14
JANNAR 2016 EDIZZJONI 8 1 Sport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali Il-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar uffiċjalment il-ħames finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar 2016 f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi. Għal sena oħra l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun organizzata flimkien bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se jkunu preżentati xejn inqas minn 11 il-kategorija li jinkludu: Sportiv tas-Sena, Sportiva WATERPOLO STEVIE CAMILLERI TOP SCORER FIL-KAMPJONAT EWROPEW MAFA VALLETTA ST PAULS REBBIEHA TAL- CHRISTMAS CUP NICKY CARABOTT JIRBAĦ L-MSSF TRAP EVENT SPORTMALTA MOTOCROSS 4 SEWWIEQA JIEĦDU SEHEM FL-AMM RACE FOR THE MEDITERRANEAN BASIN FI FRANZA

WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

1

Sport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

Il-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar

uffiċjalment il-ħames finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar

2016 f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi. Għal sena oħra l-edizzjoni ta’ din is-sena se

tkun organizzata flimkien bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se

jkunu preżentati xejn inqas minn 11 il-kategorija li jinkludu: Sportiv tas-Sena, Sportiva

WATERPOLO

STEVIE CAMILLERI TOP

SCORER FIL-KAMPJONAT

EWROPEW

MAFA

VALLETTA ST PAULS

REBBIEHA TAL-

CHRISTMAS CUP

NICKY CARABOTT

JIRBAĦ L-MSSF TRAP

EVENT

SPORTMALTA

MOTOCROSS

4 SEWWIEQA JIEĦDU

SEHEM FL-AMM RACE

FOR THE

MEDITERRANEAN BASIN

FI FRANZA

Page 2: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

2

tas-Sena, Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Tim tas-Sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal

tas-Sena, u l-People’s Choice Award. Jingħataw wkoll ir-rikonoxximent għall-atleta

f’Għawdex u l-Avveniment tas-Sena flimkien ma’ żewġ rikonoxximenti lil Special

Olympics Malta; wieħed fil-kategorija tan-nisa u l-ieħor tal-rġiel.

F’Konferenza Stampa, fejn fiha ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lis-semi finalisti kollha,

kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-

Isport Chris Agius, iċ-Ċermen tal-Kumitat Organizattiv Mark Cutajar, il-President tal-

Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli u ċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil.

Il-Finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena huma dawn:

Sportiv tas-Sena

Camilleri Stevie - Waterpolo

Chetcuti Andrew – Għawm

Moore Kevin – Atletika

Pulis Rodmar - Weightlifting

Spiteri Mark – Ten Pin Bowling

Vella Adam – Lotta

Sportiva tas-Sena

Abela Sue – Ten pin Bowling

Bonello Spiteri Danica – Triathlon

Camilleri Rebecca– Atletika

Dalli Peppijna – Ġinnastika

Wingfield Charlotte – Atletika

Uffiċjal tas-Sena

Caruana Curran Joe – ASA

Caruana Jesmond – Weightlifting

Muscat Joseph – Basketball

Pace Johan - ASMK

Pisani Clayton - MFA

Kowċ tas-Sena

Chun Albert - Ġinnastika

Giordimaina Jesmond – Lotta

Izzo Karl – Waterpolo

Vella Silvio - Football

Vogelesang Rickard – Ten Pin Bowling

Page 3: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

3

Żagħżugħ tas-Sena

Attard Kurt – Ten Pin Bowling

Camilleri Luke – Atletika

Cassar Kurt - Basketball

Giordimaina Gary – Lotta

Mifsud Kieran – Weightlifting

Plumpton Ben – Waterpolo

Żagħżugħa tas-Sena

Dalli Peppijna – Ġinnastika

Micallef Amy – Għawm

Richard Janet – Atletika

Xuereb Sara – Ten pin Bowling

Zammit Nina – Triathlon

Tim tas-Sena

Ġinnastika : Tim Nazzjonali ‘A’ GSSE

Snooker : Tim : Tony Drago – Brian Cini

Ten Pin Bowling : Tim : Mediterranean Cup

Waterpolo : Tim Nazzjonali Irġiel – ‘ A ’

Waterpolo : Tim Nazzjonali Under 17

Ta’ min jinnota li hemm żewġ kategoriji, dawk tal-Isportiv

tas-Sena u ż-Żagħżugħ tas-Sena, li fihom sitt finalisti flok

ħamsa dan minħabba l-fatt li fil-votazzjoni tal-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti

Sports kien hemm żewġ individwi li spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti.

Intant waqt il-Konferenza tal-aħbarijiet tħabbru wkoll il-finalisti tal-People’s Choice

Award, liema kategorija se tkun missielta bejn il-lista t’hawn taħt fejn hemm in-numru tal-

SMS marbut ma’ kull finalista ta’ din il-kategorija.

50616721 - Hannah Pace - Malta Triathlon Federation

50616722 - Steven Fenech - Malta Wheelchair DanceSport Association

50616723 - William Vella - Malta Shooting Sport Federation

50616724 - Joseph Borda - Malta Rugby and Football Union

50616725 - Matthew Zammit - Aquatic Sports Association of Malta

Il-mistieden speċjali għall-edizzjoni ta’ din is-sena ser ikun Simone Farina, l-ex player tal-

football li huwa simbolu kontra l-korruzzjoni fl-Italja.

Page 4: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

4

Ħajr imur għall-isponsors tas-serata li huma Bank Of Valletta (BOV), Maltco Lotteries,

MSV life p.l.c., Bajada new energy group Ltd., Charles Grech & Co. Ltd, General soft

drinks Co. Ltd., Mediterranean Conference Centre (MCC), Public Broadcasting Limited

(PBS), The Knot u Vascas Jewellers.

Il-preżentatur ta’ din is-serata, li ser tkun mxandra live fuq TVM2, ser ikun il-ġurnalista

Clinton Buhagiar.

HISTORY THROUGH SPORT

Għall-ewwel darba din is-sena skolastika, SportMalta

permezz tal-Sport Promotion Unit qegħda torganizza

attivitajiet sportivi innovattivi għall-iskejjel Maltin taħt t-tema

‘Teaching History through Sport’, għall-istudenti tat-tieni

klassi tal-iskejjel sekondarji. L-għan ta’ attivitajiet bħal dawn,

minbarra li jiċċelebraw cross-curricular teaching fejn l-isport

jingħaqad mal-istorja f’attivita’ waħda, jiżviluppa lill-istudent

b’mod ħollistiku. Din l-attivita’ turi fil-prattika kif l-attivita’

fiżika u l-iżvilupp akkademiku jistgħu faċilment jintegraw

flimkien, bit-tagħlim isir wieħed pjaċevoli.

Waqt l-attivita’ l-grupp tal-istudenti jkunu maqsuma fi gruppi

zgħar sabiex tingħata aktar attenzjoni diretta lill-istudenti. Il-

grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, jieqfu

f’postijiet speċifiċi ta’ interess bħall-Banca Giuratale u l-

Mużew tal-Istorja Naturali u jwieġbu mistoqsijiet relatati mal-

istorja filwaqt li jagħmlu sessjoni ta’ attivita’ fiżika. Parti

oħra tal-attivita’ ssir fil-foss tal-Imdina fejn l-istudenti jkunu

esposti għal-logħob tradizzjonali bħall-tlielaq biċ-ċrieki, qbiż

bil-ħabel, logħob bil-boċċi, it-tiġieġa l-għamja, gwerra

franċiża u ħarba fost l-oħrajn. L-attivita tħarreġ lill-istudenti

f’ħiliet varji fosthom l-qari ta’ mappa, teamwork, u t-taħbil il-

moħħ.

Page 5: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

5

Attivitajiet Sportivi oħra

It-

Ritratt 3: Pool

Qormi FC jirbħu l-

Christmas Cup.

Ritratt 9: Bowling

Shadon Psaila jirbaħ il-

Mini Junior and Youth

Championships

Ritratt 5: Bowling

Senior Championships

jintrebħu minn Mark

Spiteri u Josephine Borg

Ritratt 10: Bowling

Junior Championships –

Sara Xuereb u Matthew

Magro jeċċellaw

Ritratt 6: Bowling

FINA għat-tieni sena

konsekuttiva reġgħu rebħu

l-MSV life National league

Ritratt 11: Bowling

Youth Championships –

Sara Xuereb u Philip

Gruppetta jirbħu t-Titlu

għat-Tielet Sena

Konsekuttiva

Ritratt 1 u 2

Atleta u Starlites jirbħu l-

Kompetizzjoni Knock

Out tal-1 u 2 diviżjoni

rispettivament

Ritratt 3: Pool

Qormi FC jirbħu l-

Christmas Cup.

Ritratt 4: Football

Malta ser tkun qed

tospita bosta timijiet tal-

futbol barranin li ser

jkun qed juzaw il-

faċilitajiet Maltin għal

kamp ta’ taħriġ.

Fosthom PSV li lagħbu

logħba ta’ ħbiberija ,

liema logħba tilfu kontra

Hibernians.

Ritratt 7: Bowling

Platinum Cup mirbuħa

minn Kenneth Arpa u Sara

Xuereb

Ritratt 7: Bowling

Platinum Cup mirbuħa

minn Kenneth Arpa u Sara

Xuereb

Ritratt 8: Suċċess fil-

logħob ta’ ħbiberija.għall-

Malta

Page 6: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

6

JINTEMM PROĠETT IEĦOR RELATAT MAL-PIXXINA NAZZJONALI

Illum saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Proġett tal-ERDF 339

li huwa proġett għall-aktar enerġija effiċjenti fil-Kumpless tal-

Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq.

Id-dettalji dwar dan il-proġett ingħataw mill-project leader

Dermot Galea li qal li dan il-proġett sar b’investiment totali ta’

€1,156,008, bl-għan jkun li nieħdu ħsieb l-ambjent billi nużaw

enerġija alternattiva, kif ukoll qed jgħin biex il-Pixxina fiż-

żmien li ġej ma tibqax tagħmel telf u tkun ta’ piż fuq il-Gvern

u SportMalta. Huwa elenka l-erbgħa fażijiet tal-proġett li

kienu:

1. L-installazzjoni ta’ heat pumps għall-pixxini,

2. L-installazzjoni ta’ Variable Refrigerant Flow

airconditioning system għall-West Stand, fejn jinsabu l-

uffiċini.

3. L-installazzjoni ta’ solar collectors li ser jkunu użati

biex jissaħħan l-ilma tax-xowers fil-kumpless.

4. L-installazzjoni ta’ pool covers għaż-żewġ pixxini.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-

Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius beda billi feraħ lit-tim tal-

waterpolo li kien għadu kif rebaħ il-logħba kontra t-Turkija

waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo u semma kif il-

Gvern diġa qed jagħti sostenn kbir lill-isport tal-waterpolo u l-

isport akkwatiku ieħor anke bil-bini ta’ pixxina f’Għawdex u

bil-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa. Huwa semma kif il-

politika m’għandha qatt tkun mħallta mal-isport u kollha

għandna niġbdu ħabel wieħed għal dan il-għan.

Page 7: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

7

Huwa semma kif wasal wkoll fil-fażi ta’

aġġudikazzjoni l-għażla tal-perit li ser ikun qiegħed

jagħmel il-pjanti tal-pixxina indoor fil-Kottonera.

Minbarra dan aċċenna għall-miżuri tal-budget relatati

mal-isport li qed ikomplu jaġevolaw lill-komunita’

sportiva. Huwa kompla jgħid li din hija ħolqa oħra

mill-katina ta’ wegħdi elettorali li qed jitwettqu fejn

qed niġġeneraw il-kumpless tal-pixxina tal-Qroqq. Fil-

leġislazzjoni li għaddiet, kien iktar important li jinbnew

faċilitajiet ġodda li mhux dejjem kienu sostenibbli u l-

faċilitajiet eżistenti tħallew fi stat dilapidat.

Waqt din l-inawgurazzjoni, s-Segretarju Parlamentari

Ian Borg spjega li dan il-proġett ikkwalifika taħt il-

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u ser ikun

ibbenefika minn madwar €400,000.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ħabbar ukoll li

għall-ewwel darba ser ikun hemm madwar €5M Fondi

Ewropej li ser ikunu allokati għall-iżvilupp ta’

infrastruttura sportiva f’żoni hekk meqjusa bħala

żvantaġġjati. Dawn il-fondi għandhom l-għan li

jikkumbattu problemi ta’ esklużjoni soċjali kif ukoll

ikomplu jtaffu l-problemi relatati mal-obesita’, spejga

Dr. Borg.

Dr. Borg temm jgħid li bl-istess mod, permezz tal-

investiment ġewwa l-Pixxina Nazzjonali, aktar klijenti

ser jkunu qed jirċievu servizzi ta' kwalità aħjar – anki

b'rati sussidjati lil dawk kollha li huma membri - hekk

kif il-parteċipazzjoni fl-isports mistennija li tkompli

tiżdied.

Iċ-ċermen ta’ SportMalta, Dr. Luciano Busuttil tkellem

dwar ir-relevanza ta’ fondi Ewropej. Huwa ħabbar li

SportMalta fetħet dipartiment relatat max-xogħol tal

Unjoni Ewropeja sabiex l-entita’ tkun iżjed relevanti

f’dan il-qasam.

Page 8: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

8

Il-kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li fl-2016, l-entita’ ser tkun qed iżżomm

ir-ritmu tas-sena li għaddiet. Huwa ħabbar li diġa s’issa ġew konklużi numru ta’ proġetti

filwaqt li l-proġetti l-kbar jinsabu diġa f’fażi ta’ aġġudikazzjoni.

Huwwa semma wkoll li fit-23 ta’ April ser issir konferenza nazzjonali għall-għaqdiet

sportivi kollha u NGOs u anke ħabbar li f’Novembru SportMalta ser tkun qed tospita aktar

minn 300 delegat minn universitajiet differenti għall-assemblea ġenerali tal-ENAS.

MILJUN EWRO KIENU MQASSMA F’SENA LILL-ASSOĊJAZZJONIET SPORTIVI SportMalta ppreżentat l-aħħar sett ta’ għajnuniet

finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti individwali biex

b’kollox, matul is-sena 2015, tat madwar miljun ewro

f’assistenza finanzjarja. Fl-aħħar ċerimonja kien preżentat

total ta’ ’l fuq minn €300,000, li kien jinkludi għajnuna

għall-10 proġetti relatati ma turiżmu sportiv.

B’kollox kienu 214 atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw

minn assistenza finanzjarja matul is-sena li għadha kemm

spiċċat. Dawn kienu maqsumin f’erba’ ċerimonji, bl-aħħar

waħda tkun dik tal-bieraħ filgħaxija. SportMalta torganizza

erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti

ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza

finanzjarja. Dawn huwa parti mir-riforma ta’ SportMalta

għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet,

biex b’hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw

finazjarjament.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius aċċenna għall-fatt li

fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun qiegħed jitnieda l-abbozz tar-

riforma tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi,

sabiex l-assoċjazzjonijet ma jibqgħux jiddependu biss fuq

SportMalta, imma jibdew jkunu awto-suffiċjenti. Huwa

Page 9: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

9

semma’ wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin se titnieda għall-konsultazzjoni din ir-riforma, u ħeġġeġ lill-

pubbliku sabiex jibgħat ir-rimarki tiegħu.

Mark Cutajar, l-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, semma’ li x-xewqa tas-Segretarjat Parlamentari u

ta’ SportMalta hija li s-sena 2017, is-sena tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja, tkun is-sena tal-

isport għal pajjiżna. Huwa ħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet preżenti biex jorganizzaw attivitajiet

internazzjonali f’pajjiżna tul dik is-sena. Cutajar fakkar li, SportMalta, flimkien mal-Għaqda

Ġurnalisti Sport, se tkun qiegħda għal darb’oħra torganizza serata waħda ta’ għoti ta’ unuri li ser

issir nhar it-13 ta’ Frar, u ħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet sportivi sabiex jinnominaw l-aħjar atleti

tagħhom. Cutajar semma li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol biex ikunu preparati serje ta’ emendi

sabiex il-Liġi tal-Isport tkun konforma mal-kuntest preżenti. Semma’ wkoll li l-proġetti li tħabbru

f’Novembru diġà bdew jitlestew u li fil-11 ta’ Jannar ser ikun aġġudikat it-tender biex jiġu

identifikati il-periti għad-disinn tal-estensjoni tal-Kottonera u tal-Youth Village f’Santa Venera.

Iċ-Ċermen ta’ SportMalta, Luciano Busuttil, saħaq fuq l-importanza li SportMalta u l-

assoċjazzjonijiet jiġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-isport f’pajjiżna. Huwa aċċenna għall-bosta

proġetti li imbarkat fuqhom SportMalta, bl-għan li aktar assoċjazzjonijiet jutilizzawhom.

PRIMARY SCHOOLS

BASKETBALL COACHING

CLINIC

Sitt mitt tifel u tifla tal-raba’, ħames u sitt klassi tal-

iskejjel primarji minn madwar Malta ħadu sehem fil-

Primary Schools Basketball Coaching Clinic li kien

organizzat mill-Sport Promotion Unit, fi ħdan Sport

Malta, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija

tal-Basketball. Kowċes mill-klabbs ta’ Hibernians,

Siġġiewi u Floriana kienu preżenti biex jagħtu s-

sostenn lil din l-attivita’. L-enfasi ta' din l-attività kien

li tagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jtejbu l-

aġilita’, l-bilanċ u l-koordinazzjoni (ABCs) permezz

tal-logħba tal-basketball. L-iSport Promotion Unit

jorganizza bosta attivitajiet bbażati fuq l-ABCs tal-

isport għaliex jemmen li dawn huma essenzjali biex

Page 10: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

10

jgħinu lill-istudenti jilħqu livelli aħjar fil-fiżika

tagħhom.

Matul din l-attività t-tfal kellhom l-opportunità li jtejbu

l-ħiliet fundamentali permezz ta' workshops varji taħt

is-superviżjoni ta' kowċes ta’ esperjenza fil-faċilitajiet

tal-basketball f’Ta' Qali u fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal-

Kirkop.

Il-Basketball Coaching Clinic huwa biss wieħed mill-

coaching clinics li l-SPU jorganizza għall-istudenti.

Filfatt sa issa diġa saru coaching clinics fid-dixxiplini

tal-handball, ġinnastika u anke tal-volleyball

STEVIE CAMILLERI TOP SCORER

TAL-KAMPJONAT EWROPEW

It-tim Nazzjonali Malti, immexxi minn Karl Izzo u assistit minn Anthony Farrugia, sġiċċa

l-impenji tiegħu fil-Kampjonat Ewropew li saru f’Belgrad b’rebħa fuq t-Turkija. Rebħa li

biha Malta temmet din l-esperjenza fil-15-il post. Stevie Camilleri irnexxielu jsir l-aktar

plejer li skorja gowls f’din il-kompetizzjoni, b’total ta’ 21 gowl. Is-Segretarju

Parlamentari Chris Agius feraħ lill-iskwadra u l-amministrazzjoni għal dan ir-

riżultat. Din kienet rebħa storika għall-isport Malti u dan jikkonferma li l-

investiment li għamel il-Gvern, permezz ta’ SportMalta u entitajiet oħra, ġie msarraf

f’riżultat tajjeb. Dan jawgura għall-futur sabiħ sewwa għall-waterpolo kif ukoll

għall-isport Malti inġenerali.

Page 11: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

11

15-IL SENA TA’ KOLLABORAZZJONI BEJN

KELLOGG’S U SPORTMALTA

Għal ħmistax-il sena konsekuttiva Kellogg’s qed jagħtu

is-sostenn tagħhom lill-programm #OnTheMove

Skolasport, biex b’hekk din saret l-itwal

kollaborazzjoni ta’ sponsorship fil-qasam sportiv

f’Malta.

Kellogg’s jemmnu bis-sħiħ li sa minn eta’ żgħira t-tfal

għandhom ikunu imħeġġa biex jagħmlu attivita’ fiżika,

u għalhekk anki b’mod internazzjonali Kellogg’s, minn

dejjem tagħti appoġġ lill-inizjattivi sportivi.

32,000 parteċipant matul dawn il-ħmistax il-sena ħadu

sehem fil-porgramm #OnTheMove Skolasport u

trawmu bil-kunċett ta’ għejxien b’saħħtu permezz tal-

ezerċizzju u dieta bilanċjata.

Kelliem għal Kellogg’s stqarr li l-kumpanija tinsab

kburija li dejjem tat is-sostenn lil SportMalta, permezz

tal-programm #OnTheMove Skolasport u li qed tagħti

kontribut biex tgħin fl-iżvilupp ta’ atleti ċkejknin.

Permezz ta’ dan l-isponshorship, Kellogg’s qed

ikompli jikkonferma l-impenn tiegħu biex jippromwovi

ħajja sana fil-komunita’ Maltija.

#OnTheMove Skolasport toffri 55 dixxiplini sportivi

mmexxija minn madwar 200 kowċ professjonali,

fosthom dixxiplini popolari mal-parteċipanti bħaż-żfin,

il-ġinnastika, il-basketball, u l-għawm flimkien ma’

sessjonijiet ‘FUNdamentals’ u ‘Mini-Games’ immirati

għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li

jintroduċu diversi ħiliet sportivi bażiċi fost it-tfal. Din

is-sena ġew ntrodotti wkoll dixxiplini ġodda fosthom l-

Futsal u l-Ġinnastika Ritmika li diġa kellhom suċċess kbir fil-programm Summer On The

Move. Din is-sena #OnTheMove Skolasport qed toffri servizz ieħor, dak tal-għawm għall-

ġenituri u trabi tagħhom sal-eta ta’ tliet snin.

Page 12: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

12

Qegħdin jitwaqqfu tlett akkademji ġodda tal-

Volleyball, tal-Basketball u tal-Ġinnastika bil-

kollaborazzjoni tal-assoċjazzjonijiet rispettivi

bil-għan li aktar tfal ta’ talent ikomplu jimxu

l’quddiem fl-isport. Dawn l-Akkademji

jingħaqdu mal-Akkademji tat-Triathlon u taż-

Żwiemel li kellhom riżultati positivi fis-snin li

għaddew.

On The Move Skolasport 2015-2016 mhux sempliċiment post fejn il-ġenituri jħallu t-tfal u

jkomplu bil-qadi tagħhom, iżda huwa post fejn it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien. Dan il-

programm huwa l-ewwel tarġa biex iħeġġeġ lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà

b’saħħitha fiżikament u mentalment.

L-ISPORT F’GĦAWDEX

Diskuss f’Business Breakfast organizzat mill-Gozo Sport

Board.

L-isport u l-avvanzi tiegħu fil-gżira Għawdxija kienu t-

temi diskussa f’Business Breakfast li kien organizzat

mill-Gozo Sport Board. Attenda għal dan il-Business

Breakfast il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li

semma l-ħolma ta’ ħafna Għawdxin, iġifieri l-proġett ta’

pixxina f’Għawdex, li se ssir realta’ fi żmien li

ġej. Pixxina li mhux biss se tkun utli għaż-żgħażagħ

u għall-isport tal-waterpolo u l-għawm imma wkoll se

tintuża mill-anzjani li jkollhom bżonn tip ta’

rijabitazzjoni.

Page 13: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

13

Ingħataw wkoll dettalji dwar l-konsultazzjoni li saret

qabel tnediet is-sejħa t'interess għall-bini u l-opertat ta'

pixxina f'Għawdex. Dawk li ser jwieġbu għas-sejħa

t'interess iridu jippreżentaw pjanti għall-pixxina kbira

33.3m x 20m u pixxina terapewtika 10m x 5m, flimkien

ma' stand tal-ispettaturi u changing rooms. Is-sejħa

t'interess tagħlaq fid-29 ta' Jannar 2016.

Il-Ministru qal li l-ħidma li qed issir mill-Gozo Sports

Board qed tħalli l-frott. L-isport f’Għawdex qed jitkattar

b’ritmu mpresjonanti fejn din is-sena għall-ewwel darba

giet organizzata Skola Sajf u #OnTheMove Skolasport

b’kollaborazzjoni ma’ SportMalta. Żdiedu ukoll

xi dixxiplini ġodda fosthom l-ibburdjar.

Il-Ministru semma kif fi ftit xhur oħra se terġa’ tittella s-

serata tal-għoti tal-unuri għall-aħjar atleti Għawdxin u se

tkun akbar mis-sena li għaddiet. F’April se jerġa jkun

hemm il-weekend sportiv Għawdxi b’aktar

parteċipazzjoni minn sportivi Maltin li se jkunu

milqugħa f’Għawdex għal weekend sħiħ.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius faħħar l-ħidma

interministerjali li qed issir bejn is-segretarjat tal-isport

u l-ministeru t’Għawdex permezz tal-Gozo Sports Board

u SportMalta. Huwa spjega kif l-Gvern qed jagħmel l-

almu tiegħu biex itejjeb l-infrastruttura ta’ faċilitajiet

eżistenti kemm f’Malta u anke f’Għawdex, pero qiegħed

wkoll jtejjeb il-programmi li joffri liċ-ċittadini. Il-

Gvern qed jara li jifrex l-finanzi nvestiti fl-isport anke

għall-gżira Għawdxija li għal bosta żmien kienet

minsija. Huwa ħabbar li l-Gvern alloka ftit inqas minn

kwart ta’ miljun ewro bħala għajnuna finanzjarja sabiex

ikompju jittejbu l-faċilitajiet sportivi fil-gżira

Għawdxija.

Page 14: WATERPOLO MAFA 4 SEWWIEQA JIEĦDU STEVIE CAMILLERI … · 2016-01-28 · grupp jittieħed fit-toroq tal-Imdina sabiex isegwi rotta, ... faċilitajiet Maltin għal kamp ta’ taħriġ

JANNAR 2016 EDIZZJONI 8

14

L-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar spjega kif ir-riżultat ta’ din il-

kollaborazzjoni huwa #On the Move SkolaSport fejn għall-ewwel darba sar programm

speċifikament għall-Għawdex. Aktar minn 250 parteċipant qed jieħdu sehem, taħt il-

gwida ta’ diversi kowċis Għawdxin li kienu mpjegati minn SportMalta u dan biex iżomm

mal-politka tal-Gvern li jkun ġenerat xogħol minn Għawdex għall-Għawdxin.

Għall-ewwel darba wkoll SportMalta mhux talli involviet lill-gżira Għawdxija fl-

attivitajiet organizzati waqt il-European Week of Sport imma wkoll tat għajnuna

finanzjarja sabiex l-attivitajiet isiru. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar Għawdex kien inkluż wkoll

f’assistenza diretta minn SportMalta biex tkun mibnija tinda f’shooting range.

L-Isport Promotion Unit (SPU) saħħaħ wkoll il-programm tiegħu fl-iskejjel Għawdxin

b’iktar attivitajiet fl-iskejjel u anke b’festivals għall-iskejjel Primarji u kompetizzjonijiet fi

skejjel Sekondarji.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board, Alvin Grech spjega minn fejn beda il-ħidma

tiegħu l-bord inqas minn sena u nofs ilu, fejn fi żmien daqstant qasir irnexxielu jerġa

jnibbet diversi dixxiplini li ma kienux għadhom jiġu prattikati bħall-volleyball, il-

basketball u l-motocross kif ukoll nieda diversi dixxiplini ġodda bħas-soft ball, iċ-ċess u l-

ibburdjar.

Alvin Grech spjega l-viżjoni tal-bord għall-isport f’Għawdex għal futur, fejn enfasizza li

sabiex l-isport jimxi l-quddiem iridu jissaħħu l-għaqdiet sportivi għax dawn huma l-

benniena tal-atleti. Huwa saħaq li kwalunkwe investiment kemm dirett kif ukoll indirett

f’dawn l-għaqdiet huwa investiment sabiex uliedna jkollhom futur sportiv aħjar.

Huwa l-ħsieb li din il-publikazzjoni tibda’ tintbagħat kull xahrejn. Dawk l-assoċjazzjonijiet li jixtiequ li xi

attivita’ li għamlu tidher fuq din il-pubblikazzjoni għandhom jibagħtu ritratt wieħed u informazzjoni dwaru

lil [email protected]. SportMalta u s-Segretarjat Parlamentari jirriserva d-dritt tal-

għażla tar-ritratti li jkunu ppublikati.