36
1 XOGHOL HARSIEN DINJITÀ MANIFEST ELETTORALI 2008 PARTITLABURISTA pjan ghal bidu gdid

PL 2008 Manifesto

  • Upload
    ness109

  • View
    87

  • Download
    1

Embed Size (px)

Citation preview

1

XOGHOL HARSIEN DINJITÀ

MANIFEST

ELETTORALI 2008

PARTITLABURISTA

pjan ghal bidu gdid

2

1. LEJN EKONOMIJA MODERNA, EFFICJENTI U KOMPETITTIVA Fl-ahjar interess ta’ pajjizna, jehtieg li nkunu aktar kompetittivi biex inzommu u nkabbru l-investiment ezistenti filwaqt li nattiraw lejn Malta u Ghawdex investiment gdid fl-oqsma kollha inkluz il-manifattura, fit-turizmu u fil-qasam tas-servizzi. Jehtieg li noholqu opportunitajiet godda ta’ xoghol permezz ta’ investiment li jirrendi u li jkattar aktar il-gid. Tmexxija ghaqlija tal-pajjiz ghat-tkattir ekonomiku tizgura il-harsien socjali u servizzi socjali addattati ghaz-zmienijiet tal-lum. It-tkattir tal-gid ekonomiku u l-harsien socjali jimxu id f'id. Ghalhekk qed jitressqu dawn il-miri u pjani. Gvern Laburista gdid jpoggi quddiemu dawn il-prioritajiet ghall-qasam ekonomiku: Jaghmel dak kollu mehtieg biex jara li l-ekonomija tikber b’kelj reali bejn 4-6 fil-mija fis-sena b’tali mod li l-effett taghha jinhass ukoll mil-familji Maltin u Ghawdxin. It-tkabbir ekonomiku jigi generat minn

• zvilupp tas-settur tal-manifattura; • zvilupp tas-settur tas-servizzi fl-informatika, servizzi finanzjarji,

servizzi medici, transport ta’ merkanzija u servizzi marbutin mal-bahar;

• qawmien gdid fit-turizmu; • hajja gdida lill-kummerc lokali tal-prodotti u tas-servizzi; u • thaddim ta’ pjani regjonali fosthom il-pjan ghaz-zona tal-Port il-Kbir.

Kull mizura li tittiehed tizgura li l-prodotti u s-servizzi li nbieghu lokalment kif ukoll fis-swieq internazzjonali jkunu ta’ kwalita dejjem ahjar u aktar kompettitivi minn qabel. Sabiex nilhqu l-miri taghna fl-ekonomija niffokaw fuq erba’ oqsma ewlenin:

• Naghmlu investiment pubbliku ghaqli, qawwi u ambizzjuz; • Nhajru tigdid u tkabbir ta’ l-investiment privat dirett, inkluz public private

partnerships; • Nistimulaw tkabbir tal-bejgh fis-suq lokali permezz ta’ trazzin ta' l-gholi

tal-hajja u sostenn lill-purchasing power tal-familji; u • Nizguraw li s-settur tas-servizzi finanzjarji u servizzi relatati jkomplu

jespandu b’rata mghaggla.

Huwa essenzjali li nahdmu biex nilhqu l-miri li johorgu mill-istrategija ta’ Lisbona f’oqsma bhar-rata ta’ partecipazzjoni ta’ nisa fid-dinja tax-xoghol, l-illiterrizmu, l-edukazzjoni avvanzata jew xjentifika, l-innovazzjoni u r-ricerka.

3

Biex nilhqu il-prioritajiet imsemmija hawn fuq, nahdmu biex b’mod generali u fuq bazi nazzjonali:

• Naghtu ghajnuna finanzjarja biex jifthu azjendi godda f’Malta; • Nindokraw lill-azjendi li jkunu ghaddejjin minn zminijiet difficli bhal

ma nghinu lill-haddiema li jisfaw bla xoghol biex jitharrgu u jsibu impjiegi godda;

• Nizguraw relazzjoni tajba bejn il-haddiema u min ihaddem; • Nizguraw ukoll li jkun hemm konsultazzjoni shiha ma’ l-Imsiehba

Socjali dwar it-tmexxija ekonomika u socjali mod effettiv permezz ta’ tishih ta’ l-Kunsill Malti ghal Zvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD). Nemmnu li ghandna nsahhu r-rwol tac-Chairman tal-MCESD billi dan jattendi ghall-laqghat tal-kabinett tal-Ministri kull meta jkun mehtieg;

• Nizguraw li s-sistema ta’ l-edukazzjoni tipprovdi tahrig li ghandu bzonn il-pajjiz, l-aktar f’dawk l-oqsma l-aktar avvanzati; u

• Namministraw il-finanzi tal-Gvern bil-galbu fejn l-aktar li hemm bzonn, minghajr hela, korruzzjoni jew frodi.

Il-mizuri specifici li sa niehdu f’kull qasam ta’ l-ekonomija huma spjegati izjed ’l isfel. Ingeddu l-industrija tal-Manifattura f’Malta u Ghawdex Bi pjan, nistghu naghtu bidu gdid lill-qasam ekonomiku importanti ta’ l-industrija tal-Manifattura fil-Gzejjer taghna. It-tigdid tant mehtieg f’dan il-qasam jista’ jsir permezz ta’ mizuri w incentivi li jitwettqu bis-sehem shih ta’ l-istakeholders f’dan is-settur ghall-holqien ta’ impjiegi u postijiet tax-xoghol fuq perjodi dikjarati minn qabel. Ghalhekk:

1. Inwaqqfu Task Force tal-mexxejja fl-industrija diga stabbilita fostna biex flimkien indahhlu l-mizuri mehtiega halli jtejbu u jwessghu hidmiethom f’pajjizna.

2. Nimmiraw biex skond perspettivi li jkunu tfasslu f’dan it-Task Force l-industrija diga stabbilita fostna issib kull opportunita’ halli tohloq ma’ l- 2,000 mpjieg gdid fi zmien tlieta ghal erba snin.

3. L-istess Task Force tkun responsabbli biex issahhah il-kompettivita` ta’ l-industrija f’pajjizna.

4. Bl-istess impenn, il-Malta Enterprise tinkoragixxi investimenti industrijali

godda li bejnithom mistennija joholqu 4,000 post ta’ xoghol gdid fuq mhedda ta' erba’ ghal hames snin.

5. Insegwu din l-istrategija biex inhajru l-investiment, l-opportunita, ix-xoghol u l-profitti fl-industrija:

4

• Noffru incentivi godda ghal kull minn irid jinvesti f’pajjizna;

• Fi zmien sitt xhur, inhabbru l-mizuri mehtiega biex

innaqqsu l-piz tat-taxxi fuq l-industrija;

• Naghmlu riforma shiha fl-iskema ta’ incentivi ezistenti ghall-industrija, fosthom li nzidu it-tax credits ghall-investiment fuq ricerka u zvilupp u edukazzjoni gholja ghall-impjegati tal-kumpaniji;

• Inwaqqfu fond ta’ ghajnuna finanzjarja ghal dawk il-kumpaniji li jwettqu progetti ta’ titjib teknologiku tal-produzzjoni taghhom;

• Noffru appogg spefici biex l-intraprizi godda u stabbiliti jlahhqu ma’ l-obbligi tad-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-investiment produttiv;

• Nipprovdu fabbriki b’kera kompettitiva;

• Inwettqu titjib sostanzjali fit-tmexxija u manutenzjoni ta’ l-oqsma industrijali kollha;

• Innaqqsu l-pizijiet tal-burokrazija;

• Nibnu u nipprovdu fl-iqsar zmien dik l-infrastruttura mehtiega ghall- investimenti godda li jithajru jinvestu f’pajjizna.

Ingeddu t-Turizmu f’Malta u Ghawdex It-Turizmu huwa pilastru ewlieni ta’ l-ekonomija ta’ pajjizna. Ma jistax jithalla aktar ghal rihu jew jibqa’ suggett dghajjef ghal krizijiet u inizjattivi nofs kedda u nuqqas ta’ ppjanar. Il-hidma taghna biex ingeddu t-turizmu f’Malta u Ghawdex trid issir bil-ghan li l-industrija titpogga fuq sisien permanenti li jkunu jifilhu ghac-caqliq li jsehh minn zmien ghal zmien fis-suq. Dan jista’ jsir permezz ta’ mizuri w incentivi id f’id mas-settur privat b’involviment dirett. Biex nilhqu dan il-ghan: 1. Fi zmien tlieta sa erba snin nattiraw lejn pajjizna 1,600,000 turist fis-

sena li jhallu dhul annwali li jitla’ ghal madwar 1,450 miljun euros. 2. Nintroducu mizuri w incentivi ghal dan is-settur li jhajru is-settur privat

jinvesti.

5

3. Bi shab mas-settur privat fejn hu possibbli, nahdmu biex:

• Naraw li jkun hawn lukandi ta’ kwalita li jilhqu ma din id-domanda matul is-sena;

• Naraw li l-kwalita ta' lukandi 3 star titjieb biex din il-kategorija titpogga fuq sisien aktar sodi;

• Naraw li jkollna aktar l-lukandi 4 star; • Nahdmu biex il-potenzjal turistiku tan-nofs in-nhar ta’ Malta

ikun zviluppat; • Indahhlu u ninfurzaw livelli ta’ kwalita tajba fis-servizzi turistici; • Nirrangaw il-prodott turistiku Malti u noholqu prodotti

innovattivi; • Inkabbru l-access bl-ajru ghal Malta billi nzidu n-numru ta’ low

cost airlines li jahdmu lejn pajjizna; • Nizguraw li l-linja nazzjonali l-Air Malta jkollha post centrali fis-

success ta’ dan is-settur; • Nibnu zewg golf courses, wiehed f’ Malta u iehor f’Ghawdex; • Nibnu yacht marinas f’Malta u Ghawdex kif mehtieg; • Naghtu incentivi apposta fil-kazi tal-golf courses u l-yacth

marinas waqt li nesigu li dawn ma jkunux marbuta ma’ l-ispekulazzjoni ta’ l-art ghal bini ta’ appartamenti u bini iehor lussuz;

• Inhajru izjed cruise liners izuru l-gzejjer taghna inkluz Ghawdex; inhajruhom juzaw lil Malta bhala centru fejn joperaw u nahdmu biex aktar passigieri jinzlu l-art meta jkunu f’pajjizna.

• Inpoggu dawn l-inizjattivi fis-settur turistiku fil-qafas ta’ pjani regjonali ta’ zvilupp ghaz-zona tal-Port il-Kbir, f’Ghawdex, fiz-zona ta' Bugibba, San Pawl il-Bahar u ghan-Nofsinhar ta’ Malta.

4. Sa sitt xhur wara li jidhol fit-tmexxija, Gvern Laburista jaghmel u jwettaq proposti dwar kif se jnaqqas il-piz tat-taxxa minn fuq is-settur turistiku.

5. Sa sitt xhur wara li jidhol fit-tmexxija, Gvern Laburista jifli u jwettaq proposti dwar kif se jitnaqqsu l-effetti tal-burokrazija fuq dan is-settur.

6. Bis-sistema ta’ task force bejn is-settur privat u l-Gvern indahhlu politika li tassigura bilanc bejn l-izvilupp ta’ lukandi u facilitajiet five star, u facilitajiet u lukandi three star. 7. Biex it-turizmu jirranka:

• nahdmu flimkien, b'ministeri u dipartimenti jikkordinaw bejniethom anke fil-livell tal-kabinett;

6

• ingeddu l-Awtorita Maltija tat-Turizmu; u • Ikollna rapprezentanza ta’ pajjizna f’kull pajjiz minn fejn

irridu ngibu t-turisti, b’mod efficjenti. Insahhu s-Servizzi Finanzjarji Is-sehem ta’ Malta f’dan il-qasam jehtieg li jkompli jikber u jibni fuq is-success li akkwistajna. Dan il-process ta’ tishih ghandu jithaddem fuq l-adattament u l-aggornament ta’ bidliet u zviluppi skond ix-xejriet tas-swieq internazzjonali permezz ta’ proceduri professjonali w incentivi li jgibu maghhom il-hiliet u l-ispecjalizazzjoni kollha mehtiega fil-qasam. Ghalhekk:

1. Nizguraw li dan is-settur jibqa jikber u jaddatta ruhu ghal-bidliet li qed isiru f’dan il-qasam fis-swieq internazzjonali.

2. Nibnu nukleu ta’ expertise li Malta ssir rinomata ghalih bhala centru

finanzjarju. Dan:

• Billi ninkoraggixxu aktar zghazagh professjonisti jispecjalizzaw f'suggetti partikulari tal-ligi finanzjarja, assigurazzjoni, accountancy, ta' l-istudji bankarji u ta’ l-investiment. Nidentifikaw dawn l-ispecjalizazzjonijiet ma’ ghaqdiet professjonali u l-MFSA;

• Noholqu pakkett ta’ incentivi biex professjonisti specjalizzati f’areas ta’ expertise li bhalissa qed jahdmu barra u li jkollna bzonn biex imexxu ‘l quddiem il-profil ta’ Malta bhala centru finanzjarju mill-iprem, isibuha aktar facli li jittrasferixxu ruhhom minn fejn qed jahdmu bhalissa ghal Malta.

3. Inhajru aktar kumpaniji jikkoncentraw l-attivitajiet taghhom f’area

partikulari biex ic-centru finanzjarju ta’ Malta jkun aktar vizibbli u identifikabbli.

Impenn kbir fit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni Dan hu qasam iehor importanti li jrid jibqa’ ghaddej mill-process ta’ tigdid u tishih li jgib mieghu l-holqien ta’ firxa akbar fl-uzu ta’ l-Informatika bis-sahha ta’ miri, mizuri u incentivi specifici li jghinu lil Malta tidhol tabilhaqq fis-settur dinji b’impenn car u realistiku, lil hinn minn buzz words jew pjani nofs kedda lejlet l-elezzjoni. Dan isir permezz ta’ hidma serja u effettiva ta’ zvilupp f’kull aspett ta’ dan il-qasam fosthom Smart City. Ghalhekk:

1. Nizguraw li l-uzu ta’ l-informatika jinfirex fis-saffi kollha tas-settur pubbliku u fis-socjeta’.

7

2. Nizguraw li l-istudju ta’ l-informatika jinfirex fis-saffi kollha tas-settur edukattiv.

3. Nizguraw li kull familja jkollha access kontinwu ghal internet

permezz ta’ servizz ta’ broadband bi prezzijiet ragjonevoli ferm ghall servizz ahjar u aktar efficjenti, u nghinu lill kull min ghandu xi diffikultajiet finanzjarji jew edukattivi biex jivvantaggja ruhu mill-facilitajiet u opportunitajiet li toffri l-informatika.

4. Nimplimentaw skemi ta’ e-inclusion permezz ta’ tahrig fl-

informatika ghan-nisa tad-dar, single parents, anzjani, tfal zvantaggjati, nies bla xoghol u dawk bi bzonnijiet specjali.

5. Isir sforz intensiv biex nifirxu l-kultura tat-teleworking u

nimplimentaw Information and Communication Technology (ICT) employment strategy.

6. Pajjizna naghmluh centru internazzjonali ghat-tahrig fl-informatika

kif sar fit-taghlim ta’ l-Ingliz. 7. Nibdlu l-Kordin Incubation Centre f’centru ta’ l-eccellenza ghall-

informatika, ricerka u zvilupp. 8. Insahhu l-industrija lokali ta’ l-izvilupp tas-software f’pajjizna

b’opportunitajiet lil hinn minn xtutna. 9. Ghar rigward ta’ l-izvilupp ta’ Smart City:

• Naghtu appogg shih lil imprendituri Maltin u barranin li huma nteressati li jinvestu fis-settur ta’ l-infomatika f’dan il-progett;

• Naghtu kull inkoraggiment ghall-izvilupp ta’ Smart City u naraw li l-oggettivi tieghu jintlahqu;

• Nizguraw tahrig xieraq fl-informatika ghaz-zaghzagh taghna halli l-impjiegi fi hdan Smart City jimtlew mil-Maltin;

• Nizguraw li f’ dan il-progett ma jsirx aktar bini minn dak approvat.

10. Gvern Laburista gdid jpoggi lill-pajjizna fuq il-mappa bhala Business Process Outsourcing (BPO) Centre fil-qasam ta’ l-informatika.

11. Nghinu lill-intraprizi z-zghar biex jisfruttaw ahjar l-informatika halli jtejbu l-immaniggjar u l-andament ta’ l-intraprizi taghhom.

12. Permezz ta’ l-uzu ta’ infrastruttura teknologika tajba bejn Malta u Ghawdex, il-Gvern jipprovdi opportunita’ lic-cittadini Ghawdxin biex dawn ikunu jistghu jahdmu minn taqsima f’Ghawdex stess bhala fergha tal-MITTS.

8

13. Nippromovu servizz ta’ l-informatika permezz ta’ aktar mezzi minn dawk konvenzjonali tal-komputer bhat-televisjoni interattiv biex jilhaq l-akbar firxa wieghsa possibbli tas-socjeta.

14. Inzidu is-servizzi elettronici fil-qasam turistiku permezz ta’ progett nazzjonali ta’ e-Tourism flimkien mal-Ministeru koncernat u l-istakeholders ewlenin biex l-industrija tat-turizmu tiehu vantagg shih ta’ l-informatika.

Nergghu npoggu lis-Self-Employed fic-Centru tal-Magna Ekonomika tal-Pajjiz Dak li jahdem ghal rasu, is-Self-Employed, irid jerga’ jsib il-post xieraq tieghu fl-ekonomija ta’ pajjizna. Irid ikun mifdi mill-burokrazija soffokanti li nqabad fiha ghal zmien twil wisq, u jrid isib il-bibien tal-hegga u l-impenn miftuhin mill-gdid. Bl-appogg dikjarat tal-gvern u bis-sens ta’ inizjattiva li jhaddan hu nnifsu, dak li llum jidher sqaq li ma jinfidx, jinbidel fi triq kbira ta’ opportunita’. Ghalhekk:

1. Innehhu l-pizijiet tal-burokrazija u innaqqsu l-piz tat-taxxi, mizati u licenzji li qed johonquhom.

2. B’konsultazzjoni shiha, naraw li x-xoghol mwieghed sabiex il-Crafts

Village Ta’ Qali jsir centru ghall-artigjanat u snajja' Maltin ikun jista jibda fl-iqsar zmien possibbli.

3. Nallokaw siti b’cens biex is-self-employed jistabilixxu n-negozju u l-

imprizi taghhom. Allokazzjonijiet b’cens li jkunu jistghu jintuzaw bhala garanzija mal-banek kummercjali.

4. Nassiguraw li l-oqsma industrijali kollha ta’ madwar Malta u

Ghawdex, inkluzi dawk zghar bhal ta’ Hal-Luqa u ta’ Kordin, jkunu organizzati f’”Condominia” bil-ghan li z-zona tinzamm fi stat tajjeb.

5. Nassiguraw li Il-venture capital li jkun disponibbli ikun wiehed

sostanzjali u li l-Gvern jipprovdi din l-assistenza lil dawk l-intraprizi li jippromettu.

6. Nizguraw li bil-politika fiskali, bhal mizuri ta’ tnaqqis tas-surcharge u

t-tnehhija tat-taxxa fuq l-overtime, jifdal aktar flus fl-idejn halli jikber il-kummerc.

7. Nemendaw il-ligijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-self employed kif

mehtieg biex dan is-settur jissahhah aktar.

9

Inwettqu investiment akbar fis-Settur pubbliku b’aktar galbu w efficjenza Is-sehem tas-settur pubbliku fl-ekonomija huwa mezz iehor kif tixpruna l-attivita’ ekonomika permezz ta’ progetti u hidmiet li l-gvern jista‘ jaghmel wahdu kif ukoll bi shab mal-privat. Dan is-sehem irid ikun sostnut minn pjani ta’ investiment, titjib u tishih li jkunu jassiguraw il-fiducja tal-pubbliku kif ukoll l-impenn ta’ dawk kollha nvoluti. Ferghat mill-aktar importanti f’dan is-settur jinkludu l-Energija, l-Edukazzjoni, s-Sahha, l-Ambjent, it-Tarznari, il-Pulizija u l-Armata. Ghalhekk: 1. Nesigu li l-investiment pubbliku, inkluz dak bi shab mal-privat, iservi ukoll bhala xprun ghal tkabbir ekonomiku oghla. 2. Indahhlu l-efficjenza fis-settur pubbliku sabiex niehdu l-oghla valur ghal flus minfuqa fuq l-operat u l-progetti kapitali tas-settur. 3. Nintroducu metodi godda tat-tmexxijja fl-operat tas-settur u fl-assi tieghu:

• Ikunu aggornati is-sistemi ta’ subcontracting tal-gvern, • npartu artijiet tal-gvern ma artijiet ohra tal-privat, • nvaraw progetti li jkunu kompletament mibdija u mitmuma mil-

privat (turnkey commitments), 4. Fl-ewwel sena tal-Gvern Laburista nibdew inwettqu, flimkien ma’ kull

Kunsill Lokali, zewg progetti ta’ natura kapitali li ghandhom iservu ghal titjib tal-kwalita` tal-hajja tac-cittadini fil-lokalitajiet koncernati;

5. Nimplimentaw progetti ta’ land reclamation. 6. Nergghu nidhlu attivament fit-tiftix ghaz-zejt. 7. Invaraw programm intensiv ta’ investiment u innovazzjoni f’oqsma

ekonomici u anke socjali bhal: Fl-Energija

• Naghtu importanza shiha lil-futur ta’ l-Enemalta; • Ninvestu u nimmodernizzaw mil-gdid il-generazzjoni u

distribuzzjoni tad-dawl; • Napoggjaw sforzi ghal inqas hela fl-uzu ta’ l-energija fir-

residenzi u f’ bini kummerjali u industrijali; • Ninvestu biex nizviluppaw u ninkoraggixxu t-thaddim ta’

sorsi alternattivi ta’ energija; u • Nizguraw provista adekwata ta’ energija ghal pajjizna li

ssostni t-tkabbir ekonomiku ippjanat.

Fl-Edukazzjoni

L-enfasi se tkun fuq investiment fil-qasam tal-livell primarju, dak il-livell li kull evidenza turi li hu krucjali ghas-success tas-sistema kollha edukattiva. Ghaldaqstant f’dan il-livell irridu nsahhu u

10

ntejbu r-rizorsi sabiex jintlahqu dawn l-ghanijiet: • Tkun introdotta sena gdida, imsejha ‘reception class’ bil-

bidu tal-primarja; • Id-daqs tal-klassijiet f’dan il-livell jinzamm dejjem anqas

minn 25 student ghal kull klassi, u f'kazi partikulari anke inqas minn hekk;

• Il-kotba ta’ l-iskola jinghataw b’xejn lill-istudenti kollha; u • Appogg kbar f’rizorsi u rikonoxximent lill-ghalliema tal-

primarja b’xogholhom; • Investimenti ohra jsiru fit-taghlim ta’ xjenza u t-teknologija

fuq kull livell edukattiv u investimenti godda fl-edukazzjoni vokazzjonali, teknika, post sekondarja u terzjarja. Fost dawn ta’ min isemmi l-bini ta’ ‘6th form’ gdida fin-naha ta’ fuq ta’ Malta.

Fis-Sahha

• Nizguraw li l-isptar Mater Dei jahdem b’mod efficjenti u effettiv biex niehdu minnu l-oghla valur possibbli;

• Ninvestu fis-servizzi kollha tas-sahha, inkluz il-kura primarja, u nikkonsolidawhom biex tonqos il-hela u jitjieb is-servizz;

• Ninvestu sabiex nilhqu l-ghan ahhari li l-kwantita kif ukoll il-kwalita tas-servizzi li joffru ic-Centri tas-Sahha;

• Ninvestu bil-qawwi fil-qasam tal-prevenzjoni sabiex jinhlew mil-anqas rizorsi fil-kura u b’hekk jonqos il-periklu ghal mard tan-nies;

• Nirrazzjonalizzaw u nikkonsolidaw ir-riformi tal-Gvern fi sptarijiet, klinici, bereg, etc.

Fl-Ambjent

• Ninvestu biex naghtu protezzjoni shiha lil ambjent urban, rurali, dak naturali, storiku u kulturali;

• Nintroducu programmi ntizi biex ntejbu l-ambjent sabiex jintlahqu l-livelli mixtieqa mil-Unjoni Ewropea – naghtu prijorita lil programm li jtejjbu l-kwalita tas-sahha pubblika;

• Naghtu prijorita lill-gbir u processar ta’ l-iskart li jkun implimentat fuq bazi regjonali.

• Isir investiment ghal uzu aktar effecjenti tar-rizorsi ta’ pajjizna bhal m’huwa l-ilma.

Tarznari

• Naghmlu evalwazzjoni strategika ta’ fejn waslu l-bidliet fit-tarzna ta’ Malta;

• Nassiguraw li l-bidliet mehtiega fit-tarnari jsiru b’appogg mill-gvern b’direzzjoni u b’vizjoni ta’ progress;

11

• Naraw li jitwettqu dawk l-investimenti mehtiega li kellhom isiru fit-tarzna fl-ahhar snin u li kienu mwieghda u baqghu ma sarux;

• Inqisu t-tarznari ta’ l-istat u t-tarznari privati bhala stabbilimenti prezzjuzi ghall-pajjiz;

• Nistinkaw halli bi sforz minn kulhadd u fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, it-tarznari taghna jistghu jsiru fost l-ahjar fil-Mediterran.

Ingeddu l-Biedja u s-Sajd Bhala sostenituri tradizzjonali ta’ l-ekonomija, l-biedja u s-sajd jehtiegu jkunu indukrati b’mod li jkun assigurat il-gejjieni taghhom. Skemi ta’ incentivi prattici u finanzjarji jkunu msiehba minn mizuri u proceduri mahsubin espressament biex, waqt li jtejbu l-prodott u l-marketing tieghu, jaqtghu ghal kollox il-burokrazija u t-telqa. Ghalhekk:

1. Nizguraw kwalita’ dejjem ahjar ta’ prodotti lokali tal-biedja kif ukoll nizguraw li l-ilma ta’ tisqija jkun ta’ livell tajjeb.

2. Nippromwovu l-bejgh kontinwu tal-prodotti tal-biedja lokali u

nincentivaw l-izvilupp ta’ l-agriturizmu bil-ghan li jizdied id-dhul tal-familji tal-bdiewa u rahhala.

3. Invaraw skemi fost il-bdiewa zghazagh sabiex il-produzzjoni

agrikola organika tkompli tizviluppa u titwessa biex ssir aktar diversifikatazzjoni u joghla l-livell tal-prodott lokali.

4. Inwaqqfu d-dewmien esegerat ta’ hlasijiet ta’ flus dovuti lill-

bdiewa, rahhala u sajjieda. 5. Naghtu iktar ghotjiet ghax-xiri u ghall-investimenti f’makkinarju u

f’apparat teknologiku fl-oqsma tal-bieda u s-sajd. 6. Naraw li t-tigdid u t-tishih ta’ l-agrikoltura fil-gzejjer taghna jwasslu

ghal konservazzjoni rurali sostenibbli.

12

2. POLITIKA SOCJALI GHAL-LUM U GHAL GHADA Il-politika socjali tal-Partit Laburista fil-gvern trid tkun il-qafas li fuqu jsehh it-tibdil u l-aggornament kollu mehtieg sabiex terga’ tibda titjieb il-kwalita’ tal-hajja ghall-familji u c-cittadini Maltin u Ghawdxin. Dan jista jsehh b’impenn shih ghal ekonomija akbar u aktar dinamika. B’hekk inkunu nistghu nwettqu l-prijoritajiet fil-qasam socjali, fosthom mizuri u l-implimentazzjoni ta’ skemi u riformi cari u determinati. Bis-sahha ta’ ekonomija dinamika nkunu nistghu nizviluppaw aktar u ahjar il-politika socjali taghna. Wara kollox din hija il-mira taghna biex ittejjeb il-kwalita’ tal-familji u c-cittadini Maltin u Ghawdxin. Ghal dan il-ghan il-prijoritajiet taghna huma li:

• Insahhu, ntejjbu u nintroducu strutturi godda tal-gvern responsabbli mil-qasam tal-familji;

• Insahhu is-servizzi socjali biex dawn jirrifflettu l-bzonnijiet godda tal-familji llum;

• Nizguraw li kullhadd ikollu opportunita ghal akkomodazzjoni xierqa; • Nizguraw futur u inzommu fuq quddiem l-izvilupp taz-zaghzagh

taghna, inkluz dak sportiv u kulturali; • Naraw li ma jibqa` l-ebda inugwaljanza bejn is-sessi; • Naghtu dinjita` lill-haddiema bit-tharis tal-kundizzjonijiet tax-xoghol u

tal-pagi u salarji li jaqilghu; • Nibdlu mil-qiegh l-istrutturi u dipartimenti responsabbli ghal-kura u

harsien ta’ l-anzjani; • Bejn is-sena 2009 u 2010 nipprezentaw rapport dwar riforma fil-

pensjonijiet wara konsultazzjonijiet wiesa ma’ kull min jinteressah u/jew hu responsabbli minn dan il-qasam;

• Wara riformi kbar u wiesa fis-setturi tas-sahha, servizzi socjali u l-kura ta’ l-anzjani kif mixtieq b’dan il-pjan, nidhlu bi qbil ma’ l-imsiehba socjali ghal tibdil mehtieg fis-sistema tal-pensjonijiet biex dawn ikunu sostenibbli ghal zmien fit-tul;

• Nimplimentaw riforma shiha fil-pensjonijiet mis-sena 2011; • Nirrevedu s-sistema edukattiva kollha biex niksbu rizultati ahjar u

nqarrbu lejn il-miri ta’ l-Agenda ta’ Lisbona; • Insahhu s-servizzi fis-settur tas-sahha • Nharsu u ntejbu l-ambjent naturali, kulturali u storiku taghna.

13

Il-Familja – Insahhu mill-Gdid is-Sisien ta’ Pajjizna Il-politika socjali, bil-fatti u mhux bil-kliem, trid tkun immirata biex issahhah minn kull aspett il-qaghda tal-forom diversi ta’ familji Maltin u Ghawdxin. Dan isir permezz ta’ mizuri w inizjattivi li jkunu jkopru l-membri kollha tal-familja kif ukoll l-ghaqdiet u l-istituzzjonijiet li jirrapprezentawhom f’kull fazi u kundizzjoni tal-hajja. Ghalhekk: 1. Gvern Laburista gdid, konxju mill-anomaliji li jezistu fil-mod ta’ kif tinhadem ir-rata ta’ l-allowance tat-tfal illum, idahhal fis-sehh sistema li biha gradwalment it-tfal kollha jithallsu kemm jista’ jkun l-istess. Madankollu dan isir b’mod li dawk li jghixu fuq il-beneficcji socjali jew ghandhom dhul baxx jircievu rata xierqa ta’ Allowance biex tghinhom jghixu livell ta’ hajja socjalment accettabbli 2. Nindirizzaw l-anomaliji fir-rigward ta’:

a. familji b’genitur wiehed; b. il-pensjoni tar-romol; c. problemi li jolqtu lil familji vulnerabbli, inkluz il-persuni

b’dizabbiltà .

3. Nizviluppaw caring community: xibka ta’ incentivi ghal min jaghzel li jiehu hsieb persuni dghajfa u vulnerabbli f’daru u fil-komunita’.

4. Bi djalogu, ikun regolarizzat il-qafas legali tal-foster care u jkunu

aggornati l-ligijiet ta’ l-addozzjoni. 5. Inwaqqfu Low Wage Commission biex tevalwa s-sitwazzjoni u

tirrikkmanda x’ghandu jsir ghal beneficcju ta’ dawk li jahdmu qatieh biex jiksbu ghalihom infushom livell ta' ghixien u kwalita tal-hajja li jixirqilhom.

6. Il-Kummissarju tat-Tfal jinghata rwol ta’ Ombudsman li janalizza u

jinvestiga l-ilmenti ta’ tfal u jaghti rimedji. 7. Insahhu l-agenziji u l-entitajiet governattivi li jaghtu servizz ta’ harsien tat-tfal. 8. Inheggu biex fl-Universita’, jitwaqqaf centru ghall-istudju u ricerka

xjentifika dwar il-familja. 9. Insahhu l-Kummissjoni Nazzjonali Familja biex nghinuha

tizviluppa politika nazzjonali shiha favur il-familja ibbazata fuq informazzjoni ricerkata.

10. Il-Kunsill Nazzjonali ghat-Tfal jinghata rwol konsultattiv biex

kontinwament jizviluppa politika nazzjonali ghat-tfal.

14

11. Inwaqqfu Dipartiment tat-Tfal bhala stuttura amministrattiva biex

jaghmilha ta’ regolatur.

12. Insahhu l-Qorti tal-Familja u nsahhu l-funzjoni ta’ l-Avukat tat-Tfal.

13. Insahhu l-istituzzjonijiet ta’ l-ghajnuna legali biex il-proceduri legali jithaddmu b’mod effettiv favur it-tfal.

14. Naghtu appogg shih lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li

jahdmu fil-qasam tal-harsien tat-tfal u l-familja. Iz-Zghazagh Maltin u Ghawdxin: Naghtuhom futur Iz-zghazagh jehtiegu kull appogg fi zmien delikat f’hajjithom meta jkunu waslu f’salib it-toroq u ghalhekk iridu jiehdu certi decizjonijiet. Jehtiegu l-ghajnuna u r-rizorsi qabel jaghmlu l-ewwel passi fid-direzzjoni maghzula minnhom. Flimkien ma’ dan, iz-zghazagh jehtiegu opportunitajiet biex jaghmlu success permezz ta’ l-aspirazzjonijiet, il-potenzjal u t-talenti taghhom. Ghalhekk:

1. Naghtu Karta Zghazagh li biha jinghataw rohs u vantaġġi fix-xiri ta’ ħtiġijiet edukattivi, sportivi u kulturali.

2. Nizvilppaw servizz ahjar ta’ guidance biex jippreparaw liz-

zghazagh ghad-dinja tax-xoghol u ghad-drittijiet taghhom. 3. Inwaqqfu fond nazzjonali li jizviluppa taħriġ speċifiku ghaz-

zghazagh biex dawn jaggornaw il-hiliet taghhom. 4. Ikun hemm youth co-ordinator f’kull Ministeru biex jghin liz-

zghazagh. Inwaqqfu youth national centre kif ukoll insahhu l-empowerment centres.

5. Jitwaqqaf unit fl-Universita` ghar-ricerka mehtiega dwar il-qasam

taz-zghazagh. Nimplimentaw il-process ta’ Bologna dwar kwalifici u credit ta’ studju bejn Malta u l-pajjizi l-ohra

6. Nghinu lill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh fit-twaqqif tal-Kunsilli

Lokali taz-Zghazagh. 7. Nizviluppaw skema ta’ inċentivi li bihom iż-żgħażagħ li jifthu

negozji ma jhallsux National Insurance (N.I) fl-ewwel sentejn. 8. Iz-zghazagh ikunu mhegga jippartecipaw aktar fl-istrutturi ta’

tmexxija.

15

In-Nisa u l-Irgiel: Lejn Ugwaljanza shiha Ir-rwol specifiku tal-mara u r-ragel fil-familja u fis-socjeta’ jrid ikun imsahhah mill-principju ta’ l-ugwaljanza li permezz taghha jintisgu flimkien l-bilanc u l-opportunita’. Permezz ta’ mizuri u inizjattivi ta’ bixriet differenti – amministrativi, legali u socjo-kulturali – l-ugwaljanza f’Malta tista’ tkun ir-realta’ mixtieqa u mehtiega fis-Seklu 21. Ghalhekk:

1. Insahhu l-ligi u l-prattika amministrattiva ghall-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel.

2. Aktar nisa ghandhom ikollhom sehem shih fil-livelli fejn jittiehdu d-

decizjonijiet permezz ta’ affirmative action. Ghalhekk nahdmu sabiex:

• tizdied ir-rapprezentanza tan-nisa fil-parlament; • fuq bordijiet u kummissjonijiet tal-gvern ikun hemm ta’ l-

inqas 35% tal-membri nisa; • 20% ta’ l-ambaxxaturi u f’karigi gholja jkunu nisa; • ta' l-inqas 20% tan-nominazzjonijiet ghal Agenziji

Internazzjonali jkunu nisa; • bhala bidu 30% tal-karigi ezekuttivi fis-servizz pubbliku

jintlew min-nisa. 3. It-tqassim ta’ boroz ta’ studju jkun a bazi li minn ta’ l-anqas 30%

jkunu nisa u 30% irgiel. 4. L-erbatax-il gimgha tal-leave tat-tqala ghandha tkun bi hlas. Fis-

settur privat jibda jinghata sitt xhur leave bla hlas ghall-genituri. 5. Naghmlu ligi li tirregola c-child care centres biex il-genituri li

jahdmu jkollhom rashom mistrieha. 6. Naghtu appogg materjali lill-haddiema nisa self-employed.

7. Inzidu l-protezzjoni u l-ghajnuna legali ghall-vittmi tal-vjolenza domestika. 8. Nizguraw li l-ambjent fl-iskejjel, permezz ta’ metodu u materjal ta’

taghlim, jippromwovi l-valur ta’ l-ugwaljanza. 9. Jitnedew korsijiet gholja fl-istudji tan-nisa u jissahhah it-tahrig tan-

nisa fit-teknologija.

16

Il-Kundizzjonijiet tax-Xoghol tal-Haddiema Maltin u Ghawdxin: Nibbazawhom fuq Harsien u Dinjita’ Il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema jevolvu skond iz-zminijiet. Iridu jkunu aggornati u msahha skond ic-cirkustanzi u l-aspettattivi tal-familji taghna li, permezz tal-holqien ta’ skemi u prattici siewja u ta’ incentiv ikunu jistghu jibqghu jaraw titjib fil-kwalita’ tal-hajja taghhom. Dan hu process kontinwu li jassigura kemm il-harsien kif ukoll id-dinjita’ lill-haddiema u l-familji taghhom bla ma jkun ta’ detriment ghall-holqien tal-gid nazzjonali li minnu jrid igawdi kulhadd. Ghalhekk:

1. Nassiguraw konsultazzjoni u kollaborazzjoni shiha bejn il-gvern u l-imsiehba socjali dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol.

2. Ninkoraggixxu l-introduzzjoni ta’ family friendly work practices

bhal reduced hours, flexi-hours, teleworking, annualised hours, etc.

3. Ninfurzaw l-legislazzjoni ezistenti, partikolarment dik kontra l-

isfruttament tal-haddiema zghazagh. 4. Nipprovdu child care centres u shared mothering bi prezz ssusidjat. 5. Inwessghu s-sistema li biha skejjel jibqghu miftuha wara l-hin. 6. Naghmlu l-ETC aktar dinamiku fit-tahrig u job placements. 7. Noholqu spazji biex zghazagh u professjonisti jilhqu l-

aspirazzjonijiet taghhom f’pajjizna bil-ghan li nindirizzaw il-brain drain li minnha qed ibghati l-pajjiz.

8. Nistimulaw u nghinu r-ristrutturar ta’ l-azjendi li qed jiffaccjaw

kompetizzjoni mis-swieq internazzjonali biex din issir bi pjan u bil-galbu.

9. Naghtu l-edukazzjoni u t-tahrig il-hin kollu lill-haddiema, kemm

qabel u anki wara li jidhlu fid-dinja tax-xoghol. 10. Noholqu fond nazzjonali għat-taħriġ kontinwu biex il-ħaddiema

jaġġornaw il-ħiliet tagħhom minn żmien għal żmien.

11. L-overtime jibqa jithallas skond is-sistema ezistenti u l-collective agreements attwali. Ma dan, indahhlu mizuri li jwasslu biex il-hlasijiet fuq overtime ma jkunux suggetti aktar ghall-income tax. Naraw li ma jkunx hemm abbuz minn din il-mizura.

17

12. Nergghu indahhlu l-prattika li l-haddiema u l-impjegati kollha

jinghataw il-btajjel pubblici li jitilfu meta dawn jinzertaw jahbtu s-Sibt jew il-Hadd u dan bil-ghan li l-familji jkunu jistghu jghaddu iktar hin ta’ kwalita’ flimkien.

Anzjani: Hajja ahjar f’ghozza u wens Hekk kif iz-zghazagh jehtiegu l-appogg u l-ghajnuna fi triqithom lejn opportunitajiet u direzzjonijiet godda f’hajjithom, l-anzjani taghna jisthoqqilhom l-impenn taghna ghal hajja ahjar li titrawwem fl-ghozza u l-wens, u daqstant iehor fl-gharfien tas-sehem utili li taw lis-socjeta’ fis-snin ta’ hidma taghhom kemm fi hdan il-familja kif ukoll fl-ambjent tax-xoghol. Ghalhekk:

1. Jitnizzel il-kontribuzzjoni mid-dhul ta’ l-anzjani li jkunu rikoverati fid-djar tal-Gvern minn 80% ghal 65%.

2. Insahhu d-day care centres u noholqu progett ghall-centri ta’ matul il-lejl. 3. Nippromwovu l-kultura ta’ fostering ta’ l-anzjani minn familji. 4. Intejbu s-servizzi ta’ kura ghall-anzjani moghtija fil-komunitajiet u

fuq bazi regjonali filwaqt li nippromwovu timijiet ta’ specjalisti multidixxiplinari.

5. Ghall-isptar Saint Vincent de Paule:

• Nirrevedu l-kriterji tad-dhul li kienu ikkritikati mill-Awditur Generali;

• Insahhu t-tahrig ta’ l-infermiera fil-kura ta’ l-anzjani; • Naraw li ma jkunx hemm nuqqas ta’ medicini u

oggetti medici ohra; • Inziedu l-attivitajiet rikreattivi l-aktar dawk

organizzati ghal divertiment; • Intejbu s-servizzi ancillari bhal tindif u ikel aktar

addattat. Pensjonijiet: Lejn Riforma gusta u ta’ veru Il-hajja tal-bniedem qed titwal u aktar se tkun kbira l-htiega li l-pensjonijiet ikunu assigurati u mharsa. Dan jista’ jsir biss permezz ta’ riforma gusta u ta’ veru, fis-sens li ma tinholoqx iktar ansjeta’ u tbatija fi stadju daqstant importanti tal-hajja ta’ bniedem. Ir-riforma trid tressaq is-soluzzjoni ta’ problemi marbuta ma’ pensjonijiet kontributorji u mhux kontributorji, fosthom zjidiet ghall-gholi tal-hajja, pensjonijiet tas-servizzi Inglizi u anomaliji ohra. Ghalhekk:

18

1. Naqblu li ghandu jkun hemm zieda minn issa fl-oghla pensjoni ta’ zewg terzi tad-dhul massimu pensjonabbli li tirrifletti t-tibdil ekonomici u socjali li sehhew minn meta l-oghla pensjoni tkun giet stabbilita l-ahhar;

2. Naraw li ir-riforma mehtiega fil-pensjonijiet titwettaq skond

kalendarju ta’ bidliet li jkun maghruf sew minn qabel u li jippermetti lic-cittadin li jippjanaw hajjithom ghat-tul. Ghaldaqstant:

• Fis-sena 2009 jinzammu konsultazzjonijiet wiesgha fuq bazi nazzjonali mac-cittadini u forzi socjali rilevanti;

• Wara dawn il-konsultazzjonijiet titwaqqaf konferenza ta’ esperti biex tohloq xenarju ta’ bidliet u riformi li jigu pubblikati f’forma ta’ White Paper;

• Fis-sena 2010, f’kungress nazzjoni, il-forzi politici u socjali kollha jaqblu dwar kif ghandha ssehh din ir-riforma li titwettaq mis-sena 2011 ‘il quddiem.

3. Iz-zieda bhala kumpens ghal-gholi tal-hajja tinghata shiha lil-

pensjonanti u tigi kollha kemm hi assimilata mal-pensjoni. 4. Inkomplu fejn hallejna l-1996 u 1998 u naraw li b’passi ugwali

sena wara sena, dawk intitolati ghal-pensjoni tas-servizzi Inglizi jigu fi stat li jibdew jircievu din il-pensjoni shiha.

5. Naraw kif nirrisolvu ghal gid ta’ kulhadd u minghajr ma noholqu

anomaliji godda il-problema ta’ dawk il-haddiema li dahlu jahdmu mal-gvern fis-snin sebghin mal-korpi ta’ dak iz-zmien u li d-drittijiet tal-pensjoni taghhom ma jkoprux iz-zmien li ghaddew fil-korpi.

Djar: Irridu cans xieraq ghal kulhadd Hi x-xewqa ta’ kulhadd li jkollu s-saqaf fuq rasu assigurat. Id-djar tal-Maltin u l-Ghawdxin huma l-qofol ta’ hafna mill-hidma u t-tigmigh li jwettqu tul il-hajja tax-xoghol taghhom. Kulhadd ghandu jkollu cans xieraq biex jilhaq dan il-ghan sabih f’hajtu, minkejja cirkustanzi difficli jistghu jinholqu ghal xi zmien. Ghalhekk:

1. Gvern Laburista jghin permezz ta’ skemi lil first time buyers ta’ propjeta’ ghal skop ta’ residenza li l-valur taghha ma jeccedix 116,500 euros. Permezz ta’ dawn l-iskemi:

19

• Jinghataw grants ta’ 10% tal-prezz tal-propjeta’ lil koppji zghazagh u lil dawk bi propjeta’ unika residenzjali;

• Jinghata sussidju fuq l-imghax fuq self b’tali mod li l-imghax qatt ma jeccedi l-4.5% fis-sena; u

• B’arrangament mal-banek lokali, meta l-breadwinner jitlef l-impjieg, ghal sena shiha jkun hemm moratorium fuq il-hlas lura tal-kapital u l-imghaxijiet.

2. B’dawn il-mizuri, kull min jibbenefika minnhom ser jibqalu fil-but

madwar 15,500 euro. 3. Niprovdu housing socjali ghal dawk l-aktar fil-bzonn

L-Gholi tal-Hajja: Nissorveljaw u nrazznu L-gholi tal-hajja huwa l-barometru li fuqu jitqies il-progress ekonomiku ta’ pajjiz minn ghajnejn ic-cittadini tieghu. It-trazzin ta’ l-gholi tal-hajja jghin biex waqt li jistabilizza l-prezzijiet u jhares lill-familji mill-isfruttament, jghin lill-qasam kummercjali jkun aktar kompetittiv u hawtiel fil-marketing tieghu. It-trazzin mehtieg isir fil-forma ta’ inizjattivi specifici, fil-qafas tar-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea u mizuri mahsubin biex mas-sorveljanza u t-trazzin, ikun hemm ukoll sens akbar ta’ gustizzja u fair play. Ghalhekk: 1. Innaqsu s-surcharge bin-nofs fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

2. Insahhu l-agenzija li tissorvelja u tirregola il-prattici tas-suq hieles u li

din l-agenzija taghmel rapport lill-parlament kull sitt xhur dwar ic-caqliq tal-prezzijiet tal-medicini, l-ikel, servizzi edukattivi, l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u servizzi ta' komunikazzjoni.

3. Ic-caqliq ta’ prezzijiet li jsir b'abbuz mir-regoli tas-suq ikun soggett

ghal bidla bil-ghan li jitrazzan l-gholi tal-hajja u jittiehdu passi kontra minn jabbuza.

4. Nassiguraw sistema effettiva ta’ registrazzjoni tal-medicini biex

ikollna l-irhas prezzijiet tal-medicini possibbli. 5. Innaqqsu l-piz tat-taxxi, konformi mar-regoli ta’ l-EU.

6. Naghmlu skrutinju kontinwu ta’ setturi ekonomici, kemm privati u

anke pubblici, li joperaw bhala monopolji, duopoly jew oligopoly. 7. Il-ftehim bejn il-Gvern Nazzjonalista u l-privat dwar iffrizar ta’

prezzijiet sa Marzu 2008 jittawwal ghal mill-anqas b’xahrejn wara Marzu. Dan biex ikun zmien bizzejjed halli jkun assigurat li il-

20

makkinarju regolatorju li jhares it-thaddiem tas-suq hieles tassew jiffunzjona.

Il-Politika ghall-Qasam Edukattiv: intejbu l-kwalita’ ta’ l-edukazzjoni taghna fil-livelli kollha L-Edukazzjoni ma tistax tippjanaha bl-iskossi. Tehtieg pjani fit-tul u dettaljati, mahsubin u mahluqin f’konsultazzjoni shiha u kontinwa mal-partijiet kollha nvoluti fil-livelli kollha ta’ l-edukazzjoni. Din il-Politika tahseb ghall-gejjieni daqs kemm tifli u tanalizza l-izbalji u l-isqaqien li sehhew mal-milja taz-zmien. Hija politika mifruxa fuq il-wesghat kbar li hemm jiffurmaw dan il-qasam importanti, mill-Kindergarten, il-Primarja u s-Sekondarja sal-Post-Sekondarja, Vokazzjonali u Terzjarja. Linja wahda u shiha ta’ aggornament, titjib u tishih li jergghu jaghtu l-Edukazzjoni f’pajjizna n-nifs li tehtieg din l-ghajn ewlenija ghall-izvilupp socjali u ekonomiku ta’ pajjizna. Ghal dan il-ghan:

Naghmlu investiment iktar qawwi fl-edukazzjoni ta’ l-ICT fis-sistema kollha edukattiva u nsahhu l-kuncett ta’ l-ICT fil-kurrikulum kollu. 1. Intejjbu l-pozizzjoni prekarja ta’ Malta fl-edukazzjoni billi nitilghu

mill-anqas 5 postijiet ‘il fuq fil-lista ta’ pajjizi li jqarrbu lejn ghanijiet edukattivi skond l-Agenda ta’ Lisbona.

2. Naraw kif il-pizijiet tal-VAT fuq l-edukazzjoni jitnehhew u dan

b’konformita tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea. 3. Naghtu priorita’ lis-sahha u s-sigurta’ ta’ l-istudenti fl-iskejjel. 4. Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jkun implimentat minghajr dewmien. 5. Naghtu priorita’ lix-xjenza u t-teknologija, u l-edukazzjoni

ambjentali fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. 6. It-taghlim tax-Xjenza, it-Teknologija u l-Informatika jsir parti

importanti mit-taghlim tat-tfal fil-livelli kollha. 7. Naggornaw is-sillabi u jsir investiment mehtieg sabiex il-livell tat-

taghlim jitjieb. 8. Ninvestu f’servizzi ta’ appogg ghall-istudenti u ghall-genituri bhal

school councillors, school psychologists, social workers u servizzi ancillari ohra ghas-success tat-tfal fl-edukazzjoni.

21

Kindergarten u l-Primarja u s-Sekondarja: 9. Nizvilluppaw ir-rwol tal-facilitators u tal-kindergarten assistants

biex nghollu t-taghlim tat-tfal taghna. 10. Bhala parti minn process ta’ riforma fuq medda ta’ snin, fuq

esperjenza tas-successi miksuba f’pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea, bl-introduzzjoni tar-reception class bejn il-kindergarten u l-iskola primarja, nassiguraw pediment sod ghat-taghlim tat-tfal taghna.

11. Nibnu mil-gdid u ntejbu l-iskejjel skond il-bzonn ta’ l-istudenti. 12. Nizguraw li t-taghlim fil-primarju jkollu aktar prestigju u jinghata

dejjem aktar importanza. 13. Nimpenjaw ruhna li l-ghadd ta’ tfal fil-klassijiet primarji ma jaqbizx

il-25 student. 14. Inraznu minn kmieni fis-sistema edukattiva l-problema ta’ l-illiterizmu. 15. Sa fejn hu prattikabbli, ikun hemm ghalliema tax-Xjenza, ICT,

Physical Education u Arti f’kull skola primarja. 16. Ikun ikkunsidrat serjament li jinghataw it-text books lill-istudenti fl-

ahhar tas-sena skolastika sabiex inxerdu l-imhabba ghall-kotba.

Post-Sekondarja, Vokazzjonali u Terzjarja: 17. Nahdmu bis-shih biex nilhqu l-oggettivi ta’ Lisbona u jkun hemm zieda ta’ mill-anqas 15% ta’ gradwati fil-Matematika, fix-Xjenza u t-Teknologija. 18. Nizguraw li l-MCAST jimla’ l-vojt fl-edukazzjoni teknika u vokazzjonali li qed jiffaccjaw certi studenti. 19. Studenti li ghandhom element ta’ apprentistat fil-kors taghhom jinstabilhom impjieg mehtieg ghall-istudju taghhom. 20. Titwaqqaf mill-anqas istituzzjoni ohra li sservi bhala Sixth Form regjonali. 21. Inwaqqfu fond specjali ghal studji fil-livell ta’ masters u dottorat ghall-qasam ta’ l-edukazzjoni xjentifikata u teknologija.

22

22. Inkabru ghal €2,330,000 il-fond ghal scholarships post-graduate fil-pajjizi ta’ l-UE. 23. Naghtu d-dritt lill-istudenti li jkollhom access ghar-revizjoni tal-karta ta’ l-ezami. Poplu b’Sahhtu, Pajjiz b’Sahhtu: Inwettqu dan il-principju bil-fatti Il-pajjiz ma jistax ihossu b’sahhtu u lest javvanza jekk qabel xejn ma jkollux il-poplu li jhossu hekk ukoll. Hu dan il-principju li jinstiga l-hidma tal-Partit Laburista b’rizq is-sahha fizika u mentali tal-poplu Malti billi jwettaq mizuri u riformi urgenti li permezz taghhom jonqsu l-ansjetajiet u d-dewmien esagerat fil-provista ta’ servizzi, medicini, operazzjonijiet u ta’ servizzi komunitarji. Ikunu indirizzati wkoll problemi tas-servizzi fl-ibliet u l-irhula kif ukoll id-dilemma dwar il-gejjieni li jiffaccjaw genituri b’ ulied b’dizabilita’.

Nindirizzaw mil-qiegh is-sistema tas-servizzi tas-sahha, minn dik primarja, priventiva, mentali u kura ta’ l-anzjani u dawk b’dizabilita sal-mod kif jinxtraw il-medicini ghall-isptarijiet u l-ispizeriji tal-gvern. B’rizultat ta’ dan ghandna: 1. Innaqqsu l-waiting lists ghall-operazzjonijiet bi 15% fis-sena. 2. Intaffu l-problema fl-Out Patients billi ndahhlu l-Electronic Patient

Record (EPR) li fiha jinzammu r-records tal-pazjenti. 3. Jinbeda process li jwassal biex fid-dipartimenti kollha ta’ l-Out

Patients, il-massimu li l-pazjent jistenna ma jaqbizx ix-xahar minn meta jaghmel l-appuntament.

4. Nassiguraw li l-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq iservi tassew bhala sptar

generali ewlieni, u mhux nillipazzaw bejn zewg sptarijiet differenti. 5. Nghamlu t-tibdil strutturali mehtieg fl-isptar San Luqa biex bid-dinjita’ kollha:

• Ikunu jistghu jigu ospitati dawk il-persuni b’dizabilta’ dipendenti u li m’ghandhomx min idur bihom;

• jospita fih kazijiet socjali sakemm issir l-infrastruttura necessarja fir-residenza San Vincenz de Paule u fil-komunita’.

6. Ninvestu u ntejbu s-servizzi fic-centri tas-sahha, u nassiguraw li

dawn jahdmu mil-qrib mat-tobba tal-familja.

23

7. Jissahhu s-servizzi fil-komunita bl-introduzzjoni ta’ aktar servizzi holistici bil-hsieb li titnaqqas il-pressjoni fuq l-isptar u residenti ghall-anzjani.

8. Inwaqqfu programm ta’ screening ghan-nisa biex jghin fil-kazijiet

ta’ high risk tal-kancer tas-sider. 9. Jissahhah il-process ta’ l-ispizjar ta’ l-ghazla tieghek li kien

inghata bidu minn gvern Laburista fl-1998. 10. Mil-aktar fis possibbli, inpoggu fuq il-lista ta’ medicini b’xejn dawk

il-medicini mehtiega ghall-aktar mard li jiffaccjaw l-anzjani u ohrajn u li qed ikollhom jixtru privatament.

11. Nisguraw li kull minn huwa ntitolat ghal medicini jinghata dawn il-

medicini u jkunu ta' kwalita tajba. 12. Fil-qasam tas-sahha mentali:

• fi zmien sena u nofs, tigi aggornata il-ligi dwar is-sahha mentali;

• il-Kummissjoni dwar is-Sahha Mentali ghandha tahdem b’konsistenza u tinghata l-importanza li tisthoqq.

L-iSport fuq l-Agenda tal-Pajjiz L-isport huwa wiehed mill-aktar modi effettivi kif il-poplu jzomm b’sahhtu waqt li jsib hin jiddeverti u jqatta’ l-hin hieles tieghu fl-ezercizzju jitwettqu. Mizuri u skemi ta’ incentiv jigu fit-twettiq biex waqt li jinkoraggixxu l-isport, dawk l-ghaqdiet u assocjazzjonijiet li jmexxu u jorganizzaw id-dixxiplini differenti ta’ sport jinghataw l-opportunita’ jinvestu u jkattru l-hidma taghhom b’rizultat ta’ tnaqqis jew ezenzjoni tat-taxxi u beneficcji ohra. Ghalhekk:

1. Il-mira taghna tkun li kull student jqatta` b’kollox hames sieghat fil-gimgha f’attività fizika u 15% ta’ persuni ta’ ’l fuq minn sittax-il sena jiehdu sehem fl-isport.

2. Innehhu jew innaqsu l-VAT minn fuq il-biljetti tad-dhul ghall-

attivitajiet sportivi u kulturali. 3. Naghtu lill-kumpaniji privati tax credit fuq finanzjament jew ghotjiet

ghall-isport u l-kultura wara verifiki mehtiega. 4. Naghmlu l-iskejjel tal-Gvern kollha centri komunitarji ghall-uzu tal-

komunità kollha.

24

5. Il-facilitajiet ezistenti li nsibu fil-lokalitajiet, u ohrajn godda, ser ikunu utilizzati aktar u ahjar bl-ghajnuna ta’ l-ghaqdiet u l-kunsill lokali.

Il-Kultura: l-Identita` tal-poplu Taghna Malta m’ghandhiex tibqa’ pajjiz li jxekkel il-Kultura minflok ma jghinha tixxettel u titkattar fost il-poplu. Bis-sahha ta’ ghotjiet, ezenzjoni mit-taxxa u t-tnedija ta’ skemi specjali, l-kultura Maltija fil-forom kollha taghha tista’ tohrog mill-konfini li nzammet fihom s’issa u tinfirex ferm aktar fost il-Maltin u l-Ghawdxin. Ghalhekk:

1. Nghinu u nheggu kittieba u artisti Maltin f’kull qasam biex irawmu u jmexxu ’l quddiem l-identita’ Maltija.

2. Nezentaw mill-VAT il-wirjiet kulturali u pubblikazzjonijiet ta’ xoghol

letterarju. 3. Innehhu l-VAT mit-taghlim ta’ kull forma ta’ arti. 4. Noffru forom ta’ ghotjiet ta’ flus ghas-safar ghal persuni jew

ghaqdiet impenjati fil-kamp kulturali. 5. Naghtu ezenzjoni mit-taxxa tat-tluq ghal dawk kollha li jkunu

impenjati barra minn xtutna f’ kuncerti, festivals u expos ta’ l-arti. 6. Naghtu ezenzjoni lill-artisti lokali full-time, mill-hlas tal-bolla

kontributorja ghall-ewwel sena minn meta jifthu l-istudios taghhom. 7. Inniedu skemi li jinkoraggixxu lill-artisti jimpjegaw apprentisti maghhom. 8. Nippromwonu aktar l-arti viziva, muzika, zfin, drama, kitba u

cinema fl-iskejjel taghna sa mil-livell primarju. 9. Nintroducu skema ta` cultural and sports leave ghall-impjegati bil-

ghan li jincentiva l-esportazzjoni tal-kultura popolari Maltija. 10. Nassiguraw li l-entitajiet kulturali jinghataw l-appogg kollu

possibbli ghal hidma taghhom fil-promozzjoni u t-titjieb tal-espressjoni artistika u kulturali tal-poplu taghna.

25

Il-Politika Ambjentali Ghal Malta u Ghawdex Il-qofol tal-hajja moderna hu fl-gharfien tal-bilanc mehtieg bejn il-progress u l-harsien ta’ l-ambjent naturali, storiku u kulturali. Fit-tahwid, il-kutrumbajsi, il-korruzzjoni u l-abbuzi ta’ dawn l-ahhar snin Malta qajla setghet issib dan il-kompromess. Iridu jkunu decizjonijiet imhejjija minn qabel u mizuri effettivi u immedjati li jergghu jpoggu l-harsien ta’ l-ambjent f’Malta u Ghawdex fost l-akbar prijoritajiet tal-politika socjali tal-pajjiz. Ghalhekk:

1. Fi zmien minn sitt xhur ghal sena, indahhlu sistema ghall-gbir ta’

l-iskart separat mid-djar tal-familji. 2. Matul l-ewwel sena, flimkien ma’ l-istakeholders, inharsu dak li

fadal mill-wirt naturali tal-widien ta’ pajjizna. 3. Wara studju tkun addottata politika regjonali fl-immanigjar u

riciklagg ta’ l-iskart. 4. Nirrijabilitaw il-mizbliet tal-Maghtab, Wied Fulija u l-Qortin f’

Ghawdex. 5. Isir l-investiment mehtieg sabiex ikunu kkontrollati l-emisjonijiet

mill-power stations tal-Marsa u Delimara. 6. Nincentivaw l-uzu ta’ l-energija alternattiva partikolarment dik mix-

xemx u r-rih. 7. Nikkunsidraw kull studju dwar il-possibbilta’ ta’ reklamazzjoni ta’

art mill-bahar. 8. Nimmanigjaw ahjar ix-xtajtiet u l-bajjiet ramlin fil-gzejjer taghna. 9. Naghtu priorita’ lill-art agrikola fl-istrategija ta’ l-immaniggjar

ambjentali. 10. Infasslu politika nazzjonali dwar l-Edukazzjoni Ambjentali.

11. Issir evalwazzjoni serja tal-operat tal-MEPA biex issir aktar trasparenti.

12. Il-process tal-Environmental Impact Assessment (EIA) jittejjeb

specjalment kif issir il-konsultazzjoni pubblika marbuta maghhom. 13. Isir it-tibdil mehtieg fil-MEPA biex din l-istituzzjoni tibda tgawdi il-

fiducja tal-pubbliku.

26

14. Fi zmien sitt xhur indahhlu targets dwar kif u f’kemm zmien jigu

approvati progetti mill-MEPA. 15. Fi zmien sitt xhur jitwaqqaf santwarju ghal harsien ta’ l-annimali

domestici. 16. Jehtieg ukoll ikun zgurat li t-tradizzjoni tal-kacca u l-insib f’pajjizna

jkunu regolati bil-ghan li prattika bhal din tkun sostenibbli. Dan ghandu jsir fid-dawl ta’ l-obbligi legali ta’ l-UE kif qed jigu llum interpretati, imma kif ukoll fl-ahjar interess tal-harsien ta’ l-ambjent naturali f’pajjizna. Dan isir b’rispett shih ghar-realtajiet geografici u demografici ta’ pajjizna.

17. Jitnieda process ghal pjan nazzjonali dwar il-bidla fil-klima u l-

effetti taghha ghal pajjizna. Il-Harsien ta’ l-Ambjent Storiku L-istorja ta’ Malta fiha valur intrinsiku u hija marbuta strettament ma’ l-izvilupp ta’ l-industrija tat-turizmu u ghaldaqstant anki mal-hidma ekonomika tal-pajjiz. L-ambjent storiku ta’ pajjizna jinsab jokrob ghall-harsien veru, partikolarment minn zvilupp esagerat u minn telqa amministrattiva li ma taghmilx hlief aktar hsara lill-wirt storiku kbir li ghandhom dawn il-Gzejjer. Ghalhekk:

1. Naghtu risorsi ghar-restawr ta’ bini storiku propjetà tal-Gvern - prijorità fuq il-Belt u l-Furjana, il-Kottonera u l-Imdina, u c-Cittadella u r-Rabat f’Ghawdex.

2. Naghtu risorsi adegwati ghal siti ta’ importanza storika kbira bi

prijorità lejn is-siti arkeologici Maltin ta’ Patrimonju Dinji (World Heritage sites).

3. Naghmlu ftehim mal-Kunsilli Lokali, is-settur privat jew dak

volontarju biex jiehdu hsieb siti izghar. Ghalhekk: • jithaddem il-principju ta’ revolving funds ghall-progetti ta’

rijabilitazzjoni u restawr mis-settur volontarju u l-Kunsilli Lokali.

• inwaqqfu skemi finanzjarji biex ihajru u jghinu lis-settur privat jirrestawra bini storiku fosthom incentivi mill-hlas tal-bolla fuq xiri ta' propjeta' ghar-restawr u refunds fuq xoghol ta' restawr mit-taxxa tal-VAT.

4. Inwaqqfu istitut biex jizviluppa ricerka fuq l-oqsma kollha ta’ l-ambjent storiku, kif ukoll team apposta li jahdem fil-qrib mal-Awtorita

27

Maltija tat-Turizmu u s-settur privat fuq materji ta’ marketing ta’ siti storici.

3. TMEXXIJA SERJA U MODERNA Is-Settur pubbliku Il-huta minn rasha tinten. Jekk it-tmexxija ta’ pajjiz ma taghrafx timxi fuq linji stretti ta’ trasparenza, kontabblita’ u efficjenza, wisq anqas il-bqija tal-pajjiz m’hu se jkun lest jimxi fuqhom. F’xenarju bhal dan li ghexet Malta tul dawn l-ahhar snin, ma jistax jonqos li jridu jkunu mizuri cari u strettament professjonali li jiksbu lura l-fiducja tal-poplu fl-amministrazzjoni tal-pajjiz (inkluz il-Pulizija u l-Armata) u jitwarrbu ghal kollox il-hala u l-korruzzjoni. Ghalhekk:

1. Gvern Laburista jressaq white paper ghas-settur pubbliku li

tassew taghti lit-tmexxija tal-gvern riforma xierqa u serja. 2. Inwettqu rijorganizazzjoni tas-sistema finanzjarja u

amministrattiva biex ic-cittadin jinqeda ahjar u b’mod effettiv. 3. Norganizzaw il-ministeri u d-dipartimenti kollha biex jigi zgurat li r-

rizorsi finanzjarji jintefqu skond prijoritajiet tal-gvern, jghatu l-oghla valur ghal flus minfuqa u tigi eliminata kull hela u kull tberbiq ta’ fondi pubblici.

4. Naghmlu monitoring tar-rizultati li jkunu qeghdin jinkisbu fis-settur

pubbliku. 5. Inwaqqfu internal audit unit taht l-ufficju tal-Prim Ministru u jsir

internal auditing professjonali fuq bazi regolari li jkopri d-dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali.

6. Inhaddmu bis-serjeta’ s-sistema ta’ accrual accounting fis-setturi kollha tas-servizz pubbliku. 7. Zero tolerance ghal kull xamma ta’ korruzzjoni. Trasport, toroq u xoghlijiet pubblici Trid tispicca darba ghal dejjem l-idea li l-progetti tat-toroq jistghu jiehdu x-xhur u s-snin biex jitlestew, sa ma jergghu jinqalghu u jissewwew f’cirku vizzjuz bi spejjez tal-poplu li jhallas it-taxxi biex ikollu servizz tajjeb u ta’ kwalita’ fit-tul. Ghalhekk:

1. Inwaqqfu unit ta’ koordinazzjoni li jizgura li x-xoghol kollu infrastrutturali isir tajjeb mill-ewwel.

28

2. Nintroducu u ninforzaw standards dwar xoghol infrastrutturali. 3. Tissahhah is-sistema ta’ trasport ta’ pajjizna kif ukoll permezz ta’

thaddim ta’ pjan ghaz-zona tal-Port il-Kbir jiddahhlu sistemi ta’ trasport alternattiv.

4. Jitfasslu soluzzjonijiet kull fejn hemm kongestjoni ta' traffiku kif ukoll jinbnew toroq ghal htigijiet ta' traffiku ta' pajjizna.

Sigurta ghal Pajjizna Huwa dmir ta’ kull gvern li jaghti sigurta shiha lic-cittadini tieghu. Jehtieg li f’pajjizna nwettqu aktar biex naccertaw servizzi aktar efficjenti ghal dan l-iskop.

1. Bi pjan irridu naghtu lura s-sens ta’ prestigju u ta’ fiducja lil korp tal-pulizija.

2. Irridu naraw li l-membri tal-korp tal-pulizija jkollhom l-ahjar rizorsi fil-glieda kontra l-kriminalita’.

3. Fost dawn ir-rizorsi nemmnu li l-hlas lill–pulizija, il-kundizzjonijiet tax-xoghol, l-ekwita fit-tmexxija u t-tahrig kontinwu huma whud mil-mezzi biex il-korp tal-pulizija jkollu aktar success.

4. L-armata ta’ pajjizna ghandha sservi ghal hidmiet ta’ sigurta fl-ajru u fuq il-bahar, hidmiet kontra l-kuntrabandu, kontra t-terrorizmu u kontra t-traffikar illecitu ta' persuni u tad-droga.

5. L-armata, hija wkoll mehtiega ghal hidmiet ta’ emergenza, flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, u ta’ harsien ta’ postijiet strategici.

6. Jehtieg li naghmlu riorganizzazzjoni biex l-ghanijiet tal-armata jintlahqu filwaqt li naraw li l-armata jkollha l-ahjar taghmir possibbli b’tahrig kontinwu qawwi kemm ghar-rekluti kif ukoll ghall-membri taghha.

Qasam tal-Gustizzja Dan il-qasam huwa meqjus bhala wiehed mis-salvagwardji ewlenin tad-demokrazija f’pajjizna. Huwa qasam li joffri harsien tad-drittijiet tac-cittadini Maltin u Ghawdxin.

1. Jehtieg li tabilhaqq inwettqu aktar passi biex verament ic-cittadini jinghata process tal-ligi li jkun efficjenti, jinftiehem u li verament ikun gust.

2. Huwa mehtieg li f’dan il-qasam issir revizjoni bi pjan li jinkludi lis-setturi

kollha involuti u li taccerta lic-cittadin ikollu l-ahjar processi gudizzjarji possibli.

29

3. Mil-gdid naraw li jikber ir-rispett lejn il-gudikatura u mhux l-inqas fit-

termini tal-kundizzjonijiet u r-rizorsi lilhom moghtija, inkluz l-investiment mehtieg fl-istrutturi tal-Qrati.

Insahhu s-Success fit-Tmexxija Lokali Il-Kunsilli Lokali ghandhom ir-rwol importanti taghhom fl-amministrazzjoni tal-pajjiz u l-impenn tas-sindki u kunsilliera li jiffurmawhom jixraqlu r-rispett, l-appogg u l-ghajnuna tal-Gvern. Is-success fit-tmexxija lokali jista’ jissahhah permezz ta’ zvilupp akbar f’responsabbiltajiet u monitoraggi li jkunu msiehba minn titjib fir-rizorsi umani u materjali kif ukoll fil-poteri u l-prevista ta’ progetti u hidmiet ohra. Ghalhekk: 1. Gvern Laburista japprezza u jirrikonoxxi dejjem aktar is-sagrificcji u l-

impenn tas-Sindki u l-Kunsilliera u ghalhekk jipproponi ligi li taghti gharfien civiku lir-rwol tal-Kunsilliera f’pajjizna. Tkun ligi apposta li taghti lill-Kunsilliera Lokali status li jiddefinixxi ahjar ir-rwol taghhom, waqt li jaghtihom sigurta u harsien f’hidmiethom, lilhom u lil familji taghhom.

2. Fl-ewwel sena ta’ Gvern laburista, flimkien ma’ kull Kunsill Lokali

jibdew jitwettqu zewg progetti maghzula mill-Kunsilli Lokali stess. 3. Skond ic-cirkustanzi, nallokaw rizorsi umani u materjali lill-Kunsilli

Lokali biex jintuzaw fuq progetti specjali fil-komunitajiet ta’ natura rikorrenti u anke kapitali.

4. Lejn l-ahhar tal-legislatura tal-Kunsill Lokali jibda jsir audit biex

naraw jekk ikunx hemmx commitments ta’ progetti kapitali li jkunu se jrendu lill-Kunsill biex jispicca s-sena finanzjarja f’deficit.

5. L-aspett tal-kontabilita jigi emfasizzat bl-akbar impenn. 6. Nizguraw li b’emenda fil-ligi li l-Kunsilli Lokali ma jdahhlu l-ebda

taxxa fuq bazi lokali, tissejjah kif tissejjah. 7. Inhaddmu politika regjonali li biha nhawi differenti bi bzonnijiet

differenti jitfasslu pjani ta' azzjoni skond ir-realtajiet ta' dawk ir-regjuni.

8. Naghtu ghajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex tikber l-edukazzjoni fost ic-cittadini dwar:

• il-htiega tal-kontroll fuq l-iskart (reduce, reuse, recyle), u; • it-traffiku (it-tniggiz fl-arja, sewqan eccessiv, ecc.).

30

9. Insahhu x-xoghol tal-green wardens sabiex ikun aktar effettiv partikolarment f’dak li ghandu x’jaqsam ma’:

• rimi ta’ skart illegali fil-widien u s-soft areas fil-komunita’; • abbuz mis-sistema ta’ bins on wheels; • postijiet li jithallew gebel u saqaf; • nuqqas ta’ harsien tar-regolamenti f’xoghol ta’ kostruzzjoni; • karozzi, karrijiet u dghajjes mitluqa kif ukoll skart iehor.

10. Gvern Laburista gdid bi hsiebu jwettaq riforma fis-sistema tal-gwardjani lokali li tassigura li l-gwardjani ma jibqghux jintuzaw bhala kolletturi tat-taxxa u li twassal ghal immanigjar razzjonali tas-sistema. Din ir-riforma se jkollha hames ghanijiet ewlenin:

• Li tinzamm id-dixxiplina fit-toroq, simili per ezempju ghal kif il-pulizija jorganizzaw centralment il-kontroll tat-traffiku.

• Li taghti rwol aktar importanti lill-gwardjani fil-harsien ta’ l-ambjent.

• Li tassigura gustizzja finanzjarja bejn il-Kunsilli Lokali involuti, bi tqassim ekwu ta’ pizijiet u dhul.

• Li tassigura kundizzjonijiet xierqa ta’ xoghol stabbli ghall-gwardjani nfushom.

• Li taghti lic-cittadini mezz effikaci u trasparenti biex bih jiksbu drittijiethom meta jkunu sofrew minn xi ingustizzja f’dal-qasam.

11. Naghtu poter lill-kummissarju tal-gustizzja li jaghti kumpens lill-

cittadin li jkun sofra ingustizzja wara li jkun gie akkuzat b’infrazzjoni li ma tkunx saret.

12. Il-Partit Laburista jara li l-Kunsilli Lokali jkunu s-sostenituri tal-hidmiet li

l-eluf ta’ voluntiera jwettqu ta’ kuljum fl-ibliet u fl-irhula ta’ Malta u Ghawdex.

Bhala Parti mil-Unjoni Ewropea nahdmu ghall-gid tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha Malta fl-Unjoni Ewropea tehtieg li jkollha mexxejja u rapprezentanti li ghandhom il-hiliet biex jirnexxu fl-istrutturi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea fl-impenn taghhom b’rizq il-familji Maltin u l-Ghawdxin. Is-sehem ta’ Malta fi hdan l-UE jista’ jkun qawwi u determinat minghajr il-htiega li nbaxxu rasna u nghidu iva ghal kollox. Dan is-sehem jiehu s-sahha meta mwassal permezz tal-hidma fost dawk il-forzi politici Ewropej fi hdan l-istess Unjoni li jemmnu f’Ewropa Socjali ghall-progress u l-gustizzja. Ghalhekk:

1. Inkunu fuq quddiem nett fl-istituzzjonijiet kollha Ewropej biex ma` forzi politici Ewropej progressivi, partikolarment il-Partit tas-Socjalisti Ewropej, nahdmu flimkien ghall-binja ta’ Ewropa Socjali

31

li tissodisfa b’mod dirett, gust u effettiv l-aspirazzjonijiet taz-zghazagh, haddiema u familji ta’ l-Ewropa kollha.

2. Nahdmu bla waqfien biex nirrankaw ‘il fuq fil-klassifika Ewropea fi

dhul finanzjarju ahjar ghall-familji, fi tkabbir ekonomiku u f’razan fuq il-pizijiet tat-taxxi.

Irridu ntellghu lil Malta 'l fuq fil-miri ta' Lisbona permezz ta' impenn akbar fl-edukazzjoni u t-teknologija tal-informatika.

3. Nahdmu biex il-kwalita’ tal-hajja tilhaq l-aqwa livelli li nsibu fl-Unjoni Ewropea.

4. Naraw li pajjizna jahtaf il-vantaggi u jtaffi l-izvantaggi tas-shubija

fl-Unjoni Ewropea.

5. Nassiguraw, li la l-burokrazija ta’ Malta u lanqas ta’ Brussel, ma jtelfuna mill-fondi li hemm mweghda ghalina.

6. Se nkunu vigilanti biex ma jigux applikati fl-Ewropa certi mizuri li

jpoggu lil kulhadd fl-istess keffa, meta kull pajjiz u regjun ghandhom l-kundizzjonijiet specjali taghhom, specjalment Malta l-icken pajjiz ta’ l-Unjoni.

7. Fi hdan l-Unjoni Ewropea, nahdmu biex: • il-prodotti tal-fabbriki taghna jibqghu kompetittivi; • it-tarznari, il-biedja u s-sajd jkollhom futur; • il-kura medika, id-drittijiet tal-pazjenti u l-welfare state jissahhu; u • Insahhu d-drittijiet tal-konsumaturi.

8. Quddiem l-isfida ta’ l-immigrazzjoni rregolari, irid jinzamm bilanc

gust bejn il-membri ta’ l-Unjoni Ewropea fejn jidhol it-tqassim tal-pizijiet u l-harsien tas-sigurta. Nishqu li fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni rregolari, Malta ghandha tinghata ‘a fair deal’.

9. Nizguraw li l-gid igawdi minnu kulhadd u li t-tbatija tintrefa b’mod

gust.

10. Nahdmu ghal Ewropa li tkun forza qawwija ghall-paci, is-sliem, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazjija fir-regjun. Nahdmu ghal Ewropa li thabbatha ma’ zoni ohra tad-dinja fir-rankatura ekonomika li tiggenera u fuq kollox nahdmu ghal Ewropa Socjali li tishaq fuq politika ta’ wens ghal min jaqa lura.

11. Kuntrarju ghal gvern Nazzjonalista, se nitolbu lill-

Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga l-qaghda ekonomika u

32

socjali ta’ Ghawdex qabel il-Budget Eworpew li jmiss meta ssir l-allokazzjoni ta’ fondi trutturali

Ir-Rwol Futur ta’ Malta fil-qasam ta’ l-Affarijiet Barranin: Inkunu Proattivi Dinamici Is-sehem ta’ Malta fil-qasam ta’ l-Affarijiet Barranin irid ikun imsejjes fuq l-impenn ta’ diplomazija hajja u konxja biex joktru l-opportunitajiet ta’ zvilupp politiku u ekonomiku kemm fil-kaz ta’ pajjizi membri ohra ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll fejn jidhlu r-relazzjonijiet ma’ pajjizi ohra madwar id-dinja. Din il-proattivita’ tkattar is-sehem realistiku ta’ Malta fid-dinja waqt li jibqa’ mhares il-principju Kostituzzjonali tan-newtralita’. Ghalhekk:

1. Naghtu importanza lid-diplomazija ekonomika daqs id-diplomazija politika halli nkattru l-investiment, il-kummerc barrani u l-holqien ta’ impjiegi f’pajjizna.

2. Insahhu l-impenn politiku u ekonomiku taghna fil-Mediterran u l-

Golf Gharbi kif ukoll noholqu Mediterranean-Arab Gulf Business Forum.

3. Insahhu b’mod pro-attiv ir-relazzjonijiet bilaterali taghna ma’ pajjizi

terzi barra l-UE bhal l-Istati Uniti, ir-Russja, c-Cina, l-Indja, il-pajjizi tal-Afrika ta’ fuq fosthom il-Libja, pajjiz ohra fl-Afrika u l-Amerika Latina.

4. Nsahhu b’mod pro attiv il-partecipazzjoni taghna

f’organizzazzjonijiet internazzjonali bhal Commonwealth, WTO, OSCE u ohrajn.

5. Nimpenjaw ruhna li nahdmu flimkien mal-NGO’s u l-Knisja biex

niehdu dawk id-decizjonijiet mehtiega halli nqarrbu lejn l-ghanijiet elenkati fil-progett marbut mal-Millenium Development Goals.

6. Jekk suldati Maltin ghandhom iservu f’forzi taz-zamma tal-paci,

dan jistghu jaghmluh biss fuq bazi strettament volontarja, taht l-awspicji tal-Gnus Maghquda u bl-approvazzjoni tal-Parlament Malti.

7. Filwaqt li Malta ghandha tiehu sehem fil-glieda kontra it-

terrorizmu ghandha tiehu sehem biss f’inizjattivi bil-mandat tal-Gnus Maghquda.

8. Ghandna nahdmu favur twegiba kollettiva ghall-kwistjoni ta’ l-

immigrazzjoni illegali. Dan ghandu jsir permezz ta’ azzjoni li tindirizza r-realtajiet li qeghdin niffaccjaw fil-hajja ta’ kuljum, filwaqt li ghandna

33

nkomplu nimpenjaw ruhna favur soluzzjoni fit-tul li tista tigbor fi hdanha l-izvilupp regjunali u s–sigurta tal-pajjizi kollha involuti f’dan it-triangolu.

4. PJAN TA’ ZVILUPP GHAL GHAWDEX BHALA REGJUN Ghawdex ma jistax jithalla aktar izolat. Ghawdex huwa regjun li jixraqlu jkun immexxi minn istituzzjonijiet maghmula mill-Ghawdxin infushom biex hekk jaghrfu jharsu u japprezzaw aktar il-kundizzjonijiet specjali u l-prijoritajiet tieghu. L-izvilupp ekonomiku u socjali ta’ Ghawdex jehtieg pjan serju u sensittiv li jkun ikopri l-aspetti kollha tal-hajja Ghawdxija permezz ta’ skemi ta’ ghajnuna u kumpens, tigdid ghaqli tat-turizmu, progress infrastrutturali, titjib fl-edukazzjoni u s-sahha, tixrid kulturali u sportiv. Ghalhekk:

1. Inwaqqfu Kunsill Regjonali ghal Ghawdex b’rapprezentanza shiha tal-Ghawdxin li jkun responsabbli mill-izvilupp ekonomiku u socjali ta’ Ghawdex.

2. Invaraw permezz tal-Kunsill Regjonali, pjan ta’ zvilupp ghal

Ghawdex bhala regjun. 3. Noholqu statut fiskali u finanzjarju ghal Ghawdex bil-ghan li

jikkumpensa ghall-insularita` doppja ta’ Ghawdex u biex jigbed l-investiment u x-xoghol lejn il-gzira.

4. Naghtu inkoraggiment, ghajnuniet u inċentivi fiskali u finanzjarji godda:

• Lill-intrapriżi żgħar li joperaw f’Għawdex fl-oqsma tal-manifattura, ta’ l-artiġjanat, tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u ta’ l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd;

• Lis-settur ta’ l-akkomodazzjoni kollettiva turistika u lill-operaturi tas-servizz ta’ trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex;

• Lill-bdiewa u s-sajjieda Ghawdxin. 5. Nergghu naghtu n-nifs u l-hajja lit-turizmu lejn Ghawdex, billi:

• nibnu yacht marinas; • inkabbru x-xtajtiet ramlin f’Marsalforn u x-Xlendi; • intejbu u nsebbhu it-toroq f’Marsalforn u x-Xlendi; • noholqu iktar siti u facilitajiet fuq l-art fejn hemm siti

ghad-diving; • nizviluppaw u noholqu facilitajiet turistici u ta’

rikreazzjoni fit-toroq panoramici tul il-kosta bhal m’huma

34

dawk tal-Qbajjar, Wied il-Ghasri u ta’ “Tas-Slima” f’San Lawrenz;

• nibnu golf course; • nirrestawraw il-Ggantija, ic-centru ta’ Brockdorrf, ic-

Cittadella u t-torrijiet ta’ madwar Ghawdex; • nergghu inhaddmu b’sussidju s-servizz tal-helikopter; • inwaqqfu Awtorita’ Ghawdxija tat-Turizmu b’fondi allokati

specifikament biex Ghawdex ikun reklamat bhala attrazzjoni turistika distinta.

6. Fil-qasam infrastrutturali:

• nibnu ċ-Ċentru Komunali Reġjonali; • nirrilokaw il-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja; • niddentifikaw sit għal bini ta’ qasam residenzjali għal

akkomodazzjoni soċjali; • nirrijabilitaw il-Qasam Industrijali tax-Xewkija; • nallokaw art għal industriji żgħar; • nibnu triq alternattiva għall-Mġarr; • inhejju studju għat-tkabbir tal-port tal-Mġarr u jinbeda x-

xogħol fuqu.

7. Fil-qasam edukattiv: • naghmlu korsijiet ġodda fic-Ċentru ta’ l-Universita’

f’Għawdex bħalma huma Diploma/Baċellerat/Masters fir-riċerka, fit-teknoloġija ta’ l-informazzjoni, fl-ippjanar, fin-negozju u computing, fit-tmexxija u fl-agrikoltura;

• isiru aktar korsijiet fl-MCAST f’Għawdex; • naghtu sussidju speċjali lill-istudenti Għawdxin fl-

Universita’ f’Malta li jsegwu korsijiet f’oqsma speċifiċi bħalma huma dawk relatati max-xjenza u ma’ l-innovazzjoni;

• naghtu sussidju speċjali lill-istudenti Għawdxin fl-MCAST f’Malta;

• niddiskutu l-possibilita` ta’ ftuh ta’ hostel li jkun ko-finanzjat mill-Gvern ghall-istudenti Ghawdxin li jistudjaw f’Malta;

• Ghall-istudenti u haddiema Ghawdxin l-istudent grants u allowances jithallsu fi zmien ragonevoli.

8. Fil-qasam tas-sahha:

• insahhu l-istaff mediku ta’ konsulenza f’dixxiplini mediċi meħtieġa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex;

• nixtru apparat meħtieġ għal servizz aħjar fl-isptar; • nirrijorganizzaw mill-ġdid is-swali ġenerali ta’ l-isptar; • nirrilokaw iċ-Ċentru tas-Saħħa;

35

• nimmodernizzaw il-bereġ fl-irħula; • innehhu l-inċineratur ta’ l-isptar u jiddaħħlu faċilitajiet

moderni minfloku.

9. Fil-qasam tal-kultura u wirt storiku: • insahhu l-għajnuna għaż-żamma ta’ opri liriċi u ta’

programmi kulturali ta’ livell internazzjonali; • nirrikonoxxu u naghtu għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’

fieri u festivals; • naghtu għajnuna għall-parteċipazzjoni f’fieri tal-

manifattura u tal-artiġjanat f’Malta u f’pajjiżi barranin; • insahhu l-iskola tal-mużika u tad-drama; • nintroducu taghlim fil-business studies fic-Ċentru Wistin

Camilleri tal-Arti u Artiġjanat; • naghtu l-ghajnuna liċ-Ċentru Wistin Camilleri tal-Arti u

Artiġjanat għal riċerka li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni fil-qasam tal-artiġjanat;

• nuzw aħjar iċ-Ċentru tal-Artiġjanat fiċ-Ċittadella.

10. Fil-qasam ta’ l-isport: • nipprovdu tagħmir adekwat għall-Kumpless Sportiv; • nirrangaw it-tennis courts li hemm mal-Kumpless

Sportiv; • intejbu l-korsa taż-żwiemel u l-faċilitajiet tagħha; • nizvilluppaw ic-centru ta’ faċilitajiet ta’ rikreazzjoni u

sport ta’ Ta’ Xhajma (korsa għall-atletika, training grounds bit-turf, trakka għall-carting u spazju għat-titjir ta’ model aircrafts);

• naghtu għajnuna lil għaqdiet, klabbs, timijiet u individwi sportivi biex jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi f’Malta u pajjiżi barranin;

• intejbu l-ħiliet bażiċi taż-żgħażagħ fl-isport permezz ta’ ftuh ta’ nurseries;

• nibnu pixxina u faċilitajiet oħra għall-isport tal-ilma/baħar.

Ghawdex u l-Unjoni Ewropea L-istatus rikonoxxut ta’ Ghawdex bhala regjun fi hdan pajjiz membru ta’ l-Unjoni Ewropea ghandu jkun sfruttat sabiex jinkisbu ghalih l-ahjar opportunitajiet u mezzi ghal livell akbar ta’ zvilupp sostenibbli u ghall-provista ta’ ghajnuniet u beneficcji ohra. Ghalhekk:

11. Nizguraw li Għawdex imissu fondi Ewropej biżżejjed biex il-livell ta’ żvilupp tiegħu jkun jista’ jilħaq dak ta’ Malta u eventwalment dak ta’ l-Unjoni Ewropea.

36

12. Inhaddmu l-provvedimenti tad-Dikjarazzjoni dwar il-Gżira Reġjun

ta’ Għawdex anness mat-Trattat ta’ Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

13. Inwaqqfu uffiċċju fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex biex jagħti

pariri u għajnuna dwar skemi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Konkluzjoni

Dan il-programm wiesa u ta’ fejda ghandu jaghti bidu gdid lil poplu kollu biex ikun jista jkabbar il-gid u l-izvilupp ta’ kull familja u ta’ kull persuna u joffri hajja ahjar ghal kulhadd. L-ghanijiet ta’ dan il-programm, ghalkemm wiesa, jistghu jintlahqu f’konsultazzjoni kontinwa u flimkien mac-cittadini Maltin kollha u mar-raprezentati taghhom.