9
ID-DISA’ SENA IL-MALTI IL-ĦIN Kompetenzi Ewlenin Il-Qari u l-Kitba Siegħa u nofs L-Isem u l-Kunjom:_______________________________________ Il-Klassi:__________ GĦALL-ISTUDENT/A: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l- preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar. GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEM/A: L-Assessjar Kontinwu It- Taħdit u s- Smigħ Il- Qari Il- Kitba Il- Letteratur a Il- Proġett Il- Fehim mis- Smigħ It- Total 10 10 10 10 10 10 60 Il - Malti Il - Qari u l - Kitba Id-Disa’ Sena Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 1 minn 6 2016 - 2017

stchalfyearlypapers.files.wordpress.com  · Web viewta’ quddiem il-palazz il-Belt kienu jagħmlu arblu kbir midluk bix-xaħam biex jiżloq. u jdendlu fniek ħajjin, perżut, tiġieġ,

Embed Size (px)

Citation preview

ID-DISA’ SENA IL-MALTI IL-ĦIN Kompetenzi Ewlenin Il-Qari u l-Kitba Siegħa u nofs

L-Isem u l-Kunjom:_______________________________________ Il-Klassi:__________

GĦALL-ISTUDENT/A:1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar.

GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEM/A:

L-A

sses

sjar

K

ontin

wu

It-Taħdit u s-Smigħ Il-Qari Il-Kitba Il-Letteratura Il-Proġett Il-Fehim

mis-Smigħ It-Total

10 10 10 10 10 10 60

L-A

sses

sjar

tal-K

arta

ta

l-Kitb

a

Il-Fehim mill-Qari Il-Grammatika Il-Kitba

FunzjonaliIl-Kitba Libera It-Total It-Total

Aħħari

10 10 10 10 40 100

Kummenti: ___________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________Il-Malti ‒ Il-Qari u l-Kitba ‒ Id-Disa’ Sena ‒ Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 1 minn 6

2016 - 2017

A. IL-FEHIM MIT-TEST (10 MARKI)

Aqra sewwa din is-silta tal-fehim mit-test u wieġeb l-eżerċizzji dwarha.

Il-Karnival ta’ MaltaIl-Karnival hu wieħed mill-festi tradizzjonali Maltin u ilu jsir ħafna qabel ma ġew Malta l-Kavallieri ta’ San Ġwann. Qabel il-Karnival kien isir fil-Birgu iżda wara li nbniet il-Belt Valletta beda jsir hemm.

Dari kienet issir il-kukkanja billi fil-misraħ ta’ quddiem il-palazz il-Belt kienu jagħmlu arblu kbir midluk bix-xaħam biex jiżloq

u jdendlu fniek ħajjin, perżut, tiġieġ, bxiekel bil-bajd u ħwejjeġ oħra fil-parti ta’ fuq. Waqt il-kukkanja n-nies riedet tipprova titla’ mal-arblu u dak li jirnexxilha tieħu jkun tagħha.

Illum il-Karnival jibda mill-Ġimgħa f’nofsinhar iżda l-qofol tiegħu jibda s-Sibt filgħodu bil-Karnival tat-tfal. F’nofs il-misraħ tinżifen il-Parata; iż-żifna bix-xwabel li tfakkarna fir-rebħa tal-Maltin fuq it-Torok fit-8 ta’ Settembru 1565 – Jum il-Vitorja.

L-isfilata tal-Karnival b’dawk il-karrijiet kollha kuluri tkun immexxija mir-Re tal-Karnival. Ħafna nies imorru jaraw iż-żfin tal-kumpaniji bil-kostum. F’xi rħula Maltin isir Karnival sempliċi fejn in-nies, speċjalment it-tfal, jilbsu ċ-ċraret u lbies imqatta’. Kulħadd jagħmel xi ċajta jew ħmerija iżda l-Karnival tar-raħal għoddu spiċċa ħlief dak tan-Nadur Għawdex li sar popolari mhux ftit. Ħelu tradizzjonali marbut mal-Karnival hu l-perlini u l-prinjolata.

(silta addattata mill-ktieb Ilwien – Taħriġ il-Fehem ta’ Magdalen Cucciardi)

1. Kompli dawn is-sentenzi. (6 marki)

Il-Malti ‒ Il-Qari u l-Kitba ‒ Id-Disa’ Sena ‒ Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 2 minn 6

1. Il-Karnival ilu jsir minn qabel ġew

__________________________________________. (1)

2. Fi żmienna l-Karnival jibda

________________________________________________. (1)

3. L-isfilata tal-karrijiet tkun immexxija

________________________________________. (1)

4. F’Għawdex, il-Karnival sar l-aktar popolari ġewwa

_____________________________. (1)

5. Il-ħelu marbut mal-Karnival hu ______________________ u

_____________________. (2)

2. Agħmel sing taħt it-tweġiba t-tajba. (4 marki)

1. Il-Karnival kien jiġi ċċelebrat l-ewwel: (1)

(a) in-Nadur. (b) il-Belt Valletta.

(ċ) il-Birgu.

2. Fil-kukkanja kienu jistgħu jirbħu: (1)

(a) perlini u prinjolata. (b) fniek ħajjin, perżut u tiġieġ. (ċ) ħwejjeġ tal-Karnival ikkuluriti.

3. Illum il-ġurnata s-Sibt filgħodu jkun hemm: (1)(a) il-Parata. (b) il-kukkanja. (ċ) il-wirja tal-ħelu tradizzjonali.

4. Il-Parata hija: (1)(a) kompetizzjoni għal min jaf jiġġieled.

Il-Malti ‒ Il-Qari u l-Kitba ‒ Id-Disa’ Sena ‒ Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 3 minn 6

(b) tifkira tar-rebħa tal-Maltin fuq it-Torok.(ċ) kompetizzjoni għat-tfal bil-kostumi tal-Karnival.

B. IL-GRAMMATIKA (10 MARKI)

1. Ikteb kliem minflok numri. (4 marki)Ilbieraħ xtrajt ____________________ (3) boroż perlini, ____________________ (2) prinjolati u ____________________ (5) maskli; waħda għalija u l-____________________ (4) l-oħra għall-kuġini.

2. Imla l-vojt b’verbi fil-preżent fit-tieni persuna singular (int ). (6 marki)Aħjar ____________________ (kul) xi frotta minflok ħafna prinjolata għax wara jkollok ____________________ (għamel) ħafna eżerċizzji biex ____________________ (ħaraq) il-kaloriji kollha li tkun kilt!

Ċ) IL-KITBA FUNZJONALI (10 MARKI)

1. Permezz tal- mappa t’hawn taħt kompli ikteb id- direzzjonijiet li jmiss sabiex twassal lil xi ħadd minn ħdejn il-funtana sal-entratura ta’ Ġnien il-Ful li tinsab fi Triq Kalanċ Saliba.

Il-Malti ‒ Il-Qari u l-Kitba ‒ Id-Disa’ Sena ‒ Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 4 minn 6

Direzzjoni minn ħdejn il-funtana sal-entratura ta’ Ġnien il-Ful.

1. Ibda imxi fi Triq Santa ____________________ u ilwi mat-tieni triq fuq ____________________. Din hi Triq ____________________.

2. Dur fuq ____________________ mat-tieni triq li twasslek fi Triq ____________________ ____________________.

3. Dur fuq ________________________________ u _________________________________________________________________________________________________________ .

D) IL- KITBA LIBERA (10 MARKI) 1. Malta hi waħda mill-isbaħ gżejjer fil-

Mediterran. Uża dan il-pjan biex jgħinek tibni sentenzi jew

paragrafi tajbin.

Il-Malti ‒ Il-Qari u l-Kitba ‒ Id-Disa’ Sena ‒ Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 5 minn 6

Postijiet ta’ interess f’Malta (il-bajjiet, il-kampanja, ...) ________________________________________________________________

Ikteb sentenzi jew paragrafi skont il-pjan li fassalt.

________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________

Il-Malti ‒ Il-Qari u l-Kitba ‒ Id-Disa’ Sena ‒ Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 6 minn 6

Pjan

Attivitajiet (il-kunċerti, il-festi, ...) ____________________________________

Ikel u xorb tipiku Malti (il-ħobż Malti, il-Kinnie, ...)

_________________________________

It-temp Malti (xemxi, bnazzi, ...)__________________

________________________________________________________

Snajja’ u tradizzjonijiet (il-bizzilla, il-furnara, ... ) ________________________________________________________

Postijiet storiċi (it-tempji megalitiċi, il-mużewijiet, ...)

____________________________________________________

_______________

__________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________

TMIEM IL-KARTA

Il-Malti ‒ Il-Qari u l-Kitba ‒ Id-Disa’ Sena ‒ Kompetenzi Ewlenin Frar 2017 Paġna 7 minn 6