8
GAZZETTA MAĦRUĠA MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA KATARINA V.M., PALAZZ ALEXANDRIA, 37, MISRAĦ REPUBBLIKA, ŻURRIEQ. TEL. 21647826 - 21640354 - www.stcatherineband.org.mt Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 IL-KELMA TAL-PRESIDENT - Is-Sur Philip Schembri NEWSPAPER POST Għeżież membri Il-festi tal-bidu tas-sena għaddew u bdejna l-ħidma għal sena ġdida. Nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha li ħallsu t-tessera biex jiffurmaw parti minn din il-familja ta’ soċji li dejjem tikber. Kellna numru sabiħ ta’ membri li diġa ħallsu l-menswalita, numru li jagħmlilna kuraġġ għall-futur. Ta’ dan jien nixtieq nirringrazzjakom. Ix-xahar ta Frar għadu kemm għadda u miegħu għaddiet ukoll l-ewwel festa, dik ta’ San Pawl. Għalkemm għal min mhux involut direttament fil-festi jgħidlek li l-festi għadhom ‘il-bogħod, għal min hu nvolut jirrealizza li dan huwa perjodu ta’ xogħol li ma jaqta’ xejn. Kif se taraw f’din il-gazzetta, ikkonfermajna diversi servizzi li l-Banda tagħna se tagħmel matul din is-sena. F’dan il- mument tinduna kemm għandna banda ta’ min ikun kburi biha. In-numru kbir ta’ talbiet għas-servizzi li rċevejna huwa sinjal ċar li juri l-fama sabiħa li l-banda tagħna tgawdi barra r-raħal tagħna. Nixtieq nagħmel appell biex il-bandisti jagħtu s-sehem tagħhom ħalli nkomplu nkabbru l-isem tas-Soċjeta’ tagħna. Bħalissa s-Sotto kumitati u sezzjonijiet huma kollha għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex jiġbru l-fondi b’risq is-soċjeta’ tagħna. Huwa fatt sabiħ u li jimliena b’kuraġġ in-numru sabiħ ta’ nies li jattendu għal dawn l-attivitajiet. Filwaqt li nħeġġeġ biex kulħadd jattendi għal dawn l-attivitajiet u b’hekk inkunu qed nagħtu appoġġ lis-Sotto Kumitati u Sezzjonijiet li jorganizzaw l-attivita’ , nittama li kulħadd qed joħroġ sodisfatt. Ninsabu resqin lejn festa kbira fil-kalendarju tal-Knisja – il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira. F’din l-okkazzjoni s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti se jtellgħu attivitajiet sbieħ relatati ma’ din il-festa. Filwaqt li nirrakomandalkom li tattendu għal dawn l-okkażjonijiet, nixtieq nirringarazzjakom meta tingħaqdu magħna għal dawn l-attivitajiet. Għadu kemm kellna l-eżerċizzi li ġew organizzati mis-Soċjeta’ fejn ġew mistiedna membri tas-Soċjetà tal-MUSEUM sabiex joffru s-servizz ta’ tagħlim tagħhom. Kienu eżerċizzi interessanti ħafna fejn dawn ixxandru wkoll fuq Radju Santa Katarina. Hawnhekk nixtieq nirrangrazzja lil kull min hu involut fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’, xandru u wasslu l-eżerċizzi fid-djar ta’ dawk li ma setgħux jattendu. Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ ukoll lis- sezzjoni Nisa għall-anniversarju ta’għeluq it-30 sena mit-twaqqif tagħhom. Kienu 30 sena ta’ ħidma kontinwa li matulhom inħolqu ħafna opri sbieħ li għadna ngawdu l-frott tagħhom sal-lum. Nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat tan-Nisa għax-xogħol siewi li jagħmlu matul is-sena. Missirijietna għarfu l-importanza tan-nisa fis-soċjeta’ tagħna u jkollna nirrikonoxxu l-kontribut kbir li taw lis- soċjeta’ tagħna matul is-snin. Minn hawn nixtieq insellem ukoll lil dawk il-membri nisa li ħallew din id-dinja – j’Alla jtihom il-mistrieħ ta’ dejjem. Nixtieq niftakru wkoll fil-ħbieb tagħna tas-Soċjetà Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan ta’ Ħal-Qormi li għaddejjin minn dan il-mument diffiċli ħafna. Aħna bħala Soċjeta’ dejjem noffru l-appoġġ tagħna lejhom. Niftakru fihom fit-talb tagħna. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lis-soċji tal- għajnuna u tas-sapport kbir li dejjem urejtu lejn is-Soċjeta’ tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sotto-Kumitati u Sezzjonijiet li dejjem jorganizzaw attivitajiet b’risq is- Soċjeta’. Inheġġeġ lil kulħadd biex jattendu għal dawn l-attivitajiet li qed isiru mis-Sezzjonijiet u mis-Sotto Kumitati, ħalli dejjem ngħinu lis-Soċjeta’ tagħna. J’Alla Santa Katarina tkompli titlob għalina u tkompli żżomm idejha fuqna. Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd

Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

  • Upload
    others

  • View
    33

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

GAZZETTA MAĦRUĠA MIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA KATARINA V.M., PALAZZ ALEXANDRIA, 37, MISRAĦ REPUBBLIKA, ŻURRIEQ.

TEL. 21647826 - 21640354 - www.stcatherineband.org.mt

Edizzjoni Nru. 23Frar, Marzu, April 2010

IL-KELMA TAL-PRESIDENT - Is-Sur Philip Schembri

NEWSPAPER POST

Għeżież membri

Il-festi tal-bidu tas-sena għaddew u bdejna l-ħidma għal sena ġdida. Nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha li ħallsu t-tessera biex jiffurmaw parti minn din il-familja ta’ soċji li dejjem tikber. Kellna numru sabiħ ta’ membri li diġa ħallsu l-menswalita, numru li jagħmlilna kuraġġ għall-futur. Ta’ dan jien

nixtieq nirringrazzjakom. Ix-xahar ta Frar għadu kemm għadda u miegħu

għaddiet ukoll l-ewwel festa, dik ta’ San Pawl. Għalkemm għal min mhux involut direttament fil-festi jgħidlek li l-festi għadhom ‘il-bogħod, għal min hu nvolut jirrealizza li dan huwa perjodu ta’ xogħol li ma jaqta’ xejn. Kif se taraw f’din il-gazzetta, ikkonfermajna diversi servizzi li l-Banda tagħna se tagħmel matul din is-sena. F’dan il-mument tinduna kemm għandna banda ta’ min ikun kburi biha. In-numru kbir ta’ talbiet għas-servizzi li rċevejna huwa sinjal ċar li juri l-fama sabiħa li l-banda tagħna tgawdi barra r-raħal tagħna. Nixtieq nagħmel appell biex il-bandisti jagħtu s-sehem tagħhom ħalli nkomplu nkabbru l-isem tas-Soċjeta’ tagħna.

Bħalissa s-Sotto kumitati u sezzjonijiet huma kollha

għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex jiġbru l-fondi b’risq is-soċjeta’ tagħna. Huwa fatt sabiħ u li jimliena b’kuraġġ in-numru sabiħ ta’ nies li jattendu għal dawn l-attivitajiet. Filwaqt li nħeġġeġ biex kulħadd jattendi għal dawn l-attivitajiet u b’hekk inkunu qed nagħtu appoġġ lis-Sotto Kumitati u Sezzjonijiet li jorganizzaw l-attivita’ , nittama li kulħadd qed joħroġ sodisfatt.

Ninsabu resqin lejn festa kbira fil-kalendarju tal-Knisja

– il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira. F’din l-okkazzjoni s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti se jtellgħu attivitajiet sbieħ relatati ma’

din il-festa. Filwaqt li nirrakomandalkom li tattendu għal dawn l-okkażjonijiet, nixtieq nirringarazzjakom meta tingħaqdu magħna għal dawn l-attivitajiet. Għadu kemm kellna l-eżerċizzi li ġew organizzati mis-Soċjeta’ fejn ġew mistiedna membri tas-Soċjetà tal-MUSEUM sabiex joffru s-servizz ta’ tagħlim tagħhom. Kienu eżerċizzi interessanti ħafna fejn dawn ixxandru wkoll fuq Radju Santa Katarina. Hawnhekk nixtieq nirrangrazzja lil kull min hu involut fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’, xandru u wasslu l-eżerċizzi fid-djar ta’ dawk li ma setgħux jattendu.

Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ ukoll lis-

sezzjoni Nisa għall-anniversarju ta’għeluq it-30 sena mit-twaqqif tagħhom. Kienu 30 sena ta’ ħidma kontinwa li matulhom inħolqu ħafna opri sbieħ li għadna ngawdu l-frott tagħhom sal-lum. Nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat tan-Nisa għax-xogħol siewi li jagħmlu matul is-sena. Missirijietna għarfu l-importanza tan-nisa fis-soċjeta’ tagħna u jkollna nirrikonoxxu l-kontribut kbir li taw lis-soċjeta’ tagħna matul is-snin. Minn hawn nixtieq insellem ukoll lil dawk il-membri nisa li ħallew din id-dinja – j’Alla jtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.

Nixtieq niftakru wkoll fil-ħbieb tagħna tas-Soċjetà

Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan ta’ Ħal-Qormi li għaddejjin minn dan il-mument diffiċli ħafna. Aħna bħala Soċjeta’ dejjem noffru l-appoġġ tagħna lejhom. Niftakru fihom fit-talb tagħna.

Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lis-soċji tal-

għajnuna u tas-sapport kbir li dejjem urejtu lejn is-Soċjeta’ tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sotto-Kumitati u Sezzjonijiet li dejjem jorganizzaw attivitajiet b’risq is-Soċjeta’. Inheġġeġ lil kulħadd biex jattendu għal dawn l-attivitajiet li qed isiru mis-Sezzjonijiet u mis-Sotto Kumitati, ħalli dejjem ngħinu lis-Soċjeta’ tagħna. J’Alla Santa Katarina tkompli titlob għalina u tkompli żżomm idejha fuqna.

Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M.tawgura

l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd

Page 2: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. tifraħ lis-Sur Ġorġ Sammut

(membru fis-Sotto Kumitat Kultura tas-Soċjeta’) għall-għoti tat-titlu

‘Ċittadin Ewlieni taż-Żurrieq’ mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.

EDITORJAL

Paġna 2 - Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010

IL-MULEJ SEJĦILHOM BIEX TIDĦOL FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM

Membru Francis Borg 1 ta’ Diċembru 2009Membru Anthony Grixti 12 ta’ Jannar 2010Membru Carmen Schembri 14 ta’ Jannar 2010Membru Catherine Sammut 28 ta’ Jannar 2010Membru Emanuel Polidano 5 ta’ Frar 2010Membru Karmenu Żammit 5 ta’ Marzu 2010Membru Joseph Abdilla 6 ta’ Marzu 2010Katarina Farrugia 16 ta’ Marzu 2010

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Għeżież qarrejja,

Wasalna għal ħarġa oħra tal-gazzetta Sancta Catharina Zurricanorum Patrona sabiex inkunu nistgħu nwasslulkom f’darkom dak kollu li se jkun qed jiġri fis-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. fil-ġimgħat li ġejjin. Kif se tkunu tistgħu taraw, minn din il-ħarġa ttieħdet id-deċiżjoni mill-Kumitat Ċentrali sabiex din il-gazzetta tibdel xi ftit il-mod ta’ kif is-Sotto Kumitati u Sezzjonijiet se jkunu qed iwasslu l-messaġġi tagħhom. Dan qed isir sabiex il-messaġġ ikun aktar ċar u effettiv. Minkejja dan kollu, xorta waħda inħasset il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ fil-materjal li se jkun qed jiġi provdut u fil-fatt anke f’din il-ħarġa, wieħed se jkun qed jiltaqa’ mal-Messaġġ tal-President, mal-artiklu ppreparat mis-Sur Jeremy Cachia, mar-Rokna għat-Tfal kif ukoll ma’ ħafna informazzjoni utli oħra miġbura għalikom mill-President Onorarju Karmenu Żerafa. Bla dubju ta’ xejn, naħseb li kif se

tindunaw, l-attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa se jkunu qed jokkupaw spazju prominenti minn din il-gazzetta. Madanakollu, aktar dettalji dwar l-attivitajiet li se jkunu qed jiġu msemmija f’din il-ħarġa, wieħed se jkun jista’ jiksibhom permezz ta’ Radju Santa Katarina fuq il-frekwenza ta’ 90.6FM.

Nixtieq infakkarkom li min għandu xi suġġerimenti dwar x’nistgħu ninkludu fil-gazzetta kif ukoll jekk għandkom xi ritratti x’jistgħu jiġu ppublikati nitlobkom biex tgħadduhom lili fuq l-indirizz:- L-Editur, Sancta Catharina Zurricanorum Patrona, Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq. Tistgħu ukoll tikkuntatjawna permezz tal-email fuq [email protected].

Qabel nagħlaq din in-Nota Editorjali, nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nawguralkom l-Għid it-Tajjeb.Kevin Schembri - EDITUR

Bord EditorjaliSchembri Kevin EditurGatt Anna Maria Assistenta EditriċiCamilleri Moses TeżorierCassar Mark Website DesignerCassar Karl Website DeisgnerCamilleri Marvin Rappreżentant Sezzjoni ZgħażagħCamilleri Moses Rappreżentant Sezzjoni ArmarFarrugia Catherine Rappreżentanta Sezzjoni NisaFarrugia Richard Rappreżentant Kum. BandaSammut Fawstina Rappreżentanta Sotto Kum. KulturaSchembri Kevin Rappreżentant Kumitat ĊentraliSchembri Kevin Rappreżentant Sotto Kumitat RSK 90.6FMZammit Oliver Rappreżentant Sotto Kumitat Nar

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Page 3: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 3 - Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010

FESTA TAL-VERĠNI MARIJA TAD-DULURIInħeġġu lill-Fratelli tas-Sagrament sabiex jieħdu sehem fil-Purċissjoni tad-Duluri li se ssir nhar il-Ġimgħa 26 ta’

Marzu 2010 fis-6.00p.m.

Page 4: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Skeda Tipika ta’ Radju Santa Katarina 90.6FM

Paġna 4 - Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010

EŻERĊIZZI SPIRITWALI FIL-KAŻIN - Karmenu Zerafa – President OnorarjuBħas-snin li għaddew, din is-sena wkoll saru l-eżerċizzi għall-membri fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin mill-1 sat-3 ta’ Marzu 2010. Il-Kelliema kienu dawn il-membri tal-M.U.S.E.U.M.: is-Soċju Manwel Mizzi ta’ Ħaż-Żabbar, is-Superjur Emanuel Fenech ta’ Ħal-Qormi u s-Soċju Joseph Azzopardi tal-Gudja. Fil-bidu ta’ dawn it-taħdidiet saret introduzzjoni minn Dun Raymond Cassar, id-Direttur Spirtiwali tas-Soċjeta’. Fl-aħħar jum saret Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagrament u l-għeluq bil-Barka Sagramentali. Fit-tmiem sar ringrazzjament mis-Sur Philip Schembri, il-President tas-Soċjeta’. Dawn it-taħdidiet ġew imxandra fuq Radju Santa Katarina.

TAĦDIDIET MILL-MEMBRI TAL-M.U.S.E.U.M.fil-Bar tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

It-Tnejn 12 ta’ April 2010 7.00p.m.It-Tnejn 10 ta’ Mejju 2010 7.00p.m.

Inħeġġu lill-membri biex jattendu għal dawn il-laqgħat

It-Tnejn07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 15:00:- Italo RSK(R) ; 15:00 – 17:30:- Baned u Surmastrijiet(R) ; 17:30 – 18:20 – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:30:- Tuttosport; 20:30 – 21:45:- RSK Rock; 21:45 – 23:00:- Dance MusicIt-Tlieta07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 13:45:- Topic Music(R); 13:45 – 14:45:- Musicals(R) ; 15:30 – 17:30:- Noti Mużikali; 17:30 – 18:20: – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:30:- Vjaġġ Mużikali ; 20:30 – 22:30:- Dancefloor SessionsL-Erbgħa07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 13:40:- RSK Rock(R); 13:40 – 14:30:- Sibt-ek Saħħa (R) ; 15:00 – 17:30:- Tiżwieqa; 17:30 – 18:20: – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:00:- Topic Music; 20:00 – 22:00:- Inġeddu l-Memorji

Il-Ħamis07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 14:30:- Vjaġġ Mużikali(R); 14:30 – 15:30:- Films u Mużika; 15:30 – 17:30:- Tiżwieqa ; 17:30 – 18:20: – Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:15:- Storja RSK; 20:30 – 22:30:- Global Zone

Il-Ġimgħa07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05:- Repertorju Malti; 08:35 – 09:00:- Rumanz; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Rumanz; 12:20 – 13:45:- Musicals; 13:45 – 15:30:- Storja RSK(R) ; 15:30 – 17:45:- Inġeddu l-Memorji(R) ; 17:45 – 18:20:– Rużarju u Quddiesa; 18:20 – 20:30:- Italo RSK; 20:30 – 22:30:- Dance Music

Is-Sibt07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:05 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05:- Leġġendi u Novelli; 12:20 – 14:15:- Country & Western Free Zone; 14:15 – 18:00:- Sibt-ek; 18:00 – 19:00:– Quddiesa; 19:00 – 20:00:- Films u Mużika(R) ; 20:00 – 22:00:- Global Zone(R)

Il-Ħadd07:35 – 08:00:- Rużarju u Ħsieb tal-Jum; 08:00:- Angelus; 08:15 – 09:00:- Quddiesa tal-Ħadd; 09:00 – 12:00:- Sbieħ il-Jum; 12:00:- Angelus; 12:05 – 14:30:- Baned u Surmastrijiet Maltin; 14:30 – 16:30:- Afternoon Breeze; 16:30 – 17:45:- Tiżwieqa; 17:45 – 21:15:- Sibt-ek(R) ; 21:15 – 23:00:- Dance Music

SMS:- 50611002 • SMS (Donazzjoni) 50617377 (€2.33) Email:- [email protected] • Telephone:- 21640110

JOIN RSK FAN CLUB

Page 5: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 5 - Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti ser torganizza RetRo Music Night

flimkien ma Marisa D'Amato,nhar is-Sibt 17 t' April 2010 u nhar is-Sibt 8 ta’ Mejju 2010

fis-sala tal-Bar tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. Żurrieq.Biljetti jistgħu jinkisbu mill-bar tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. Żurrieq

jew mingħand is-Sinjura Gejta Farrugia.

IS-Sezzjoni Nisa tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tagħlaq 30 Sena mit-Twaqqif Tagħha

1980 - 2010Karmenu Żerafa – President Onorarju

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2010, membri mis-Sezzjoni Nisa flim-ien mal-Kumitat Ċentrali u diversi Sotto Kumitati u Sezzjonijiet oħra tas-Soċjeta’ imxew wara l-istandard tas-Soċjeta’ sal-Knisja Matriċi u Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. fejn ġiet iċċelebrata Quddiesa ta’ Ringrazzjament lil Alla f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif tas-Sezzjoni Nisa. Iċ-ċelebrant tal-Quddiesa kien Dun Raymond Cassar, id-Direttur Spiritwali tas-Soċjeta’ li niseġ omelija wara l-Qari tal-Evanġelju. Ħa sehem ukoll il-grupp tal-Kant ‘Re-joice’.

Wara saret laqgħa għall-membri kollha fis-sala Espedito Deguara tal-Każin fejn saru żewġ diskorsi, wieħed mill-President tas-Soċjeta’, is-Sur Philip Schembri u l-ieħor miċ-Chairperson tas-Sezzjoni Nisa, s-Sinjura Anna Camilleri. Fost il-

membri preżenti attendew ukoll l-ewwel żewġ Chairpersons li huma s-Sinjuri M’Anna Grixti u Emma Mallia. Ġew ippreżentati xi tifkiriet u ġie organizzat High Tea.

Din hija l-Ewwel Sezzjoni Nisa li twaqqfet fiż-Żurrieq 30 sena ilu.

N.B. Il-President Ġużeppi Gauci B.E.M. kien issuġġerixxa li titwaqqaf is-Sezzjoni Nisa fis-Soċjeta’ tagħna fis-Seduta bejn il-membri tal-Kumitat tal-20

ta’ Frar 1980.

Is-Sezzjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. se jorganizzaw

HIGH TEAil-Ġimgħa 9 t’April 2010 u l-Ġimgħa 7 ta’ Mejju 2010

(fl-okkażjoni tal-Mother’s Day) fis-7.00p.m.Fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq

Is-Sezzjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. se jorganizzaw

COFFEE MORNINGL-Erbgħa 24 ta’ Marzu 2010 fl-Imperial Hotel

L-Erbgħa 21 t’April 2010 fil-Carrubia Restaurant, Marsaxlokku l-Erbgħa 26 ta’ Mejju 2010 ġewwa l-Fanal Restaurant f’Wied il-Għajn

Tluq fit-8.30a.m. minn ħdejn l-iskola

Page 6: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

Paġna 6 - Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Għalikom it-Tfal - Anna Maria

Kif intom tfal?

Ix-xhur tas-sena għaddejin ġmielhom u bil-mod il-mod resqin anke għas-sajf. Kompli stinkaw u għamlu l-aħħar naqra sagrifiċċju ħalli mbagħad tgawdu bi ħġarkom il-vaganzi. Fl-edizzjonijiet kollha li għaddew kellimtkom fuq qaddisin li jisimhom Katarina bħal qaddisa padruna tagħna.

Pero’ illum se nkellimkom fuq qaddisa oħra li Santa Katarina ta’ Lixandra mexxietha u iggwidatha tul ħajjitha. Qed nirreferi għal Santa Govanna d’Arco. Govanna twieldet fi Franza fis-6 ta’ Jannar 1412 eżattament fil-villaġġ ta’ Domremy. Govanna, li isimha propja kien Jeanette, kienet l-iżgħar fost ħamest aħwa. Ommha Isabelle għallmitha ħafna dwar il-fidi nisranija. Kull min kien jaf lil Govanna, jew Jeanette, kien jafha b’tifla ubbidjenti, akkanita għar-reliġjon, ġeneruża u dejjem lesta tgħin lil min hu fil-bżonn.

Iżda kif tidħol fl-istorja Santa Katarina? Meta Govanna kellha tlettax-il sena, hi bdiet tisma’ vuċijiet misterjużi li kienu jħeġġuha tattendi l-knisja u li Alla kien se jkun magħha tul ħajjitha kollha. Govanna stqarret li dawn il-vuċijiet kienu ta’ l-Arkanġlu San Mikiel, ta’ Santa Margerita u ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra. Dawn il-vuċijiet Govanna baqgħet tismagħhom tul ħajjitha u meta kellha tmintax-il sena bdew iħeġġuha biex tmur tiġġieled għal-liberazzjoni ta’ Franza u biex twassal lil Karlu biex ikun inkurunat re fil-belt ta’ Reims.

Meta Govanna qalet b’dan lill-gvernatur ta’ belt fil-qrib tal-villaġġ fejn kienet tgħix dan ma tantx emminha. Kif tista’ tfajla ta’ tmintax-il sena tiġġieled u tirbaħ kontra l-Imperu Ingliż? Iżda wara ħafna battibekki hu ta l-permess tmur tkellem lil Karlu li kien l-eredi għat-tron ta’ Franza.

Imma għalissa ħa nħallikom bil-kurżita’ u nkomplu l-istorja ta’ Govanna d’Arco fil-ħarġa li jmiss ta’ din in-newsletter. Iżda għalikom għandna kompetizzjoni żgħira. Tridu twieġbu għal din il-mistoqsija:

Il-villaġġ ta’ Domremy, mil-liema reġjun Franċiż jifforma parti? (Lorraine, Bretagne, Auverne)

Biex ngħinkom naqra ngħidilkom li hawn xi tfal bniet li jisimhom hekk! Ibgħatu t-tweġibiet tagħkom lil:Zurricanorum Patrona

Kompetizzjoni Għalikom TfalPalazz Alexandria

Misraħ Repubblika

Is-Sotto Kumitat Armar fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. se torganizza

CINEMA DAY GĦAT-TFALNhar it-Tnejn 5 ta’ April 2010

Is-Sotto Kumitat Nar tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

se jorganizza

COUNTRY NIGHTma’ Marisa D’Amato

Is-Sibt 27 ta’ Marzu 2010 u s-Sibt 1 ta’ Mejju 2010Fil-Bar tal-Każin Banda Santa Katarina V.M

Is-Sotto Kumitat Armar fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.se torganizza

EARLY EASTER BUFFET BREAKFASTNhar is-Sibt 3 ta’ April 2010

Fil-Każin wara l-Quddiesa tal-Għid il-Kbir

Page 7: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

SANCTA CATHARINA - Zurricanorum Patrona

Paġna 7 - Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010

Is-Sotto Kumitat Kulturafi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. se jorganizza

ĦARĠA KULTURALINhar il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2010

Se nżuru l-Knisja l-Qadima tas-Siġġiewi u wara l-Limstone HeritageTluq mill-Venda fis-1.30p.m.

Biljetti mill-Bar tal-Każin jew mingħand is-Sotto Kumitat Kultura

PROGRAMM TA’ MARĊI FUNEBRIU MUŻIKA SAGRA

Mill-Banda Santa Katarina V.M.Nhar il-Ħadd 28 ta’ Marzu 2010 f’ Misraħ Repubblika, Żurrieq

Mill-10.00a.m. ‘il-quddiem

Attivitajiet tal-Banda Santa Katarina V.M. - Richard FarrugiaChairman Kummissjoni Banda

SERVIZZI GĦAS-SENA 2010 MILL-BANDA SANTA KATARINA V.M.28 ta’ Marzu Programm Marċi Funebri Żurrieq14 ta’ Ġunju Santa Katarina Żejtun3 ta’ Lulju Sacro Cuor Sliema9 ta’ Lulju San Ġużepp Kirkop15 ta’ Lulju San Ġorġ Victoria – Gozo1 t’Awwissu San Duminku Valletta3 t’Awwissu Salvatur Lija14 t’Awwissu Santa Marija Qrendi15 t’Awwissu Santa Marija Qrendi22 t’Awwissu Santa Marija Bubaqra – Żurrieq29 t’Awwissu Ħruġ il-Vara min-Niċċa Żurrieq2 ta’ Settembru Programm Tieni Tridwu Żurrieq3 ta’ Settembru L-Aħħar Tridwu Żurrieq4 ta’ Settembru Marċ Te Deum Żurrieq5 ta’ Settembru Santa Katarina Prim Konċlelbrant Żurrieq5 ta’ Settembru Santa Katarina Marċ tan-Nar Żurrieq26 ta’ Settembru Santa Katarina Id-Daħla – Rabat3 T’ Ottubru Tar-Rużarju Żurrieq25 ta’ Novembru Festa Liturġika Santa Katarina Żurrieq25 ta’ Diċembru Milied Żurrieq

AvviżiLezzjonijiet tal-BandaSezzjoni Ramm:- Kull nhar ta’ Tlieta mill-5.00p.m. sas-7.00p.m. mas-Surmast Mario Testa.Sezzjoni Injam:- Kull nhar ta’ Sibt mit-8.30a.m. sal-11.30a.m. mal-Assistent Surmast Josef Grech.Kunċerti:- Kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00p.m.

Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.se torganizza

ĠABRA TAL-GĦIDNhar il-Ħadd 11 ta’ April 2010 Fit-Toroq taż-Żurrieq

Filwaqt li s-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. tirringrazzjakom bil-quddiem, titlob lill-membri sabiex ikunu ġenerużi fl-għotjiet tagħhom.

Page 8: Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010 GAZZETTA MAĦRUĠA … · 2013. 6. 19. · fix-xogħol tar-radju, li bix-xogħol volontarjat u siewi li qed jagħmlu b’risq is-soċjeta’,

Paġna 8 - Edizzjoni Nru. 23 Frar, Marzu, April 2010

De

sign &

Print

ing:

Tel:

2125

0994

/3

Xi Avvenimenti li Għaddew matul ħajjet is-Soċjetà f’dawn l-Aħħar Snin - miġbura minn Jeremy Cachia

Biex Ma ninsewhom Qatt! NIKOLA FARRUGIA (ta’

Kif inhu s-sewwa magħruf, il-ħajja tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M., tul il-medda ta’ l’fuq minn 145 sena, il-mużika baqgħet dejjem kontinwa imma taħt żewġ forom differenti; kemm b’element bandistiku u kif ukoll b’dak orkestrali. Illum ħa nitkellmu fuq Nikola Farrugia minn ‘ta’ Żrott’ li kien bandist mal-Banda Santa Katarina V.M. fil- bidu tan- snin tas-seklu l-ieħor (c.1909 – 1920)

Minn informazzjoni u dokumentazzjonijiet mgħoddija lilna miż-żewġ uliedu Catherine Caruana u Guża Farrugia; Nikola twieled iż-Żurrieq fl-14 t’Awissu 1890 iben Andrew Farrugia u Rosaria Mangion. Nikola kien jiġi z-ziju ta’ Dun Salv Farrugia u Dun Pawl Farrugia; 2 saċerdoti Żrieraq ukoll minn ta’ Żrott. Nikola żżewweġ lil Katarina Farrugia

ta’ Keili mill-Qrendi u minn dan iż-żwieġ; Nikola u Katarina kellhom 8 itfal. Dawn huma Catherine, Pawlu, Faustina, Rosaria, u Guża u 3 itfal oħra li mietu zgħar.

Iż-żewġ ulied; Catherine u Guża qalulna li missierhom kien jiffrekwenta l-każin tal-Banda Santa Katarina V.M. Circola Santa Caterina V.M. li f’dak iż-zmien kien għadu f’nru.123 Triq Irjali meta mbagħad fl-1912 il-każin tal-Banda ġie trasferit għal 20 Piazza Maggiore; illum Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika. Nikola kien tgħallem il-Flawt għand is-surmast direttur Nikola Montebello fil-kazin tal-Banda Santa Katarina V.M. stess. Hu ħareġ idoqq il-flawt mal-Banda ftit snin wara. F’dawk iż-żminijiet il-Banda Santa Katarina V.M. kellha mpenn kontinwu matul is-sena kollha bin-numru ta’ servizzi li kellha fil-festa ta’ diversi rħula.

Hawnhekk qiegħdin nippubblikaw ritratt li juri parti minn flawt li kien idoqq Nikola Farrugia f’dawk iż-żminijiet bikrin tas-seklu l-ieħor, u li għadu jinżamm b’għożża kbira minn bintu Catherine. Fir-ritratt tidher ukoll badge tal-beritta tal-Banda Santa Katarina V.M. li kien juża missier Catherine u Guża. B’xorti ħażina, l-beritta u l-uniformi tal-Banda li kellu Nikola tmermru u spiċċaw ftit snin ilu biss. Nikola għadda għall-ħajja ta’ dejjem fis-16 ta’ Settembru 1967 fl-għomor ta’ 77 sena.

Catherine u Guża jirrakontaw x’imħabba kellu missierhom għal Santa Katarina V.M.; tant li l-ewwel żewġt ibniet li kellu semmiegħhom b’konnesjoni ma’ din il-Qaddisa Patruna!

F’isem il-bord kollu ta’ Sancta Catharina Zurricanorum Patrona u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Muzikali Santa Katarina V.M. nirringrazzjaw liż-żewġ uliedu Catherine u Guża għax kienu ta’ għajnuna kbira biex stajna niġbru dan it-tagħrif fuq missierhom – Nikola Farrugia ta’ Żrott; ex- bandist mal-Banda Santa Katarina V.M. u nawgurawlhom is-saħħa u għomor twil!

VOTE FORST.CATHERINE FIREWORKS FACTORY - ŻURRIEQIN THE MALTA GROUND FIREWORKS FESTIVAL

Organised at Fosos - Floriana

SATURDAY 24th.APRIL 2010

SMS No.:- 50615208Each sms costs €0.58 and can be sent only from Vodafone and Go Mobile