injam, b’forma ta’ taraġ b’xi 4 jew 5 tarġiet twal bejn 3 u 4 metri, b’mejda kbira li sservi bħala bażi, kollha miksija bi dvalji fini u rrakmati.

L-ikel li jiġi mqiegħed fuq il-mejda huwa kollu marbut mat-tradizzjoni kulinarja tal-festa ta’ San Ġużepp, u huma l-għaġin bl-għasel, il-“pagnuccata” (ħelu bl-għasel), il-kannoli bl-irko-tta u l-krema, l-isfineġ, il-kassatelli, it-torrone, il-pastini, il-qali ta’ diversi ħxejjex bħal ħjar, spinaċi, mozzatura, u brokkoli b’tixrid ta’ frak tal-ħobż fuqhom. Minbarra dan l-ikel tradiz-zjonali, maż-żmien ġew miżjuda diversi tipi ta’ ħelu u ikel ieħor li bl-elaborazzjoni tagħhom jistgħanew din il-mejda.

Il-protagonist assolut huwa l-ħobż li jiġi maħbuż mill-fur-nara lokali bi dqiq ta’ qamħ iebes, li wara li jkun mgħaġun bl-idejn, jingħata forom differenti ta’ simboli bħall-għodda tal-mastrudaxxa bħas-sega, il-martell jew is-sellum, u forom oħra bħall-ostensorju, l-anġli jaduraw, l-għeneb, u l-ħmar; kollox irfinut b’pinzellata tal-bajd u tixrida ta’ “paparina” (żerriegħa tal-papavero) u mitfugħ fil-forn. Forom oħra ta’ ħobż b’daqsijiet iżgħar għal dawk li jiġu mqegħda fuq il-mej-da huma magħrufa bħala “Pupidd r San Giusepp”, dawn jiġu mqassma kemm fuq l-imwejjed tad-devoti kif ukoll fil-Knisja fejn tiġi mħejjija l-mejda prinċipali. Bejn kull forma tal-ħobż

98

Soċjetà

ma di pane e in mezzo ai piatti ad ornare saranno le arance la lattuga il sedano e i finochi. Il rito de “l’azena” (cena) si svolge la mattina del 19 marzo quando intorno alle 9.00 dopo che le tre persone che rappresentano la Sacra Famiglia avranno partecipato alla Santa Messa, si recheranno nelle abitazioni dove sono state invitate a rappresentare i Santi. Il rito della “Cena”, nasce dal fatto che San Giuseppe e Maria da poveri si videro rifiutare un rifugio per il parto, ma anche quando furo-no costretti a fuggire in Egitto e a vivere clandestinamente, ed ecco quindi che i devoti in segno di carità cristiana vogliono dare simbolicamente accoglienza e ristoro, alla Sacra Famiglia.

Si inizia con la preghiera recitata da San Giuseppe che invita Gesù bambino ad unire le tre dita simboleggianti la Santissi-ma Trinità ed insieme ripeteranno un’antica preghiera in dial-etto locale. Dopo aver recitato questa preghiera San Giuseppe sbuccerà una arancia e ne distribuirà dei pezzi a Gesù bambino e alla Madonna accompagnati da pezzi di pane benedetto per poi continuare con le altre pietanze. Alla fine della “cena” la tavolata sarà aperta a quanti vorranno degustare le pietanze ti-piche della festa e svuoteranno i gradini della Tavolata tranne l’ultimo che viene riservato alle pietanze che verranno date ai Santi. Secondo un’antica tradizione la vigilia della festa in tutte le tavole viene posta una ciotola con l’acqua e una saliera, dove l’indomani mattina verrà trovata l’impronta delle dita di San Giuseppe che nella notte e passato a benedirla.

“I m’braculi” (Miracoli)Sono l’offerta di ceri o di grano che i devoti fanno a San Giuseppe in ringraziamento per una grazia ricevuta. I ceri arricchiti da fiori di carta colorata vengono portati spesso anche a piedi scalzi. Il grano viene portato dentro a sacchi (bisacce) posti sul dorso di cavalli bardati a festa e accompa-gnati dalla banda musicale che puntualmente giunti all’inizio della salita che conduce alla chiesa di San Giuseppe eseguirà la tradizionale ed allegra marcia del Chichirichi colonna sonora della festa. Queste manifestazioni di devozione accompagnate dalla banda musicale, sono il modo di condividere la gioia di una grazia ricevuta con tutti i concittadini che durante tutta la giornata sosteranno nella salita che conduce alla chiesa in attesa dei “m’braculi”.

La Sacra FamigliaIl giorno 19 Marzo alle ore 10.00 dalla sacrestia della Chiesa, si snoda il corteo della Sacra famiglia Ansia, tensione, gioia, raccomandazione dei famigliari, accompagnano questi ultimi momenti prima del corteo. San Giuseppe è impersonato da un adulto con folta barba bianca ed indossa una tunica az-zurra ed un mantello marrone, in mano porta il bastone con in cima il Giglio, simbolo di purezza. La Madonna viene scelta tra le ragazze più graziose del paese, vestita elegante-mente con un abito bordeaux,un mantello ricamato e in testa una corona d’argento che viene sorretta dal padre, ha in mano una coroncina e il libretto delle preghiere. Gesù Bambino, in-dossa una tunichetta celeste ed ha intesta una aureola. Questi tre personaggi, seguiti dalla banda musicale, dai parenti e da un folto numero di fedeli, dopo aver percorso le vie del paese rientrano in chiesa per assistere alla messa solenne. Alla fine della celebrazione eucaristica, la Sacra Famiglia si reca nella sacrestia della chiesa dove è stata allestita la tavola. U tempo

u l-platti, jintużaw larinġ, ħass, karrotti u l-ħjar bħala tiżjin. Ir-rit tal-“azena” (iċ-ċena) jsir fl-għodwa tad-19 ta’ Marzu meta għall-ħabta tad-9am, wara li t-tliet persuni li jirrapreżentaw lis-Sagra Familja jieħdu sehem fil-quddiesa, u jmorru fid-djar fejn ikunu ġew mistiedna sabiex jirrapreżentaw il-qaddisin. Dan ir-rit taċ-ċena nibet mill-fatt li San Ġużepp u l-Madonna bħala foqra kienu ġew miċħuda mill-kenn meħtieġ sabiex hi tkun tista’ twelled, u anki meta kienu ġew imġegħla jaħarbu lejn l-Eġittu u jgħixu b’mod klandestin; u huwa għalhekk li d-devoti f ’ġieh il-karità nisranija jagħtu kenn b’mod simboliku lis-Sagra Familja.

Kollox jibda’ permezz tat-talba magħmulha minn San Ġużepp, li jistieden lil Ġesù Bambin biex jgħaqqad it-tliet swaba’ sim-bolu tat-Trinità Qaddisa, u flimkien jirrepetu talba antika f ’djalett lokali. Wara li tingħad din it-talba, San Ġużepp iqaxx-ar larinġa u jqassam xi flieli lil Ġesù Bambin u lill-Madonna, flimkien ma’ kisra ħobż imbierek biex imbagħad ikomplu bl-ikel l-ieħor. Fl-aħħar taċ-ċena, il-mejda tiġi miftuħa għal dawk kollha li jkunu jixtiequ jduqu dan l-ikel tipiku tal-festa, u fil-waqt li jbattlu t-taraġ tal-mejda, iħallu l-aħħar skaluna li hija riservata għall-ikel li jingħata lill-qaddisin. Skont tradizzjoni qadima, matul il-vġili tal-festa jitqiegħdu fuq il-mejda ġarra bl-ilma u reċipjent tal-melħ, sabiex l-għada filgħodu ġewwa fiha tinstab ix-xbieha tas-swaba’ ta’ San Ġużepp li matul il-lejl ikun għadda u berikha.

“I m’braculi” (Il-Mirakli)L-offerti tax-xemgħa jew tal-qamħ jiġu magħmulha lil San Ġużepp bħala radd ta’ ħajr għal grazzja mgħotija. Ix-xemgħat miżgħuda bi fjuri ta’ karti kuluriti, jiġu ppreżentati minn xi persuni xi drabi anki ħafjin. Il-qamħ jiġi mgħoti ġewwa xkejjer li jiġu mqegħda fuq id-dahar taż-żwiemel imlibbsa għall-festa, u b’akkumpanjament mill-banda mużikali, li ta’ kull sena eżattament fil-bidu tat-telgħa li tagħti għall-Knisja ta’ San Ġużepp, iddoqq il-marċ tradizzjonali u allegruż Chichirichi, meqjus bħala l-mużika uffiċjali tal-festa. Dawn il-manefestazzjonijiet ta’ devozzjoni akkumpanjati mill-ban-da mużikali, huma l-mod ta’ kif jinqasam il-ferħ ta’ grazzja milqugħa mal-poplu kollu, li matul il-ġurnata kollha jaqsmu dan il-ferħ fit-telgħa li twassal għall-Knisja fl-istennija għall-mirakli.

Is-Sagra FamiljaDakinhar tad-19 ta’ Marzu fl-10 ta’ filgħodu, mis-Sagrestija tal-Knisja, jingħata bidu għad-dimostrazzjoni tas-Sagra Familja. Ansjetà, tensjoni, ferħ, u pariri mingħand il-familjari, huma l-qofol ta’ dawn il-mumenti aħħarija qabel tibda’ d-dimos-trazzjoni. San Ġużepp huwa rappreżentat permezz ta’ raġel adult b’daqna bajda, liebes tunika kaħla u mantel aħmar skur, iżomm f ’idejh bastun li fil-parti ta’ fuq għandu l-ġilju, xbieha tas-safà. Il-Madonna tiġi magħżulha minn fost ix-xebbiet l-aktar ħelwin tar-raħal, imlibbsa bl-aktar mod eleganti b’libsa bordeaux, b’mant irrakmat, u f ’rasha kuruna tal-fidda li tiġi miżmumha minn missierha, filwaqt li f ’idejha nsibu kuruna u ktieb tat-talb. Ġesù Bambin, ikun imlibbes tunika żgħira ċelesti filwaqt li f ’rashu jkollu raġġiera. Dawn it-tliet persuni, jiġu segwiti mill-banda mużikali, mill-ġenituri u min-numru mdaqqas ta’ fidili, u wara li jkunu daru t-toroq tar-raħal, jidħlu flimkien fil-Knisja biex jieħdu sehem fil-quddiesa solenni. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, is-Sagra Familja tmur

99

questa tavola veniva preparata in casa di Don Vito Boscarini che agli inizi dell’800 assunse l’impegno di solennizzare la festa. Egli regalò al santo nel 1811 un bastone d’argento. Fu la famiglia Prato, famiglia benestante e proprietaria terriera a continuare questa tradizione per molti anni che allestiva la tavola nel palazzo che si affaccia su Piazza Garibaldi, da dove la Sacra famiglia, dopo la cena partiva per andare nella Chiesa San Giuseppe ed assistere alla messa solenne.

La Processione di San GiuseppeLa sera dopo la messa ha inizio la processione del Santo che viene portato sul fercolo per le vie principali del paese. Il fer-colo, fatto costruire nel 1827 da Don Vito Boscarino e restau-rato nel 1922, è un vero capolavoro d’arte. Presenta una cupola con rilievi d’orati e intarsiata di stelle e altri disegni particolari di ottima fattura, non si conosce l’autore, ma doveva essere un grande artigiano. Alla processione partecipano le confrater-nite delle varie chiese, vestiti con abiti particolari con i colori delle confraternite, le autorità civili e i fedeli scalzi con le torce votive in mano.

Associazione Musicale “Amici dell Musica”L’ Associazione Musicale è formata da un gruppo di giovani musicisti provenienti da l’ex Complesso Bandistico “Vincenzo Bellini” del Comune di Valguarnera, presieduta dalla Sig.ra Concetta Greco, diversi sono stati i concerti, le manifestazioni nell’ambito provinciale, le festività locali tra cui la ricorrenza del 450° della fondazione del Paese, la partecipazione al Giu-bileo nell’anno 2000, si sono susseguiti diversi maestri per la direzione del complesso bandistico quali il maestro Tudisco Giuseppe, il maestro Aversa Cristoforo , il maestro Laurella Danilo e il maestro Tumminaro Giuseppina. Nell’anno 2006 il Complesso Bandistico cambia denominazione e diventa As-sociazione “Amici della Musica”. L’attività, iniziata il 10 agosto 2006 consiste in produzioni formative interamente realizzate dagli apprendisti divisi in varie categorie orchestrali (ottoni, flauti, clarinetti, percussioni, sax, pianisti, organizzativi, ecc.) In questi ultimi anni l’associazione ha realizzato diversi con-certi con la partecipazione di musicisti di chiara fama, contin-ua a partecipare alle manifestazioni folkloristiche alle festività locali.

Nell’anno 2008/2009 l’associazione ha realizzato una scuola musicale partecipando al progetto “Musica nel Territorio” iniziativa culturale dell’ANBIMA SICILIA tramite convenzi-one con il conservatorio “V. Bellini” di Caltanissetta. L’ As-sociazione vanta la formazione di varie classi, con il supporto di docenti qualificati nei vari percorsi didattici, quali: Flauto, Ottoni (Trombe e Tromboni), Sax, Clarinetto, Percussioni e Pianoforte, con la partecipazione degli allievi del Complesso Bandistico e non, alunni provenienti sia dal Comune di Val-guarnera che dai Comuni viciniori.

Nell’anno 2010 ha partecipato al 3° concorso di esecuzione bandistica “ V.Campo – Città di Caltanissetta” organizzato dall’Associazione Real Maestranza - Città di Caltanissetta classificandosi al 1° posto. Dall’anno 2009 l’Associazione è di-retta dal Maestro Iacona Angelo.

ġewwa s-Sagristija tal-Knisja fejn ikun hemm il-mejda lesta minn kollox. F’xi żmien din il-mejda kienet tkun preparata fid-dar ta’ Dun Vito Boscarini, li għall-bidu tas-seklu 19, ħa l-inkarigu li jkabbar din il-festa. Huwa rregala lill-istatwa tal-qaddis bastun tal-fidda fis-sena 1811. Kienet il-familja Prato, li kienet familja sinjura u li kellha bosta artijiet, li kompliet din it-tradizzjoni għal bosta snin, u kienet tipprepara din il-mejda f ’palazz f ’Pjazza Garibaldi, minn fejn is-Sagra Familja, wara l-ikla, kienet terħilha lejn il-Knisja ta’ San Ġużepp ħa tieħu sehem fil-quddiesa solenni.

Il-Purċissjoni ta’ San ĠużeppFlgħaxija wara l-quddiesa, tingħata bidu għall-purċissjoni b’San Ġużepp, li jiġi mdawwar madwar it-toroq prinċipali tar-raħal permezz ta’ tribuna (fercolo). Din it-tribuna ġiet maħduma fl-1827, fuq insistenza ta’ Dun Vito Boscarino, ġiet restawrata fl-1922, tista’ titqies bħala kapolavur ta’ arti. Insibu fiha koppla b’riljevi indurati u interzjar ta’ stilel u disinji oħra partikulari ferm dettaljati, li ħadd ma jaf min għamilhom, iżda ċertament kien skultur prim. F’din il-purċissjoni jieħdu sehem il-fratellanzi tal-knejjes differenti ta’ Valguarnera, koll-ha mlibbsa b’ilbies differenti skont il-kuluri tal-fratellanzi, l-awtorità ċivili, u l-fidili ħafjin b’torċi votivi f ’idejhom.

L-Għaqda Mużikali “Amici della Musica”L-Għaqda Mużikali hija ffurmata minn grupp ta’ żgħażagħ mużiċisti miġjuba minn banda li kienet spiċċat “Vincenzo Bellini” tal-Kunsill ta’ Valguarnera, preseduta mis-Sinjura Concetta Greco, fejn kienu bosta l-kunċerti, manifestazzjoni-jiet provinċjali, festi lokali fosthom l-450 sena mit-twaqqif tar-raħal, il-parteċipazzjoni fil-Ġublew tas-sena 2000, li ġew diretti minn bosta surmastrijiet tal-banda bħal Mro. Tudisco Giuseppe, Mro. Aversa Cristoforo, Mro. Laurella Danilo u Mro. Tumminaro Giuseppina. Fis-sena 2006 il-banda bid-dlet l-isem u bdiet tissemma’ bħala “Amici della Musica” (Ħbieb tal-Mużika). L-attività mibdija fl-10 t’Awwissu 2006 tikkonsisti f ’formazzjoni mużikali magħmulha mill-allievi maqsuma f ’diversi katergoriji orkestrali (ramm, flawti, klari-netti, perkussjoni, sassofoni, pjanisti, organizzattivi, eċċ.) F’dawn l-aħħar snin l-għaqda tellgħat diversi kunċerti bil-parteċipazzjoni ta’ mużiċisti ta’ fama, u qed tkompli tieħu se-hem fil-manifestazzjonijiet folkloristiċi li jsiru fil-festi lokali.

Fis-sena 2008/2009 l-għaqda waqqfet skola mużikali billi ħadet sehem fil-proġett “Mużika fit-Territorju”, inizjattiva kulturali tal-ANBIMA Sicilia permezz tas-sehem tal-Kon-servatorju “V. Bellini” ta’ Caltanissetta. L-għaqda tiftaħar bit-tagħlim ta’ klassijiet varji, bis-sehem ta’ għalliema kwalifikati f ’fażijiet differenti bħall-flawt, ramm (kurunetta u trumbuni), sassofonu, klarinett, perkussjoni u pjanu, bil-parteċipazzjoni tal-allievi tal-banda u oħrajn li m’humiex, u studenti li jiġu mhux biss mill-Kunsill ta’ Valguarnera imma anki minn kun-silli fil-viċin.

Fis-sena 2010 il-banda ħadet sehem fit-tielet konkors tal-baned “V. Campo - Città di Caltanissetta” organizzat mill-Għaqda Real Maestranza ta’ Caltanissetta, fejn ġiet fl-ewwel post. Mis-sena 2009 l-Għaqda Mużikali hija diretta mis-Sur-mast Mr. Iacona Angelo.

100

Ħajr tar-ritratti lil Gigi La Vaccara

Soċjetà

103

iet fi Triq ir-Rnella. Għal din is-serata ħadu sehem bosta kantanti u żeffiena, fosthom il-kantanta Kalkariża Amber u Renato. L-għada l-Ħadd 11 ta’ Lulju filgħodu saret il-ġabra annwali b’risq il-festa u t-tqassim tal-ktieb tal-festa 2010, filwaqt li flgħaxija sar get togeth-er mill-Għaqda tan-Nar.

It-Tnejn 12 ta’ Lulju filgħaxija saret il-quddiesa ta’ l-ewwel jum tal-fes-ta fejn bosta membri mill-Kumitat Ċentrali u l-kummissjonijiet attendew bi ħġarhom. Wara dan sar il-ħruġ ta’ San Ġużepp minn ġewwa n-niċċa bis-sehem ta’ l-elementi bandistiċi miż-żewġ għaqdiet mużikali tar-raħal. Wara l-vara ta’ San Ġużepp tqiegħdet taħt il-mant tagħha għall-qima tad-devoti Ġużeppini. Aktar tard sar kunċert ġenerali mill-Banda Sagra Familja, filwaqt li l-Għaqda tan-Nar tat bidu għall-armar tal-ħarqa tan-nar ta’ l-art tal-Ġimgħa.

It-Tlieta 13 ta’ Lulju il-Banda Sagra Familija bdiet marċ qasir fl-akwati tal-każin u wara esegwixxiet programm strumentali fuq il-planċier Ġawhra Ġużeppina fi Pjazza Sagra Familja. Wara sar ir-riċeviment annwali tal-fes-ta ġewwa s-sede tas-Soċjetà. L-għada fit-8.30pm ingħata bidu għall-marċ tal-Erbgħa fejn il-Banda San Leon-ardu ta’ Ħal Kirkop għamlet marċ mat-toroq tal-Kalkara u l-qofol tiegħu intleħaq minn fejn iċ-Ċentru Par-rokkjali sa Pjazza Sagra Familja, bil-briju ma jaqta’ xejn tal-partitarji. Fit-tmien ta’ dan il-marċ il-vara artistika ta’ San Ġużepp ġiet imtellgħa fuq il-kolonna tagħha. Wara, ġie ppreżentat feature dwar il-ħidma tas-Soċjetà tul l-aħħar sena u ġiet imżanżna l-ewwel pittura minn sett ta’ tmienja fuq il-bandalori ta’ Triq ir-Rnella.

Il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju sebaħ il-jum tant mistenni, il-jum tas-Sagra Familja fejn wara nofsinhar il-partitarji inġabru għall-ikla tal-festa filwaqt li filgħaxija il-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara tat

bidu għall-marċ wisq popolari tas-Sa-gra Familja li akkumpanja l-vara tas-Sagra Familja, ġawhra tal-Ġużeppini Maltin sa Misraħ Arċisqof Gonzi fejn il-partitarji numerużi sellmu lill-Knis-ja Parrokkjali bl-innijiet tradizzjonali tagħna, fosthom il-kapulavur ta’ Mro. Lorenzo Gonzi l-Innu Marċ ‘La Sacra Famiglia’.

Wara dan, il-banda akkumpanjat l-istatwa tas-Sagra Familja sa quddiem is-sede tas-Soċjetà fejn hemmhekk membri differenti mill-Parroċċa sell-mu l-istatwa tas-Sagra Familja bil-ku-runi tradizzjonali tal-fjuri u nħarqet kaxxa infernali spettakolari. Il-marċ kompla fi Triq ir-Rnella sa quddiem il-kolonna fejn hemmhekk l-istatwa tas-Sagra Familja ġiet imtella’ fuq il-kolonna fost il-briju u l-entużjażmu tal-partitarji. Wara l-attenzjoni daret lejn l-ispettaklu pirotekniku Thun-ders of Fire, spettaklu tan-nar tal-art mekkanizzat, kollu frott il-ħidma tad-dilettanti tal-Għaqda tan-Nar Sagra Familja.

Il-Ħadd 18 ta’ Lulju, Jum il-Festa, l-Għid tal-Parroċċa, filgħodu del-egazzjoni mill-Kumitat u l-fergħat tas-Soċjetà attendew bi ħġarhom għall-quddiesa solenni tal-festa u ftit wara li spiċċat il-quddiesa ngħata bidu

Mid-Djarju tas-SoċjetàReġgħet għaddiet sena amministrat-tiva oħra u għaldaqstant se nagħtu ħarsa ħafifa lejn dawk l-attivitajiet u avvenimenti li kkaratterizzaw sena ta’ ħidma fi ħdan is-Soċjetà tagħna, mill-festa tas-sena l-oħra s’issa.

Lulju 2010Ix-xahar ta’ Lulju ċertament li huwa totalment assoċjat mal-festa titulari ta’ Missierna San Ġużepp. Il-pro-gramm għas-Soċjetà ngħata bidu nhar l-Erbgħa 7 ta’ Lulju meta saret il-qud-diesa tal-Aħħar Erbgħa, filwaqt li wara l-Kumitat Ċentrali organizza barbeque fi Pjazza Sagra Familja. L-għada, il-Ħamis 8 ta’ Lulju l-Għaqda tal-Armar ħadet ħsieb l-ewwel mixgħela ġenerali tat-toroq, filwaqt li aktar tard il-Kum-missjoni Nisa organizzat Pasta Night fil-pjazza.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju kienet ġurnata importanti għar-raħal tagħna, fejn flimkien iċċelebrajna l-ewwel quddie-sa solenni ta’ Patri Deo Debono OSA. Għal dan il-għan, filgħaxija sar marċ miż-żewġ baned Kalkariżi li wasslu lil Patri Deo sal-Knisja Parrokkjali fejn saret din il-quddiesa. Wara, del-egazzjoni mill-Kumitat Ċentrali at-tendiet għal riċeviment li sar f ’din l-okkażjoni, u ġiet preżentata tifkira tal-okkażjoni lil Patri Deo Debono.

Imbagħad kien imiss lill-Kummiss-joni Żgħażagħ biex nhar is-Sibt 10 ta’ Lulju jorganizzaw The Invincible Street Concert: lejla ta’ divertiment mill-aqwa kif tista’ tixhed il-folla li attend-

miġbur minn Duncan Brincat

Waqt preżentazzjoni ta’ tifkira lil Patri Deo Debono OSA wara l-ewwel quddiesa tiegħu.

Il-kantant Renato waqt l-attività ‘The Invinci-ble Street Concert’ nhar is-Sibt10 ta’ Lulju.

104

Soċjetà

105

mill-armar u kollox ġie stivat f ’postu fil-maħżen, nhar is-Sibt 14 t’Awwissu l-Għaqda tal-Armar organizzat Car-wash ħdejn il-maħżen bil-fondi jmor-ru b’risq il-proġetti tal-għaqda.

L-impenji tal-Banda Sagra Familja matul dan ix-xahar ma naqsux tant li nhar il-Ħadd 15 t’Awwissu sar marċ ta’ akkumpanjament mal-vara titulari ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, l-Erbgħa 18 t’Awwissu sar marċ madwar it-toroq ta’ Ħal Kirkop fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Leonardu u s-Sibt 21 t’Awwissu sar marċ t’akkumpanjament mat-translazzjoni fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa r-Raħal Ġdid u wara marċ madwar it-toroq bl-istatwa ta’ Bernardina.

Min-naħa l-oħra l-Ħadd 22 t’Awwissu l-Kummissjoni Nisa organizzat ħarġa għal Għawdex li kienet verament ta’ suċċess.

Settembru 2010Nhar is-Sibt 11 ta’ Settembru l-Għaqda tal-Armar organizzat Carwash qud-diem il-maħżen tal-armar, filwaqt li nhar l-Erbgħa 15 ta’ Settembru del-egazzjoni tal-Kumitat attendiet għal-laqgħa li saret mill-Għaqda Nazzjon-ali Armar tal-Festi fit-Toroq.

Min-naħa l-oħra, il-Ġimgħa 17 ta’ Set-tembru l-Għaqda tan-Nar organizzat The Kalkara Summer Concert, spet-taklu mill-isbaħ b’kantanti stabbiliti u bis-sehem tas-Sagra Familja Brass Band, kif ukoll b’palk mill-isbaħ u in-novattiv. Sadanittant, l-għada s-Sibt 18 ta’ Settembru, is-Soċjetà ħadet sehem permezz tal-istandard ġewwa l-każin tal-Banda Kristu Re ta’ Raħal Ġdid f ’wirja ta’ standardi. Matul dan ix-xa-har inħarġet il-pubblikazzjoni Il-Ġilju Rebbieħ li ġiet imqassma mad-djar kollha tal-Kalkara.

Ottubru 2010Nhar il-Ġimgħa l-1 t’Ottubru saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Każini tal-Banda, fejn attendiet del-egazzjoni mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà. Is-Sibt 16 t’Ottubru del-egazzjoni mill-Għaqda tal-Armar attendiet għal simposju dwar il-festi organizzat mill-Għaqda Nazzjonali

Armar tal-Festi fit-Toroq ġewwa l-Mużew Marittimu l-Birgu. F’dan is-simposju ġew diskussi bosta aspetti dwar il-festi, fosthom ir-rwol kulturali kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà.

Il-Ħadd 17 t’Ottubru filgħodu saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà filwaqt li l-Ħadd 24 t’Ottubru saret dik tal-Kummissjoni Żgħażagħ u t-Tnejn 25 t’Ottubru dik tal-Kum-missjoni Nisa. Sadanittant is-Soċjetà ħadet sehem permezz tal-istandard tagħha ġewwa l-każin tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun f ’wirja li saret fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini tal-Ħamrun. Rappreżentanza mill-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà ħadet sehem f ’riċeviment li sar ap-posta. Is-Sibt 23 t’Ottubru l-Għaqda tal-Armar organizzat Carwash qud-diem il-maħżen, filwaqt li l-Ħadd 31 t’Ottubru ġiet organizzata Playstation Competition mill-istess għaqda.

Novembru 2010Is-Sibt 6 ta’ Novembru s-Soċjetà ħadet sehem fil-Fiera tas-Salvatur, attività organizzata mill-Parroċċa, permezz ta’ armar fit-toroq ta’ madwar il-Kappella tas-Salvatur u stand tal-ikel. Barra minn hekk, il-quddiesa li saret fil-ka-ppella tas-Salvatur kienet b’intenzjoni għall-membri mejtin tas-Soċjetà. L-għada l-Ħadd saret żjara fuq l-oq-bra tas-Soċjetà ġewwa ċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata f ’Raħal Ġdid, fejn dawn ġew imbierka mill-Kappillan tal-Parroċċa l-Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scannura.

Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru l-Kum-missjoni Żgħażagħ organizzat Lasa-gna Night ġewwa s-sede tas-Soċjetà filwaqt li l-Ħadd 14 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Nisa organizzat ħarġa għall-festa ta’ San Martin ġewwa l-Baħrija.

Matul il-ġimgħa ta’ wara, is-Soċjetà ħadet sehem permezz tal-istandard tagħha f ’wirja li saret ġewwa l-każin tal-Banda Beland fiż-Żejtun fl-okkażjoni tal-150 sena anniversarju, filwaqt li ħadet sehem ukoll permezz ta’ ritratti antiki tas-Soċjetà f ’wirja oħra dwar il-festi fl-imgħoddi organiz-

għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu bis-sehem tal-Banda Sagra Familja.

Filgħaxija imbagħad wasal dak il-mument li kull Ġużeppin Kalkariż tant ikun qed jistenna hekk kif mas-salut tal-bomba tibda ħierġa l-istatwa meraviljuża ta’ San Ġużepp mill-Knisja fost id-daqq ta’ l-innijiet u t-taqbiliet mid-devoti. Ħadet sehem għall-ewwel darba l-Banda San Gir-gor ta’ Tas-Sliema. Hekk kif il-vara ta’ San Ġużepp waslet quddiem is-sede tas-Soċjetà ingħatat merħba bl-innijiet u t-taqbil sakemm wara fost l-entużjażmu tal-miġgħema miġbura sar id-dħul trijonfali tal-vara titulari lura ġewwa l-Knisja fost il-kant ta’ ka-pulavur ieħor ta’ Mro. Lorenzo Gonzi l-Antifona Iosef Figlii David. Wara saret il-barka sagramentali fil-Knisja u l-funzjoni intemmet bil-kant tal-Innu ta’ San Ġużepp. Kif intemmet din iċ-ċelebrazzjoni liturġika, il-Banda Sa-gra Familja għamlet il-marċ tal-aħħar fejn l-istatwa tas-Sagra Familja ġiet imniżżla minn fuq il-kolonna tagħha lura lejn is-sede tas-Soċjetà.

It-Tnejn 19 ta’ Lulju saret ix-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa, fejn bosta partitarji rħewlha lejn il-bajja tal-Għadira għal ftit mumenti ta’ mistrieħ. Lura lejn ir-raħal, filgħaxija l-Kumitat Ċentrali organizza barbeque fi Pjazza Sagra Familja li temmew b’mod grandjuż dawn il-ġimgħatejn ta’ festi.

L-Erbgħa 28 ta’ Lulju, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-ftuħ uffiċjali tal-grawnd sintetiku tal-Kalkara Football Club fejn ġiet preżentata tifkira tal-okkażjoni.

Awwissu 2010Wara li ġew żarmati t-toroq kollha

Waqt preżentazzjoni ta’ tifkira lill-Kumitat tal-Kalkara FC waqt il-ftuħ tal-grawnd.

106

Soċjetà

107

Debbie Scerri. Mużika oħra li ndaqqet kienet Tennhäuser ta’ Richard Wagner, Clarinet on the Town ta’ Ralph Her-mann, Boléro ta’ Maurice Ravel, Sec-ond Waltz ta’ Dimitri Shostakovich, Posthorn Galop ta’ Johann B. Koenig, There you’ll be ta’ Hans Zimmer, You raise me up ta’ Rolf Løvland, Goldfin-ger ta’ John Berry, Lawrence of Arabia ta’ Maurice Jarre, u Amigos Para Siem-pre ta’ Andrew Lloyd Webber. Dan il-kunċert kellu promozzjoni kbira, speċjalment fuq it-televiżjoni, radju u gazzetti. Il-preżentazzjoni tal-banda kienet waħda impekkabbli. Qabel dan il-programm mużikali, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-quddiesa li saret fil-Knisja Parrokkjali għall-istess okkażjoni.

It-Tnejn 13 ta’ Diċembru l-Għaqda tal-Armar flimkien mal-Għaqda tan-Nar organizzaw Football Tournament fil-grawnd sintetiku tal-Kalkara, fil-waqt li nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru ġiet organizzata mill-bar tal-każin. Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għall-Kunċert tal-Milied li sar mill-Parroċċa bis-sehem tal-Chorus Ur-banus minn Għawdex nhar il-Ħadd 19 ta’ Diċembru. Matul dan ix-xahar saret il-ġabra annwali bil-kalendarju li ta’ kull sena jinħareġ mis-Soċjetà, fil-waqt li l-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru sar in-New Year’s Eve Dinner Dance mill-Kumitat Ċentrali.

Jannar 2011Il-Ħamis 6 ta’ Jannar delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għal riċeviment mgħoti mill-Għaqda Każini tal-Banda ġewwa l-Ħamrun fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena 2011 filwaqt li s-Sibt 8 ta’ Jannar il-Kummissjoni Żgħażagħ animat quddiesa ġewwa l-Knisja Par-rokkjali sabiex tagħti bidu għal din is-sena anniversarja. Is-Sibt 15 ta’ Jan-nar, l-istess Kummissjoni organizzat trasport għall-għoti tad-demm ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa. Dak-inhar stess, iżda filgħodu, l-Għaqda tal-Armar organizzat Carwash ħdejn il-maħżen tal-armar.

Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Jannar del-egazzjoni mill-Kumitat attendiet għal laqgħa straordinarja imsejħa mill-

Għaqda Każini tal-Banda ġewwa l-każin tal-Banda Trinità fil-Marsa, filwaqt li l-Ġimgħa 28 ta’ Jannar saret il-laqgħa ġenerali tal-Għaqda Naz-zjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq ġewwa l-każin tal-Banda San Gabriel Ħal Balzan. Dakinhar stess, il-Kum-missjoni Żgħażagħ organizzat fenkata ġewwa l-każin. Matul dan ix-xahar l-Għaqda tan-Nar qassmet il-kalen-darju annwali tagħha mat-toroq tal-Kalkara u saret ġabra b’riżq il-ħarqa tal-festa 2011.

Frar 2011Il-Ħamis 10 ta’ Frar saret ikla mill-Għaqda tal-Armar ġewwa s-sede tas-Soċjetà filwaqt li l-Kummissjo-ni Żgħażagħ organizzat Eurovision Get Together nhar is-Sibt 12 ta’ Frar fejn intweriet il-finali lokali ta’ dan il-konkors fuq big screen. Matul it-tmiem il-ġimgħa ta’ wara, l-Għaqda tal-Armar ħadet sehem f ’wirja naz-zjonali tal-armar li saret fil-Valletta Waterfront organizzata mill-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi fit-Toroq.Il-Ġimgħa 25 ta’ Frar saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Każini tal-Banda li għaliha attenda s-Segre-tarju tal-Kumitat Ċentrali.

Marzu 2011Matul l-ewwel ġimgħat tax-xahar ta’ Marzu delegazzjoni mill-Għaqda tal-Armar attendiet għal kors fis-saħħa u s-sigurtà li sar mill-Għaqda Nazzjon-ali Armar tal-Festi fit-Toroq.

Sadanittant, nhar il-Ħamis 10 ta’ Mar-zu delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u Kummissjoni Banda marru għal taħdidiet dwar skambju mużikali u kulturali ġewwa r-raħal ta’ Valguarn-era fi Sqallija (aktar dettalji jinsabu f ’paġni oħra ta’ dan il-ktieb). Matul

zata mill-każin tal-Banda Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru saret ikla qarnit mill-Għaqda tan-Nar ġewwa l-każin, filwaqt li s-Sibt 19 ta’ Novem-bru delegazzjoni mis-Soċjetà attendiet għall-Quddiesa u wara marċ fil-belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa ta’ San-ta Ċeċilja, organizzati mill-Għaqda Każini tal-Banda. Dakinhar stess iżda filgħodu l-Għaqda tal-Armar organiz-zat Carwash ħdejn il-maħżen.

Diċembru 2010Ix-xahar tal-Milied infetaħ propju nhar is-Sibt 4 ta’ Diċembru per-mezz ta’ Karaoke Night imtella’ mill-Għaqda tal-Armar. Matul dan ix-xa-har inħarġet il-pubblikazzjoni Il-Ġilju Rebbieħ li ġiet imqassma mad-djar kollha tal-Kalkara.

Nhar is-Sibt 11 ta’ Diċembru l-Ban-da Sagra Familja tellgħet programm mużikali ġewwa s-Sala tal-Iskola Pri-marja fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. Matul dan il-programm, bi produz-zjoni tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, indaqqu diversi biċċiet mużikali fos-thom l-overture 1812 ta’ Tchaikovsky u l-arranġament mużikali ta’ Ġensna, mużika oriġinali ta’ Paul Abela. Taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro. Ugo Buhagiar, mal-banda ħadu sehem ukoll żewġ kantanti stabbiliti fix-xe-na mużikali Maltija, Neville Refalo u

Waqt ritratt ta’ tifkira nhar Santa Ċeċilja fil-Belt Valletta.

Il-Banda Sagra Familja waqt il-Programm Mużikali ta’ Jum il-Kalkara.

108

Soċjetà

109

it-Tlieta 12 t’April, filwaqt li l-Ħamis 14 t’April delegazzjoni oħra attendiet għall-ftuħ tal-wirja Lachrymae im-tella’ mill-Familja Vella, u l-Ġimgħa 15 t’April għal Consummatum Est im-tella’ minn Joseph Camenzuli. Sadan-ittant, fl-istess jum infetħet il-wirja annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa s-sede tas-Soċjetà bl-isem Il-Fidwa, li baqgħet miftuħa sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. Din il-wirja, l-unika waħda ta’ Soċjetà Mużikali Kalkariża, ġiet armata għall-ewwel darba ġewwa s-Sala San Ġużepp. B’rabta ma’ dawn l-istess festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu saret il-purċissjoni tad-Duluri madwar it-to-roq tal-Kalkara bis-sehem ta’ reffiegħa u forċini membri tas-Soċjetà, flimkien ma’ oħrajn rappreżentanti tas-soċjetà l-oħra. F’dan il-jum ġew armati l-ban-dalori tal-Ġimgħa Mqaddsa fi Triq ir-Rnella. Il-Ħamis 21 t’April l-Għaqda tal-Armar organizzat trasport għas-seba’ viżti filwaqt li l-għada l-Ġimgħa 22 t’April delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali mmexxija mill-President żaret il-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa l-Kalkara bħala sinjal ta’ app-rezzament lejn is-sagrifiċċju ta’ dawn l-individwi b’riżq il-kultura f ’raħalna.

Il-Ġimgħa u s-Sibt 29 u 30 t’April il-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tan-Nar organizzaw get together fl-okkażjoni tal-Malta Fire-works Festival. Dan il-get together sar ġewwa Bighi, ftit passi bogħod mill-maħżen tal-armar u kien suċċess fl-attendenza numeruża.

Mejju 2011Is-Sibt 7 ta’ Mejju s-Soċjetà ħadet se-hem permezz ta’ bandalora f ’wirja tal-armar li saret madwar it-toroq ta’ Ħal Qormi f ’attività organizzata mill-Ku-mitat Festi Esterni San Ġorġ, filwaqt li l-għada l-Ħadd ġiet organizzata fiera ta’ pjanti quddiem is-sede tas-Soċjetà mill-Kumitat Ċentrali.

Sadanittant, nhar l-Erbgħa 18 ta’ Mejju delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u mill-fergħat tas-Soċjetà attendiet għall-Quddiesa tal-Ewwel Erbgħa bi tħejjija għall-festa titulari ta’ San Ġużepp. Wara l-quddiesa, il-Kummissjoni Żgħażagħ fetħet wirja

bl-isem Iosef Filii David bis-sehem ta’ standardi ta’ baned madwar Malta, armar tas-Soċjetà, kif ukoll statwi ta’ San Ġużepp ta’ diversi Kalkariżi. Del-egazzjoni mis-Soċjetà, attendiet għall-quddies tal-Erbgħat l-oħra susseg-wenti li saru matul ix-xhur ta’ Mejju u Ġunju. Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Me-jju, l-Għaqda tal-Armar organizzat Football Tournament ġewwa l-grawnd tax-Xgħajra, filwaqt li l-għada s-Sibt saret Carwash oħra ħdejn il-maħżen. Il-Ħadd 29 ta’ Mejju, il-Banda Sa-gra Familja għall-ewwel darba kellha servizz mużikali ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santu Wistin.

Ġunju 2011Is-Sibt 4 ta’ Ġunju delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għal qud-diesa konċelebrata li saret minn Patri Victor Livori MSSP fl-okkażjoni tal-25 Saċerdozju. Wara, l-istess del-egazzjoni attendiet għal riċeviment u ġiet preżentata tifkira tal-okkażjoni lil Patri Livori. Sadanittant, nhar it-Tlieta 7 ta’ Ġunju, il-Kappillan il-Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scannura bierek is-sede tas-Soċjetà. Is-Sibt 11 ta’ Ġunju filgħodu saret Carwash mill-Għaqda tal-Armar, filwaqt li filgħaxija s-Soċjetà ħadet sehem fi sfilata ta’ standardi madwar it-toroq tal-Imqab-ba fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twaqqif tal-każin tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju, il-Banda Sa-gra Familja ħadet sehem f ’servizz mużikali ta’ marċ u programm fil-fes-ta tat-Trinità Qaddisa ġewwa l-Marsa, filwaqt li l-Ħadd 26 ta’ Ġunju saret il-purċissjoni ta’ Corpus Christi madwar it-toroq tal-Parroċċa, fejn ġiet armata tribuna fit-tarf ta’ Triq ir-Rnella, kif ukoll xi pavaljuni fl-istess triq.

dan ix-xahar inħarġet il-pubblikazzjo-ni Il-Ġilju Rebbieħ li ġiet imqassma mad-djar kollha tal-Kalkara.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu kien jum speċjali għalina għaliex niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġużepp. Filgħaxija delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u fergħat attendiet għall-Quddiesa Solenni Konċelebrata minn Patri Manuel Barbara OFM Cap. fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Mis-sierna San Ġużepp. Wara l-quddiesa, il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat Ikla Ġużeppina fis-sede tas-Soċjetà. Matul din is-serata, l-Għaqda tal-Ar-mar taw ħjiel dwar il-proġett prinċipali tal-armar li se jkun qed jiżżanżan din is-sena.

Is-Sibt 26 ta’ Marzu l-Għaqda tal-Armar organizzat Carwash ħdejn il-maħżen tal-armar filwaqt li l-għada, it-tim tad-darts tas-Soċjetà organizza Darts Open Tournament fis-sede tas-Soċjetà li kellu attendenza tajba ħafna.

April 2011Il-Ġimgħa 8 t’April il-Kummissjoni Banda organizzat Serata tal-Allievi fejn matulha l-allievi tas-Soċjetà daqqew xi biċċiet mużikali li kienu tgħallmu taħt id-direzzjoni tas-Sur-mast Direttur Mro. Ugo Buhagiar. Wara sar riċeviment li għalih kienu mistiedna wkoll il-ġenituri ta’ dawn it-tfal. L-għada s-Sibt 9 t’April, il-Kum-missjoni Żgħażagħ organizzat Timpa-na Night fis-sede tas-Soċjetà, filwaqt li l-Ħadd 10 t’April l-istess fergħa or-ganizzat Football Tournament ġewwa l-grawnd sintetiku tal-Kalkara.

Delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-ftuħ tal-wirja Golgota imtella’ mill-Familja Zammit nhar

Mument waqt is-Serata tal-Allievi li saret nhar il-Ġimgħa 8 t’April.

Waqt preżentazzjoni ta’ tifkira lill-Patri Victor Livori MSSP.

Soċjetà

111

jali, sewwa jekk kienu kittieba b’reputazzjoni internazzjonali bħal Ernle Bradford jew atturi leġġendarji ta’ Hollywood bħal Roger Moore, Lee Marvin u oħrajn. Jiġifieri minkejja li il-pajjiż qatt ma kien nieqes mill-personalitajjiet internazzjonali u personaġġi famużi, b’xi mod irnexx-ielu jżomm dik in-normalità u trank-willità li dejjem kont naf fi tfuliti u li għadni nosserva sal-lum. Djar tat-tfulija fis-snin ħamsinMeta nżur ir-raħal, minn żmien għal żmien, dejjem infittex l-ewwel dar li għixt fiha li kienet fil-qalba ta’ Triq ir-Rnella. Din it-triq kienet waħda prinċipali fi tfuliti u ma kinetx one way kif inhi llum, infatti kienet tilqa’ t-traffiku tielgħa u nieżel lejn l-isptar ta’ Bighi, lejn il-bajja ta’ Rinella jew dak li jkun nieżel lejn ix-xatt. Sew jekk kienet lorrie tal-militar, xi vann ta’ xi bejjiegħ, xi karrozza privata kif ukoll xi żiemel bil-karrettun, dejjem kien hemm id-diffikulta biex is-sewwieq jinnaviga fi Triq ir-Rnella. Fis-snin ħamsin ma tantx kien hawn karrozzi privati u l-biċċa l-kbira tal-vetturi kienu tal-Ingliżi. Madankollu kien hemm num-ru żgħir ta’ familji Kalkariżi li kellhom il-karrozza tagħhom għalkemm din kienet ħaġa aktar rari mil-lum. F’dak iż-żmien, meta Malta kienet għadha kolonja taħt l-Imperu Ingliż, l-isptar ta’ Bighi kien wieħed mill-isptarijiet maġġuri tan-Navy Ingliża, waqt li Triq ir-Rnella kienet l-arter-ja prinċipali tat-traffiku fil-pajjiż. Dawk li kienu joqgħodu f ’din it-triq fl-imgħoddi jiftakru il-ħoss ta’ vet-turi militari tilgħin u niżlin ta’ spiss u kemm-il darba il-qanpiena ta’ xi am-bulanza kienet twaqqaf lil kulħadd fejn ikun sakemm tgħaddi. Mhux l-ewwel darba li karrozza privata li kienet tkun nieżla mit-triq kien ikoll-ha timxi b’lura biex tħalli l-ambulanza tgħaddi.

Fiż-żjajjar tiegħi fil-pajjiż hemm żewġ indirizzi li dejjem infittex meta nżur din it-triq. Dawn huma d-djar fejn kbirt u trabbejt fiż-żmien bikri ta’ tfu-

Il-kuntatt mall-Kalkara matul is-snin li ili msiefer baqa’ sod mingħajr ebda sforz jew organizzazzjoni. Meta wieħed jibqa’ jħossu parti mill-pajjiż fejn beda ħajtu, avolja jkun għex tliet kwarti minn żmienu f ’pajjiż ieħor, fin-naħa l-oħra tad-dinja, hija ħaġa naturali li jkollu x-xewqa jerġa’ jimxi t-triqat u l-isqaqien fejn beda jiffor-ma l-ewwel esperjenzi ta’ ħajtu sa ma siefer fl-età ta’ tmintax-il sena. Minke-jja l-bidliet, li kemm hu, u kemm il-pajjiż, ikunu għaddew minnhom, ma’ kull żjara wieħed irid ikompli jżomm ruħu aġġornat mal-aħħar żvilippi fir-raħal jew il-pajjiż li jkun ħalla snin ilu, waqt li jġedded ħbiberiji li bdew fi tfulitu.

Wieħed irid jaċċetta li l-pajjiż li ħalla ħames diċenji ilu, għadda minn progress u minn bidliet taż-żmien, bħal ma għadda hu stess fil-mixja tiegħu fil-ħajja. Hawn min jgħid li l-memorji tat-tfulija huma l-aktar li jibqgħu stampati f ’moħħ il-bniedem matul ħajtu. Jien naqbel ma’ din it-teorija fil-biċċa l-kbira, imma nem-men ukoll li l-bniedem qatt ma jieqaf jiżviluppa u jimxi ’l-quddiem biex jir-realizza l-potenzjal tiegħu fil-ħajja. Għalhekk biex wieħed jibqa’ kon-ness mall-pajjiż irid jaċċetta l-bidliet li jara mingħajr ma jibqa’ biss marbut mal-imgħoddi bħala l-unika konness-joni tiegħu. Għalkemm il-Kalkara hija maqtugħa mill-pass mgħaġġel tat-tliet ibliet ġirien tal-Kottonera, qatt ma baqgħet lura fir-rata tal-progress fil-qasam artistiku u soċjali. Mill-Kalkara ħarġu ħafna nies li għamlu isem fil-qasam artitisku, sportiv u akkademiku, politiku, eċċ. Fuq kol-loxi s-sbuħija tal-pajsaġġ, li jħabbatha mal-aqwa bliet u rħula f ’Malta, tagħmel lill-Kalkara waħda mill-isbaħ subborgi fl-arċipelagu Malti. Matul iż-żmien il-Kalkara laqgħet fi ħdanha nies ta’ reputazzjoni mond-

Leħen l-Emigrant Kalkariż: Triq ir-Rnellaliti. L-ewwel numru huwa 26, Triq ir-Rnella u l-ieħor numru 18. In-numri issa imbidlu fiż-żewġt idjar u l-post fejn konna noqgħodu aħna kull ma baqa’ minnu hija l-faċċata. Fid-dar ta’ numru 18 Triq ir-Rnella, fejn kienet toqgħod il-familja Micallef, qattajt l-ewwel snin ta’ ħajti nilgħab ta’ spiss mal-aħwa Micallef, Leli, Karmenu u Joey li għadhom ħbieb tiegħi sal-lum. Fi tfuliti kważi kont inqatta’ aktar żmien għandhom milli d-dar. Dak iż-żmien, li t-tfal imorru jilgħabu għand xulxin, kien mod ta’ ħajja, fejn om-mijietna kienu jserrħu rashom basta jkunu jafu fejn, u għand min konna.

Fis-snin ħamsin il-ħajja kienet iżjed innoċenti u nieqsa mill-perikli li jeżistu llum. Fil-bidu konna nilgħabu bis-suldati taċ-ċomb fejn konna dejjem noħolqu xi gwerra fir-roqgħa ħamrija li kellhom fil-ġnien żgħir tad-dar, imma darba skoprejna il-logħba tat-Table Soccer, li konna bagħtna għaliha l-Ingilterra u bdejna ngħaqqdu kom-petizzjonijiet li kienu jimitaw il-futbol Ingliż, konna nqattgħu kull siegħa libera li kellna wara l-iskola fil-kamra t’isfel nilgħabu.

Ħwienet fi Triq ir-Rnella fis-snin ħamsinTriq ir-Rnella ta’ tfuliti kienet mo-qdija sewwa minn ħwienet lokali li kienu jaqdu l-bżonnijiet tal-familiji Kalkariżi, sewwa fin-naħa ta’ fuq u anki fin-naħa t’isfel tal-pajjiż. Jekk nibdew min-naħa t’isfel tat-triq, l-ew-wel ħanut kien dak ta’ Ġanni Meilaq fejn kien hemm il-Każin tal-Labour. Niftakar numru ta’ rġiel miġburin f ’dan il-ħanut fejn ġieli kont immur

Fi Triq ir-RnellaMannie Casha ma’ Charles Flores (Lulju 2006).

112

Soċjetà

113

ma rajtu jdoqq fil-pubbliku, niftakar numru ta’ ritratti li kellu li juru lilu u l-orkestra tiegħu, bil-kitarri u l-man-dolini. Ma niftakarx jekk Ġanni kienx mill-Kalkara, jew ġiex jgħix il-Kalkara darba xtara l-ħanut fi Triq ir-Rnella.

Imbagħad jekk tibqa’ tiela’ aktar ‘il fuq lejn il-pjazza ta’ fuq, hemmhekk kien dak li konna nafuh bħala “l-Każin tax-Xjuħ”, illum aktar magħruf bħala l-Każin tas-Sagra Familja. Fin-naħa l-oħra tat-triq kważi faċċatta tiegħu kien hemm il-ħanut tal-merċa ta’ Luretu Mintoff.

Ftit aktar ‘il fuq kien hemm ħanut tal-merċa “Ta’ Brown” u “il-Każin tal-Cricket”, fejn niftakar numru ta’ rġiel kienu jiltaqgħu u jilgħabu l-cricket regolarment fl-“Għalqa tal-Futbol” u fejn wara kienu jgħaddu siegħa fil-każin. Fis-sajf dan il-każin kien juri xi film għalina t-tfal tal-Kalkara ta’ dak iż-żmien, fejn kienet l-hena tagħna immoru naraw it-talkies tat-Tarżan jew ta’ Popeye jew films oħra adattati għat-tfal.

Fl-aħħar ta’ Triq ir-Rnella kien hemm il-“Coronation Bar” ta’ Joe Borda. Dan kien wieħed mill-aktar bars magħrufa fost in-nies tas-servizzi Ingliżi li kienu impostati l-Kalkara. Wieħed irid jiftakar ukoll li f ’dak iż-żmien il-Ka-lkara kienet waħda mill-aktar pajjiżi ppopolati bin-nies tas-servizzi Ingliżi f ’Malta.

Lura lejn il-biduFis-sena 2006 kont inżilt għall-festa tar-raħal wara 43 sena li kont ili ma naraha. Hija ħaġa sabiħa għal nies imsiefrin li jattendu t-tliet ijiem tal-festa għax barra li jerġgħu jaraw u jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal

nixtri s-sigarretti lil missieri.

Ftit aktar ‘il fuq kien hemm Sunta “tal-forn”. Dan kien post imfittex ħafna fl-aħħar tal-ġimgħa billi ommijietna kienu nieqsin mill-kumditajjiet li llum huma komuni bħal fran tal-gas jew tal-elettriku, għalhekk hemmhekk kien jinġabar kju mhux ħażin f ’ċertu ħin ta’ qabel nofs in-nhar fl-aħħar tal-ġimgħa.Kulħadd jieħu d-dixxijiet bl-ikel biex jinħmew fil-forn komuni-tarju. Niftakar tal-forn kellhom siste-ma fejn kien jagħtina numru fuq speċi ta’ diska taċ-ċomb jew tal-landa, u dik kienet tkun ir-riċetta biex niġbru id-dixx li nkunu ħadna xi sagħtejn qabel.Meta kont tkompli titla’ ‘l fuq fi Triq ir-Rnella kien hemm l-armatura tal-ħanut ta’ Ċetta (ma niftakarx kunjo-ma) li kienet tbiegħ ġugarelli tat-tfal u bric-a-brac waqt li ftit ‘il fuq min-nha, fl-istess naħa tat-triq, kien hemm Ġorġ il-Barbier.

Jekk imbagħad tibqa’ tiela’ fuq in-naħa l-oħra tat-triq kien hemm il-ħanut ta’ Wenzu “tal-Laħam”. Għadni niftakar fis-sajf il-frisk li kien ikun hemm f ’dan il-ħanut minħabba l-fridges kbar li kellu, li kienu għaddejjin il-ħin kollu biex iżommu temperatura konstanti biex jippreservaw il-laħam fil-friża.

Fil-faċċata fuq in-naħa l-oħra kien hemm Lorrie “tal-Għamara”. Niftakar dan il-ħanut li kont trid tinżel it-taraġ biex tiġi fih fejn kellu kull kwalità ta’ xogħol tal-injam għaddej. Dejjem kelli l-impressjoni li Lorrie kellu rep-utazzjoni tajba madwar Malta għax ċertu xogħol kien ikun għal nies minn barra r-raħal.

Jekk imbagħad terġa’ taqsam it-triq kont issib il-ħanut ta’ Karmenu Pisani “taż-Żebgħa”. Dan għalkemm konna nsejħulu “taż-żebgħa” kien ikollu għażla ta’ għodod u affarijiet relevanti għas-snajja. Imbagħad jekk tiqba’ tie-la’ t-telgħa lejn Triq San Mikiel, kien hemm ir-“Rinella Bazaar”. Imbagħad faċċata ta’ Triq San Mikiel kien hemm il-ħanut tal-merċa ta’ Ġanni u Rożi. Dan il-ħanut kien f ’pożizzjoni tajba għax kien fin-nofs bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa t’isfel ta’ Triq ir-Rnella. Ġanni kien mużiċista serju u għalkemm qatt

festa, jerġgħu jiltaqgħu ma’ ħafna ħbieb li bosta drabi jkunu ilhom ma jaraw għal ħafna żmien. Infatti hekk kien ġara f ’dik iż-żjara, għax barra li kont iltqajt ma’ bosta ħbieb tat-tfulija, gawdejt it-tliet ijiem tat-tradizzjoni tal-festa fil-pajjiż għall-ewwel darba mindu kont siefirt fis-sena 1963.

Ħaġ’oħra ta’ interess kienet li irnexx-ieli nerġa’ nżur id-dar numru 26, Triq ir-Rnella fejn qattajt l-ewwel snin ta’ tfuliti. Is-sidien ta’ din id-dar, Im-elda u Freddie Tabone, kienu ġentili biżżejjed biex ippermettuli li nerġa’ nara d-dar minn fuq s’isfel u anki ħadt xi ritratti minn fuq il-bejt. Il-bejt ta’ din id-dar għandu sinifikanza speċjali għalija għax hemm kont inqatta’ l-ħin ma’ missieri fi tfuliti, wara li kien jasal id-dar minn fuq ix-xogħol fid-Dock-yards. Missieri miet fis-snin sittin, għalhekk din iż-żjara kellha impatt speċjali fuqi.

Il-veduta panoramika li kienet tidher minn fuq il-bejt , baqgħet l-istess kif niftakarha fi tfuliti, għalhekk qajmet nostalġija qawwija fija dak inhar. Din kellha tkun l-aħħar darba li kelli nara din id-dar fejn kbirt għax illum m’għadiex hemm, ħlief il-faċċata, għalhekk ir-ritratti li ħadt dak in-har jibqgħu jżommu memorja unika għalija.

KonklużjoniFl-aħħar tas-snin ħamsin il-familja tiegħi ġarret għal Triq San Mikiel fejn kien sar proġett tad-djar fejn qa-bel kien hemm il-knisja l-qadima li ġġarfet fil-gwerra. Hemmhekk beda kapitlu ieħor f ’ħajti fil-Kalkara waqt li spiċċa ż-żmien tiegħi ngħix fi Triq ir-Rnella. Il-ħajja fi Triq San Mikiel kienet ħafna differenti minn żmieni fi Triq ir-Rnel-la. Hemmhekk għaddejt minn ħafna bidliet li wassluni għal żviluppi ġodda bħala teenager, imma dik storja għal darb’oħra. Għalkemm illum Triq ir-Rnella hija one way fi tfuliti niftakarha bħala l-arterja prinċipali li kienet tgħaqqad in-naħa ta’ fuq man-naħa t’isfel tal-Kalkara.

www.manuelcasha.com

Manuel u Leslie Casha quddiem il-bieb numru 26, Triq ir-Rnella (Ottubru 2003).

Soċjetà

115

Mario Vassallo

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kalka-ra, fil-Junior Lyceum ta’ Verdala u

fl-Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano fejn kiseb eżamijiet tas-City & Guilds. Wara kors tal-MCAST, illum għandu l-professjoni ta’ draughtsman ma’ perit privat.

Iservi bħala Segretarju fil-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

Ħbieb, reġgħet waslet sena oħra li fiha ser inkunu qegħdin nerġgħu niċċelebraw il-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp.

Għaldaqstant erġajt ġejt mistieden sa-biex nikteb f ’dan il-programm dwar il-proġett ambizzjuż li bdejna ftit żmien ilu, cioè r-rinovazzjoni tal-bar area tas-sede tas-Soċjetà taghna. Il-ħsieb tal-Kumitat dejjem kien li l-parti t’isfel tiġi mibdula għal stil aktar modern u li jixraq għal dawn iż-żminijiet.

Għal min forsi kien ilu ftit ma jasal wasla sal-każin, sentejn ilu il-Kumitat kien ħa inizzjativa sabiex il-parti ta’ isfel tal-każin, li ahna nsibuha bħala l-bar area, tiġi mibdula fuq stil ġdid. Għal dan il-għan kienu tħejjew di-versi proposti li ġew diskussi mal-Ku-mitat u ma’ Mario Cassar, designer li ntgħażel mill-Kumitat sabiex jagħtina l-għajnuna tiegħu u jiggwidana b’mod professjonali f ’dan il-proġett.

Niftakru kif ftit iżjed minn sena ilu bdejna ix-xogħol billi nqala’ l-madum kollu li kien hemm, sabiex b’hekk stajna nbaxxu il-livell ta’ l-art li kien fiha żewġ saffi ta’ madum antiki. Għaddejna wkoll sistema ta’ drenaġġ, ilma u dawl kompletament ġdida. Ġie wkoll mibdul it-taraġ eżistenti li jagħti għall-ewwel sular għal wieħed aktar jixraq lill-każin tagħna billi sar fuq stil nofs tond. Il-ħidma ta’ dan ix-xogħol saret kważi kollha kemm hi minn membri tas-Soċjetà b’mod volontarju, li minn hawn nixtieq nirrigrazzajhom tad-dedikazzjoni li wrew sabiex wasalna fejn waslana. Nixtieq ukoll ngħid grazzi lil min għal xi raġuni jew oħra ma setax jgħati daqqa t’id fix-xogħol manwali imma għen billi ta d-don-azzjoni tiegħu. Ħbieb l-għajnuna tagħkom hija ħafna apprezzata u meħtieġa, speċjalment meta wieħed jiftakar f ’kemm spejjeż hemm involu-ti speċjalment biex jinxtara l-materjal kollu meħtieġ għall-proġett.

Wieħed mill-ewwel xogħlijiet li sar

eżattament kif għaddiet il-festa kien it-tqegħid tal-madum tal-art li sar kollu volontarjament minn Mario Zammit, mgħejun minn xi membri. B’hekk issa minflok bil-konkos, ra-jna l-art miksija b’madum li ta dehra differenti lill-parti t’isfel tal-każin. L-istess Mario Zammit ħa ħsieb ukoll biex iwaħħal madum kulur kannella fil-bitħa, kif ukoll madum tal-art u tal-ħitan fiż-żewġ toilets li nsibu fil-bar area. Joseph Persico ħa ħsieb iwaħħal l-aċċessorji tat-toilets, filwaqt li Joseph Camenzuli ħa ħsieb jiżbogħ il-bitħa u Jesmond Stivala għadda xi dawl meħtieġ. Ix-xogħol fuq il-bieb tal-bitħa ġie afdat lil Anthony Mar-mara, li ħareġ biċċa xogħol sabiħa b’aluminium modern kulur abjad. Fl-istess bitħa tqiegħed dawl dekorattiv li jibdel il-kulur, filwaqt li t-toilets ġew mgħammra b’dawl bis-sensors.

Xogħol li tlesta lejn l-aħħar tas-sena l-oħra kienu żewġ niċeċ ċkejknin, maħdumin fil-ġebla Maltija li tpoġġew fit-truf tat-taraġ, sabiex b’hekk ik-komplimentaw aktar dan it-taraġ ġdid. Dan ix-xogħol sar minn Joseph Persico, filwaqt li d-dawl fit-taraġ ġie mgħoddi minn Jesmond Stivala. Ak-tar tard dan id-dawl dekorattiv se jintuża sabiex jinxtegħlu xi inkwatri u irħam li se jsiru fit-taraġ.

Kif tlestew dawn l-arkati, il-Kumitat iddelega lill-marmista Joseph Debono sabiex jieħu ħsieb l-għażla tal-irħam tat-taraġ. L-għażla waqgħet fuq il-kumpanija Rabat Marbles b’irħam stil travertino noce. Nistgħu ngħidu li sar xogħol perfett u mirqum li ħadd ma jista’ jmaqdar. Dan it-taraġ ma jistax jitqies bħala lest jekk ma jkol-lux puġġaman sabiħ li jikkumpli-mentah. Il-Kumitat bħalissa għaddej f ’diskussjonijiet ma’ xi disinjaturi sa-biex noħorġu kapolavur ieħor u b’hekk nkomplu niffinalizzaw ix-xogħol li bdejna kif ukoll insebbħu din id-dar ta’ kull Ġużeppin fil-Kalkara.

Sadanitant konna għaddejin b’diskussjoni ma’ Mario Cassar fuq id-dettalji tad-disinn tal-bar. Disinn

li l-Kumitat approva b’mod unanimu. Il-Kumitat jinsab bħalissa qed jiġbor l-istimi mingħand xi mastrudaxxi sa-biex ikun jista’ jsir dan ix-xogħol mill-aktar fis.

Bħalissa għaddej xogħol ukoll fuq is-suffett li wkoll ser ikun qed jikkumpli-menta din l-area. Dan ix-xogħol ġie afdat f ’idejn Chris Farrugia, li qiegħed jagħmel dan ix-xogħol volontarju.

Kif jgħid il-Malti kull bidu fih it-tmiem tiegħu, għalhekk il-ħsieb tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà hu li dan ix-xogħol kollu li bdejna flimkien, jitlesta sal-festa tas-sena dieħla, sabiex hekk ilkoll flimkien inkunu nistgħu niftaħru b’dan il-każin li rnexxielna nibnu lkoll flimkien matul iż-żminijiet kollha. Minn hawn nixtieq insellem lil dawk il-partitarji u soċji fi ħdan is-Soċjetà li taw is-sehem tagħhom u dejjem ħadmu għall-interess ta’ dan il-każin. Każin li llum jinsab igawdi stima kbira min każini ħafna akbar ġo pajjiżna. Każin li dejjem ħadem sabiex iġib il-quddiem il-festa ta San Ġużepp fir-raħal tagħna.

Nagħlaq billi ngħid grazzi lill-membri kollha, lill-Kumitat Ċentrali, u kum-missjonijiet kollha fi ħdan is-Soċjetà tal-paċenzja u l-għajnuna li dejjem sibna sabiex stajna navvanzaw fix-xogħol.

Il-Proġett tal-Każin

Is-Soċjetà tilqa’ fis-sede tagħha lil Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-fidda Episkopali tiegħu. Dan seħħ nhar it-23 t’Ottubru 1949. Jidher fost l-oħrajn, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Dr. Pawlu Boffa.

Il-Kappillan Mons. Carmelo Xuereb jidher qed idawwar lill-Gvernatur Sir Gerald

Creasey madwar il-bini tal-Knisja l-ġdida fis-snin 40. Jidhru, fost l-oħrajn, tfal

Kalkariżi u personalitajiet distinti oħra.

Ritratt-tifkira ta’ Mons. J. P. Parker, Isqof ta’ Northampton fl-Ingilterra, wara quddiesa li ċċelebra ġewwa l-Knisja Par-rokkjali tal-Kalkara nhar il-25 ta’ Lulju 1960 fl-okkażjoni tad-19-il ċentinarju mill-miġja ta’ San Pawl f ’Malta. Jidhru, fost l-oħrajn, Dun Salv Mallia, il-Kappil-lan Dun Alwiġ Debono, Dun Spir Tabone u Dun Joe Bugeja.

118

Kull min jitfa’ ħarstu ’l fuq lejn l-immensità u l-kumplessità arkitet-tonika tal-knisja, illum Bażilika, hekk magħrufa bħala s-Sagrada Fa-milia f ’Barċellona fi Spanja, jaqta’ nifsu. Hekk ġralu, l-arkitett diżinjatur żagħżugħ, Antonio Gaudì, daqs mija u tletin sena ilu, meta kien kkum-missjonat bil-bini ta’ dak li huwa stess kien iddiżinja. Kien jaf sew li x-xogħol li kien jirrikjedi dan il-proġett, kien enormi. Kien jaf li l-materja prima li kellu bżonn biex id-diżinji mħarbxin fuq il-karti jitrasformaw rwieħhom f ’rejaltà, kienet straordinarja. Kien jaf li l-ispejjeż involuti kien se jkunu astronomiċi. U fuq kollox kien konxju mill-fatt li ż-żmien biex jitwettaq proġett daqstant ambizzjuż kien wieħed li jiżboq il-limiti ta’ kwalunk-wè bniedem. Gaudi ma kellux triq oħra ħlief li jafda x-xogħol maniġerjali f ’idejn xi ħadd aqwa minnu, anzi aqwa minn kull bniedem ieħor bħalu. Kien għalhekk li għażel lil San Ġużepp.1 Lilu kien jitlob ta’ kuljum, biex jgħinu fil-ħidma grandjuża tiegħu. Kien igħid ma’ kulħadd li l-veru works manager kien San Ġużepp, u dan ten-nieh qabel ma miet, meta stqarr li “li ma kienx għal San Ġużepp ma kontx inkun kapaċi nwassal dan ix-xogħol sa fejn wasal s’issa,” u qabel għalaq għajnejh żied jgħid li “ma ġara xejn li sa nħallikom jien, l-aqwa li l-manager jibqa’ hemm.” U minn kif sejrin l-af-farijiet, jidher li hekk ġara. Għax bil-kalma u bla paniku ta’ xejn, ix-xogħol li issa ilu għaddej għal dawn l-aħħar mija u tletin sena, mexa sew, u hekk Alla jrid, f ’anqas minn għoxrin sena oħra, ikun lest u komplut.

Fl-okkażjoni taż-żjara li għamel il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI f ’din il-knisja f ’Novembru li għadda, meta għollieha u żejjinha bit-titlu ta’ bażilika, ħsibna li jkun xieraq li nagħtukom ftit tagħrif dwar dan il-bi-ni monumentali, u dwar l-awtur umli tiegħu, li kien tant devot tal-patrijarka qaddis patrun ta’ raħalna, San Ġużepp.

Josefoloġija

119

Andrew BorgB. Ed. (Hons), M. Ed., DEAM

Preżentament jokkupa l-kariga ta’ Assistent Kap ta’ Skola. Kien editur

ta’ Il-Mixja, u l-ktieb tal-festa tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Awtur

ta’ bijografija u ġabra ta’ kitbiet għall-kbar, kif ukoll ta’ kotba għat-

tfal. Devot kbir ta’ San Ġużepp, u fi ħsiebu jieħu l-istudju tal-

Josefoloġija fil-livell Universitarju.

Anzi nibdew l-ewwel biex naraw minn kien Antoni Gaudì.

Antoni GaudìAntoni Gaudì2 twieled fil-25 ta’ Ġunju 1852 fil-provinċja ta’ Tarra-gona fil-Katalonja t’Isfel. Huwa kien mgħammed fil-parroċċa ta’ Reus l-għada li twieled, kif kienet id-draw-wa dak iż-żmien. Il-ġenituri tiegħu, Francesc Gaudì Serra u Antònia Cor-net Bertran, kienu t-tnejn ġejjin minn familji ta’ ħaddiema tar-ram.

Xi ħaġa li kkaratterizzat it-tfulija u ż-żgħożija tiegħu kienet il-marda tar-rewmatiżmu, li żammitu għal perjodi twal f ’iżolazzjoni, bogħod min-nies, iżda qrib ħafna tan-natura. Wieħed jifhem li dan seta’ għen biex influ-wenza x-xogħol tiegħu fl-arkitettura li huwa mnebbaħ u msejjes fuq regoli, forom u ritmi li jinsabu fin-natura. Dan l-iżolament tiegħu għenu wkoll biex żviluppa l-karattru ta’ studjuż.

Beda l-istudji tiegħu f ’Reus stess iżda mbagħad intbagħat ikompli jispeċjalizza fl-arkitettura ġewwa Bar-cellona, fejn kien ukoll jaħdem biex ikun jista’ jħallas għall-istudji tiegħu. Iggradwa arkitett fl-1878, u minnufih fetaħ uffiċju fil-belt fejn sar magħruf f ’qasir żmien bħala innovatur. In-nies li ħadmet miegħu jew li gawdit minn ħidmietu, mill-ewwel intebħet bl-entużjażmu li kellu fix-xogħol. Ma kienx jaħdem għall-flus jew għall-glorja, imma kien ossessjonat li jara l-professjoni tiegħu titwettaq bl-aħjar mod. Il-filosofija tiegħu dwar ix-xogħol kienet waħda purament Krist-jana fejn il-bniedem ifittex li jħaddem it-talenti mogħtija lilu minn Alla l-Imbierek.

Iddedika kull biċċa xogħol li għamel lil Alla, irrispettivament mill-fatt jekk din kinitx reliġjuża jew le, u kien de-jjem jinkludi fl-opra arkitettonika tiegħu xi simbolu li jixhed dan, bħal xi salib jew xi statwa ta’ Marija jew ta’ Ġużeppi. Tant, li ġie li kellu xi jgħid ma’ min ikun ikkummissjunalu xi biċċa xogħol, l-aktar jekk dan tal-aħħar ma kien ikollu l-ebda ħerqa spiritwali fih. Iżda hu kien isostni li dik kienet il-firma tiegħu, u li kellu

dritt għaliha.

Gaudì u San ĠużeppMeta fl-1883 kien kkummissjonat biex jiddiżinja u jibni is-Sagrada Fa-milia, ix-xogħol kien, fil-fatt, diġà mibdi xi snin qabel. U hawn jidħol l-ewwel irbit mal-qaddis patrun tagħna. Għax kienet proprju assoċjazzjoni li kienet devota lejn San Ġużepp li ddeċidiet li tidħol għal dan il-proġett, u kienet għażlet żewġ periti magħrufa u ta’ prestiġju biex iwettquh f ’isimha. Ġara iżda, li dawn iż-żewġ talin ma setgħux jaħdmu flimkien, u għalhekk l-istess assoċjazzjoni daret fuq arkitett aktar żagħżugħ biex iwettaq din il-ħolma tagħhom. U dan ma kien ħadd għajr Gaudì li dak iż-żmien kien għad għandu biss 31 sena.

L-arkitett żagħżugħ tagħna daħal għal din il-biċċa xogħol b’ruħu u b’ġismu, u f ’qasir żmien dan il-proġett sar il-missjoni ewlenija f ’ħajtu. Gaudì bidel kompletament id-diżinji oriġinali u ħareġ b’oħrajn ferm ambizzjużi, tant li l-istess assoċjazzjoni bdiet taqta’ qal-bha. Iżda Gaudì ra fil-patrun ta’ din l-assoċjazzjoni dak li kien għażlu biex iwettaq dan il-proġett għall-glorja t’Alla u għalhekk dar lejh biex jitol-bu l-għajnuna kollha tiegħu. U dan baqa’ jagħmlu ta’ kuljum. Kif għidna fil-bidu ta’ dan l-artiklu, Gaudì ma kien jiddejjaq xejn jgħid ma kulħadd li l-manager ewlieni tax-xogħol kollu kien San Ġużepp. Wara kollox San Ġużepp kien magħżul minn Alla biex iħares il-Familja Mqaddsa tiegħu, u

għaldaqstant ma kienx sejjer jabband-una l-kostruzzjoni ta’ dan l-imkien sa-gru ddedikat proprju lill-istess Familja Qaddisa, is-Sagrada Familia.

In-nies kienu jgħodduh b’miġnun, għax kienu jafu li dan il-proġett qatt ma seta’ jitlesta. Iżda Gaudì dejjem wera kunfidenza fil-providenza. “Is-Sagrada Familia hija frott il-providen-za, bħalma hi l-parteċipazzjoni tiegħi fih bħala l-arkitett tagħha.” Imbagħad meta kienu jistaqsuh “u meta se tlesti-ha din il-knisja?” U kien iweġibhom, “Il-klijent tiegħi mhux mgħaġġel!”3

Gaudi miet traġikament meta safa mtajjar minn tram fis-7 ta’ Ġunju 1926. Jingħad li minħabba l-ilbies fqir tiegħu ħadd ma waqaf jagħtih l-għajnuna u eventwalment ittieħed fi sptar tal-fqar. Kien biss l-għada li xi ħadd għaraf li dan ma kien ħadd għajr il-magħruf Antoni Gaudi. Miet tliet ijiem wara fl-età ta’ 73 sena. Barcel-lona bkietu u ġurnal minnhom kien stqarr hekk: Barċellona tilfet ġenju. Barcellona tilfet qaddis! Anke l-ġebel qed jibkih.4

Gaudì u l-wirt li ħallielnaIl-wirt arkitettoniku li ħallielna Gaudì f ’dan it-tempju monumentali huwa imprezzabbli. Hija biċċa xogħol li teżaltana mhux biss mil-lat mater-jali, minħabba fil-qisien grandjużi u

Antoni Gaudì (1852-1926).

120

fl-elaborazzjoni arkitettonika nnifi-sha, iżda teżaltana wkoll mil-lat spir-itwali. Biżżejjed wieħed iqis x’kienet il-premessa li fuqha bbaża d-diżinji kollha tiegħu Gaudì: Ladarba n-Natu-ra hija frott il-ħidma t’Alla, u ladarba wkoll il-forom arkitettoniċi kollha huma derivati mill-istess Natura, al-lura l-aħjar mod kif tfaħħar ‘l Alla hu, billi tiddiżinja bini bbażata fuq il-ħidma tiegħU stess.5 Huwa kien josserva li kull binja naturali – vini fl-injam tas-siġar, muskoli u partijiet oħra tal-ġisem li jgħaqqdu l-muskoli mal-għadam, biex insemmu ftit – għandha fiha ħjiel ta’ kurvatura, u qa-jla ssib fiha linji dritti, li tant iħobbu jużaw il-periti. Jekk wieħed iħares lejn l-opri arkitettoniċi ta’ Gaudì malajr jifhem x’qegħdin ngħidu, aktar u ak-tar jekk jifli fid-dettall il-bini li qed nitkellmu dwaru hawnhekk, dak tas-Sagrada Familia.

Ispirat min-natura (“Xejn m’hu Arti jekk mhux ġej min-natura.”6) u mar-but magħha b’mod mill-aktar spir-itwali (“L-oriġini ta’ kollox hija n-natura, li hi ħolqien t’Alla.”7), Antoni

Gaudì żviluppa l-istil tiegħu li skond l-istudjużi tal-arkitettura, huwa sintesi ta’ neo-Gotiku, Art Nouveau u xi el-ementi oħra miġjuba mil-Lvant. Per-mezz ta’ dan l-istil inimitabbli tiegħu, l-artist ħoloq opra massiva li tesprimi b’mod viżwali n-narrativa sħiħa tal-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu fuq din id-dinja. Konxju mill-fatt li opra bħal din ma setgħetx titlesta f ’ħajtu, Gaudì pprepara pjanti tri-dimensjonali jew mudelli biex ngħidu hekk, li skond Burry “kienu jinkludu d-DNA strut-turali tal-bini kollu involut f ’dan il-proġett.”8

Id-Dehra tas-Sagrada FamiliaSal-lum tlesta sittin fil-mija tal-bini kollu maħsub minn Gaudì. Filfatt min iżur din il-Bażilka llum, jista’ jgawdi x-xogħol komplut tan-nava ċentrali u l-altar maġġur bil-baldakkin b’kollox. Madwar 8000 ruħ jistgħu ikunu preżenti għall-funzjonijiet reliġjużi li jsiru fiha. Ix-xogħol , iżda, jkompli sejjer fuq barra, fejn f ’dawn l-għaxar snin li ġejjin hu mistenni progress kbir fil-bini tat-torrijiet ppjanati għal din il-knisja. Se jkun hemm total ta’ 18-il torri li jirrappreżentaw l-appostli Pie-tru, Indri, Ġakbu l-Kbir, Pawlu, Barn-aba, Xmun, Ġuda, Mattia, Filippu, Tu-mas, Bartilmew u Ġakbu ż-żgħir, kif ukoll l-erba’ evanġelisti, Luqa, Marku, Ġwanni u Mattew, u l-akbar tnejn, il-Madonna u Sidna Ġesù Kristu. Dan tal-aħħar se jkun għoli 170 metru u se jkun jidher minn kullimkien billi se jkun imdawwal bi dwal ġejjin mis-17-il torri l-ieħor.

Il-knisja se jkollha tliet faċċati grandjużi ewlenin: dik tan-Natività li ilha lesta sa mill-1933 u li tħares lejn il-Lvant, dik tal-Glorja li tħares lejn in-nofsinhar (faċċata li għad trid ti-tlesta) u dik tal-Passjoni li qiegħda fil-Punent.9 Il-faċċata tan-Natività hi miżgħuda b’simboli u figuri li jfakkru-

na fil-ħajja naturali. Per eżempju iż-żewġ kolonni kbar li hemm fuq kull naħa tat-tliet portiċi majestużi, qed jistrieħu fuq fekruna tal-art u oħra tal-baħar. Dawn ifakkruna fi żmien li għaddej bil-mod fil-ħolqien kollu. Imbagħad żewġ kamaleonti jirrafig-uraw is-sens tal-bidla li jġib l-istess żmien hu u għaddej. Il-faċċata tħares lejn ix-xemx tielgħa, simbolu tat-twel-id ta’ Sidna Ġesù Kristu. It-tliet portiċi li fiha din il-faċċata jfissru l-virtujiet tal-Fidi, it-Tama u l-Imħabba.

B’kuntrast qawwi ma’ din il-faċċata miżgħuda b’diżinji u ornamenti, il-faċċata tal-Passjoni tesprimi awsterità, u hija sempliċi u mneżża’ u tevoka l-linji aridi ta’ skeletru li jissimboleġġa l-mewt. L-akbar u l-isbaħ faċċata mis-tennija tkun dik tal-Glorja, li x-xogħol fuqha nbeda fl-2002 u li sal-lum għadha mhix kompluta. Iddedikata lill-Glorja ta’ Ġesù Kristu fl-għoli tas-smewwiet, tirrappreżenta t-triq li twassal għand Alla l-Missier: il-Mewt, il-Ġudizzju Finali u l-Glorja ta’ de-jjem li tiddomina fuq l-infern li huwa l-għażla aħħarija ta’ dawk li sa l-aħħar jibqgħu jirrifjutaw il-ħniena t’Alla.

San Ġużepp jinsab iżejjen il-faċċata ddedikata lin-Natività fi skultura li ddiżinja Gaudì innifsu. Il-qaddis tagħna jidher qed jindokra l-kompo-nenti l-oħra tas-Sagra Familja, Marija Santissima u l-Iben t’Alla magħmul bniedem fit-tarbija Ġesù. Skond skeda ta’ xogħol minn dawk li qed jesegwixxu l-ħidma attwali, hu pre-vist li sas-sena 2020, il-parti l-kbira tax-xogħol grandjuż fuq l-imsemmija faċċati u torrijiet ikunu lesti. U bix-xieraq għax f ’dik is-sena se nkunu qed niċċelebraw anniversarju ferm għażiż għalina d-devoti ta’ San Ġużepp: il-150 sena minn meta l-Papa Piju IX id-dikjarah Patrun tal-Knisja Universali.

Dehra ġenerali tas-Sagrada Familia.

Referenzi1 Dan it-tagħrif ksibtu minn ‘The Messen-ger of St Anthony’ ta’ Novembru 2010, p. 42.2 Dan it-tagħrif dwar Gaudì hu meħud mill-artiklu ‘God’s Architect’ ta’ Renzo Al-legri, li deher fil-pubblikazzjoni Messenger of St Anthony ta’ Novembru 2010, pp. 40-43.3 Kwotazzjoni meħuda minn artiklu ieħor

dwar ‘Gaudì’s Masterpiece’ ta’ Jeremy Ber-lin, li deher fin-National Geographic ta’ Diċembru 2010.4 Il-ġurnal imsemmi kien La Veu de Cat-alunya.5 Ara wkoll l-artiklu msemmi tan-Nation-al Geographic6 Ibid., p. 277 Ibid., p. 248 Ibid., p. 27. Burry, perit Awstraljan ilu

jaħdem fuq dan il-proġett għal dawn l-aħħar 31 sena, u ttraduċa l-imsemmija pjanti tri-dimensjonali fil-lingwa tal-kompjuter u b’hekk iggarantixxa li ma jerġax jiġri dak li kien ġara matul il-Gwer-ra Ċivili Spanjola, meta ħafna mix-xogħol ta’ Gaudì kien intilef.9 It-tagħrif dwar il-faċċati tal-knisja tas-Sagrada Familia hu meħud mill-imsemmi artiklu ta’ Allegri.

Josefoloġija

123

Joe ChetcutiArtikolista magħruf f ’bosta kotba

tal-festi madwar Malta kif ukoll ġurnali, u preżentatur ta’ programmi

dwar festi u marċi fuq stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni. Devot

kbir ta’ San Ġużepp. Preżentement jokkupa l-kariga ta’ Delegat tal-

Banda, Chairperson Kummissjoni Banda u PRO mal-Banda 12th May

ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Hija ħaġa komuni li meta naraw santi jew statwi ta’ San Ġużepp, f ’idejn jew ħdejn il-qaddis ikun hemm fergħa tal-ward tal-ġilju. Il-ġilju, wisq tajjeb, ifakkar fil-purità. Għandna naħsbu li kemm il-Knisja Kattolika kif wkoll l-artisti, pitturi u skulturi għażlu l-fjur tal-ġilju bħala simbolu tal-verġinità minħabba l-bjuda u l-fwieħa li għandu dan il-ward.

Xi qaddisin taw interpretazzjoni kem-mxejn differenti: il-ġilju f ’idejn San Ġużepp ifisser l-qalb l-aktar pura ta’ Marija. Għandhom raġun ukoll dawn il-qaddisin kommentaturi. Ġużeppi kien iħares u jindokra b’reqqa u at-tenzjoni kbira l-verġinità tal-għarus tiegħu Marija. Ġużeppi kien ukoll ħafna attent u jindokra l-verġinità tiegħu stess. Għaldaqstant, il-ġilju f ’idejn Ġużeppi jissimbolizza żewg verġinijiet: ta’ Marija u tiegħu.

F’xi żmien fl-istorja tal-Knisja kien hemm dibattitu jekk fl-imqaddes Ġużeppi kienitx teżiżti l-ġibda ses-swali bħal ma naturalment teżisti fl-irġiel normali, dan id-dibattitu tqanqal minħabba l-fatt li xi għorrief esprimew l-idea li fil-każ ta’ Ġużeppi kienet imrażżna anzi mitfija għal kol-lox kull xegħla u ġibda ta’ passjoni. Kellu, jew ma kellux San Ġużepp dawk il-ġibdiet naturali li jħoss il-bniedem naturali? Dwar dan nibqgħu ma nafux. Ħaġa waħda nafu: li meta Alla jiddestina lil xi ħadd għal xi missjoni, Hu jagħtih il-mezzi kollha meċessarji għal dik il-missjoni.

L-istorja ssemmi każi ta’ qaddisin li b’don t’Alla ħelsu mill-ġibda sesswali għax kienu reliġjużi. Fil-ħajja ta’ San Tumas minn Aquino nsibu li wara li dan il-qaddis rebaħ tentazzjoni kbira ta’ l-impurità, hu ġie meħlus darba għal dejjem mill-ġibdiet sesswali.

Każ ieħor kien dak ta’ San Franġisk t’Assisi li biex jikkumbatti t-tentazzjo-ni tal-ġibda sesswali ntefa’ fuq pjanti kollha xewk. B’miraklu l-pjanti tax-

xewk inbidlu fi pjani tal-fjuri. Sal-lum dan il-post għadu jissejjah “il Roseto” u bosta pellegrinaġġi u viżitaturi bar-ranin iżuruh kuljum.

Mela jista’ jkun, li kif Ġużeppi kellu qalbu safja, mhux biss mill-ħtijiet l-aktar żgħar u ħfief imma anke minn ġibda lejn dawn in-nuqqasijiet. San Ġużepp kien jaħseb biss fil-ħwejjeġ tas-sema u f ’dak li jirrigwardja l-ħarsien ta’ Marija u ta’ Ġesù. Fil-fatt, f ’rivelazzjoni li kellha Santa Briġida hi semgħet dawn il-kelmiet dwar San Ġużepp, “Kien mejjet għad-dinja u għal ġisem u ma kien jixtieq xejn għajr ħwejjeġ tas-sema.”

Qaddis ieħor iddeskriva l-verġinità ta’ San Ġużepp b’dawn il-kelmiet, “Il-bjuda tal-purità tiegħu hi bħall-bjuda tas-silġ, bħall-ilma l-aktar safi u ċar, bħall-kristall l-aktar nadif... Oh, fost liema fwieħa mar Ġużeppi jikkon-serva dak il-ġilju oriġinali tiegħu li hu kien wiegħed l’Alla.”

Bilfors ikollna nammettu li ħafna mill-imħabba li Marija kellha għar-raġel tagħha Ġużeppi kienet devota għax

Il-Verġni Marija ħabbet lir-raġel tagħha Ġużeppi għax hu wkoll kien Verġni

kienet tarah imżejjen bil-ġmiel tal-purità. Ġużeppi kien fost il-bnedmin kollha l-aktar li jixbah lilha. Marija kienet il-krejatura l-aktar magħquda m’Alla għalhekk ħabbet lil Ġużeppi li ukoll ħabb ‘l Alla ta’ bilħaqq. Alla għandu wisq għal qalbu dawk li huma puri.

Xi qaddisin isostnu li meta ċ-ċkejken Ġużeppi ġie fl-użu tar-raġuni u sar jaf kemm il-verġinità hi għal qalb t’ Alla, għamel wegħda li jibqa’ verġni. Jingħad li Marija, billi kellha għerf infus, kienet taf dwar is-sbuħija tal-verġinità minn età l-aktar żgħira, u l-vot tal-verġinità għamlitu meta kellha biss tliet snin.

Ġewwa t-tempju hi wegħdet lil Alla li tibqa’ verġni. Għalhekk, mhux kliem fieragħ li ngħidu “Marija ħabbet lil għarus tagħha Ġużeppi, ukoll minħabba l-virtù tal-purezza.”

Soltu jingħad li l-anġli tas-sema huma spirti puri. Dan għax ma għandhomx ġisem. Imma kif jistqarr Carmelo A. Lopide, “Avolja Ġużeppi kellu ġisem uman bit-tendenzi tiegħu kollha um-ani, hu kien pur aktar mill-anġli.”

San Ġużepp ġie magħżul bħala patrun singulari ta’ numru kbir ta’ ordnijiet u assoċjazzjonijiet reliġjużi għax hu kien l-ewwel li fetaħ it-triq ta’ dawk li jiġu

San Ġużepp jisħaq x-xitan flimkien ma’ San Ġwann il-Battista u l-Madonna. Jidher il-

Missier Etern qiegħed ibierek lil din il-familja u jagħtiha d-doni meħtieġa biex iseħħ il-pjan

tas-salvazzjoni permezz ta’ Kristu.

warajh u jwiegħdu li josservaw il-kastità għall-bqija ta’ ħajjithom kollha.

Ma’ dawn l-għaqdiet u soċjetajiet anke sekulari insemmgħu s-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) li waqqaf San Ġorġ Preca li kien irid li s-soċji tal-għaqda tiegħu ma jiżżewġux.

La semmejna lil Dun Ġorġ, tajjeb niftakru li dan il-qaddis tagħna kien devotissimu ta’ San Ġużepp, kiteb ħafna fuqu u xerred ma’ Malta kollha dik it-tislima popolari lil San Ġużepp:

Salve Sancte JosephSalve Custos Virginum

Salve O Beate PaterEt Jesu Ora Pro Nobis

Li bil-Malti tfisser: Sliem għalik Qad-

dis Ġużeppi, Sliem għalik kustodju tal-verġni, Sliem għalik qaddis mis-sier, itlob lil Ġesù għalina.

Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, fil- 15 ta’ Awwissu tas-sena 1989, ħareġ do-kument Eżortazzjoni Apostolika fejn fiha għamel enfasi li ż-żwieġ ta’ San

Ġużepp mal-verġni Marija kien żwieġ veru u mhux sempliċi għal għajn in-nies.

Dan minħabba l-fatt li xi kit-tieba anke devoti ta’ San Ġużepp irraġunaw hekk, “La darba l-verġni Marija kienet dejjem verġni u Ġużeppi kien dejjem verġni sa tmiem ħajtu, dan iż-żwieġ kien paraventu għal għajn in-nies..”

Iż-żwieġ ta’ Marija u Ġużeppi kien żwieġ reali skond il-liġi Mosa-jka. Anke l-anġlu tal-Mulej meta kel-lem lil Ġużeppi qallu, “Tibżax tieħu ‘l Marija b’martek” (Luqa 1, 27) u “Ġużeppi għamel kif ordnalu l-anġlu u ħa ‘l martu għandu.” (Mt 1, 24). Meta Alla ta lil Ġużeppi fiż-żwieġ lil Marija, ma tahx biss bħala sieħeb ta’ ħajjitha, imma wkoll bħala xhud ta’ xbubitha u difensur ta’ ġieħha.

124

Sposalizio della VergineBernardino Luini, Santwarju Beata Verġni

tal-Mirakli, Saronno, l-Italja.

Kav. Duncan BrincatB.Com. (Hons.), OBSS

Gradwat fl-Ekonomija mill-Università ta’ Malta, ilu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat sa mis-sena 2001. Għamel żmien Ret-tur tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u

anki Segretarju tal-Grupp Fratel-lanzi Maltin. Kavallier tal-Ordni

Biżantin tas-Santu Sepulkru.

Josefoloġija

125

IntroduzzjoniBejn it-2 ta’ Mejju 1994 u t-2 ta’ Me-jju 1998, żewġt ibliet tal-Amażonja (Brażil), Manaus u Itapiranga, kienu magħżula bħala imkien għal dehriet minn Ġesù, Ġużeppi u Marija. Dawn il-fatti straordinarji seħħew fil-ħajja ta’ Edson Glauber u f ’din t’ommu, Maria do Carmo. Fost id-diversi messaġġi li jħeġġu għal iżjed talb b’riżq il-konverżjoni personali, dik tal-midin-bin u anki sabiex tintemm il-vjolenza fid-dinja u ssaltan il-paċi, Ġesù u Sidtna Marija jisħqu sabiex il-Knisja tkabbar u xxerred iżjed id-devozzjoni lejn San Ġużepp u l-qalb safja tiegħu.

Id-DehrietId-dehriet ta’ Sidtna Marija ngħataw bidu t-Tnejn 2 ta’ Mejju 1994 fil-belt ta’ Manaus (li inċidentalment tfisser “Omm Alla”) fl-inħawi magħrufa bħala Dom Pedro. Maria do Carmo kienet l-ewwel waħda li rat lil Sidtna Marija, fis-salott tad-dar tagħha stess, waqt li kienet qegħda titlob fl-4 ta’ filgħodu. Wara li talbet ir-rużarju, inħasdet b’dawl qawwi li xegħel il-kamra kollha. F’dan id-dawl, dehret tfajla mill-isbaħ liebsa libsa bajda twila sal-art u b’mant tal-istess kulur li kien ixiddilha rasha u spallejha. Din it-tfajla kienet qed iżżomm f ’idha ku-runa tar-rużarju biż-żibeġ blu, li malli urietha lil Maria do Carmo, qaltilha, “Itlob, itlob!” F’din id-dehra Sidtna Marija wriet lil Maria lil binha Quiri-no, li kien miet b’mod aċċidentali waqt il-logħob, fl-1 ta’ Settembru 1989.

Dan seħħ biex jurieha li Quirino kien m’Alla u magħha fis-sema , u għalhekk ħeġġietha biex titlob sabiex xi darba tiltaqa’ miegħu fil-glorja tas-sema.

Is-Sibt ta’ qabel din id-dehra, nhar it-30 t’April, Edson kien qed jitlob ma’ ħutu u xi ħbieb quddiem l-artal id-dedikat lil Sidtna Marija li kellhom f ’dan l-istess salott. Waqt it-talb huwa sema’ vuċi mill-aktar ħelwa tgħajjatlu u tgħidlu, “Itlob b’qalbek. Itlob ir-rużarju kuljum. Jien daqt ġejja: sten-nieni!” Minn dak inhar, Sidtna Marija u San Ġużepp dehru kemm lilu u anki lil ommu diversi drabi, biex iwasslul-

hom messaġġi ta’ tama, bi stedi-na lill-bnedmin kollha għat-talb, għall-konverżjoni u għall-bidla tal-ħajja.

Il-postijiet tad-dehrietFil-bidu dawn id-dehriet seħħew fis-salott tad-dar ta’ din il-famil-ja, waqt li kienu jkunu miġbura jitolbu r-rużarju. Madankollu, mal-mogħdija taż-żmien, il-Madonna talbithom biex jitolbu għall-belt ta’ Itapiranga (li tfisser

“ġebla ħamra”), belt fejn twieled ir-raġel ta’ Maria do Carmo, fejn kienu jgħixu l-ġenituri tagħha, u fejn sal-lum il-ġurnata għadhom jgħixu ħutha.

Fix-xahar ta’ Ġunju 1994, il-Verġni Marija talbet lil Edson u lil ommu biex imorru Itapiranga u hemm jistiednu lill-poplu għat-talb u l-konverżjoni billi jxandru l-messaġġi li kienet għadditielhom. Ma jistax jonqos li għall-bidu dan kien diffiċli ħafna, anki minħabba l-fatt li bosta ma kienux qed jemmnuhom. Sidtna Marija għinithom biex irabbu l-paċenzja u biex jaffrontaw il-kuntrarju bir-rassenjazzjoni u fis-sliem, u biex dan kollu joffruh għall-konverżjoni u għas-salvazzjoni tad-dinja. F’dik il-belt, f ’medda art li kienet propjetà ta’ missier Edson, Sidtna Marija talbi-thom jibnu kappella żgħira f ’ġieħha, li fil-bidu kienet magħmula bit-tiben, li

kellha tfisser u tfakkar is-sempliċità, il-faqar u l-uġiegħ ta; ulieda is-seringue-iros tal-Amażonja li, fil-passat, ġew maltrattati, sfruttati, u anki maqtula minn dawk li kellhom il-poter tal-art. B’din il-kappella, il-Madonna riedet turi lid-dinja li l-poter dinji, l-armi sofistikati, il-ġid tad-dinja u l-illużjoni ta’ ħajja sfrattata f ’affarijiet mater-jali m’huma xejn ħdejn is-saltna tas-smewwiet li qegħda hemm għal dawk li huma meqjusa bħala x-xejn tad-din-ja, għall-foqra, għas-sempliċi u s-safja f ’qalbhom, kif jgħallimna Ġesù stess fil-beatitudnijiet.

F’Itapiranga, fl-imkejjen prinċipali fejn seħħu d-dehriet lil Edson u lil ommu, illum il-ġurnata insibu kap-pella, salib fuq għolja, salib fl-għalqa tat-talb u l-post fejn jinsab il-fonti tal-ħniena u tal-grazzja. Sidtna Mar-ija dehret bosta drabi f ’diversi mkien oħra ta’ din l-istess belt: ġewwa d-dar ta’ diveri persuni sabiex turihom l-imħabba li Alla għandu għall-familji; fid-daħla taċ-ċimiterju ta’ din il-belt bħala stedina għat-talb b’riżq l-erwieħ ta’ dawk midfuna li ġew minsija u ab-bandunati fil-Purgatorju; u fil-Knisja sabiex kulħadd jifhem li dan huwa l-post prinċipali u qaddis fejn jinstab Alla, fejn il-Missier jistenna lill-uliedu kollha biex iqassam il-grazzji u l-barka tiegħu, il-post fejn iseħħ l-akbar mi-raklu u xhieda ta’ mħabbtu għalina:

Dehriet ta’ San Ġużepp (2)

Itapiranga, Brazil.

Dehra ġenerali ta’ Itapiranga fil-Brażil.

126

l-Ewkaristija, tifkira ħajja li ġġib preżenti u attwali s-sagrifiċċju li Kris-tu għamel minnu nnifsu lill-Missier, darba għal dejjem, fuq is-salib b’riżq l-umanità kollha. Il-post fejn il-ħobż u l-inbid isiru ġismu u demmu.

Kif seħħew id-dehrietId-dehriet ta’ Sidtna Marija dejjem seħħew wara t-talba tar-rużarju, waqt li kienu jingħadu s-seba’ Kredu għall-ateji u dawk li ma jemmnux, jew in-kella waqt il-ħames Salve Reġina li jingħadu għall-ftuħ ta’ qlub iebsa. Hija stess talbet li jingħad dan it-talb wara t-talba tar-rużarju mal-poplu, u hi stess indikat lilhom x’kienu l-intenzjonijiet. Id-dehra ta’ Sidtna Marija dejjem isseħħ wara d-dehra ta’ dawl qawwi ovali, li jersaq lejhom u jikber bla dewmien quddiemhom, bħal qisha splużjoni ta’ dawl. Hija tidher ġewwa dan id-dawl u fuq sħaba. Madwar rasha għandha ku-runa ta’ tnax-il stilla jixgħelu dehbi-ena. Ma dehrietx bħala mara twila, xi metru u sittin ċentimetru bħala tul, b’fiżjonomija delikata, għajnejha kaħlana, xagħrha skur kważi kollu mgħotti bil-mant, ħlief għal ftit minn quddiem. Tidher żgħażugħa, ta’ ħmistax jew sittax-il sena u di-versi drabi ġiet akkumpanjata minn binha Ġesù, minn San Ġużepp jew minn xi anġli jew qaddisin oħra.

Id-dehriet l-iktar importanti seħħew f ’Itapiranga mill-1994 sal-1998. Matul dan iż-żmien Ġesù, Marija u Ġużeppi taw diversi messaġġi im-portanti fuq il-Knisja, il-familji u l-umanità kollha. Kważi f ’kull dehra, il-messaġġi kienu jinkitbu għaliex Sidtna Marija kienet twassal il-messaġġ lil Edson jew lil Maria do Carmo, u dawn kienu jiktbuhom fuq il-pitazzi tagħhom, bil-permess ta’ Ġesù u ta’ Marija. Diversi drabi l-Verġni Mar-ija kienet tistaqsiehom sabiex jir-repetu b’vuċi għolja lill-persuni l-oħra preżenti, il-messaġġi tagħhom, waqt id-djalogu li kien iseħħ bejniethom. Drabi oħra, il-Madonna kienet tistaqsi lil Edson biex dan ipinġi disinji skont dak li jkun qed jara waqt id-dehriet. Hija spjegatlu li dawn kienu kollha messaġġi importanti li kellhom jiġu mgħarrfa lill-poplu, lill-Knisja u lid-

dinja. F’xi okkażjonijiet oħra, Sidtna Marija jew Ġesù urew ix-xewqa li Ed-son jimxi jew jiċċaqlaq għarkubbtejh tul il-post tad-dehra sabiex iservi ta’ penitenza għall-midinbin. Hija kienet titolbu sabiex joffri kollox għas-seħħ tal-pjanijiet li kellha għal Itapiranga u għas-salvazzjoni eterna ta’ bosta erwieħ li kienu qed jintilfu. Fis-sena 1994, Sidtna Marija qalet, “Nixtieq li nkun magħrufa bħala Reġina tar-Rużarju u tal-Paċi, għaliex nixtieq nuri lilkom kollha li bit-talba tar-rużarju d-dinja ssib il-paċi. Għalhekk ġejt hawnhekk, fl-Amażonja, bħala Reġina tar-Rużarju u tal-Paċi. Paċi, paċi, paċi! Itolbu għall-paċi!” (13 Mejju 1994)

Id-Dehriet ta’ San ĠużeppId-dehriet ta’ San Ġużepp fil-bidu kienu rari. Xi drabi huwa deher maġenb il-Verġni Marija u Ġesù, mingħajr ma qal l-ebda kelma. Sidtna Marija fis-sena 1995 bdiet titkellem fuq San Ġużepp ma’ Edson u avżatu minn żmien qabel sabiex jistenna xi dehriet tiegħu, għaliex hu kien ġej biex jagħtih xi messaġġi importanti mingħand Alla, messaġġi li kienu mogħtija għall-ġid tal-Knisja u tal-familji tad-dinja kollha. Dawn id-dehriet ta’ San Ġużepp saru aktar frekwenti f ’nofs ix-xahar ta’ Marzu 1998. F’dak iż-żmien Edson kien marid bil-ħepatite u ried bilfors jibqa’ fis-sodda, mingħajr ma

jiċċaqlaq, u għalhekk ma seta’ jagħmel kważi xejn għal sitt xhur sħaħ. Kien il-perjodu meta fih San Ġużepp kixef għall-ewwel darba l-wegħdiet tal-qalb safja tiegħu u d-devozzjoni li Alla xtaq li tinxtered fil-Knisja u fid-dinja. San Ġużepp fehmu li din id-devozzjoni kienet se tkun mezz qawwi ta’ qdusija, li permezz tagħha Alla kien se jagħti lill-Knisja u lil dawk kollha li jonoraw il-qalb safja tiegħu. Din hi devozzjoni unika lit-tliet qlub flimkien ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi. Din id-devozzjoni tkun qed tonora lit-Trinità Qaddisa. Matul id-dehra tas-Sagra Familja li seħħet fil-25 ta’ Diċembru 1996, Ed-son ra lil Ġesù u Marija li kienu qed

juru l-qlub tagħhom u jindikaw dik ta’ San Ġużepp, u filwaqt li minn tagħhom bdew ħerġin raġġi ta’ dawl, dawn bdew deħlin fil-Qalb Safja ta’ San Ġużepp, li mbagħad minn ġo fiha, dawn ir-raġġi bdew jixterdu fuq il-bnedmin kollha. Huwa ra wkoll li fil-qalb ta’ Ġesù kien hemm minqux salib, f ’dik ta’ Marija kien hemm minquxa l-ittra ‘M’, u f ’dik ta’ San Ġużepp kien hemm salib u l-ittra ‘M’ flimkien, xhieda li turi l-għaqda qaddisa ta’ San Ġużepp ma’ Ġesù u ma’ Marija.

Fis-26 ta’ Novembru 1997, Sidtna Marija qalet lil Edson, “Ibni, fid-de-hriet li jmiss, se ngħidlek biex tisten-na ż-żjara tar-raġel kastissmu tiegħi San Ġużepp. Huwa, mibgħut minn ibni Ġesù, se jgħaddilek xi messaġġi

partikulari u oħrajn destinati għall-poplu. Ġesù qed jibgħatu sabiex uli-edi kollha madwar id-dinja jkunu jistgħu jifhmu l-glorji kbar u meravilji li Alla joħloq f ’ħajjitkom permezz tal-interċessjoni tiegħu. Alla jixtieq li San Ġużepp jiġi glorifikat b’mod speċjali mill-bnedmin kollha għaliex f ’dawn l-aħħar żminijiet huwa meqjus im-portanti ħafna għas-salvazzjoni tal-Knisja Mqaddsa u tal-umanità kollha. Jien ngħidilkom, uliedi, li fl-aħħar it-tliet qlubna se jirbħu: itolbu, itolbu, itolbu!” Diversi drabi ġie Ġesù biex jitlob personalment lil Edson sabiex ixerred id-devozzjoni lejn il-qalb tal-Missier Verġni tiegħu San Ġużepp, u biex iħobbu bħalma jħobbu hu stess. Fis-27 ta’ Novembru 1997, Ġesù qallu, “Nixtieq li uliedi kollha, madwar id-

It-tliet qlub mqaddsa: Ġesù, Ġużeppi u Marija: bir-raġġi ta’ Ġesù u ta’ Marija jagħtu ġewwa

l-qalb ta’ San Ġużepp li jwassalhom fid-dinja .

Josefoloġija

127

dinja kollha, ikollhom id-devozzjoni lejn il-qalb safja tal-Missier Verġni tiegħi San Ġużepp. Kulħadd ikun jaf li hemm bżonn biss li jissemma’ l-isem tal-Missier Veġni tiegħi San Ġużepp, biex jitriegħed l-infern kollu u jaħarbu x-xjaten kollha. Fis-sema, l-anġli koll-ha u l-qaddisin ifaħħru dejjem lil San Ġużepp, għaliex jien żammejt għalih post kbir glorjuż.”

Dehra li ħalliet bla kliem lil Edson kienet dik tat-23 ta’ Novembru 1997 li seħħet f ’Itapiranga. Edson jgħid li, “F’din id-dehra, Ġesù ġie akkumpanjat minn Marija u San Ġużepp. Il-Verġni Marija kienet fuq in-naħa tal-lemin u San Ġużepp fuq in-naħa tax-xellug. It-tlieta li huma kienu bilqegħda fuq tliet troni mill-isbaħ. Dak li ġibidli l-attenzjoni f ’din id-dehra kien li t-tli-eta li huma kienu liebsin kuruni mill-isbaħ fuq rashom. Ġesù qalli, ‘Ħobbu dejjem lil Ommi Santissima, Reġina tas-sema u tal-art, u lil Missieri Veġni li qegħdtu bħala Missieri u Protettur tad-dinja u tal-Knisja Mqaddsa.’”

Fid-dehra tas-6 ta’ Ġunju 1997, festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, Edson irċieva messaġġ mingħand is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu li ried jiġi mwas-sal lil Papa u lill-Knisja kollha, “Hija x-xewqa tagħna li l-ewwel Erbgħa wara l-festa tal-Qalb Imqaddsa tiegħi u dik tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, tiġi kunsidrata bħala l-festa tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp.” Din it-talba reġgħet saret diversi drabi lil Edson. F’Itapiranga, il-Madonna kienet qaltlu li “l-missjoni” tiegħu kienet dik li jx-erred madwar id-dinja d-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ San Ġużepp u li jagħmlu magħruf b’imħabbtu mal-bnedmin kollha. Fl-aħħar, fis-sena 1998, Edson irċieva mingħand Ġesù u l-Madonna xi messaġġi dwar din id-devozzjoni, li kellhom jiġu mwassla lill-Papa u lill-Knisja Mqaddsa, “F’dawn ix-xhur irċevejt mingħand is-Sinjur tagħna Ġesù u mingħand il-Verġni Marija, Ommu, xi rivelazzjonijiet importan-ti dwar San Ġużepp. Hija volontà u xewqa ta’ Ġesù u ta’ Marija li d-dinja kollha tkun konsagrata lill-Qalb Safja ta’ San Ġużepp, sabiex huwa jkun jista’ jifrex iżjed il-grazzji tiegħu, kif ukoll il-barka tiegħu b’riżq il-Knisja

Mqaddsa u d-dinja kollha. B’din il-konsagrazzjoni, is-Sinjur Alla jrid jigglorifika lil San Ġużepp sabiex hu, magħqud mal-qlub ta’ Ġesù u Marija, ikun l-interċessur u protettur tagħna fil-mumenti diffiċli għall-Knisja u għad-dinja, u b’hekk jiġu evitati tant weġgħat li jeqirdu d-dinja.”

Fit-30 ta’ Novembru 1998, Edson irċieva dan il-messaġġ fl-Italja, “Ibni l-għażiż, kellem lill-Papa u lill-Knisja Mqaddsa dwar dan il-messaġġ. Ibni Ġesù Kristu u jien Ommu, nixtiequ li d-dinja kollha tkun konsagrata lill-Qalb Safja ta’ San Ġużepp. Mhux li kien li jisimgħu dan l-appell li qed nagħmlu! B’din il-konsagrazzjoni se jkunu evitati tant weġgħat għall-Knisja. Il-Knisja għandha tagħraf din id-dinjità li Alla ta lil żewġi. Mhux li kien li din ix-xewqa ssir realtà mill-aktar fis. Ġesù jixtieq isaltan flimkien mal-Qalb Immakulata tiegħi u mal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp. Inbierek lil kulħadd, f ’isem il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Amen.”

Iż-żgħażugħ Edson Glauber, permezz ta’ dehriet matul ix-xahar ta’ Marzu 1998, irċieva ż-żjara ta’ San Ġużepp li kellmu dwar “il-wegħdiet” tal-Qalb Safja tiegħu. Is-Sinjur Alla tah il-permess li jirrivela dawn il-wegħdiet. Il-Madonna kienet diġà qalet lil Edson li kellu jistenna ż-żjara ta’ San Ġużepp minn mument għall-ieħor. F’dawn id-dehriet Edson kien ma jiflaħx u dawn il-laqgħat speċjali kienu jseħħu ġewwa kamartu. San Ġużepp kien ji-dhirlu dejjem għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija. Xi drabi kien jiġi waħdu, filwaqt li drabi oħra kien jiġi ma’ Marija u ma’ Ġesù. Huwa kien jid-her b’fiżjonomija żgħażugħa, b’età ta’ xi tletin sena, b’għajnejh kulur aħdar, sbieħ wisq, u b’daħqa affaxinanti, jid-her bħala bniedem maħbub, imħasseb u jinkwieta għal kull wieħed minna, bħalma missier fuq din l-art jieħu ħsieb ta’ ibnu. Wara li xandar “il-wegħdiet” tal-qalb tiegħu, San Ġużepp kien jgħid lil Edson li kien se jerġa’ jiġi biex ixan-darlu xi messaġġi oħra partikulari, li kellhom x’jaqsmu mas-salvazzjoni ta’ bosta erwieħ. Suċċessivament, dawn iż-żjarat iseħħu veru. Hawn taħt se nġibu l-messaġġi u l-wegħdiet koll-

ha li San Ġużepp għadda lil Edson. L-aħħar żewġ wegħdiet saru minn Ġesù u minn Marija lil dawk kollha li kienu se jweġġħu l-Qalb Safja ta’ San Ġużepp, skont ix-xewqa tagħhom.

L-Ewwel Messaġġ tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp: 1 ta’ Marzu 1998, 20.55“Għażiż Ibni, is-Sinjur Alla qed jibgħatni biex nitkellem fuq il-grazzji li l-fidili kollha jistgħu jirċievu mill-Qalb Safja tiegħi. Ġesù u l-Qaddisa Marti jixtiequ li tiġi mweġġħa l-Qalb Safja tiegħi. Jien San Ġużepp u ismi ‘Ġużeppi’ ifisser ‘dak li jkattar’: jien, fil-fatt, kuljum kbirt fil-grazzja u fil-virtù qaddisa. Permezz tad-devozzjoni lejn il-Qalb Safja tiegħi, ħafna erwieħ jistgħu jiġu salvati minn idejn ix-xitan. Se nkun qed inkellmek kuljum fuq ‘il-wegħdiet’ ta’ qalbi, li s-Sinjur Alla tagħna qed jippermetti li nirrivelalek. Kif jien kont ‘ġust’, u jien dan quddiem għajnejn Alla, hekk ukoll dawk kollha li se jkollhom devozzjoni lejn il-Qalb Safja tiegħi, se jkunu ġusti u qaddisa f ’għajnejn il-Mulej: jien se nimliehom bil-grazzji u bil-virtù, li twassalhom kuljum fuq it-triq tal-qdusija. Dan huwa l-messaġġ tal-lum. Inbierkek, ibni, u miegħek lill-bnedmin kollha: f ’isem il-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen.” Dakinhar San Ġużepp ġie liebes b’mant kaħlani u b’tunika bajda. Kien mdawwar b’bosta anġli. Kien qed iżomm ġilju f ’idu tax-xellug u kien qed juri lil qalbu.

It-Tieni Messaġġ tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp: 2 ta’ Marzu 1998, 21.37F’din id-dehra San Ġużepp ġie mal-Bambin Ġesù, li kien qed iħeddel rasu, qisu qed iserraħha mal-Qalb Safja tiegħu. Il-Bambin Ġesù kien qed iżomm f ’idejh xi ġilji. San Ġużepp de-her ferħan ħafna u kien qed jitbissem. Kien liebes mant kulur marun u tu-nika bajda. F’dak il-lejl, waqt id-dehra, kien il-Bambin Ġesù li tkellem l-ew-wel wieħed, “Ibni l-għażiż, ħares lejn din il-qalb. Hawn, f ’din il-qalb, tinsab id-dar tiegħi għaliex din hi qalb pura u qaddisa. Mhux li kien li l-qlub koll-ha jkunu bħal din, u b’hekk isiru djar tiegħi fuq din id-dinja. Mhux li kien li jimitaw lil din il-qalb, biex ikunu jistgħu jirċievu l-grazzji u l-barka tiegħi.”

128

Eżatt wara, San Ġużepp għadda dan il-messaġġ, “Ibni l-għażiż, imbierkek. Imbierek lill-ommok u lill-familtek! Ibni l-għażiż, Alla Missierna jix-tieq ixerred fost il-bnedmin eluf ta’ grazzji permezz tad-devozzjoni lejn qalbi. Ibni divin Ġesù, li jien rabbejt b’imħabba ta’ missier f ’din id-dinja, jixtieq li l-bnedmin kollha jkunu jistgħu jxerrdu din id-devozzjoni lejn qalbi lil dawk kollha li għandhom bżonn grazzji mis-sema. Huwa jrid ukoll li kulħadd jgħid lil dawn l-ak-tar bżonjużi b’ħidma u opri tajbin. Inwiegħed lil dawk kollha li se jqimu din il-Qalb Safja tiegħi, u jagħmlu opri tajba fuq din l-art b’riżq dawk li l-aktar għandhom bżonn, speċjalment dawk morda u l-moribondi li tagħhom jien il-mistrieħ u protettur, li jirċievu fl-aħħar mument ta’ ħajjithom il-grazzja ta’ mewta tajba. Jien stess se nkun għal dawn l-erwieħ avukat quddiem Ibni Ġesù u, flimkien ma’ marti Marija Santissima, nikkunslawhom permezz tal-preżenza qaddisa tagħna fl-aħħar siegħat ta’ uġiegħ f ’din id-dinja sa-biex jistrieħu fis-sliem ta’ qlubna. Kif int rajt lill-Ibni Ġesù jħeddel rasu ma’ qalbi, hekk ukoll jien u marti Marija Santissima, inwasslu lil dawn l-erwieħ fil-glorja tal-ġenna, f ’dirgħajn is-Salvatur tagħhom, Ibni Ġesù Kristu, sabiex huma jistrieħu mħeddlin mal-Qalb Imqaddsa tiegħu, ħuġġieġa ta’ imħabba safja u kbira. Imbierek lil kulħadd, f ’isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Kif kien se jitlaq, il-Bambin Ġesù

xerred fuqhom il-ġilji li kellu f ’idejh, li kienu jirrappreżentaw il-grazzji li hu jxerred bl-interċessjoni tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp.

It-Tielet Messaġġ tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp: 4 ta’ Marzu 1998, 21.10 Bħad-drabi l-oħra, wara t-talb, San Ġużepp deher fil-kamra ta’ Edson sa-biex iwassal il-messaġġ tiegħu. F’dan il-lejl, huwa ġie liebes mant kulur vjo-la u tunika ta’ kulur aħdar. Kien qed iżomm f ’idu tal-lemin għasluġ, u beda jindika b’idejh il-Qalb Safja tiegħu, li minna bdew ħerġin raġġi qawwija.

“Ibni l-għażiż, illum huwa l-ewwel Erbgħa tax-xahar. F’kull l-ewwel Erbgħa tax-xahar, il-Qalb Safja tiegħi xxerred grazzji kbar fuq dawk kollha li jirrikorru lejja. F’dawn l-Erbgħat, il-bnedmin kollha se jirċievu mhux xita ta’ grazzji, iżda dulluvju ta’ grazzji kbar u straordinarji. Fil-fatt, se naqsam ma’ dawk kollha li se jirrikorru lejja, il-grazzji kollha, il-barkiet kollha, il-virtuwijiet kollha, u anki l-imħabba kollha li jien irċevejt mingħand Ibni Ġesù u mingħand marti Marija San-tissima, l-istess bħalma rċivejt meta kont f ’din id-dinja, u l-istess grazzji li għadni nirċievi fil-glorja tal-ġenna. Ibni l-għażiż, liema unur kbir jien irċevejt mingħand Alla l-Missier. Hu mela qalbi bil-ferħ. Alla l-Missier tani l-unur li nirrappreżentah f ’din id-dinja meta afdali f ’idejja lill-Ibnu Ġesù Kristu. Qalbi baqgħet imbellħa b’dan il-kobor, tant li ħassejtni bla ħila u li ma jistħoqqlix grazzja u barka daqshekk kbira. Madankollu, tlaqt kollox f ’idejn il-Mulej u, bħala qaddej tiegħu, kont lest li nagħmel dak kollu li hu xtaq minni. Aħseb, għażiż ibni, liema ferħ kienet tħoss qalbi: Iben Alla stess kien qiegħed taħt il-ħarsien tiegħi u kien magħruf ma’ kulħadd bħala ibni skont il-liġi! F’għajnejn il-bnedmin din kienet ħaġa impossibbli, iżda għal Alla, kollox huwa possib-bli meta hu jkun irid hekk. Għal din il-grazzja u ferħ li Alla ta lil qalbi u f ’ġieħ misteru hekk kbir, inwiegħed li nidħol quddiemu għal dawk kollha li jweġġħu lil qalbi, billi jirrikorru għandi. Nagħti l-grazzja li jiġu sol-vuti l-problemi l-aktar diffiċli, u ngħin f ’dawk l-affarijiet l-aktar urġenti li

f ’għajnejn il-bnedmin jidhru impossi-bbli. Permezz tal-interċessjoni tiegħi u bl-għajnun t’Alla kollox ser ikun pos-sibbli. Imbierek f ’dan il-lejl lill-bned-min kollha. Inxerred il-grazzji ta’ qalbi fuq il-midinbin kollha sabiex jindmu. Qalbi tifrex ir-raġġi ta’ imħabba tagħha fuq il-Knisja Mqaddsa kollha, speċjalment fuq il-Vigarju ta’ Ibni Ġesù, il-Papa Ġwanni Pawlu II. Ħadd m’għandu post speċjali daqsu f ’din il-qalb tiegħi. Ħallih sabiex hu jafda fil-qalb u fl-interċessjoni tiegħi, għaliex jien Missier u Protettur tal-Papa. Im-bierek lil kulħadd fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Ir-Raba’ Messaġġ tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp: 5 ta’ Marzu 1998, 21.15F’dan il-lejl Edson irċieva ż-żjara tas-Sagra Familja. San Ġużepp kien liebes mant kannella ċar u tunika ikħal skur. Kien qed iżomm lill-Bambin Ġesù f ’idu, filwaqt li l-Bambin kien liebes tunika ċelesta. Il-Madonna kella velu abjad u libsa kaħla skura. It-tlieta li huma kienu imdawra b’dawl qawwi ħafna.

F’dan il-lejl, kienet il-Madonna li bdi-et titkellem, b’vuċi mimlija imħabba ta’ omm, “Ibni l-għażiż, f ’dan il-lejl, Alla l-Missier qed jagħtini l-grazzja li nwassal il-paċi tiegħu lill-bnedmin tad-dinja kollha. Imbierek ukoll il-familji kollha u nitlob sabiex jgħixu fis-sliem u f ’għaqda sħiħa u intima ma’ Alla bejn il-ħitan tad-djar tagħhom. Jekk il-familji jridu jirċievu il-barka u l-paċi ta’ Alla, iridu jgħixu fil-grazzja divina għaliex id-dnub huwa bħal kankru li jġib il-mewt fil-ħajja ta’ familja magħquda ma’ Alla. Alla jix-tieq li kull familja, speċjalment f ’dawn l-aħħar żminijiet, titlob l-għajnuna tas-Sagra Familja, għaliex jien, Ibni Ġesù u r-raġel tiegħi Ġużeppi, nix-tiequ li nħarsu lil kull familja mill-at-takk tax-xitan. Mhux li kien li jgħixu din il-karba tiegħi u dan il-messaġġ li Alla llum qed jippermetti li nwas-sallek. Imbierek lil kulħadd fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Kif temmet dan il-messaġġ, il-Ma-donna qalet lil Edson, “Issa isma lir-

Il-qalb imqaddsa ta’ San Ġużepp, bl-ittra M u s-salib li turi l-għaqda tas-Sagra Familja.

Josefoloġija

129

raġel tiegħi San Ġużepp.” San Ġużepp wassal dan il-messaġġ, “Ibni l-għażiż, f ’dan il-lejl qalbi tixtieq ixxerred ħafna grazzji fuq il-bnedmin kollha, filfatt jien nitħasseb u ninkwieta ħafna fuq il-konverżjoni tal-midinbin kollha, sa-biex dan jieħdu s-salvazzjoni. Mhux li kien li l-midinbin kollha ma jkollomx biżgħa li jersqu lejn qalbi. Jien nixtieq nilqagħhom u nieħu ħsiebhom. Huma bosta dawk li qed jimxu ’l bogħod mill-Mulej minħabba dnubiethom. Ħafna minn dawn uliedi jinsabu f ’dan l-istat għaliex iħallu lilhom infush-om jaqgħu fit-tentazzjoni tax-xitan. L-għadu tal-imħabba jipprova jwassal lil dawn uliedi għad-disperazzjoni billi jġiegħlhom jaħsbu li m’hemmx ħruġ, għaliex bid-disperazzjoni u mingħajr ma tintelaq għall-ħniena divina, ikunu priża faċli għax-xitan. Iżda jien, ibni l-għażiż, ngħid lill-midinbin kollha, anki lil dawk li wettqu l-agħar dnu-biet, sabiex ikollhom tama fl-imħabba u l-maħfra tal-Mulej, u anki sabiex ji-tolbu lili u l-interċessjoni tiegħi. Dawk kollha li jirrikorru lejja, ikollhom iċ-ċertezza tal-għajnuna tiegħi sabiex jiksbu l-grazzja divina u l-ħniena tal-Mulej. Għaliex, ibni l-għażiż, Alla l-Missier afdali lil Ibnu Ġesù Kristu, u l-Ispirtu s-Santu lil Marti Immakula-ta, sabiex nieħu ħsiebhom jien. Qalbi kienet tħoss sliem u ferħ kbir f ’li nieħu ħsieb lil Ġesù u lil Marija, u li kienu dejjem ħdejja u ngħixu fl-istess dar. It-tliet qlubna kienu jinħabbu. Kienu jgħixu imħabba trinitarja, iżda kienet imħabba magħquda f ’offera sħiħa lill-Missier Etern. Qlubna kienu jdubu u jsiru ħaġa waħda fl-iktar imħabba safja, sabiex isiru qalb waħda, li kienet tgħix ġewwa tliet persuni li kienu jinħabbu. Iżda immaġina, ibni, kemm weġġgħet qalbi meta rat lil Ibni Ġesù, daqshekk żgħir, jgħaddi minn periklu ta’ mewt minħabba Erodi li, mirbuħ mill-ispirtu tal-ħażen, ordna li jinqatlu dawk it-trabi innoċenti kollha. Qalbi għaddiet minn uġiegħ kbir minħabba dan il-periklu kbir li Ibni Ġesù għadda minnu, iżda Alla l-Missier m’abbandunaniex f ’dan il-mument u bgħatilna anġlu messaġġier sabiex jurini dak li kelli nagħmel u lie-ma deċiżjoni kelli nieħu f ’dawn il-mu-menti diffiċli u ta’ dieqa. Għaldaqstant, Ibni jgħid lill-midinbin kollha biex

ma jaqtgħux qalbhom fil-perikli koll-ha tal-ħajja u f ’dawk li jistgħu joħolqu t-telfa ta’ ruħhom. Inwiegħed lil dawk kollha li jafdaw fil-Qalb Safja tiegħi u li jkollhom devozzjoni lejha, il-grazzja li jkunu mwennsin minni fl-akbar perikli tar-ruħ u fil-periklu li jkunu kkundannati minħabba li b’diżgrazzja jitilfu l-ħajja ta’ dejjem minħabba d-dnubiet gravi tagħhom. Għalhekk issa ngħid lill-midinbin kollha sabiex ma jkollhomx biżgħa mix-xitan u biex ma jitilfux it-tama minħabba għemilhom. Anzi, għandhom jintefgħu fi ħdani u nħaddanhom ma’ qalbi sabiex ikunu jistgħu jirċievu l-grazzji kollha għas-salvazzjoni eterna tagħhom. Issa nagħti lid-dinja kollha l-barka tiegħi fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Il-Ħames Messaġġ tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp: 6 ta’ Marzu 1998, 21.15Dakinhar dehret is-Sagra Familja, u għalkemm ma għandniex dettalji tal-ilbies, beda sabiex jitkellem Ġesù, “Jien hu s-sliem veru, u qed inwassal is-sliem tiegħi lill-bnedmin kollha. Jien Ġesù Kristu, is-Salvatur tal-bned-min kollha. Nixtieq li kulħadd iqim il-Qalb Immakulata t’Ommi Marija San-tissima, u l-Qalb Safja ta’ San Ġużepp. Il-Qalb Imqaddsa tiegħi tixtieq tk-abbar il-firxa ta’ grazzji, minħabba l-imħabba lejn is-salvazzjoni tal-mid-inbin. Għaliex, ibni, permezz ta’ dawn il-qlub (jindika l-Qalb tal-Madonna u ta’ San Ġużepp) nixtieq niġbed lil kulħadd lejja. Hu permezz ta’ dawn il-qlub li naqsam il-grazzji u l-barkiet tiegħi. Permezz tagħhom, il-bnedmin se jaslu malajr lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi. Trid tgħid lill-bnedmin kollha sabiex ma jitilfux dawn il-grazzji li nixtieq inwasslilhom. Li jingħata ġieh lil dawn il-qlub, ifisser li jien niġi onor-ifikat u glorifikat, għaliex jien għażilt lil Marija Santissima bħala ommi u l-Verġni Ġużeppi bħala missier, sa-biex jieħdu ħsiebi, Bin Alla, u jgħixu biswiti matul il-missjoni divina tiegħi fuq id-dinja. Għaldaqstant, dawk li jagħtu ġieh lilhom ikunu qed jagħtu ġieh lili, għaliex ikunu qed jagħtu ġieh id-deċiżjoni tiegħi li għażilthom bħala ġenituri tiegħi fuq l-art. Nerġa’ imbierek lil uliedi kollha fl-isem tal-

Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-San-tu.” Eżatt wara tkellmet il-Madonna, “Uliedi maħbubin, agħtu ġieh il-pjagi ta’ Ibni Ġesù Kristu, għaliex, permezz tagħhom, Alla jista’ jxerred bosta grazzji li jservu għall-konverżjoni tagħkom u l-konverżjoni ta’ ħutkom. F’dan iż-żmien tar-Randan ħudu ħsieb li timmeditaw il-Passjoni ta’ Ibni Ġesù Kristu, sabiex tkunu tistgħu tif-hmu dak li Ibni Ġesù kellu jsofri biex jeħliskom mit-toqol tad-dnub. Dan huwa ż-żmien għalikom biex terġgħu tirrikonċiljaw ma’ Alla u ma’ ħutkom. Għixu f ’ħajjitkom il-liġi qaddisa ta’ Alla. Kunu qawwija u b’saħħitkom fil-provi billi tkunu fidili għal-liġi tiegħu tal-imħabba. Alla jħobb il-fedeltà, u għaldaqstant, uliedi maħbubin, iżjed ma intom tkunu responsabbli u fidili għall-impenn nisrani tagħkom, iktar tkunu tistgħu tifhmu l-imħabba ta’ Alla, u jkollkom f ’ħajjitkom il-grazzji tiegħu. Bit-talb tiegħi jien nidħol għal kull wieħed minnkom quddiem Ibni Ġesù u ngħidilkom li jien ninsab ma’ ġenbkom biex ngħinkom, u għalhekk taqtgħux qalbkom, kuraġġ! Imbierek lilkom kollha fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Nota Editorjali: Dan l-artiklu jkom-pli fil-ħarġa li jmiss. Infakkru li fuq dawn id-dehriet m’hemm l-ebda ap-provazzjoni mill-Knisja Kattolika, u għalhekk dak li qed nippubblikaw għandu jitqies b’dan il-mod.

San Ġużepp: Patrun tal-Knisja Universali u ħarries speċjali tagħha.

130

131

132

It-Twelid ta’ Ġesù Tarbija.Mill-film ‘The Nativity Story’.

Josefoloġija

133

Fr. Martin MamoOFM Cap.

Ilu saċerdot 20 sena, bħala Patri mall-Franġiskani Kapuċċini. Ig-gradwa mill-Università ta’ Malta

fil-Baċellerat u fil-Liċenzjat tat-Teoloġija Ġenerali. Ħadem f ’bosta

setturi differenti, fosthom maż-żgħażagħ u anki bħala Kappillan

fl-Isptar San Luqa.

“Oh Għar x’xorti kbira kellek,Kien tiegħek dan id-destin,

illi fost ħafna palazzi,ġo fik twieled il-Bambin,

Kienet din is-sodda tiegħek,Fuq ftit tiben ġo maxtura,fost ħmara nagħġa,u baqra

Il-bniedem lilek jadura.”

Dan huwa r-ritornell ta’ waħda mill-kanzunetti li kien ikanta l-għażiż mis-sieri, bl-isem ta’ ‘L-Għar Ixxurtjat’. U dan hu s-suġġett li xtaqt nikteb dwaru din is-sena għall-ktieb tal-festa ta’ San Ġuzepp fil-Kalkara.

Nafu li skond l-Iskrittura f ’dik il-ħabta kien qed jaħkem f ’Ruma, l-Imper-atur Ċesari Awgustu li taħt il-ħakma tiegħu kien hemm il-biċċa l-kbira tad-dinja magħrufa f ’dak iż-żmien. Dan l-Imperatur ħareġ digriet biex isir ċensiment, biex ikun jaf kemm kien in-numru tan-nies li kienu taħt il-ħakma tiegħu u għalhekk ħareġ ordni biex kulħadd imur jinkiteb f ’Betleħem. Nafu li dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gv-ernatur tas-Sirja. Ġużeppi ukoll mar mill-belt ta’ Nażaret, u tala’ l-Lhudija fil-belt ta’ David biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu li kienet tqila.

“Ġara li meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien li teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u meddithu f ’maxtura għax ma kienx hemm post għalihom fil-Lukanda.” (Lq. 2, 7-8)

Kien minħabba dan il-vjaġġ li Ġużeppi u Marija kellhom iħallu l-kenn tas-saqaf ta’ darhom ġewwa Nażaret biex jagħmlu dan il-vjaġġ twil lejn Betleħem, vjaġġ ta’ xi 148km. Vjaġġ mimli tlugħ u nżul, u mogħdijiet li jserrpu minn widien u għoljiet jew fil-beraħ tal-kampanja. Vjaġġ iebes li jgħajjik u jaqtagħlek qalbek, u għal Marija minnħabba l-istat li kienet fih, kien ifisser ċertu ammont ta’ tbatija żejda.

Meta waslu f ’Betleħem, għajjenin, Marija u Ġużeppi ma sabux dak li xtaqu u ttamaw: ma sabu ‘l ħadd li jħenn għalihom, li lest li jgħinhom

jew jilqagħhom f ’daru, imqar għal lejl wieħed biss; u kien kollu ta’ xejn li Ġużeppi ħabbat bieb bieb, ħadd ma kellu post għalihom la fid-djar u l-anqas fil-lukanda. Ma kienx hemm post fil-belt ta’ David għal nisel David. Ma kienx hemm post għal Ġużeppi, l-magħżul minn Alla biex ikun il-missier putattiv ta’ Ibnu, u ma kienx hemm post għal Marija l-Omm Verġni, u għal Bin David stess.

“Ġie f ’daru u niesu ma laqgħuhx.” (Ġw. 1, 11)

Għall-informazzjoni ta’ kulħadd, il-lukanda kienet daqsxejn ta’post, bħal bitħa kbira, imdawwra bl-arkati fejn kienu jistkennu għal lejl il-vjaġġaturi. Kien minnħabba f ’hekk li kellhom ifittxu xi mkien ieħor, u sabu għar, u f ’dan l-Għar Ixxurtjat, Marija welldet lil Ġesù, fisqietu u medditu f ’maxtura. Dik li qalet li hija l-Qaddejja tal-Mulej, issa għażlet li taqdi lit-tarbija billi twellidha hi, tfisqieha hi u tmiddha f ’maxtura hi waħidha fil-preżenza ta’ Ġużeppi.

Matul is-snin ħarġu għad-dawl xi xhieda biex jikkonfermaw fejn kien l-Għar Ixxurtjat f ’Betleħem fejn Mar-ija welldet lil Binha. L-ewwel fost il-kittieba li tkellem preċiż dwar l-Għar, huwa San Ġustinu martri. Meta jitkel-lem mill-Għar tat-twelid ta’ Ġesù, San Ġustinu jgħid:

“Meta t-tarbija twieldet f ’Betleħem, billi ma kienx hemm post għalihom fir-raħal, Ġużeppi mar u sab għar fil-qrib. Filwaqt li kien hemm, Marija welldet lil Ġesù u poġġietu ġo maxtura.”

Anki l-għaref Oriġene jgħidilna, “Dan il-post jafu bih ukoll dawk in-nies li m’għandhomx l-istess twemmin fit-twelid ta’ Ġesù bħalna.”

San Ġilormu Biblista jsejjaħlu ‘ħofra’, “Hekku f ’din il-ħofra żgħira hawn taħt l-art, il-Ħallieq tas-smewwiet twieled.”

Illum dan l-Għar għadu hemm. Għar li jkellmek bis-skiet tiegħu, li biex tidħol fih trid tinżel erbatax-il-tarġa. Għar li għalkemm għandu l-umdità jwasslek biex tħoss is-sħana li taw

Ġużeppi u Marija lil Ġesù tarbija. Għar li għalkemm huwa fqir, imma jagħnik u jagħmlek aktar għaref. Għar li għalkemm għandu ftit dawl, dawl ħiereġ minn lampier inemnem, iżda jdawlek fil-ħsieb tal-ewwel Milied. U aħna l-Kalkariżi rridu nkunu konxji li Ġużeppi ta’ Nażaret kien hemm f ’dan il-għar, flimkien ma’ Marija u mat-tarbija Ġesù, l-Emmanuel, l-Iben t’Alla l-Ħaj. Kien dan l-Għar ixxurtjat li sab spazju fih biex jilqa’ lil Dak, li s-sema u l-art ma jesgħuhx. Kien dan l-Għar li ta mistrieħ lil Ġużeppi u lil Marija wara vjaġġ twil minn Nażaret. Ma tistax titkellem fuq San Ġużepp u ma titkellimx mill-Għar Ixxurtjat ta’ Betleħem.

Il-Fqajjar t’Assisi San Franġisk u l-Għar ixxurtjat ta’ GreccioBħala Franġiskan Kapuċċin, nixtieq li issa inħares lejn dan l-Għar Ixxurtjat mill-lenti ta’ San Franġisk t’Assisi, għax dan il-qaddis kien l-ewwel persuna li għamel presepju, il-presepju ta’ Grec-cio, presepju ħaj, biex ifakkar l-avven-iment storiku u qaddis ta’ Betleħem. San Franġisk kien iqis il-Milied bħala l-Festa tal-Festi. Kien jissaħħar jaħseb fuq dan il-misteru hekk kbir. Kien għalhekk li San Franġisk kellu mħabba speċjali lejn il-Verġni Marija, għax kienet Hi, li lil Ġesù għamlitu ħuna. San Franġisk ried li jwassal dan il-messaġġ tat-twelid ta’ Ġesù b’mod

134

ħaj billi għamel il-presepju.

Wieħed raġel ħejjielu baqra u ħmara u maxtura mimlija tiben. In-nies ġew bi ħġarhom biex jaraw dan il-presepju ħaj, u saċerdot iċċelebra l-Ewkaris-tija fuq il-maxtura, u San Franġisk beda jippriedka. Xi ħadd minn dawk preżenti kellu dehra, ra tarbija bla ħajja fil-maxtura u Franġisku jersaq lejn din it-tarbija u qajjimha minn dik ir-raqda profonda. Hekk għamel San Frangisk, reġa’ qajjem għall-ħajja lil Ġesù Bambin fil-qlub ta’ dawk li kienu nsewh.

Riflessjoni Bibblika fuq il-persuni u ħlejqiet oħra li huma assoċjati mal-Għar Ixxurtjat.

L-AnġliFir-rakkont tal-Evanġelu ta’ San Luqa naraw li l-ewwel Anġlu jidher lir-rgħajja. L-anġlu jidher b’dawl qawwi li tixhed il-glorja ta’ Alla, u hawnhekk naraw li meta l-bniedem jiffaċċja xi ħaġa sopranaturali, jibża’, għax qed jara xi ħaġa li qatt ma ra u li qatt ma semgħa. L-anġlu jwissi lir-rgħajja biex ma jibżgħux. Anki lil Marija, l-anġlu Gabriel qalilha biex ma tibżax, ‘għax int sibt grazzja quddiem Alla’, u fil-fatt anki lil San Ġużepp qallu biex ma jibżax jieħu għandu lil Marija b’martu ‘għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu’. Lil Żakkarija ukoll l-anġlu qallu biex ma jibżax ‘għax it-talba tiegħek instemgħet’. Aħna l-bnedmin m’aħniex imdorrijin b’affarijiet tas-sema u allura nibżgħu. L-anġli li dehru fl-ewwel Milied fuq il-Għar Ixxurtjat ħabbru ferħ, il-ferħ tas-Salvatur tad-dinja. L-anġli qed jistiednu lilna wkoll biex aħna wkoll inqimu u nigglorifikaw lil Alla li ċċekken u sar tarbija. L-Anġli qed jistiednu lilna biex ma nibżgħux qud-diem il-ħajja imma nifirħu għax Alla dejjem magħna, Emmanuel.

Ir-RgħajjaIr-rgħajja, għan-nies ta’ Israel, kienu meqjusa bħala nies impuri, għax ma kienx ikollhom ħin biex imorru fit-tempju biex joffru s-sagrifiċċju tagħhom lil Alla u jippurifikaw ruħhom, nies sempliċi u jivvjaġġaw

minn post għall-ieħor biex jirgħu il-merħla tagħhom. Fir-rgħajja Alla nibbet ix-xewqa li jaraw ‘x’ġara kif għarrafhom il-Mulej’. Huma obdew l-Ispirazzjoni Divina u minnufih marru jgħaġġlu lejn Betleħem ifit-txu, sa ma sabu dik it-tarbija f ’Għar. Huma raw u emmnu, kif aktar ‘il qud-diem, Pietru l-appostlu flimkien mad- dixxiplu l-ieħor resqu lejn il-qabar, raw u emmnu (Ġw. 20, 8). Ir-rgħajja kienu l-ewwel adoraturi ta’ Ġesù tar-bija u l-ewwel xandara tat-twelid tal-Iben t’Alla. Ir-rgħajja qed jistednuna biex aħna wkoll ikollna ħerqa biex bħalhom naduraw lil Ġesù mhux fuq tiben ġewwa Għar imma fit-taber-naklu. Ġesù li twieled f ’Betleħem li jfisser dar il-ħobż, u li ġie mqiegħed f ’maxtura fejn jieklu l-annimali, issa sar ikel għalina fl-Ewkaristija. Jekk aħna vera inħobbu lil San Ġużepp, ir-ridu nimitawh billi bħalu naduraw lil Ġesù ħaj, fl-Ewkaristija, il-Ħobż vera tagħna.

Il-Baqra u l-ĦmaraTajjeb li nifhmu li fir-rakkont ta’ Mat-tew u ta’ Luqa m’hemm imkien li kien hemm baqra u ħmara fl-Għar Ixxurt-jat. Din l-idea ġiet imsaħħa minn San Franġisk fuq tradizzjoni antika, li fil-Għar kien hemm baqra u ħmara. San Franġisk kien ispirat mill-Iskrittura, propju minn Isaija l-profeta li jgħid hekk:

‘Ulied rabbejt u kabbart, u huma qamu kontrija. Il-gendus jgħaraf lil sidu u l-ħmar il-maxtura ta’ Sidu; imma Is-rael ma jagħrafx; il-poplu tiegħi ma jif-himx. Jaħasra għalik ġens midneb, pop-lu mgħobbi bil-ħażen, nisel il-ħżiena,

ulied imħassra…’ Is. 1, 2-6.

Il-knisja sa mill-bidu nett, dejjem rat f ’dan il-kliem tal-profeta Isaija, iż-żmien ta’ meta hi kella tkun knisja mhux tal-Lhud biss imma wkoll tal-pagani. Il-gendus u l-ħmar huma simbolu tal-Lhud u l-pagani li għarfu verament, ulied min kienu u min hu sidhom, u minn fejn kien ġej l-ikel li jagħtihom il-ħajja ta’ dejjem, u kkon-vertew għall-Kristjaneżmu, għax għajnejhom kienu infetħulhom. Fil-verità dak li għad-dinja huwa injo-rant għax huwa ħmar, issa sar għaref għax għaraf min hu sidu. Erodi ma għarfux lil Ġesù għax kien moħħu fil-kilba għall-poter u l-paranoja li din iġġib magħha. Flimkien ma’ Erodi tħawdet ukoll Ġerusalemm kollha. Ġerusalemm kollha, huma dawk in-nies li moħħhom biss fil-lussu tal-ħajja u magħluqa fihom infushom li jaħsbu li m’għandhom bżonn lil ħadd, u allura ftit li xejn jimpurtahom minn

dawk ta’ madwarhom u wisq in-qas jistgħu jgħarfu lil Alla fin-nies.

Marija u ĠużeppiNixtieq nispiċċa dan l-artiklu bil-li nitfgħu ħarsitna lejn Ġużeppi u Marija b’ħarsithom fuq it-tarbija Ġesù. Marija u Ġużeppi huma l-isbaħ kreaturi li għamel Alla l-Missier. L-ikbar żewġ qaddi-sin. Meta nħarsu lejn Marija u Ġużeppi irridu nħarsu lejhom b’imħabba ġdida, huma uniċi fid-

dinja, huma il-ġenituri ta’ Ġesù. Huma wieġbu iva bil-mod tal-Evanġelju. Marija u Ġużeppi mhux biss huma il-koppja ta’ Nażaret, imma Marija hija l-Omm ta’ Alla, għax Ġesù huwa Alla, u Ġużeppi huwa ir-raġel tagħha u l-Ġust, il-Missier ta’ Ġesù fuq l-art, dak li ta l-istatus soċjali ta Lhudi pur lil Ġesù. Ġużeppi huwa s-Silenzju ppersonifikat, il-Bin David, il-Mas-trudaxxa li ħa ħsieb l-għajxien tal-familja u l-edukazzjoni ta’ Ġesù. Kien responsabbli tal-Familja Mqaddsa.

Mela kif qegħdin taraw, San Ġużepp għandu post importani fl-Għar Ixxu-rtjat flimkien ma’ Marija u daqs Mari-ja. San Ġużepp huwa qaddis imgeżwer fil-misteri kbar marbuta ma’ familja

Il-post tradizzjonali ġewwa Betleħem fejn jaħsbu li twieled Ġesù Kristu.

Josefoloġija

135

kollha kemm hi speċjali. Alla lilu għażel u għabbieh bir-responsabbiltà biex erfa’ l-piż u jwieġeb quddiem l-awtoritajiet Lhud, għal din il-familja. Mhux biss, imma dan il-mastrudaxxa għatta għal quddiem in-nies ta’ din id-dinja, dak li kien imħejji sa mill-eter-nità rigward il-Verb magħmul bnie-dem. Huwa għatta bħal velu l-misteru tal-Inkarnazzjoni.

Irridu inħarsu lejn Ġużeppi u lejn Marija mil-lenti tal-ambjent li fih twieldu, għexu u trabbew, jiġifieri mil-lenti tal-ambjent soċjali u reliġjuż tal-Lhud. Huma ħarsu Jum is-Sibt, il-festi prinċipali tal-Lhud speċjalment l-Għid tal-Lhud, iċ-ċirkonċiżjoni lit-tarbija Ġesù, il-preżentazzjoni tagħha fit-tempju ta’ Ġerusalemm, it-talb preskritt ta’ kull jum fil-famil-ja kif ukoll bħala l-kap ta’ familja, bħal kull kap ieħor ta’ familja Lhud-ija, kellu jagħmel bosta debhiet u għexur fit-tempju ta’ Ġeruselemm. Iżda fuq kollox, San Ġużepp huwa s-salvatur tas-Salvatur, għax kien hu li salva lit-tarbija Ġesù minn Erodi u ħarab bih lejn l-Eġittu flimkien ma’ Marija. Meta insiru nafu lil Marija u lil Ġużeppi b’dan il-mod ġdid, huma jsiru għalliema għalina. Huma jib-dew jgħallmuna inħobbu lil Ġesù u nifhmu lil Ġesù, u fuq kollox kif tgħix il-ħajja interjuri bħalhom. Naraw lil Marija u lil Ġużeppi iħaddnu lil Alla stess, dak Alla li sar tarbija u twieled f ’Għar, l-Għar Ixxurtjat.

Dak li hu Ġesù hu dak li tgħallem mingħand Marija u Ġużeppi. San Pawl jgħid li ‘Alla xejjen lilu nnifsu’, u dan beda fil-ġuf ta’ Marija. Marija hija omm il-Kelma t’Alla li hu Ġesù, il-mimlija bil-Grazzja, l-Omm ta’

l-imħabba safja, il-Qaddejja tal-Mulej, il-Bint l-aktar maħbuba tal-Mulej. Marija hija l-Mara ta’ Ġużeppi. Dak li s-sema u l-art ma jesawhx, imma wesgħuh tliet postijiet: il-ġuf ta’ Mari-ja, l-Għar Ixxurtjat, u s-Sagra Familja.

Lil Ġużeppi jien inħobb insejjaħlu ‘ta’ qalb safja’. Huwa dak li għandu qalb li taf tara u tisma’ dak li jgħidilha il-Mulej. Għax kellu qalb safja, minke-jja li tħawwad meta induna li Marija ħarġet tqila, imma obda r-rieda t’Alla għalih. Qalb safja bħal ta’ Marija sa-biex Ġesù jitrawwem bħalhom u jkun ta’ qalb ħelwa u umli.

Fil-Għar Ixxurtjat nilmah lil Ġużeppi miġbur fih innifsu, ħarstu fuq Marija u fuq Ġesù, qalbu safja mimlija bl-imħabba tas-sema. It-tfajla li tant kien iħobb u li kien għażel b’martu, kienet il-magħżula tal-Mulej, u t-tarbija ċkejkna tagħha tarmi d-dawl u l-paċi li kulħadd kien qed jistenna biex iġġib is-salvazzjoni. Ġużeppi af-dat biex jieħu ħsieb l-akbar teżori

t’Alla, Ġesù u Marija. Ġużeppi ma jibżax u ma jaqtax qalbu. Ejjew ilkoll fuq l-eżempju ta’ San Ġużepp ngħożżu lil Marija Omm tal-Grazzja u Om-mna, u lil Ġesù f ’qalbna. Lil Ġużeppi bħala Kustodju safi tal-Verġni Marija u kap tas-Sagra Familja nafdaw taħt il-protezzjoni tiegħu l-familji tagħna. Bħala sur qawwi ta’ kull familja, kif inkantawlu aħna l-Kalkariżi fl-innu, nitolbuh jinterċedi għalina, għal uli-edna, għall-knisja u għall-umanità kollha bħala familja waħda ulied l-istess Missier, biex fid-dinja ssaltan il-paċi, l-imħabba u l-ġustizzja. Ejjew fuq l-eżempju ta’ Ġużeppi u ta’ Marija, bnedmin ta’ għaqal u ubbidjenza, ni-tolbuhom biex jinterċedu għalina biex bħalhom aħna wkoll infittxu fil-verità r-rieda t’Alla l-Missier u bħalhom nintelqu fir-rieda t’Alla. Ejjew fuq l-eżempju tal-ġenituri ta’ Ġesù ikoll-na s-sabar u ma nċedux taħt it-toqol u d-dlamijiet li xi drabi insibu ruħna fihom. Ġużeppi li ggwida u pproteġa lil Marija u lil Ġesù, żgur jekk induru lejh se jiggwida u jipproteġi lilna fid-diffikultajiet tagħna.

TalbaMarija min-naħa tiegħek agħtina il-qalb tiegħek, qalb safja u Immakulata, hekk sabiħa u safja mimlija mħabba u umiltà. Ġużeppi, int li urejt mħabba u wiċċ il-Missier, lil Sidna Ġesù, ma’ Marija Ommna tal-Grazzja, u Ġesù s-Salvatur, wassalna lejn il-Missier. Agħmel li Malta tagħna żżomm il-prinċipji nsara li huma l-bażi tal-ver-ità li nistqarru, biex aħna niddawlu bid-dawl ta’ din il-verità, hekk kif Ġesù, il-Verità infisha, dawwal l-Għar Ixxurtjat.

Il-Paċi magħkom.

Is-Sagra Familja.Rembrandt, 1634.

136

Josefoloġija

137

Melanie DarmaninB.A. (Hons.) Social Work

Gradwata bħala Social Worker mill-Università ta’ Malta u llum tokkupa l-istess kariga ġewwa l-Isptar Mater

Dei. Attendiet l-Iskola Primarja tal-Kalkara, il-Liċeo Marija Reġina,

u l-Junior College. Kienet l-ewwel tfajla membru fil-Kummissjoni Żgħażagħ fejn għadha sal-lum.

F’dan l-artiklu, wara introduzzjoni qa-sira, katalgu teoloġiku, u r-riflessjoni li kienu għamlu t-teologi tul l-istorja tal-Knisja, ser nirreferi partikolarment għar-rapporti li San Ġużepp kellu ma’ Santa Tereża u tagħha ma’ San Ġużepp, għall-esperjenza mistika li kellha mal-Patrijarka San Ġużepp, ser nuri fil-qosor l-idejat fundamentali ta’ Kapitlu 6 ta’ l-awtobijografija, l-espressjonijiet tad-devozzjoni u l-imħabba tagħha lejn San Ġużepp, kif inhuma l-ismijiet tal-kun-venti tagħha, ix-xbiehat jew l-iskulturi li kienet iġġib għalihom, iċ-ċelebrazzjoni tal-festa, tas-Solennità ta’ San Ġużepp, u fl-aħħar bil-firxa ta’ din id-devozzjoni ta’ Santa Tereża lejn il-Karmelu Tereżjan li stagħna b’mod singulari ħafna, ve-rament ammirata f ’ħafna qaddisin, f ’ħafna Karmelitani u devoti li offrew infushom fil-verità lejn San Ġużepp b’imħabba passjonali.

I. IntroduzzjoniIl-preżenza, tant mogħtija prominenza minn San Mattew, kanonizzata mill-Ispirtu s-Santu, ta’ San Ġużepp fil-Knis-ja t’Alla, bħala raġel ġust, raġel veru ta’ Marija u missier singulari u verġinali ta’ Ġesù, għal liema b’ċertu mod jgħaddu l-pjanijiet t’Alla fuq l-umanità salvata, baqgħet fid-dell matul l-ewwel sekli ta’ l-eżistenza tagħha. Fid-dell kif hu kien dejjem – il-Qaddis tas-Silenzju – ta’ min ma nżammitx lanqas kelma. Hija l-persuna tiegħu, il-kelma elokwenti u b’saħħitha. Matul il-mogħdija tas-sekli dik il-preżenza li baqgħet tqum u tiftaħ triqatha, hekk kif mistħoqq. M’huwiex possibbli la tidentifika d-dati eżatti tad-dehra ta’ din il-preżenza, li kienet silenzjuża imma irresistibbli. Biżżejjed tiftakar li wieħed minn dawn il-mu-menti kbar, f ’liema tidher qawwija u li ġġorrok magħha il-preżenza ta’ San Ġużepp fil-Knisja, kienet Santa Tereża ta’ Ġesù.

Biex tkebbes il-qawwa tal-preżenza ta’ San Ġużepp fil-Knisja, nistgħu nitkellmu dwar perjodi ta’ ħafna familji reliġjużi li huma kkonsagrati għalih, id-diskorsi u l-kotba ddedikati lilu, il-miji-et ta’ knejjes imwaqqfa ad unur tiegħu, u rari huma dawk il-knejjes fejn San

Ġużepp m’huwiex preżenti fi skultura jew f ’pittura, il-miljuni ta’ nies li ġabu u se jġibu ismu f ’din id-dinja, il-ħafna fratellanzi mwaqqfa b’ismu u mogħtija l-ħajja mill-patroċinju tiegħuġ, l-am-mont ta’ testi ta’ Papiet li jkebbsu l-fig-ura tiegħu, il-miljuni ta’ paġni fuq San Ġużepp miktubin minn ħafna qaddisin u awturi spiritwali, li jiffurmaw bibil-jografija sabiħa Ġużeppina. Biżżejjed niftakru, bħala l-aħħar ħolqa tal-istorja twila Ġużeppina fil-Knisja, il-preżenza u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Konċilju Vatikan II, li tant kellu konsegwen-za u għad għandu fil-ħajja ekklesjali. Ġwanni XXIII fil-Kostituzzjoni App-ostolika Humanae Salutis b’liema mod sejjah il-Konċilju, jafdah f ’San Ġużepp. U fid-diskors tal-għeluq tal-aħħar per-jodu tal-Konċilju jesprimi din l-istess fiduċja, “Tibqa’ dejjem fostna l-Verġni Marija, u bl-istess mod San Ġużepp, ir-raġel kastissmu tagħha, Patrun tal-Konċilju Ekumeniku, li liema isem mill-lum ileqq fil-ġabra ta’ liġijiet u drawwiet tal-Quddiesa, jakkumpanja fil-mixja tagħna, huwa li ġie mogħti minn Alla bħala sieħeb u għajnuna tal-familja ta’ Nażaret.”1

Il-qofol ta’ din il-mixja hija l-Eżortazzjoni Appostolika ta’ Ġwanni Pawlu II Redemptoris Custos fuq il-fig-ura u l-missjoni ta’ San Ġużepp fil-ħajja ta’ Kristu u tal-Knisja, tal-15 t’Awwissu ta’ l-1989.

II. It-Teoloġija ta’ San ĠużeppFl-Iskrittura Mqaddsa, eżattament fil-Vanġelu, li huwa r-ruħ u n-nisel tat-teoloġija vera u ġenwina, m’humiex ħafna il-kliem fuq San Ġużepp però huma biżżejjed sabiex immarkaw teoloġija dwar il-Qaddis, fejn huma miġburin ir-rwol tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni u l-virtù u l-kobor tiegħu. Fir-realtà, minn dawn il-kliem il-Knisja, cioè l-Papa, il-liturġija, il-qaddisin, it-teologi, il-predikaturi, u s-sens tal-fidi tal-fidili, immarkaw it-toroq teoloġiĊi u spiritwali ta’ Ġużeppi li llum l-istess il-Knisja tqim u tkebbes.

A. Fatti EvanġeliċiIl-vanġelu jgħallem ċar li Ġużeppi

huwa dak li għadda lil Kristu il-kobor u l-ġeneoloġija tiegħu u miegħu t-tnissil t’Abram b’dak kollu li jfisser, u, fuq kol-lox, it-tnissil minn David u l-wegħdiet tar-renju tal-Messija. Dan huwa s-sini-fikat u l-importanza tal-ġeneoloġija ta’ Ġużeppi, miżżewweġ lil Marija, li min-na twieled Kristu (Mt 1, 1-16).

Fil-pjanijiet t’Alla, San Ġużepp jilgħab rwol t’importanza fundamentaliġ, mingħajru ma kienx ikun eżista l-im-nissel ta’ David, il-Messija. Ġużeppi ta il-kunsens tiegħu għal din il-bxara. Is-Sinjur kien talbu li jieħu lil Marija bħala martu, għaliex fil-pjanijiet t’Alla, il-Mes-sija kellu jitwieled minn verġni, imma miżżewġa, miżżewġa ma’ bniedem ġust, u dan ir-raġel hu Ġużeppi. U Ġużeppi bis-silenzju tiegħu qal iva għall-messaġġ t’Alla, u laqa’ lil Marija f ’daru. Dan huwa l-valur fundamentali kollu tal-aħbar lil Ġużeppi (Mt 1, 18-24).

Ġużeppi huwa r-raġel ġust, perfett u għaldaqstant ħadem fil-mument traxx-endentali tal-Inkarnazzjoni tal-Verb, to-talment devot għall-volontà t’Alla b’fidi għamja u assoluta fih. Iżżeweġ lil Marija bil-volontà t’Alla. Huwa żwieġ ippre-parat mill-Ispirtu s-Santu, biss jintervje-ni b’mod speċjali ħafna (Mt 1, 19a).

Minħabba dan iż-żwieġ ma’ Marija, Ġużeppi huwa l-missier ta’ Ġesù, mis-sier verġinali. Il-vanġelu jagħtih it-titlu kollu ta’ missier, “Jiena u missierek kon-na qed infittxuk” (Lq 2, 48), għaliex fil-

San ĠużeppFundatur u Missier tal-Karmelu Terezjan

.

138

kuntest kollu tar-rakkont tal-evanġelju huwa faċilment mifhum il-kontenut tal-paternità.

Paternità li ssib it-tifsira materjalizzata fit-twelid ta’ Ġesù f ’Betlem. San Ġużepp juri ħilietu fit-twelid ta’ Ġesù. Bħala raġel ġust u fidil jieħu lill-Omm, li hija viċin il-ħlas f ’Betlem, ifittxilha post denju qalb ħbieb u qraba, u, ladarba ma sabx post, jinġabar magħha fi stalla tal-bhejjem jistenna l-ġrajja qaddisa. Iwassal lil Marija fil-mument li twelled lit-tifel li s-sema tathom b’rigal, jgħid Santu Wistin. Ġab il-frott taż-żwieġ verġinali ma’ Marija, ra mimlija l-paternità tiegħu b’opra u grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu, aċċettah b’dak il-mod konkret, fil-faqar u fl-abbandun tad-dinja. (Lq 2, 4-7).

Ġużeppi, bħala missier, għamel iċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel hekk kif twieled fit-tmien ġurnata u jagħtih l-isem ta’ Ġesù, mogħti bħala dritt tal-missjoni ta’ missier. Hekk San Ġużepp jeżerċita d-dominju tiegħu fuq ibnu, u b’ċertu mod jimmarka l-personalità tiegħu. Fil-mument li ta l-isem ta’ Ġesù jagħtihulu, bid-drittijiet kollha, fit-tnissil ta’ David. Huwa att ta’ dominju u ta’ għerf, għaliex l-isem jikkorrispondi għas-sustanza tal-persuna (Lq 2, 21; Mt 1, 20-21.25).

Ġużeppi u Marija, skont San Luqa, jippreżentaw lit-tifel Ġesù fit-tempju bħala saċerdot u bħala sagrifiċċju. Att li jirrappreżenta l-għarfien tal-ġenituri tal-konsagrazzjoni speċjali lil Alla tat-tifel li kien irċieva l-isem ta’ Ġesù, li jfisser Salvatur, b’ispirazzjoni speċjali tal-anġlu (Lq 2, 22-24). Bħala missier Ġesù, Ġużeppi jirċievi mis-sema l-ordni li jieħdu lejn l-Eġittu biex jeħilsu mir-rabja qerrieda t’Erodi u li jieħdu lura, meta huwa l-waqt, fil-Palestina (Mt 2, 13-23).

Ladarba Ġużeppi huwa missier, Ġesù jobdih u joqgħod għal dak li jrid hu (Lq 2, 51). Is-sentimenti ta’ paternità għal Ġesù huma tant qawwijin f ’Ġużeppi li meta r-rgħajja jkantaw il-meravilji tad-dehra tal-anġli, missieru u ommu jisimgħu mistagħġba dak li jingħad fuq it-tifel (Lq 2, 33), u meta Hu jintilef fit-tempju, jfittxuh għal tliet ijiem b’uġiegħ kbir, “Ara jiena u missierek, bin-niket, konna qegħdin infittxuk” (Lq 2, 48).

B. Riflessjoni Teoloġika

Il-kliem tal-vanġelu dwar San Ġużepp huma ftit, imma huma hekk kbar, hekk importanti u hekk mimlija b’tifħir lejn il-Qaddis, li hija biżżejjed ir-raġuni, ri-flessjoni fuq dawn il-fatti, biex jittieħdu minnhom, mingħajr sforz, il-kobor sin-gulari u uniku tiegħu. Minn dan ġiet elaborata tul is-sekli dik illi nistgħu nsejjħulha t-teoloġija ta’ San Ġużepp, li niġbru f ’dawn il-punti l-iktar impor-tanti:

1. Ġużeppi, raġel ta’ MarijaHija, mingħajr dubju, l-ewwel verità li toħroġ mir-rakkonti tal-Evanġelju. San Ġużepp huwa miżżeweġ ma’ Mar-ija. Bejniethom jeżisti żwieġ veru, bid-drittijiet u d-dmirijiet kollha, anki jekk issiġillat bil-verġinità tagħhom it-tnejn. Żwieġ veru, ordnat b’manjiera speċjali biex jirċievi u jeduka ġo fih il-frott verġinali ta’ Marija: Ġesù. Għaldaqstant huwa żwieġ li jitwettaq bir-rieda tal-Ispirtu s-Santu. L-Ispirtu tas-Sinjur jilgħab rwol speċjali fit-twettiq ta’ dan iż-żwieġ: l-omm ta’ Ġesù kellha tkun verġni, però verġni miżżewġa ma’ raġel ġust jismu Ġużeppi, Ġesù kellu jitwieled f ’komunità ta’ żwieġ però b’mod verġinali. Żwieġ veru, magħqud b’mod leġittimu bir-rabta tal-imħabba magħżul bl-esklużjoni ta’ kull opra tal-ġisem. Żwieġ għal liema Ġużeppi biss kien iġġudikat dehen għaliex hu biss kien predestinat u ppreparat mis-Sinjur għal dan iż-żwieġ. Żwieġ biex jissalvag-wardja l-fama ta’ Marija fil-maternità divina u biex jintroduċi l-Iben t’Alla fid-dinja mill-mogħdijiet normali li min-nhom jidħlu n-nies kollha, bl-esklużjoni tal-ġenerazzjoni tal-ġisem.

2. Ġużeppi, Missier ta’ Ġesù

Mill-individwalità ta’ dan iż-żwieġ hemm x’tifhem fuq il-paternità ta’ Ġużeppi fuq Ġesù. Lil Ġużeppi Alla ji-tolbu biex jaċċetta ż-żwieġ ma’ Marija, bil-pjan li jilqa’ lil Ġesù f ’din id-dinja, li jintroduċih fl-iżvilupp ta l-istorja tas-salvazzjoni f ’din il-fasi dinjija, “Ġużeppi, tibżax tilqa’ lil Marija f ’darek, għaliex dak li ġie mnissel huwa b’opra ta’ l-Ispir-tu s-Santu”. U Ġużeppi laqgħaha f ’daru u magħha l-frott imwieled minn ġufha.

Għaldaqstant jiġi msejjah missier ta’ Ġesù. Dan huwa l-appell mingħajr oħrajn miżjuda li jagħtih il-vanġelu. Diġà mill-ewwel awturi li jitkellmu fuq din it-tema nsibu d-diskors li jis-pjega li Ġużeppi huwa missier Ġesù u f ’liema sens. Marija bi dritt taż-żwieġ hija ta’ Ġużeppi. Ġużeppi bil-ħalfa tal-kastità jirrinunzja għall-użu ta’ dan id-dritt fuq Marija, f ’ċertu sens iċedih lill-Ispirtu s-Santu, li joħloq lil Ġesù f ’Marija Verġni. Dan, maħluq u mw-ieled fil-ġisem ta’ Marija, fl-għalqa ta’ Ġużeppi, huwa tiegħu bħala iben. Dan hu spjegat bil-liġi Lhudija: San Ġużepp huwa maħsub li miet ċivilment bil-

ħalfa tal-verġinità u l-Ispirtu s-Santu tah il-wild, u anke bil-prinċipju tad-dritt, għal liema dak li jitwieled fl-għalqa huwa tas-sid tal-għalqa.

It-teologi biex jeżaminaw fil-fond it-tema tal-paternità ta’ Ġużeppi fuq Ġesù, u peress li riedu jagħtu aġġettiv appropjat u espressiv ta’ din ir-realtà, jitkellmu dwar paternità legali, putat-tiva, addottiva, matrimonjali, verġinali, propja. Fil-verità hija unika. Hija pa-ternità fejn fiha l-elementi kollha huma l-istess, imma eżaltati, minbarra dawk tal-ġenerazzjoni tal-ġisem. Ġużeppi huwa verġinalment u matrimonjalment missier ta’ Ġesù. Mhux biss il-paternità ta’ Ġużeppi fuq Ġesù hija sħiħa f ’kollox, anke jekk jonqosha l-ġenerazzjoni tal-ġisem, imma pjuttost, kif jikteb Santu Wistin, huwa iktar kbir bħala missier daqs kemm huwa missier safi.

3. Ġużeppi jgħix il-paternità fuq ĠesùAlla li jsawwar u jifforma il-qlub ta’ kull bniedem (Sal 32, 15), poġġa f ’qalb Ġużeppi sentimenti kbar ta’ paternità. Il-qalb ta’ Ġużeppi hija msawwra individ-walment minn Alla b’rispett lejn Ibnu, meta dan isir bniedem. M’hawnx qalb ta’ missier li tista’ titqabbel, bl-imħabba għall-ulied, ma’ dak ta’ Ġużeppi għal Ġesù; l-imħabba paterna ta’ Ġużeppi taqbeż kull qies. Predestinat li jkun il-

Santa Tereża t’Avila (1515-1582)Fundatriċi tal-Karmelitani Tereżjani.

missier partikolari ta’ Ġesù, Alla tah imħabba paterna unika. Kif jgħid awtur, “Ma kienx missier naturali t’Alla, mhux għaliex kien jonqos mill-kapaċità u d-doti mitluba għal dan, imma għaliex Alla m’għamilx għażla għall-missier fuq l-art.” (I. Coutino)

Turija ta’ l-imħabba paterna huwa l-aġir ta’ Ġużeppi fil-konfront ta’ Ġesù fi tfu-litu u fiż-żgħożija. Mal-ġrajjiet imfakkra fil-vanġelu, inżidu li Ġużeppi bħala mis-sier eduka lil Ġesù f ’sens wiesa’, għallmu t-talb li kull fidil ta’ Israel kien jitlob kull filgħodu u dawk li kien jitlob fil-komu-nità tat-tempju u fis-sinagoga, talb li kull bniedem kellu jkun jaf mill-età ta’ tnax-il sena. Bla dubju għallem anki l-passi l-iktar importanti tal-Iskrittura, li kienu jirreferu għall-ġrajja tas-salvazzjoni tal-poplu magħżul, is-salmi l-iktar użati, it-tagħlim tal-profeti u tal-għorrief.

U, ladarba, min ma jgħallimx lil ibnu jaħdem, iġagħlu jsir ħalliel, San Ġużepp għallem lil ibnu x-xogħol ta’ mastrudaxxa. Il-ħajja ta’ Ġesù tfajjel u żagħżugħ hija mmarkata b’mod qaw-wi mill-edukazzjoni li kien tah San Ġużepp.

4. Kobor u qdusija ta’ San ĠużeppMill-fatt taż-żwieġ ma’ Marija, u mill-fatt tal-paternità fuq Ġesù, it-teologi kollha jifhmu il-kobor individwali tal-Qaddis Patrijarka. Tiegħu huwa ko-bor u qdusija unika. Lil ħadd ma kien iċedi f ’dawn jekk mhux għal Marija. U bħalha, għalkemm bi grad inferjuri, skond ħafna teologi, Ġużeppi jappartje-ni lill-ordni ipostatiku, li jgħollih ‘il fuq mill-anġli kollha u l-qaddisin.

Il-kobor huwa tant li jesiġi ċerti gradi u daqs ta’ qdusija eċċezzjonali, hekk kif meta Alla jagħżel persuna għal xogħol jew ministeru, bl-istess qies jagħti l-gradi tal-qdusija. U m’hawnx kobor li jista’ jiġi paragunat ma’ li tkun miżżeweġ lil Marija u missier Ġesù. Biex tkun ir-raġel ta’ Marija u dwar żwieġ ippreparat u maħluq minn Alla, is-Sinjur imlieh b’ruħ simili għal dik ta’ Marija, kif jgħid San Bernard; għamlu mogħni b’abbundanza ta’ grazzji u virtù, li qiegħda ħafna ‘l fuq minn dawk mogħtija lin-nies u lill-anġli. F’kull żwieġ li sar sew wieħed ifittex li jkun hemm ċerta ugwaljanza, iktar f ’dak li jagħmel l-istess Alla, fejn tant tobbliga r-raġuni. Għalhekk San Ġużepp huwa

verġni, bħal Marija, u huwa żagħżugħ meta jiżżewwiġha. Biżżejjed naħsbu fil-kobor, fil-qdusija, f ’Marija mimlija bil-grazzja biex nifhmu l-qdusija u l-grazzja abbundanti ta’ Ġużeppi.

Grazzja u qdusija f ’liema Ġużeppi ma waqafx jikber b’mod mgħaġġel u għoli għall-kuntatt kontinwu ma’ Marija u ma’ Ġesù, hekk kif, skond il-prinċipju li ġie rripetut ħafna drabi minn kulħadd, iktar wieħed jieħu sehem fil-ħeġġa tan-nar tant huwa viċin tiegħu, u iktar wieħed jixrob mill-fonti tant ikun viċin tagħha.

Biex tkun missier Ġesù, huwa mis-tenni li jkollu qdusija denja ta’ dan id-dmir u ministeru. Il-prerogattivi kollha ta’ qdusija u virtù ta’ San Ġużepp għandhom il-bidu tagħhom u t-tifsira fil-kobor tal-paternità tiegħu fuq Ġesù. Il-fatt li huwa dan id-dmir u l-ministeru tal-iktar għoli fil-knisja, ipoġġi lil San Ġużepp immedjatament fuq it-tron t’Alla. Il-qdusija tiegħu u l-virtù huma bil-bosta superjuri għal dawk tal-anġli u l-qaddisin kollha. Alla l-Missier poġġa fih b’mod ġeneruż il-virtù u d-doni koll-ha, anke dawk li jidhru kontradittorji, bħal verġinità u ż-żwieġ. Filwaqt li għall-qaddisin oħra jqassam id-doni, għal ftit minnhom ċerti doni għal oħrajn doni oħra, lil San Ġużepp tahomlu kollha, tah it-tajjeb u l-aħjar u mingħajr qies.

5. Privileġġi ta’ San ĠużeppIt-teologi mhux biss jifhmu mill-fatti evanġeliċi il-qdusija u l-virtù individwali ta’ San Ġużepp għall-kundizzjoni tiegħu ta’ raġel ta’ Marija u missier verġinali ta’ Ġesù, imma jġibu iktar lill’hinn il-qaw-wa tar-raġunament tagħhom u jippried-kaw dwar il-qaddis sensiela ta’ privileġġi simili għal dawk ta’ Marija.

6. Il-kobor ta’ l-interċessjoni ta’ San ĠużeppIl-kobor ta’ l-interċessjoni ta’ San Ġużepp hija unika, wara dak ta’ Mari-ja. Ir-raġuni teoloġika tal-istess waħda tiġborhom Tereża fil-paniġierku Ġużeppin tal-kapitlu 6 tal-ħajja: għaliex huwa missier Ġesù u r-raġel ta’ Marija. Jekk San Ġużepp ikkmanda lil Ġesù bħal ibnu fid-dinja, u huwa kien jobdih, bħal ibnu huwa jkompli jikkmandah fis-sema, it-talb tiegħu huma kmandi. Kif jgħid Ġwanni Gerson, San Ġużepp ma jistaqsix, jikkmanda; ma jitlobx, jordna; għaliex it-talba tar-raġel lill-mara u tal-

missier lit-tifel hija kkunsidrata kmand.

Dan il-poter ta’ l-interċessjoni m’huwiex biss f ’uħud min-neċessitajiet imma f ’kollha, peress li jittratta dwar il-poter quddiem Ġesù, li jiddependi kollox minnu. Huwa Qaddis b’saħħtu mhux biss għal ftit imma għal kulħadd, għal knisja kollha, li temmen u tafda f ’dan il-poter. Din il-fidi ġiet espressa minn Papa Piju IX meta ddikjara lil San Ġużepp Patrun universali, minkejja dan huwa dejjem veru li San Ġużepp huwa patrun u protettur partikolari tal-Knisja, ladar-ba huwa missier tal-istess, kif hu missier Ġesù, kap ta’ din il-Knisja, jaqbel ma’ dan il-patroċinju u din il-protezzjoni, indaqs bħal kif jaqbel ma’ Marija, biex tkun Omm il-Knisja, it-titlu ta’ Patruna u Protettriċi tal-istess.

III. San Ġużepp fil-Karmelu qabel Santa TereżaSan Ġużepp fil-Karmelu jidħol mit-twaqqif tal-Ordni. M’huwiex b’kumbinazzjoni li l-Karmelu kien fjura mħawwla, imwielda u mkabbra fil-Palestina, art ta’ Ġużeppi. Il-Karme-lu jitwieled imbennen minn Marija u minn Ġużeppi. Mill-bidu tiegħu jinfirxu fwejjaħ Ġużeppini qawwijin flimkien ma’ dawk Marjani. U jekk m’huwiex ċert dak li kien miktub, li “meta l-Karmelita-

Josefoloġija

139

Il-Patroċinju ta’ San Ġużepp.

140

ni, huma u jaħarbu mill-persekuzzjoni ta’ Lvant, stkennew fil-Punent, ġabulna l-festa ta’ San Ġużepp.”2

Mhux miċħud li d-devozzjoni lejn San Ġużepp, fuq livell personali u lokali, kienu jgħixuha mill-bidu tal-miġja tal-Karmelitani fl-Ewropa, minkejja li l-festa tal-Qaddis Patrijarka, fuq livell ta’ Ordni, ma tidhirx qabel it-tieni nofs tas-seklu ħmistax. Hemm xi ħaġa partikolari fil-fatt li l-Karmelitani fil-Knisja Latina sawwru servizz sħiħ proprju ad unur San Ġużepp, li jidher fil-brevrarju stam-pat fi Brussell fil-1580 u fis-snin ta’ wara. U huwa żgur dak li kienet taqra l-Qad-disa Omm matul il-festa ta’ San Ġużepp. Ifisser li l-Karmelitani minn meta bdew jonoraw lil San Ġużepp, għamlu dan b’tant ħeġġa u fidi li ma niltaqgħux ma’ oħrajn qabilhom fl-istorja Ġużeppina. “Dan is-servizz m’huwiex biss l-ewwel monument mgħolli mill-Knisja Latina għall-glorja ta’ San Ġużepp, imma anki, żgur, huwa l-isbaħ innu li qatt ġie kkon-sagrat lilu. Il-partijiet kollha tiegħu, mill-ewwel antifona sa l-aħħar waħda, jirrappreżentaw lill-Qaddis fis-sbuħija tal-glorja kollha tiegħu.”3

X’kien jiġi kantat u ċċelebrat f ’din il-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu? Il-verġinità ta’ Ġużeppi, għal liema Alla jafda l-verġinità t’Omm Ibnu, u ma’ min iżewwiġha, biex jaħbi lix-xitan il-misteru tal-Inkarnazzjoni, u sabiex ikun xhieda u għassies tal-verġinità ta’ Mari-ja, fejn iddefendieha minn kull suspett ta’ fama ħażina.

Iż-żwieġ li sar minn Alla huwa żwieġ verġinali, marbut mhux b’rabta tal-ġisem imma b’imħabba ta’ virtù, żwieġ kuntent minħabba l-fidi u l-wild im-bierek ta’ min Ġużeppi huwa l-missier putattiv, missier verġni u, bħal Marija, mingħajr dnub. Marija u Ġużeppi in-fatti kienu jgħixu bi prudenza konju-gali u servizz re1iproku u b’dedikazzjoni ugwali lejn binhom. San Ġużepp huwa dak li jirċievi l-misteru tal-Inkarnazzjo-ni, dak li l-Anġlu, mibgħut minn Alla, jgħarrfu l-misteru tas-salvazzjoni uma-na, u li jżomm is-saltniet tal-ħajja.

Din it-teoloġija hija dik li kienet taqra u timmedita Santa Tereża fil-festa ta’ San Ġużepp, waqt li kienet tgħix fil-mon-asteru tal-Inkarnazzjoni, fejn jidher li d-devozzjoni lejn San Ġużepp kienet nibtet ħafna, u li, miġbura fil-qosor u

magħmula esperjenza individwali, in-firxet fil-ħajja tagħha.

IV. Relazzjonijiet ta’ Santa Tereża ma’ San ĠużeppFtit nies fl-istorja ta’ l-umanità kienu tant mogħnija biex ikollhom relazzjoni-jiet mal-oħrajn bħal Santa Tereża. Il-qaddisa kienet magħmula għall-ħbiberija miftuħa u generuża, għal ħajja ta’ relazzjonijiet soċjali u spiritwali mim-lijin u varji. Infatti, fil-kamp Karmelitan, mill-Ġeneral ‘l isfel, kellha relazzjonijiet ma’ ħafna patrijiet u sorijiet.

L-istess ġralha mal-qaddisin tas-sema. Santa Tereża m’hiex persuna ta’ qad-dis wieħed jew ta’ ftit. Għall-kuntrarju huma ħafna dawk li hi tistqarr li hi de-vota tagħhom. Il-lista tal-qaddisin li hi partikolarment devota lejhom, ta’ fuq nett San Ġużepp, misjuba fil-brevrarju tagħha, jimmarka is-sbuħija ta’ 34 (u m’hiex kompluta), fosthom hemm mill-Patrijarki, il-ħdax il-elf verġni, il-Qad-disin ta’ l-Ordni, u l-Anġli. Ħafna qad-disin, imma wieħed partikolari, mhux biss għaliex qiegħed l-ewwel fil-lista, imma minħabba l-esperjenzi spiritwali speċjali miegħu: dan huwa San Ġużepp.

A. Devozzjoni u Esperjenza ĠużeppinaDak li Santa Tereża tgħallimna fuq San Ġużepp fl-istorja tas-salvazzjoni ta’ ruħu hija l-espressjoni ta’ devozzjoni li tinħass, profonda u sinċiera, lill-qaddis patrijarka, magħmula esperjenza, es-perjenza profonda, intima u mtawwla għal ħafna snin. Ma titkellimx fuq dak li fehmet mill-kotba, fuq dak li kellha taqra fuq San Ġużepp, lanqas dwar dak li semgħet fil-priedki, kull sena meta kienet tiċċelebra il-festa tiegħu bis-so-lennità kollha li kienet tista’ (Vita 6,7), u f ’okkażjonijiet oħra. Hi titkellem mill-esperjenza personali ta’ San Ġużepp li jidħol f ’ħajjitha u f ’ruħha. Ma tgħid xejn li ma tafx jekk mhux b’esperjenza. Huwa għalhekk li tikkonverti f ’appostlu singulari tad-devozzjoni għall-Qaddis.

Id-devozzjoni tal-qaddisa għal San Ġużepp, magħmulha esperjenza, tidher ċara fid-daħla tagħha għall-Inkarnazzjoni. U għall-qaddisa ma tistax taħseb għall-Verġni mingħajr ma tara maġenbha lil San Ġużepp. Huwa ċert li, mid-daħla tagħha fl-Inkarnazzjoni, din id-devozzjoni tidher b’saħħitha, ħajja u proselitista. Devoz-

zjoni, magħmula esperjenza, li fil-qosor hija t’affezzjoni, abbandun, qima, fiduċja, imħabba, li jwassluha biex tir-rakomanda lilha nnifisha ħafna drabi għal San Ġużepp. Huwa r-riżultat ta’ din l-attitudni kumplessa, li għexet ġurnata b’ġurnata u b’iktar intensità f ’mumenti ta’ neċessità spiritwali u tal-ġisem, u li hi tinduna li kienet għażlet qaddis mimli tjubija u poter: tesperimenta li għandha relazzjoni ma’ missier u sinjur. Rat ċar, kellha bl-esperjenza, bħal kif persuni oħra kellhom bl-esperjenza, lil min hi kienet tirrakomanda, l-għajnuna ben-efika u universali li bihom San Ġużepp kien ipattilha, filwaqt li jagħtieha iktar tajjeb minn kemm kienet titlob. Ma tit-trattax dwar esperjenza soprannaturali jew mistika, imma dwar konvinzjoni totali li tibda mill-fidi sinċiera u mill-imħabba fiduċjuża, li dak li rċeviet fil-bżonnijiet tar-ruh u tal-ġisem huma grazzji mqassma minn San Ġużepp, filwaqt li tqis il-fiduċja totali tagħha u tal-abbandun mimli tama b’liema rra-komandat lilha nnifisha. Minn hawn tinbet il-gratitudni tal-qaddisa: tagħmel xandir ta’ twemminha u tikseb ħafna devoti għal San Ġużepp, “Hemm ħafna li huma devoti mill-ġdid…jiena kont ngħid sabiex jirrakomandaw infushom lilu…”, u tiċċelebra l-festa tiegħu bis-solennità kollha.

B. Esperjenza Sopranaturali u MistikaL-esperjenza twila tad-devozzjoni lejn San Ġużepp, biż-żmien timmatura u tinbidel f ’esperjenza soprannaturali, mingħajr ma titlef il-karattru tagħha tas-soltu t’esperjenza fuq livell ta’ grazzja ordinarja, anki jekk qawwi ħafna. Dan ġara meta l-qaddisa beda jkollha mod ġdid li tipprova ir-rejaltijiet soprannatu-rali. Anki d-devozzjoni lejn San Ġużepp tibqa’ affettwata bi ħlejju u bis-saħħa minn dawn il-ġrajjiet mistiċi li daħlu f ’ruħha. F’din il-linja żviluppat b’mod b’saħħtu ħafna id-devozzjoni tal-qaddi-sa lejn San Ġużepp, u l-esperjenzi eżatti ta’ din id-devozzjoni mistika se jidhru f ’mumenti konkreti u speċjali tal-ħajja tagħha.

Id-devozzjoni lejn San Ġużepp fil-Karmelu Tereżjan jingħaqad essenzjal-ment ma’ Santa Tereża. Huwa wieħed mir-rabtiet l-iktar għonja u karatteristiċi li l-qaddisa ħalliet lil uliedha. U għamlitu bis-saħħa ta’ din l-esperjenza u bħala frott matur ta’ l-istess. Wirt val-

Josefoloġija

141

idu ħafna. Filwaqt li esperimentat lil San Ġużepp bħala fundatur tar-Riforma, fl-opra tagħha ta’ fundatriċi, tassoċjah essenzjalment mal-istess. Il-Karmelu Tereżjan m’huwiex mifhum mingħajr San Ġużepp, mingħajr l-esperjenza Ġużeppina tal-qaddisa. Il-kliem ta’ Dun Graziano, dak li fetħet qalbha miegħu l-Omm Tereża għal tant żmien, u su-perjur tagħha għal tant snin, huma ċari, “…minħabba f ’hekk, kif jikteb it-tabib Ribera, poġġa fuq l-alloġġ tal-purtinar il-monasteri kollha tiegħu li waqqfet l-Omm Tagħna u l-glorjuż San Ġużepp,u fil-fundazzjonijiet kollha kienet iġġib magħha statwa ta’ dan il-glorjuż qaddis, li issa qiegħda f ’Avila, filwaqt li semmi-etu fundatur ta’ dan l-Ordni. Dawk li jipprattikaw din il-liġi tal-Karmelitani Skalzi jagħrfu bħala fundatur ta’ din ir-riforma lill-glorjuż San Ġużepp, b’liema devozzjoni waqqfitha l-Omm Tereża, hekk kif l-Ordni tal-Karmelu kollu jagħraf bħala fundatriċi lis-santissma Verġni Marija.”4

Infatti il-fondazzjoni ta’ l-ewwel mon-asteru m’huwiex spjegat rejalment mingħajr il-preżenza u l-għajnuna ta’ San Ġużepp. L-ewwel kunvent tal-Karmelu Tereżjan ġie mwaqqaf f ’ambjent imxar-rab mis-soprannaturali, hekk kif riedet tfisser il-qaddisa, ambjent li fih jilgħab rwol t’importanza primarja il-glorjuż San Ġuzepp. Kif jgħid Dun Graziano, filwaqt li jestendi din l-importanza ka-pitali tal-qaddis għall-kunventi l-oħrajn kollha, “bl-istess mod li l-glorjuż San Ġużepp għamel miraklu fil-bini ta’ dan il-monasteru (ta’ San Ġużepp), nista’ nirrakkonta ta’ ħafna oħrajn, kemm ta’ patrijiet u anke ta’ sorijiet, li tidher im-possibbli li ġew imwaqqfa jekk dan il-glorjuż Qaddis ma poġġiex idejh f ’dawn il-binjiet.”5 Għalhekk jum wieħed, wara li ssir it-tqarbina, jisma’ ħafna wegħdi u dak li ma jieqafx jagħmel il-monas-teru u li jisserva ħafna bih u li jismu San Ġużepp, u li f ’bieb wieħed jieħu ħsieb hu u lill-oħra is-sinjura tagħna,u li Kristu imur magħna.” (Vita 32,11). Hekk kif kienet diġà nvoluta fil-bini tal-monasteru, Santa Tereża ssib ruħha mdawwra minn kullimkien, mingħajr post minn fejn iġġib il-flus, la għal qasir żmien u la għalxejn. F’din is-sitwazzjoni bla soluzzjoni jiġi jgħinha b’mod so-prannaturali San Ġużepp, hi kienet irra-komandat ħafna lilha nnifisha lilu, “u s-Sinjur, b’modi li jgħaġġbu dawk li kienu jisimgħu, għeni” (Vita 33,12). Ġabulha

bl-interċessjoni ta’ missierha u s-sinjur tagħha San Ġużepp, bil-mezz ta’ ħuha Lorenzo, iktar minn mitejn dukat.

F’dawk l-istess ġranet, filwaqt li Santa Tereża kienet fil-knisja tad-Dumnika-ni, tirċievi l-grazzja mistika li tilbes biċċa drapp bajda u ċara ħafna. Ilibb-suha Ommna Marija, bi sbuħija kbira, li tara n-naħa tal-lemin, u missierha San Ġużepp, li jara n-naħa tax-xellug, filwaqt li jgħinuha tifhem li diġà hija nieqsa minn dnubietha.

F’dan l-ambjent imdawwar mis-so-prannaturali ġie mwaqqaf uffi/jalment il-monasteru ta’ San Ġużepp nhar l-24 t’Awwissu 1562. Il-Qaddisa Omm Tereża tħoss kuntentizza kbira għaliex tkun għamlet dak li kkmandaha s-Sin-jur u għaliex hemm knisja oħra f ’dan il-post, u pre/iżament tal-glorjuż missieri San Ġużepp, li qabel ma kinitx hemm (Vita 36, 8). Il-manifestazzjoni ta’ din l-esperjenza qawwija fil-fondazzjoni ta’ l-ewwel monasteru hija skultura ta’ San Ġużepp, imlibbsa, b’kappell f ’idu u b’bastun iffjurit, impoġġija fuq il-bieb tal-knisja u pittura tal-qaddis fuq l-altar maġġur. L-esperjenza soprannaturali ta’ San Ġużepp fil-fondazzjoni tal-ewwel monasteru huwa għal Tereża il-qofol tal-mixja ta’ dawk l-esperjenzi ta’ mis-sierha u s-sinjur tagħha San Ġużepp, li tibda bil-kura mirakuluża tal-marda gravi tagħha, u li timmarka mument fundamentali u deċisiv fir-rapporti tagħha mal-Qaddis Patrijarka, dak li fuqu tesprimi - “rajt ċar” – bħala mis-sier u sinjur li jista’ kollox fil-bżonnijiet kollha. L-esperjenza Ġużeppina ma tonqosx tul ħajjitha kollha. L-eżistenza

tagħha tiżviluppa taħt il-marka ta’ San Ġużepp. Eliżabetta tal-Kurċifiss, f ’dak li qalet għall-beatifikazzjoni tal-qaddisa fil-proċess ta’ Salamanka, tesprimieha b’dawn it-termini, “Kienet partikolar-ment devota lejn San Ġużepp u smajt jingħad li kien dehrilha ħafna drabi u kien jimxi maġenbha.”6

Hemm ħafna fatti u mumenti fil-ħajja tagħha fejn tħoss din l-esperjenza ta’ San Ġużepp, minbarra dawk diġà msem-mija. Biżżejed tiġbor dawn it-tlieta. Jum wieħed waqt li kienet qed tagħmel it-tqarbina, kienet rat lill-imbierek San Ġużepp naħa u lil Lorenzo de Cepeda, ħuha, in-naħa l-oħra, idawwlu lill-Qad-dis Sagrament. Hekk irrakkuntatlu lin-neputi tagħha Francesco, iben Lorenzo.7 Petronilla Battista titkellem dwar estasi qawwija ħafna li ġrat fil-jum tal-festa ta’ San Ġużepp, waqt li l-qaddisa kienet qed tisma’ hekk kif kienet isserrah mal-grada tal-kor ta’ San Ġużepp t’Avila. Mhux li tonqos l-importanza tiegħu, għaliex magħruf, il-fatt tad-dehra ta’ San Ġużepp meta kienu sejrin lejn Beas de Segura, għall-fondazzjoni ġdida f ’dik il-belt. Tirrakkuntah Anna ta’ Ġesù (Lobera), xhieda tal-fatt bħal waħda mit-tmien reliġjużi li kienu akkumpan-jaw lil Tereża f ’din il-fondazzjoni.

Ikompli fil-ħarġa li jmiss.

Referenzi1 AAS 55 (1963) 41. B’dawn l-istess ħsibijiet Papa Pawlu VI fid-diskors tiegħu tat-tieni sezzjoni tal-Konċilju jgħid, “Ħalli jieqfu magħna l-anġli u l-qaddisin koll-ha... u b’mod partikulari San Ġużepp li f ’din is-sede ġie dikjarat Patrun ta’ dan il-Konċilju.” AAS 55 (1963) 859; cfr. AAS 56 (1964) 1013.2 Ljun ta’ San Ġwakkin, Il culto di San Giuseppe e l’Ordine del Carmelo, Barċellona, 1905, c. 2, p.48.3 Ljun, op. cit. p.72. Dan l-uffizzju bid-disa’ lezzjonijiet tat-tliet talbiet ta’ filgħaxija, l-antifoni u r-responsorji jinstabu f ’Bartolomew Ma Xiberta, Fiori giuseppi-ni e la liturgia carmelitana antica, Est. Jos. 18 (1964) 301-319. Il-qari huwa meħud minn Pietru de Ailly.4 Giuseppina, 1.5, c.4, BMC 16,476.5 Ibidem, p. 476.6 BMC 18, 31; cfr. 18,36. Ġustament l-espressjoni li juża tfisser il-preżenza kon-tinwa ta’ Kristu: fejn jinħass “dejjem fuq il-lemin, ħassejtu ċar ħafna.” (V 27, 2).7 Beatrice de Mendoza fil-proċess ta’ Ma-drid, BMC 18, 396.

San Ġużepp: Ġust skont l-Evanġelju.

142

143

144

Spiritwalità

145

Patri Deo DebonoOSA

Trabba fir-raħal tal-Kalkara u ħa l-edukazzjoni primarja fl-istess

raħal, fejn wara kompla l-istudji tiegħu ġewwa l-Kulleġġ Santu

Wistin. Gradwat fl-Istudji Umani, il-Filosofija, u t-Teoloġija Sagra.

Sar qassis is-sena l-oħra, bl-ewwel quddiesa fid-9 ta’ Lulju 2010.

żewġ każini tal-banda u lis-Sindku li flimkien mal-Kunsilliera l-oħra għen kemm felaħ, anke fit-tindif tat-toroq dak inhar tal-Prima Messa. Nirrin-grazzja lill-Kor u lill-helpers kollha tal-Knisja. Dakinhar kienet ġurnata li riedet ħafna ħsieb u ħafna xogħol. Minn filgħodu l-Knisja kienet mimlija nies jaħdmu: min jaħsel, min iżejjen, min jarma, min iqassam is-siġġijiet, min jikkordina l-mużika, min jieħu ħsieb l-abbatini, min jara hemmx kol-lox fuq l-artal u affarijiet oħrajn, iżda naħseb li ħadd ma seta’ jkun iktar so-disfatt milli konna dak il-lejl!

Il-Knisja kienet mimlija nies tant li s-siġġijiet li ġew mikrija ma kienux biżżejjed għax kien hemm saħansitra nies bilwiefqa fuq in-naħa ta’ wara tal-korsija. Kollox mexa ħarir, il-mużika kienet eċċellenti, ma setax ikollna paniġierku iktar teoloġiku, elaborat u sabiħ minn dak li għamlilna ħuna Fr. Martin Mamo OFM Cap. Insomma, dakinhar il-Kalkara tkessħet qud-diem tant barranin u serqet il-qlub ta’ tant oħrajn li qatt ma kienu resqu lejha u li sallum għadhom jgħiduli kemm kienu impressjonati mill-ġmiel li għandna. Il-Knisja dakinhar

xegħlet bid-dawl il-ġdid li ġie nstal-lat fiha u naħseb li kulħadd induna kemm għandna nkunu dejjem iktar magħqudin u kburin b’dak kollu li jagħmilna Kalkariżi.

Kif jgħaddi kollox u ssib ruħek fil-kwiet, tipprova tiftakar mument sabiħ li għext u hawn ikolli nammetti li jien ma ġienix mument partikolari għax mill-bidu sa l-aħħar kienet es-perjenza li mmarkatni darba għal de-jjem u naħseb li kienet esperjenza li ma mmarkatx lili biss. Meta l-ġimgħa ta’ wara kellna l-festa titulari, in-

F’kull ħaġa li tagħmel fil-ħajja, iktar iddum tipprepara u tlesti milli tgħix esperjenza! Sena ilu għexna flimkien l-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħi li kien mument importanti ħafna għalija u naf li kien ukoll għalikom. Din is-sena xtaqt nieħu din l-okkażjoni u nirringrazzjakom tal-appoġġ li tajtu-ni. Kienet ħaġa sabiħa ħafna li kemm għall-Ordinazzjoni u iktar u iktar fil-Prima Messa, kulħadd kellu kurżità biex jara kemm ser ikun hemm Kalkariżi u biex ngħiduha kollha im-pressjonajtu lil kulħadd bil-kbir. Lili għamiltuli ħafna kuraġġ u ma ni-stax nesprimi bil-kliem dak li ħassejt f ’qalbi. Nirringrazzjakom immens tal-preżenza u tas-sehem tagħkom.

Kważi sena qabel il-Prima Messa kelli diġà grupp ta’ nies li flimkien miegħi ħasbu, ippjanaw u organizzaw flimk-ien miegħi din il-ġurnata. Minn qalbi nirringrazzjahom, b’mod speċjali lil dawk li għenuni b’mod dirett bħal Pawlu Bongailas, Ivan Cauchi, Mario Gauci, Duncan Brincat, Brian Grech, Josanne u Lawrence Zammit, Mar-tin u Frances Navarro, il-familja tiegħi, il-ħbieb tiegħi Justin Gerada u Mario Spiteri, li għalkemm mhum-iex Kalkariżi iżda ħaduha bis-ser-jetà tant li ħabbew din il-Parroċċa u għadhom sallum isibu okkażjoni biex jiġu jaqsmu l-ferħ ta’ ċelebrazzjonijiet magħna, u fl-aħħar iżda żgur mhux l-inqas il-Kappillan li dejjem kien lest biex jisma’, jagħti ideat u jkompli magħna fil-preparamenti. Minn qalbi nirringrazzja wkoll lill-Kumitati taż-

Patri Deo Debono mwassal sall-Knisja Par-rokkjali miż-żewġ baned Kalkariżi dakinhar tal-Prima Messa tiegħu.

Il-wasla ta’ Patri Deo Debono ġewwa l-Knisja Parrokkjali.

Patri Martin Mamo waqt l-omelijamqanqla u sabiħa tiegħu.

146

nutajna kemm il-Parroċċa tagħna kienet magħquda iktar mis-soltu. Il-festa ġiet iċċelebrata b’ħeġġa u b’ferħ. Kienet festa mill-isbaħ, anke jekk fl-aħħar ġranet il-Parroċċa tagħna tilfet waħda mill-ulied tagħha li minn hawn xtaqt insellmilha. Lill-għażiża Nicole, għalkemm jien ma kontx nafha per-sonalment iżda ser nibqa’ niftakarha u nżommha f ’qalbi għax għenitni nirre-alizza iktar milli kont qed nirrealizza dak il-ħin, li l-ħajja u kull minuta u kull esperjenza li tgħix hija imprez-zabbli. Nicole kienet l-ewwel persuna li sellimt wara li ġejt ordnat, l-ewwel waħda li berikt u li tlabt lill-Mulej għaliha sabiex jibgħat l-anġli tiegħu u jilqagħha għandu. Għalhekk Nicole ser ti-bqa’ f ’qalbi u f ’talbi kif nittama li tibqa’ dejjem fil-qalb u fit-talb tagħkom il-Kalkariżi flimkien ma’ tant oħrajn li ħallewna u li warajhom ħallewlna ħafna valuri sbieħ.

Minn dak iż-żmien sallum għalkemm kullma għaddiet kienet sena, iżda l-Mulej tani l-opportunità ngħix diversi esperjenzi sbieħ u llum iktar minn qatt qabel nirringrazzja l’Alla tas-saċerdozju li għoġbu jirregalali. Fuq kollox nirringrazzja l’Alla li għoġbu

jagħżilli l-Kalkariżi bħala l-komunità li lili rawwmitni fl-imħabba t’Alla. Nirringrazzja l’Alla tal-familja tiegħi: il-ġenituri li tant ħabbewni u rabbe-wni b’tali mod li stajt nagħraf is-sejħa li għamilli l-Mulej, lil oħti li minn ċkunitna dejjem kienet miegħi f ’kull pass li għamilt u lill-familja tagħha li huma l-isbaħ rigali li Alla ta lill-famil-ja tagħna.

Nirringrazzja wkoll lill-familja Ago-stinjana li emmnet u afdat fis-sejħa tiegħi u għenitni f ’kull pass li għamilt sabiex niskopri l-kobor tal-imħabba t’Alla.

Ippermettuli qabel nagħlaq dan il-messaġġ nirringrazzja lil missierna San Ġużepp. Issa tafu żgur kemm dan il-persunaġġ huwa għal qalbi u kemm hu ta’ ispirazzjoni għalija, minkejja li d-djugħfija li hemm fija ma tipper-mettilix dejjem li ngħix bħalu. Ta’

Malti u Kalkariż li jien, ma tantx naf noqgħod kwiet bħalu. Aħna nħobbu l-istorbju u nħobbu nkunu storbjużi, biss lilu dejjem insibuh sieket, lest biex jisma’ kull tgergira li ngħidulu, jisma’ kull protesta li jkollna f ’qalbna,

jisma’ t-tifħir tagħna u fis-silenzju tiegħu Ġużeppi jurina l-imħabba kbi-

ra tiegħu, imħabba li m’hemmx kliem biex jesprimiha u allura jibqa’ sieket.

F’dawn il-ġranet ejjew nagħtuh lura ftit mill-imħabba kbira li hu jagħtina ta’ kuljum u flimk-ien bil-ħeġġa u b’qalb mimlija ferħ ejjew nersqu bħala famil-ja, bħalma għamiltu fl-ewwel Quddiesa Solenni tiegħi, għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-festa b’mod speċjali fit-Translazzjoni u

l-Quddiesa l-Kbira.

Filgħaxija, f ’jum il-festa nerġgħu ningħaqdu u flimkien, b’vuċi waħda, ħierġa mill-qalb ngħajtulu flimkien Viva San Ġużepp il-Missier tagħna l-Kalkariżi!

Dehra tas-saċerdoti kollha li kkonċelebraw matul il-Prima Messa ta’ Patri Deo Debono.

Patri Deo Debono iqaddes matul il-Prima Messa.

Dehra ġenerali tal-Knisja Parrokkjali mimlija bin-nies dakinhar tal-Prima Messa.

148

Spiritwalità

149

Ronald Buckwellmill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfit-2 ta’ Lulju 2010fl-età ta’ 70 sena.

Obitwarjuis-Soċjetà ssellem lil dawn il-membri, partitarji, familjari u Kalkariżi li ħallewna f ’din l-aħħar sena:

Rita Cassarli marret tiltaqa’ mal-Mulej

fit-13 ta’ Marzu 2011fl-età ta’ 84 sena.

Joseph Bezzinamill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfis-7 ta’ Jannar 2011

fl-età ta’ 82 sena.

Carmela Bordamill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfis-7 t’Awwissu 2010.

Joseph Zerafali mar jiltaqa’ mal-Mulej

fit-28 ta’ Marzu 2011fl-età ta’ 66 sena.

Mary Borgmill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfit-3 ta’ Marzu 2011

fl-età ta’ 76 sena.

Carmela Favali marret tiltaqa’ mal-Mulej

fl-20 t’Awwissu 2010fl-età ta’ 84 sena.

Ikompli f ’Paġna 150

Paula Buttigiegli mar jiltaqa’ mal-Mulej

fid-29 ta’ Marzu 2011fl-età ta’ 55 sena.

B’tifkira għażiża ta’ Nicole Zahra minn Elaine Seguna

Imma fejn qatt bsarna x’ħa jiġrilna! Min qatt kellu jgħidilna li fil-festa li dejjem għożżejna kemm ilna neżistu fuq din l-art, eżattament matul il-ġimgħa tal-festa ħa jiġrilna traġedja bħal dik.Nicole kienet tħobbha ħafna l-festa, speċjalment dik tas-Sagra Familja. Kienet tiġi għandna biex tara jekk għandniex xi flokk antik biex tilbsu minn qabel, għaliex il-festa ma xtaqet titlef xejn minnha! Issa li kienet qiegħda tikber riedet tinżel il-festa biex tiltaqa’ ma’ sħabha. Kienet niżlet is-serata tal-Lejla Maltija u anki attendiet il-programm mużikali tal-banda fuq il-planċier. Fid-dvd tas-sena 2009 tid-her qiegħda fuq l-ispalla ta’ Jonathan Grech tieħu gost waqt il-tlugħ ta’ San Ġużepp fuq il-kolonna fil-pjazza. Nicole kienet ferħana ħafna għax għaddiet mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum. Kienet pre-parata li l-festa 2010 kienet se tgawdiha bil-kbir.

Nhar l-4 ta’Lulju, Nicole filgħodu marret il-quddies ma’ oħta Lenise li kienet qiegħda tħossha ferħana ħafna. Dak in-nhar filgħaxija kienet mal-ġenituri tagħha l-għalqa tagħhom f ’Birżebbuġa. L-għaxqa tagħha kienet l-għalqa, però qabel mar-ret l-għalqa, marret titma’ l-qtates ta’ ħdejn l-iskola. Nicole kienet tħobb ħafna l-annimali u l-ambjent. Marret l-għalqa ferħana ħa ttir bir-rota biex toqgħod tiġri biha. X’ħin kienu l-għalqa qagħdet tieħu dvd bil-kamera lill-ommha ssuq ir-ro-ta tagħha u tas-siġar żgħar li kienet żergħet hija stess. Dawk kienu l-aħħar mumenti ta’ Nicole. Hija għamlet 12-il ġurnata l-ITU. It-tobba u l-professuri għamlu minn kollox magħha. Aħna stennejna forsi jseħħ xi miraklu, għax dak biss kien it-tama tagħna. Imma l-Mulej kellu pjanijet oħra għaliha, mhux kif xtaqna u ridna aħna. Dak in-nhar il-Mulej sejħilha propju waqt il-festa tiegħu, ta’ ommu u ta’ missieru, fil-festa tas-Sagra Familja, u hemm qiegħda ħdejhom, qegħdin joħdulna ħsiebha huma. Grazzi mill-qalb lill-Kalkariżi tal-għajnuna li sibna. Nicole, inħobbuk, ma ninsewk qatt!

Ċensina Bonelloli marret tiltaqa’ mal-Mulej

fl-20 ta’ Mejju 2011fl-età ta’ 85 sena.

Mary Bezzinamill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfid-9 t’April 2011fl-età ta’ 78 sena.

Joseph Diaconomill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfit-22 t’April 2011fl-età ta’ 81 sena.

Permezz ta’ dawn il-paġni nitolbu għal dawn ħutna sabiex jiltaqgħu fis ma’ dak li tant kienu jħobbu fuq din l-art. Sadanittant napprezzaw jekk dawk il-familjari li jkunu jixtiequ li persuna tidher fuq din il-paġna sabiex jgħaddulna santa jew ritratt.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Amen.150