15

Click here to load reader

Zejtun – Citta Beland

  • Upload
    hani

  • View
    104

  • Download
    10

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Zejtun – Citta Beland. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Zejtun –  Citta Beland

Lejn ix-Xlokk tal-gzira ta’ Malta li tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran, wieħed isib il-belt taż-Żejtun li ġiet mogħtija t-titlu ta’ Citta Beland mill-Gran Mastru Ferdinand Hompesch. Illum iż-Żejtun jgħodd bejn wieħed u ieħor mal-11,777 persuna. L-arma tal-Kunsill Lokali hija magħmula minn salib aħdar fuq sfond abjad inkurunat b’fortizza. Is-Sindku, Joseph Attard, imexxi l-kunsill lokali li huwa magħmul minn disa’ kunsilliera. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Santa Katerina ta’ Lixandra u l-Arċipriet huwa r-Reverendu Dun Eric Overend. Iż-Żejtun (Citta' Beland), li tfisser frott is-siġra taż-żebbuġa, tkopri l-quċċata ta’ għolja, li tiddomina fuq il-bajjiet fil-qrib ta’ Marsaxlokk, San Tumas u Marsaskala, portijiet magħrufa mal-baħħara tal-Mediterran sa minn żmien il-Feniċi.

* Zejtun – Citta Beland

Page 2: Zejtun –  Citta Beland

Kull nhar ta’ Erbgha fid-dahla taz-Zejtun insibu s-Suq. Hemm insibu

frott , hxejjex, hut ecc…

Insibu lil Marija bil-gbejniet friski li taghmel fir-razzett taghha.

* Is- Suq kull nhar ta’Erbgha

Page 3: Zejtun –  Citta Beland

Wiehed mill-artisti artigjanali fir- rahal taghna huwa Tarcisjo Cassar li huwa argentier. Huwa

hadem fuq hafna argenterija madwar il-knejjes u statwi fil-

gzejjer taghna.

* Argentier fir- rahal taghna

Page 4: Zejtun –  Citta Beland

Aedes Danielis huwa l-palazz li ssib quddiem ghajnejk hekk kif tidhol fiz-Zejtun. Dan il-palazz huwa magħruf bħala Aedes Danielis, isem bil-Latin li jfisser “Id-Dar ta’ Danjeli”. L-istatwa li

nsibu f’nofs il-faċċata ta’ dan il-palazz hija wkoll ta’ Danjeli – Danjeli il-Profeta tal-Antik Testment. Din hija xi ħaġa rari ħafna għaliex normalment l-

istatwi li niltaqgħu magħhom fin-niċeċ huma kollha ta’ personaġġi mit-Testment il-Ġdid jew

qaddisin li ġew wara.

*Aedes Danielis u l-kappella ta’ St. Anglu

Page 5: Zejtun –  Citta Beland

L-iskola primarja taz- Zejtun inbniet mill-Inglizi u ntuzat bhala sptar fit–tieni gwerra dinjija. L-istil tal-

bini ta’ din l-iskola huwa neo-klassiku.

* Gwiedi, Pallazzo Perellos u Skola Primarja

Page 6: Zejtun –  Citta Beland

Il-Knisja Parrokkjali taz- Żejtun hija ddedikata lil Santa Katerina tal- Lixandra. Il-purcissjoni tal-festa taghna ssir kull tielet Hadd ta’ Gunju. Il- knisja parrokkjali taz-Zejtun huwa xoghol iehor ta’ Lorenzo Gafa’, kapolavur ta’ arti barokka. Lorenzo Gafa’ kien wiehed mill-aqwa arkitetti

Maltin.

Il-Kripta taht il-Knisja (kannierja), hi mhaffra fil-blat, bis-saqaf jistrieh fuq hmistax-il hnejja.

* Parrocca St.Katerina w il- kannierja

Page 7: Zejtun –  Citta Beland

Kappella b’oriġini antiki ħafna hi bla dubju l-parroċċa l-antika ddedikata lil Santa Katerina fiż-Żejtun. Din il-knisja hija magħrufa ukoll bħala ta’ San Girgor minħabba l-purċissjoni b’origini antika li għadha ssir sal-lum, l-

Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir. Għalkemm il-festa ta' San Girgor ma baqgħetx popolari bħal qabel, xorta waħda bosta Maltin jinżlu Marsaxlokk, min jilgħab it-tombla, min jaqbeż qabża l-baħar (avolja ħafna drabi jkun għadu kiesaħ),

min jixtri mill-monti armat għall-okkażjoni u min jgħaddi l-ħin jisma’ xi naqra għana mill-għannejja li jinżlu Marsaxlokk apposta. Ma’ din il-knisja bi storja

kbira hemm ukoll marbut fatt kurjuż ħafna. Minn żmien twil ilu jingħad li madwar il-koppla hemm passaggi sigrieti b’numru ta’ Żwieten li kienu nqatlu mit-Torok li tħallew hemmhekk. Il-Kanonku Dun Joe Abela jirrakkonta storja li

fl-1969 meta s-sagristan tal-Knisja, ċertu Ġann Mari Debono, kien qed iħalleb il-bjut tal-knisja minħabba x-xita, lemaħ biċċa xorok ftit imqabbża ‘l barra. Meta qalagħha sab fiha spiera mudlama, li meta rnexxielu jinżel fiha, sab ruħu f’passaġġ mudlam, għoli ftit aktar minn tul ta’ bniedem u mibni fil-

ħajt tal-knisja.

* Il-Knisja ta’ San Girgor

Page 8: Zejtun –  Citta Beland

* Meta ġab xemgħa sab tliet passaġġi b’kollox li fihom sab ħafna għadam imxerred fl-art. Dawn il-passaġġi qegħdin fil-ħajt tal-kappellun ta’ San Girgor. Fihom

hemm twieqi żgħar, li ma jidhrux minn barra, li jħarsu lejn id-daħliet ta’ San Tumas, ta’ Wied il-

Għajn u ta’ Marsaxlokk. Jidher ċar li dawn kienu ġew mibnija biex nies miż-Żejtun kienu jagħmlu għassa

lejn dawn il-postijiet fejn minnhom kienu jsiru jafu bi nżul għall-għarrieda mit-Torok. F’każ ta’ nżul tat-

Torok dawn kienu jagħtu sinjal permezz tan-nar bil-lejl u duħħan matul l-ġurnata, biex in-nies ikunu

preparati għal li jkun ġej. Jidher li din il-knisja serviet ukoll bħala lok ta’ difiża għan-nies tal-inħawi taż-

Żejtun.

Page 9: Zejtun –  Citta Beland
Page 10: Zejtun –  Citta Beland

Roger tal-pastizzi huwa wiehed mill-fran artigjanali li

ghandna fir-rahal taghna, maghruf ghall-pastizzi tradizzjonali tal-incova.

* Fran Artigjanali tar-Rahal Tieghi

Page 11: Zejtun –  Citta Beland

*Villa Rumana

Page 12: Zejtun –  Citta Beland

* Il-Villa Rumana taż-Żejtun kienet ġiet skoperta lejn l-aħħar tas-snin sittin b’mod aċċidentali waqt li kien qed isir xogħol fil-

pedamenti ta’ skola ġdida tal-gvern li kienet qed tinbena fl-inħawi. Aktar tard bejn 1970 u

l-1976, is-sit kompla jiġi nvestigat min-numru ta’ arkeoloġisti u nstabu kumpless residenzjali u kamra li kien fiha għodod li

ssoltu jintużaw fl-għasir taż-żejt taż-żebbuġa. Fil-fatt li dan is-sit ilu espost għall-

elementi għal dawn l-aħħar 30 sena, ġrat ħsara irriversibbli fil-madum tal-art u fit-tikħil dekorat li kien hemm mal-ħitan. Fl-

2006, l-Universita ta’ Malta bdiet skavi fuq dan is-sit sabiex tifhem aħjar l-istorja

tiegħu. Ingħaqdet magħha Din l-Art Ħelwa sabiex tiġbor fondi bi ħsieb li jinbeda proġett

ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit.

Page 13: Zejtun –  Citta Beland

L-Isqof Baldassere Cagliares kien bniedem iħobb l-arti, u għex fi żmien meta bejn il-knisja u l-istat kienet teżisti pika dwar min

minnhom għandu l-aktar teżori artistiċi. L-Isqof Cagliares kien l-uniku Isqof Malti.Fiż-Żejtun kellna x-xorti li Cagliares bena t-tielet palazz, jew villa, bħala residenza ta’ mistrieħ. B’xorti tajba din il-villa baqgħet wieqfa sa llum. Ħafna nies jafuha

bħala “It-Tempju”, oħrajn bħala Villa Cagliares. Mhux magħruf eżatt meta nbniet il-villa, iżda żgur li din inbniet fil-bidu tas-Seklu XVII, meta Cagliares kien diġa’ Isqof. Il-bini minn barra

huwa kemmxejn sempliċi mill-att arkitettoniku. Nieqes mit-tiżjin li ssoltu mdorrijin naraw f’palazzi u vilel simili. Li kieku mhux għall-koppla tal-kappella li hemm fl-istess villa u l-appramorta

bil-ballavostri li ddawwar l-istess koppla, diffiċli biex minn barra wieħed jintebaħ mal-ewwel li dak li hemm quddiemu huwa

tabilħaqq bini ta’ valur storiku..

* Ir-Rahal T’isfel - Bisqallin

Page 14: Zejtun –  Citta Beland

*Razzett taz- Zebbug u tad- Dwieli fiz-Zejtun

Page 15: Zejtun –  Citta Beland

*Grazzi