24
Il-Festi Il-Festi Nazzjonali Maltin Nazzjonali Maltin Unit 5: Il-Kalendarju Unit 5: Il-Kalendarju Lezzjoni 2 Lezzjoni 2

Il festi nazzjonali maltin

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Il festi nazzjonali maltin

Il-Festi Nazzjonali Il-Festi Nazzjonali MaltinMaltin

Unit 5: Il-KalendarjuUnit 5: Il-KalendarjuLezzjoni 2Lezzjoni 2

Page 2: Il festi nazzjonali maltin

Jum il-Vitorja (8 ta’ Settembru 1565)

Page 3: Il festi nazzjonali maltin

Fl-1565, Malta ġiet attakkata mit-Torok. Dan l-attakk huwa msejjaħ l-Assedju l-Kbir.

Page 4: Il festi nazzjonali maltin

Għal tliet xhur sħaħ, it-Torok attakkaw il-fortizzi tal-Kavallieri, l-aktar Sant’Iermu, l-Isla u l-Birgu. Il-Kavallieri u l-Maltin urew qlubija kbira imma kienu kważi qatgħu qalbhom.

Page 5: Il festi nazzjonali maltin

Fit-8 ta’ Settembru waslet għajnuna kbira ta’ suldati minn Sqallija. It-Torok beżgħu u ħarbu minn Malta u b’hekk l-Assedju ntrebaħ mill-Maltin u l-Kavallieri.

Page 6: Il festi nazzjonali maltin

It-8 ta’ Settembru, festa ta’ Marija Bambina, baqa’ magħruf bħala Jum il-Vitorja. Il-monument li jfakkar din il-ġrajja jinsab fil-Belt Valletta.

Page 7: Il festi nazzjonali maltin

Fil-Port il-Kbir issir tiġrija bid-dgħajjes magħrufa bħala r-regatta.

Page 8: Il festi nazzjonali maltin

Is-Sette Giugno (7 ta’ Ġunju 1919)

Page 9: Il festi nazzjonali maltin

Fis-7 ta’ Ġunju 1919, il-Maltin ipprotestaw kontra t-tmexxija Ingliża f’pajjiżna. Kien hawn il-faqar u ħafna nies bla xogħol. Ridna wkoll aktar sehem fit-tmexxija ta’ pajjiżna.

Page 10: Il festi nazzjonali maltin

Il-Maltin niżlu fit-toroq u fl-irvellijiet li nqalgħu, is-suldati Ingliżi sparaw fuq il-folla u qatlu erba’ Maltin.

Page 11: Il festi nazzjonali maltin

Din il-ġrajja storika tiġi mfakkra ta’ kull sena u hija waħda mill-festi Nazzjonali ta’ pajjiżna. Il-monument li jfakkar din il-ġrajja jinsab fi ġnien pubbliku fil-Belt Valletta.

Page 12: Il festi nazzjonali maltin

Jum l-Indipendenza (21 ta’ Settembru 1964)

Page 13: Il festi nazzjonali maltin

Malta damet ħafna parti mill-Imperu Ingliż. Il-gvernatur Ingliż kien imexxi lil pajjiżna. Malta saret bażi militari u navali fil-Mediterran.

Page 14: Il festi nazzjonali maltin

Id-deċiżjonijiet kienu jeħduhom l-Ingliżi u Malta kienet

tiddependi fuq l-Ingilterra.

Page 15: Il festi nazzjonali maltin

Kien fil-21 ta’ Settembru 1964 li Malta ngħatat l-Indipendenza mill-Ingilterra. Il-gvern Malti beda jiġi magħżul mill-poplu u kull deċiżjoni tittieħed minnu mingħajr indħil ta’ ħadd.

Page 16: Il festi nazzjonali maltin

Ir-Reġina tal-Ingilterra baqgħet bħala l-kap ta’ pajjiżna, u din kienet irrappreżentata mill-Gvernatur Ġenerali.

Page 17: Il festi nazzjonali maltin

Fil-Furjana nsibu monument li jfakkar din il-ġrajja u fil-Belt Valletta hemm lapida mwaħħla mal-ħajt tal-palazz tal-President.

Page 18: Il festi nazzjonali maltin

Jum ir-Repubblika (13 ta’ Diċembru 1974)

Page 19: Il festi nazzjonali maltin

Fit-13 ta’ Diċembru 1974 Malta saret Repubblika u b’hekk qtajna r-rabta kollha li kellna mal-Ingilterra.

Page 20: Il festi nazzjonali maltin

Ir-Reġina ma baqgħetx il-Kap tal-Istat Malti u minflok beda jinħatar President minn fost il-poplu. Sir Anthony Mamo nħatar bħala l-ewwel president tar-Repubblika ta’ Malta.

Page 21: Il festi nazzjonali maltin

Jum il-Ħelsien (31 ta’ Marzu 1979)

Page 22: Il festi nazzjonali maltin

L-Ingliżi telqu għal kollox minn Malta fil-31 ta’ Marzu 1979. Malta ma baqgħetx isservi bħala bażi militari. Din il-ġrajja hija magħrufa bħala Jum il-Ħelsien.

Page 23: Il festi nazzjonali maltin

F’Xatt ir-Riżq, il-Birgu, insibu l-monument tal-Ħelsien. Il-monument ifakkar l-għeluq tal-bażi militari Ingliża f’pajjiżna. Issa Malta kienet ħielsa mill-preżenza ta’ forzi militari barranin.

Page 24: Il festi nazzjonali maltin

Tmiem

Paul Rapa