17
Studju Soċli għall-Ħames Sena L-Akwakultura L-akwakultura hija t-trobbija ta’ ħut jew frott tal- baħar permezz ta’ metodi ivvintati mill-bniedem. Dawn il-metodi nħolqu minħabba l-fatt li l-ħut mill-baħar naqas ħafna sforz ta’ sajd bla rażan u tniġġiż tal- baħar. Kien hemm żmien meta ma kinux jeżistu liġijiet dwar il-qbid tal-ħut. Barra li kien jinqabad ħut aktar milli suppost, kien jinqabad ħut li kien ikun għadu żgħir u li ma kienx ikun għadu laħaq irriproduċa. Dan wassal biex sena wara l-oħra l-ħut kien dejjem jonqos filwaqt li d-domanda dejjem tikber. Permezz tal-akwakultura il-provvista tal-ħut ma tonqosx u fl-istess ħin lanqas tispiċċa dik tal-baħar. Bosta pajjiżi tal- Mediterran għandhom il- fishfarms. F’Malta għandna tmien fishfarms fosthom dak tat-Torri ta’ San Luċjan ġewwa Marsaxlokk, fil-bajja tal-Mellieħa, u San Pawl il-baħar. Il-ħut jiġu mkabbra ġo vaski u tankijiet fuq l-art. Meta l-ħut jikber dan jittieħed, f’gaġeġ tax-xbieki, fil-baħar (fishfarms). It-tip ta’ ħut li l-Maltin għażlu li jrabbu huma varji u fosthom insibu l-awrat, l-ispnott u t-tonn. Dawn huma tliet tipi ta’ ħut li jidher hemm suq tajjeb għalihom. Jekk xi darba tmur is-suq ta’ Marsaxlokk nhar ta’ Ħadd Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 1

Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

L-AkwakulturaL-akwakultura hija t-trobbija ta’ ħut jew frott tal-baħar permezz ta’ metodi ivvintati mill-bniedem. Dawn il-metodi nħolqu minħabba l-fatt li l-ħut mill-baħar naqas ħafna sforz ta’ sajd bla rażan u tniġġiż tal-baħar. Kien hemm żmien meta ma kinux jeżistu liġijiet dwar il-qbid tal-ħut. Barra li kien jinqabad ħut aktar milli suppost, kien jinqabad ħut li kien ikun għadu żgħir u li ma kienx ikun għadu laħaq irriproduċa. Dan wassal biex sena wara l-oħra l-ħut kien dejjem jonqos filwaqt li d-domanda dejjem tikber.

Permezz tal-akwakultura il-provvista tal-ħut ma tonqosx u fl-istess ħin lanqas tispiċċa dik tal-baħar.

Bosta pajjiżi tal-Mediterran għandhom il-fishfarms. F’Malta għandna tmien fishfarms fosthom dak tat-Torri ta’ San Luċjan ġewwa Marsaxlokk, fil-bajja tal-Mellieħa, u San Pawl il-baħar.

Il-ħut jiġu mkabbra ġo vaski u tankijiet fuq l-art. Meta l-ħut jikber dan jittieħed, f’gaġeġ tax-xbieki, fil-baħar (fishfarms).

It-tip ta’ ħut li l-Maltin għażlu li jrabbu huma varji u fosthom insibu l-awrat, l-ispnott u t-tonn. Dawn huma tliet tipi ta’ ħut li jidher hemm suq tajjeb għalihom. Jekk xi darba tmur is-suq ta’ Marsaxlokk nhar ta’ Ħadd tisma’ l-bejjiegħa tal-ħut jgħajtu bil-ħut għax bħal ma jgħid il-Malti ‘L-għajjat nofs il-bejgħ!’

It-Torri ta’ San Luċjan, li kien mibni mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann bħala torri biex jgħasses id-daħla tal-Port ta’ Marsaxlokk kontra l-għedewwa, illum huwa użat bħala ċ-ċentru tal-Akwakultura. Barra t-trobbija tal-ħut, isir

ukoll studju fuq il-fejqan tal-mard tal-ħut u anke jservi ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni għal xi fkieren li jinqabdu fi xbiek tas-sajjieda u jinġiebu għall-kura fiċ-ċentru sa ma jkunu jistgħu jerġgħu jintefgħu fil-baħar.

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 1

Page 2: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

Barra l-fatt li l-akwakultura tgħin il-popolazzjoni tal-ħut fil-baħar billi ma jinqabadx daqshekk ħut mis-selvaġġ u fl-istess ħin il-provvista għad-domanda tas-suq ma tonqosx, hemm vantaġġi oħrajn. Il-qbid tal-ħut mill-fishfarms, isir mingħajr periklu għas-sajjieda. Il-xogħol biex jitkabbar il-ħut fl-akwakultura m’huwiex ta’ periklu. Il-ħut żejjed jinbiegħ lil pajjiżi oħra. Fil-fatt Malta żżomm 5 fil-mija biss tal-awrat li tipproduċi. Il-kumplament jiġu esportati lejn pajjiżi oħra.

L-akwakultura f’Malta bdiet fl-1988. Minn dak iż-żmien ‘l hawn din l-industrija baqgħet tikber.

L-Awrata

o Hija l-ħuta l-aktar imrobbija fl-industrija Maltija. o Tieħu sena u nofs biex tikber mill-bajda sa 350grammao Hija tonda u qasira o Hija ta’ laħam abjad u bla xaħam. o Tgerrem u tkisser bebbux u koċċli żgħar. o Mhux l-ewwel darba li tgerrem ukoll x-xbieki tal-fish farms u taħrab.

Xogħol għad-dar: Fittex ftit informazzjoni minn fuq l-internet dwar l-akwakultura. Niżżel din l-informazzjoni hawn taħt fl-ispazju pprovdut. Tista’ tfittex dwar l-iżvantaġġi li tista tippreżenta l-akwakultura.

_____________________________________________________________________________________

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 2

Page 3: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

Jien u L-OħrajnAħna lkoll nagħmlu parti minn familja. Il-familja tagħmel parti minnn komunità u l- komunità tagħmel parti minn soċjetà. Din is-soċjetà tifforma nazzjon li huwa parti żgħira minn dinja kbira. Kull persuna hija

importanti għax kullħadd jista’ jagħti s-sehem tiegħu biex ikollna dinja aħjar. Għalhekk irridu nifhmu l-importanza li naħdmu flimkien għal ġid komuni għax dak li nagħmlu, b’xi mod jew ieħor se jaffettwa lil kulħadd.

Semmi eżempji ta’ mġieba pożittiva u kif din tista’ taffetwa lil individwi fi grupp.

___________________________________________________________________

Semmi eżempji ta’ mġieba negattiva u kif din tista’ teffetwa lil individwi fi grupp.

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 3

Page 4: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

Ir-rwol ta’ kull wieħed u waħda minna hu marbut ma’ rwoli ta’ oħrajn, kulfejn inkunu. Nieħdu l-eżempju tal-iskola: ir-rwol tal-istudent huwa li jġib ruħu tajjeb fil-klassi, fil-van, fil-bitħa u kulfejn ikun, kif ukoll li jistudja u jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala student. Dan huwa marbut mar-rwol tal-għalliem li jipprepara lezzjonijiet interessanti għall-istudenti u jkun lest jgħin skont il-bżonn ta’ kull individwu. Marbut ukoll ma’ dak tal-istaff domestiku li jgħin biex iżomm l-indafa fl-ambjent tat-tagħlim u tar-rikreazzjoni, kif ukoll mar-rwol tal-istaff maniġerjali li jmexxi l-iskola. Ma ninsewx ukoll ir-rwol tal-ġenituri li jieħdu ħsieb jibagħtu l-uliedhom l-iskola sabiex jissaħħu fl-edukazzjoni.

X’inhu rwol tiegħek fid-dar fejn tgħix, u jekk taqdih tajjeb, kif jgħin lilek u l-familja tiegħek?

______________________________________________________________________________

X’inhu rwol tiegħek fil-lokalità fejn tgħix, u jekk taqdih tajjeb, kif jgħin lilek u l-

familja tiegħek?

______________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 4

Page 5: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

Il-Komunikazzjoni

Ikoll kemm aħna għandu jkollna attitudni ta’ rispett u solidarjetà. Il-bażi ta’ dan huwa komunikazzjoni tajba. Ma jistax ikollna waħda mingħajr l-oħra. Jiġifieri ma nistgħux nikkomunikaw tajjeb jekk ma jkollniex ripett, u

ma jkollniex rispett jekk ma nagħtux iċ-ċans li nikkomunikaw ma’ xulxin. Il-Lingwa tgħinna biex nikkomunikaw tajjeb ma’ xulxin. Hija l-karatteristika ewlenija tal-identità ta’ Poplu u Nazzjon. It-traduzzjonijiet ta’ kitbiet minn lingwi oħra tgħinna biex insiru nafu aħjar popli ta’ kulturi differenti. Aktar ma nsiru nafu dwarhom aktar nistgħu nsibu x’jgħaqqadna u aktar jikber ir-rispett lejn xulxin.

It-twemmin reliġjuż jew politiku m’għandux jifred il-popli. Ikoll għandna nirrispettaw lil xulxin u nuru solidarjetà. Ilkoll għandna nagħtu s-sehem tagħna biex pajjiżna jkun pajjiż demokratiku fejn issaltan il-paċi u l-ġustizzja.

Illum jeżistu bosta meżżi ta’ komunikazzjoni. Meta użati tajjeb, dawn il-mezzi jservu ta’ ġid kbir imma meta jiġu użati ħażin jistgħu jagħmlu ħafna ħsara.

Bħalissa l-iskola tagħna qiegħda tieħu sehem fil-proġett Comenius fejn għalliema u studenti minn pajjiżi different minn madwar l-Ewropa qed jaqsmu l-kulturi tagħhom ma’ xulxin. Permezz tal-internet, il-komunikazzjoni ma’ pajjiżi oħra saret aktar faċli u l-għalliema saru jaqsmu ħafna ideat ma’ għalliema oħra kemm f’pajjiżhom stess kif ukoll ma’ għalliema oħra minn madwar id-dinja.

Semmi każ wieħed fejn l-internet jiġi użat ħażin u l-konsegwenza ta’ dan.

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 5

Page 6: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

___________________________________________________________________

Jien u L-AmbjentBil-kelma ambjent, nista’ nifhem l-ambjent soċjali jew dak naturali. L-ambjent soċjali jirreferi għas-soċjetà li ngħixu fiha, filwaqt li l-ambjent naturali jirreferi għan-natura li tgħix madwarna.

Fis-soċjeta għandna bosta nies li jgħinuna. Semmi xi wħud minnhom u għid x’inhu x-xogħol tagħhom u kif jgħinuk.

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

Hemm rabta kbira bejn l-ambjent soċjali u dak naturali, tant hu hekk, li hemm rabta kbira bejn l-indafa u s-saħħa tal-bniedem, l-istorbju esaġerat u s-saħħa mentali. Fejn hemm ħafna tniġġiż tal-arja hemm ukoll ħafna mard filwaqt li ambjent nadif u mingħajr perikli jagħti gost lil min imur fih. L-Unjoni Ewropea tisħaq ħafna li Pajjiżi Membri jkollhom ambjent nadif biex minnu jgawdu ċ-ċittadini kollha.

Inti x’qed tagħmel biex tibża’ għall-ambjent tiegħek?

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 6

Page 7: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

Ir-Raħal Malti

Il-kelma raħal hija kelma Għarbija u bosta rħula Maltin għandhom isem Għarbi dan minħabba l-fatt li kien fil-perjodi Għarbi, bejn is-sena 870 WK u sena 1091 li bosta rħula bdew jiffurmaw u ħadu isimhom.

Għalkemm Malta hija gżira tassew żgħira, kull raħal f’Malta u Għawdex għandu d-djalett tiegħu. L-Għarab f’Malta saħħew il-biedja għalhekk bosta rħula kienu mdawrin bl-għelieqi u r-raħħala kienu l-biċċa l-kbira bdiewa.

Meta n-Normanni keċċew lill-Għarab bil-mod il-mod il-Maltin reġgħu saru kristjani u bdew jibnu l-kappelli tagħhom fl-irħula. Fi żmien il-kavallieri mbagħad, meta l-popolazzjoni bdiet tikber, ħafna rħula saru parroċċi u bdew jinbnew knejjes kbar li jiddominaw kull raħal. Iċ-ċentru ta’ kull raħal sar il-knisja u kull raħal beda jiċċelebra festa f’isem il-qaddis patrun tal-parroċċa tiegħu. F’Malta għandna bosta knejjes iddedikati lill-Madonna taħt xi titlu jew ieħor. In-nies tar-raħal kienu jinkitbu f’xi fratellanza għax min hemm kienu jsibu l-għajnuna f’każ ta’ bżonn. Dan kien żmien meta ma kinux jeżistu servizzi soċjali.

Il-kavallieri kellhom fondazzjoni għall-bini tal-imtieħen. Fil-fatt għadna nsibu fdlijiet ta’ dawn l-imtieħen f’bosta rħula Matin. Is-Salib tad-Dejma huwa ħaġa oħra li nsibu f’xi rħula. Ħdejh kienu jiltaqgħu is-Suldati tad-Dejma li

f'każ li kien ikun mistenni attakk kbir, malli jisimgħu il-kanun jew il-qniepen, kienu jinġabru biex jirċievu l-ordnijiet. Dan kien salib fuq kolonna fit-tarf tar-raħal.

Matul iż-żmien il-bini fl-irħula żdied u xi wħud minnhom saħansittra saru jmissu ma’ xulxin. L-għelieqi naqsu kif ukoll naqas il-kwiet għax

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 7

Page 8: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

żdied l-istorbju ta’ bosta nġenji bħal ma huma l-karozzi, muturi tal-ħart, trakkijiet tal-barrieri...imma l-qalba tar-raħal baqgħet madwar il-knisja u l-iktar parti antika nsibuha f’din il-parti tar-raħal. Dur dawra mar-raħal tiegħek ħalli ssir tafu aħjar u b’hekk issir tapprezzah aktar.

Bliet QodmaIl-Belt Rumana kienet tinsab fejn illum insibu r-Rabat u l-Imdina. Kien jisimha Melita. Hija kienet imdawra bis-swar u barra s-swar kont issib il-katakombi, postijiet taħt l-art fejn kienu jidfnu l-mejtin tagħhom. Jista’ jkun li kienu l-Għarab li ddeċidew li jċekknu l-belt billi jħaffru foss u jdawruh b’sur għoli biex ikunu jistgħu jiddefendu l-belt aħjar. Huma semmewha Medina li biż-żmien tqassret għal Mdina. Il-parti ta’ barra s-sur semmewha Rabat.

L-Imdina tinsab fuq promontorju jiġifieri għolja ċatta. Tinsab f’pożizzjoni strateġika għax barra li tinsab fil-għoli, tinsab ukoll lejn iċ-ċentru ta’ Malta. Dan ifisser li minn fuq torri ġewwa l-Imdina setgħet issir għassa tajba għall-furbani, għedewwa li kienu jiġu bil-baħar u li ta’ spiss

kienu jaħbtu għal Malta. L-Imdina kienet iservi ta’ kenn għall-poplu żgħir ta’ Malta li kien joqgħod fl-inħawi tal-madwar.

L-Imdina baqgħet belt importanti sakemm f’Malta ġew il-kavallieri fl-1530. Dawn kellhom flotta u għalhekk iddeċidew li joqgħodu aktar viċin il-baħar. Huma għażlu l-belt marittima tal-Birgu, li kienet belt importanti wkoll minħabba l-kummerċ li kien isir. Fil-Birgu kien hemm il-Castrum Maris, jiġifieri kastell ħdejn il-baħar, mibni mill-Aragoniżi. Il-Granmastru uża l-kastell bħala r-residenza tiegħu filwaqt li nbnew il-bereġ għal-kavallieri. Il-bereġ inbnew f’żona privata magħrufa bħala l-collachio. Il-kavallieri saħħew id-difiża tal-Birgu u baqgħu jgħixu hemm sakemm bnew il-Belt Valletta li kienet aktar b’saħħitha u f’pożizzjoni strateġika aħjar mill-Birgu.

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 8

Page 9: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

Belt qadima oħra tinsab fuq il-gżira t’Għawdex hija ċ-Cittadella li tinsab fiċ-ċentru ta’ din il-gżira u li hija mdawra bis-swar. Din il-belt serviet bħala post ta’ kenn għall-Għawdxin meta kienu jiġu attakkati mill-furbani. Il-kavallieri ma tawx każ il-gżira t’Għawdex u ma saħħewx il-fortifikazzjonijiet skont il-bżonnijiet taż-żmien, tant hu hekk li fl-1551 Għawdex ġie attakkat mit-Torok u parti kbira mill-popolazzjoni t’Għawdex tkaxkret lejn l-iskjavitù.

F’kull belt qadima hemm għadna nsibu bosta bini storiku. Kull bini għandu storja nteressanti x’jirrakkonta ta’ min imur idur dawra li jitkixxef ftit dwar dan il-bini storiku!

1. Ikteb paragrafu dwar l-Imdina u xi bini storiku li nsibu fiha. 2. Ikteb paragrafu dwar il-Birgu u xi bini storiku li nsibu hemmhekk.3. Ikteb paragrafu dwar iċ-Ċittadella u xi bini storiku li nsibu hemm.

Sib stampi u waħħalhom biex jgħinuk tiftakar.

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 9

Page 10: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

Żmien il-Fewdaliżmu u l-Irvell kontra MonroyBejn l-1194 u l-1530 il-gżejjer kien jaqgħu taħt ir-Renju ta’ Sqallija. Kien fl-1091 li l-Konti Ruġġieru pprova jistabbilixxi l-ħakma Normanna f’Malta, imma kien ibnu Ruġġieri II ta’ Sqallija li rnexxielu jagħmel dan. Bilmod il-mod Malta bdiet tillatinizza ruħha. Kien fl-1191 li Tankredu ta’ Sqallija inħatar bħala l-ewwel Konti ta’ Malta. Il-popolazzjoni ta’ Malta bdiet tikber speċjalment minħabba l-imigrazzjoni minn Sqallija u l-Italja. Malta kienet isservi ta’ eżilju għal bosta rġiel. Anke bosta familji nobbli minn Sqallija bdew jiġu joqgħodu l-Birgu jew l-Imdina.

Għal aktar minn 400 sena Malta kienet tagħmel parti minn Sqallija u kienet tiġi mibjugħa lil sidien fewdali li l-aktar li kien jinteressahom kien kemm se jiġbru taxxi mingħand il-Maltin. Malta kienet tinbiegħ u tinxtara minn sidien fewdali u barunijiet u anke mogħtija bħala rigal lill-ħakkiema minn Swabia, Anġu, Aragona, Kastilja u Spanja. Meta Malta kienet taħt il-kuruna ta’ Aragona, Aragona ingħaqdet ma’ Kastilja u b’hekk Malta saret tagħmel parti mir-Renju Spanjol. L-amministrazzjoni tal-gżira waqgħet f’idejn in-nobbli. Dawn iffurmaw gvern lokali li kien magħruf bħala l-Università u mmexxija mill-Capitano della Verga li kien jiġi elett darba fis-sena fil-festa ta’ San Ġwann il-Battista.

F’Jannar tal-1421, ir-Re Alfonsu ta l-gżejjer ta’ Malta lil Don Antonia Cardona li wiegħed lill-Maltin li jonora id-drittijiet u l-privileġġi li kellhom. Iżda wara ftit taż-żmien, Cardona għadda l-gżejjer lil Don Gonsalvo Monroy.

Dan kien żmien ikrah għall-Maltin għax spiss kienu jiġu attakkati mill-furbani li kienu jeqirdulhom l-għelieqi, jisirqulhom il-ftit bhejjem li kellhom u jieħdu lill-aktar nies b’saħħithom bħala skjavi. Ġieli kien jaqa’ ġuħ kbir u ħadd ma kien jaqbeż għalihom biex tittaffa din it-tbatija. Poplu mġewwaħ huwa poplu skuntent u din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn il-Maltin qamu

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 10

Page 11: Taghrif-TNS - Hometaghriftns.weebly.com/uploads/2/3/8/1/23818520/noti... · Web viewIl-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira

Studju Soċli għall-Ħames Sena

kontra Don Gonsalvo Monroy. Il-kunsilliera tal-Universita’ bagħtu rappreżentanti tagħhom għand ir-re biex juruh il-hemm tagħhom u meta baqa’ ma sar xejn, fl-1426, il-Maltin qamu kontra Monroy. Serqu d-dar tiegħu ġewwa l-Imdina u attakkaw il-Castrum Maris ġewwa l-Birgu. Mart Monroy, Costanza u n-nies ta’ Monroy ġew imsakkrin ġol-Kastell. Ir-re bagħat rappreżentant biex tikkalma s-sitwazzjoni. Il-Maltin kienu lesti li jħallsu s-somma ta’ 30,000 fjorin lil Monroy biex jieħdu l-gżira f’idejhom.

Fl-20 ta’ Ġunju 1428 ir-re Alfonsu ħareġ digriet magħruf bħala l-Magna Carta favur il-gżejjer Maltin fejn qal li minn dak in-nhar ’il qudiem Malta se taqa’ direttament taħt il-kuruna Spanjola u mhux se tibqa’ tiġi mogħtija u mibjugħa lill- barunijiet. F’dan id-digriet semma l-Malta bħala ‘...art nobbli u ġawhra prezzjuża fil-kuruna tiegħu’ kif ukoll sejjaħ lill-Imdina bħala ‘Città Notabile.’

Xogħol għalik: Immaġina li ħriġt fil-gallerija u meta ttawwalt sibt li t-triq tagħkom marret lura ħafna fiż-żmien. In-nies li hemm fit-triq għaddejjin minn dal-perjodu fewdali. Ikteb x’qed tara u kif taħseb li qed iħossuhom in-nies li qed tara.

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

___________________________________________________________________

Sonia Bezzina BA PGCE MA Page 11