Nru. 286: April 2013
information sheet
Werrej
Nerġgħu Nitkellmu
Ħsieb tax-Xahar
Programm tax-Xahar
Aħbarijiet minn hawn u minn hemm
Avviżi
Suġġerimenti u Kummenti
Azzjoni Kattolika Maltija Istitut Kattoliku Il-Furjana FRN 1441
Websajt: www.akmalta.org Imejl: [email protected]
Ħolqa bejnietna l-Membri
Information Sheet — April 2013 Paġna 1
Habemus Papam
Jekk fil-bidu tax-xahar li għadda konna qed nitkellmu
fuq Sede Vacante, illum nistgħu ngħidu bil-ferħ Habemus
Papam. Nistgħu ngħidu li għandna Papa li mess il-qlub sa
mill-ewwel ġurnata. Papa li ħa ismu minn qaddis li tant ħabb
lill-fqir u li tant kien qrib in-natura. Il-Papa Franġisku jidher
li se jkompli jimxi fuq il-passi ta' dan il-qaddis, u dan jawgura
tajjeb ħafna għall-Knisja tagħna.
Fost l-oħrajn, fl-omelija li
għamel fil-Quddiesa inawgurali
tal-Pontifikat tiegħu, il-Papa
Franġisku tkellem fuq il-poter.
Filwaqt li rrikonoxxa li, lil
Xmun Pietru, Ġesù
afdalu f'idejh poter importanti,
il-Papa spjega li, lil Pietru, Ġesù
ordanlu sabiex jitma' l-ħrief u
n-ngħaġ tiegħu. Għaldaqstant,
sostna l-Papa, l-poter
awtentiku mhu xejn għajr
servizz.
Information Sheet — April 2013 Paġna 2
Fi kliem il-Papa wieħed għandu jispira ruħu mis-servizz umli
ta' San Ġużepp u bħalu għandu jfittex li jkun ta' sostenn
għall-poplu ta' Alla u l-umanità kollha, speċjalment dawk li
huma l-ifqar, l-iktar dgħajfa u l-inqas importanti! Messaġġ
sabiħ li tabilħaqq jgħodd għalina lkoll; ejjew aħna wkoll
infittxu li nservu u kif jistedinna l-Papa inkunu "protetturi"
tal-ħolqien, protetturi ta' xulxin u tal-ambjent.
Huwa xieraq li f'din l-okkażjoni rroddu ħajr lil Alla
għall-grazzja kbira li ta lill-Knisja bl-għażla tal-Papa
Franġisku. Nitolbu wkoll għall-Papa sabiex il-Mulej jagħtih
l-għajnuna u l-kuraġġ li għandu bżonn fil-ħidma diffiċli li
għandu quddiemu. J'Alla l-Mulej ikompli jżejnu bid-dehen li
jeħtieġ sabiex jirgħa l-merħla fi żminijiet daqstant diffiċli.
Iċ-Ċenaklu
Dan l-aħħar fid-Direttorju iddiskutejna ċ-Ċenaklu għal
darba, darbtejn. Għal min forsi ma jafx iċ-Ċenaklu huwa
attività ta' formazzjoni intiża għall-membri tad-Direttorju u
l-Kunsilli Ċentrali tal-friegħi u l-entitatjiet tal-Azzjoni
Kattolika Maltija. Fost l-oħrajn iddiskutejna kif aħna
l-membri tal-Azzjoni Kattolika, kollha kemm aħna, għandu
jkollna sors ta' formazzjoni personali li, bħal nixxiegħa ta'
ilma ġieri, jsaqqi l-ħidma tagħna.
Information Sheet — April 2013 Paġna 3
Dan jgħodd ukoll għall-membri tal-Kunsill Ċentrali; u dan
huwa l-bżonn li qed nippruvaw nindirizzaw permezz
taċ-Ċenaklu. Il-friegħi u l-entitajiet imbagħad għandhom
jibqgħu jagħmlu l-ikbar sforz possibbli biex il-formazzjoni
tal-membri tkompli tissaħħaħ. Fix-xhur li ġejjin se jsir sforz
biex is-suġġetti li nittrattaw fiċ-Ċenaklu jkunu aktar relevanti
u sabiex it-taħdita li nagħmlu tkun waħda li ma tħalliniex
nibqgħu passivi. Iċ-Ċenaklu li jmiss se jsir nhar l-20 ta' April.
Dawk kollha li huma mistednin huma mħeġġa jattendu.
Leħen is-Sewwa
Grazzi lil dawk kollha li qed jabbonaw fil-gazzetta Leħen
is-Sewwa. Kull abbonament li nirċievu jkompli jsaħħaħ fina
l-fehma li din il-gazzetta għad għandha postha fis-soċjetà
tal-lum. Il-qarrejja regolari setgħu jindunaw kif fl-aħħar xhur
diġà kien hemm bidliet konsiderevoli fid-dehra u l-kontenut
tal-gazzetta. Dawn il-bidliet se jkomplu. Sadanittant
bil-kollaborazzjoni tal-istaff tal-uffiċċju għaddejjin ukoll bosta
bidliet amministrattivi. L-għan wara din il-ħidma huwa biss li
fiż-żmien li ġej, Leħen is-Sewwa tkompli twassal il-messaġġ
Nisrani f'eluf ta' djar Maltin u Għawdxin.
Dennis Buttigieg President Ġenerali
Min jixtieq jagħmel kuntatt miegħi jista' jagħmel dan fl-indirizz:
Information Sheet — April 2013 Paġna 4
Ħsieb tax-Xahar:
«Alla qatt ma jgħejja jaħfer. Huwa
aħna li ngħejjew nitolbu l-maħfra»
Alla tagħna hu għani fil-ħniena.
“Aħfrilna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.”
Information Sheet — April 2013 Paġna 5
Data Ħin Post Attività
Il-Ħamis
04 09:30 Istitut Kattoliku
Laqgħa Kunsill Ċentrali
Fergħa Nisa
Il-Ħamis
04 18:00 Istitut Kattoliku Laqgħa Direttorju Ġenerali
Il-Ħamis
04 18:00 Istitut Kattoliku
Laqgħa Kunsill Ċentrali
Fergħa Xebbiet
Il-Ġimgħa 05
sal-Ħadd 07 ŻAK M’Xlokk live-in
It-Tnejn 08
sal-Ħadd 14
ŻAK Community Week
20+
Il-Ħamis
11
09:30 —
11:30 Istitut Kattoliku
Skola tal-Appostolat
Fergħa Nisa
Il-Ħamis
11 18:00 Istitut Kattoliku
Laqgħa
Kummissjoni Ħidma Morda
It-Tnejn
15 17:30 Istitut Kattoliku Laqgħa Kunsill Ċentrali
Fergħa Rġiel
Information Sheet — April 2013 Paġna 6
Data Ħin Post Attività
It-Tlieta
16 18:00 Istitut Kattoliku
Jum il-voluntieri
Kummissjoni Ħidma Morda
Il-Ħamis
18 18:00 Istitut Kattoliku Laqgħa Direttorju Ġenerali
Is-Sibt
20 18:00 Ċirkolu Bormla Ċenaklu
Direttorju u Kunsilli
Il-Ħamis
25 09:30
Ramla Bay
Resort
il-Marfa
Attività
Santa Katarina ta’ Siena
Fergħa Nisa
Il-Ġimgħa
26 18:00 Istitut Kattoliku
Laqgħa
Kunsill SAS
Information Sheet — April 2013 Paġna 7
Nibdew Mejju
Data Ħin Post Attività
Il-Ħamis
02
09:30 Istitut Kattoliku
Laqgħa Kunsill Ċentrali
Fergħa Nisa
Il-Ħamis
02
18:00 Istitut Kattoliku
Laqgħa Kunsill Ċentrali
Fergħa Xebbiet
It-Tlieta
07
18:00 Istitut Kattoliku
Laqgħa Direttorju
Ġenerali
Information Sheet — April 2013 Paġna 8
Jidher ċar li l-Papa Franġisku għamel l-għażla favur il-fqar l-għażla ta’ ħajtu. Issa qed jipproponiha bħala l-istil tal-Knisja fi żminijietna, “Knisja fqira; Knisja għall-fqar” qalilna.
Is-Segretarjat għall-Katekeżi flimkien mas-Segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed jorganizzaw Kors qasir ta’ sitt sessjonijiet dwar din l-għażla tal-Evanġelju, Katekeżi tal-Karità. Se nistaqsu min huma l-fqar, x’tgħid il-Kelma ta’ Alla dwar il-fqar, u kif nistgħu nsiru tassew “Knisja tal-Fqar”. Jinteressa lil dawk kollha li jixtiequ jsiru qaddejja ma’ Kristu Qaddej.
Il-Kors isir kull nhar ta’ Ħamis mill-11 t’April sas-16 ta’ Mejju 2013, mis-6.00 sas-7.30 p.m. fis-Sala tas-Segretarjat għall-Katekeżi, it-tielet sular, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. L-applikazzjonijiet isiru jew fis-Segretarjat għall-Katekeżi (tel.21223949) jew fis-Segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika (tel.21220286). Qed jintalab ħlas ta’ €5 għall-ispejjeż.
Information Sheet — April 2013 Paġna 9
Programm tal-Kors:
Isem Data Lecturer
Il-Fqar min huma 11 t’April Dun Ġwann Avellino
Il-Fqar fil-Kelma
t’Alla 18 t’April Dun Renè Camilleri
Il-Mixja lejn il-
Knisja tal-Fqar 25 t’April Dun Ġwann Caruana
Qaddejja ma’
Kristu Qaddej 2 ta’ Mejju Dun Anġ Seychell
L-Ewkaristija tan-
Nisrani Qaddej 9 ta’ Mejju Dun Ġużepp Pace
Seminar tal-Aħħar
Se nkunu Knisja
tal-Fqar?
16 ta’
Mejju
Is-Sur Joe Rossi u
Mons.Philip Calleja
Ibbukkjaw immedjatament!
Information Sheet — April 2013 Paġna 10
SERVIZZ BIL-MINIBUSES
Dawk il-Parroċċi fejn hemm anzjani li
ma joħorġux minħabba l-kundizzjoni
tagħhom, li qatt s’issa m’għamlu użu
minn dan is-servizz, inħajrukom
tibbukkjaw ħarġa biex dawn l-anzjani
wkoll iħossuhom parti mill-Komunità.
Hemm vetturi kemm bit-tail lift u kemm mingħajr.
Għal aktar tagħrif dwar dan is-servizz jew biex tibbukkjaw
vettura, ċemplu fuq 21654374 u ħallu messaġġ fuq
l-Answering Machine u s-Sur John Carabott iċempel lura
hu stess.
Tistgħu wkoll iċċemplu jew tħallu messaġġ fuq il-mobajl: 79226488.
F’każ ta’ diffikultà ċemplu fl-Uffiċċju SAS 21220286.
Riżultat tat-Tlugħ tal-Lotterija b’risq il-Minibuses
Biljett Numru 001675 – Ċentru ANZ G’Manġia Biljett Numru 001851 – AK Naxxar Biljett Numru 001835 – AK Msida
Information Sheet — April 2013 Paġna 11
Ftit Tifkiriet
F'Marzu tal-1943, fl-Iskola ta' Ħal Qormi, Dun Mikiel Azzopardi flimkien ma' Mikiel Caruana kien organizza l-Kungress Djoċesan magħruf bħala Tal-Qawmien biex l-AKM terġa' tqum wara t-tħarbit tat-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1944 l-Arċisqof approva l-Istatut tal-Fergħa Rġiel u fl-1946 twaqqfet il-Fergħa Nisa.
Minn hemm 'il quddiem l-AKM bdiet ħidma intensiva u twaqqfu diversi Kummissjonijiet fosthom:
(a) Ħidma Morda bi programmi regolari fuq ir-Rediffusion minn Dun (Mons.) Mikiel Azzopardi u s-Sur Pawlu Mifsud, u bil-pubblikazzjoni tal-perjodiku Faraġ li kien jieħu ħsiebu l-poeta Dun Frans Camilleri
(b) Ħidma Emigranti li kien jieħu ħsiebha Dun (Mons) Philip Calleja. Dak iż-żmien eluf ta' Maltin bdew jemigraw lejn l-Awstralja u pajjiżi oħra. Din il-Kummissjoni kienet tippubblika wkoll il-perjodiku Lil Ħutna li kien ukoll jieħu ħsiebu Dun Frans Camilleri
(c) Ħidma Stampa Tajba għat-tixrid ta’ Leħen is-Sewwa, u pubblikazzjonijiet oħra bħal Catholic Herald u Famiglia Cristiana
(d) bdew ukoll jiġu organizzati s-Summer Camps għat-tfal.
Din il-ħidma kollha kellha l-bidu tagħha f'Palazzo Carafa fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta
Fl-1950 il-Fergħa Nisa bdiet programm regolari ta' interess ġenerali fuq ir-Rediffusion li kien ferm popolari. Kienet tmexxih Carmen Carbonaro li kienet il-pijuniera tal-programmi tan-Nisa fuq il-mezzi tax-Xandir. Carmen Carbonaro kienet l-ewwel Presidente tal-ewwel Ċirkolu tal-AKM tan-Nisa li kien twaqqaf fil-Parroċċa tal-Gżira fi żmien il-Kappillan Dun Carlo Manchè.
Information Sheet — April 2013 Paġna 12
Matul ix-xhur li ġejjin qabel il-waqfa għax-xhur tas-sajf,
il-Kummissjoni torganizza attivtà kull xahar li jinvolvu kemm
lill-mistednin tagħna kif ukoll lill-voluntiera li jgħinu bis-sħiħ
b’diversi modi.
Nibdew propju f’dan ix-xahar meta llaqqgħu lill-voluntiera
tagħna, jiġifieri d-Delegati Morda, id-distributuri ta’ Faraġ u
l-car owners, biex flimkien nagħrfu aħjar is-sejħa tagħna li
naqdu lill-morda, persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani. Nif-
hmu aħjar din is-sejħa propju wara l-messaġġ qawwi
tal-Q.T. l-Papa Franġisku biex “nieħdu ħsieb il-Poplu t’Alla u
nilqgħu b’imħabba u ħlewwa l’umanità kollha kemm hi,
speċjalment il-fqar, il-batuti u ċ-ċkejknin, dawk li Mattew
jiddeskrivi fl-aħħar ġudizzju dwar l-imħabba: min hu
bil-ġuħ, bil-għatx jew barrani. Dawk biss li jaqdu bl-imħabba
jafu jieħdu ħsieb!”
Il-Kummissjoni mal-voluntieri tagħha iżżomm din is-sejħa
tal-Papa bħala l-missjoni tagħha.
Information Sheet — April 2013 Paġna 13
Ix-xahar id-dieħel, imbagħad, niċċelebraw l-anniversarju
mill-qawmien għall-ħajja ta’ dejjem ta’ Mons. Mikiel
Azzopardi. Kif xieraq, id-Dar tal-Providenza flimkien
mal-AKM ifakkru dan l-anniversarju b’Quddiesa u festin.
Il-Kummissjoni tiġi fdata li tiġbor u twassal lill-mistednin
tagħha biex jiċċelebraw din l-okkażjoni ad unur tas-saċerdot
li bidel il-kultura tagħna l-Maltin u l-Għawdxin dwar il-persuni
bi bżonnijiet speċjali, fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Aktar dettalji jidħru fil-ħarġa li jmiss.
Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk il-membri tal-AKM li
regolarment jibgħatu offerti finanzjarji b’risq l-attivitajiet
tagħna. L-appoġġ tagħkom mhux biss sosten finanzjarju imma
wkoll inkoraġġiment fil-ħidma tagħna. Grazzi mill-qalb.
Information Sheet — April 2013 Paġna 14
Nixtieq naqsam magħkom ħsieb li ntbagħat lilna mill-WUCWO
fl-okkażjoni tal-ħatra tal-Papa Franġisku fit-tmexxija
tal-Knisja Kattolika.
Għadna kif għexna avveniment storiku u
esperjenza straordinarja li se tibqa’ għal dejjem
f’qalbna u fil-memorja tagħna. Alla berikna
b’ragħaj ġdid, il-Papa Franġisku. L-istess ismu
jkellimna dwar paċi u ħarsien tal-ħolqien
t’Alla. Hu tabilħaqq żmien ta’ ferħ, mimli tama.
Il-membri tal-WUCWO jixħtu attenzjoni
partikolari fuq il-kliem li l-Q.T. l-Papa
Franġisku xandar fl-omelija tal-Quddiesa
mal-Kardinali wara l-konklavi. Hu tefa’ enfasi qawwija fuq
mixja, bini u stqarrija. Għal aktar minn 100 sena li ilha
mwaqqfa WUCWO, l-għan ewlieni tagħna kien preċiżament li
jqanqal il-preżenza, parteċipazzjoni u ko-responsabbiltà
tan-nisa Kattoliċi fis-soċjetà u fil-Knisja biex ikunu jistgħu
jwettqu l-missjoni tagħhom t’evanġelizzazzjoni u ħidma
għall-iżvilupp uman.
Information Sheet — April 2013 Paġna 15
Nixtiequ nkomplu naħdmu bla serħan f’għaqda mal-Papa u
l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex nibnu komunità
ekkleżjali u nistqarru l-fidi tagħna f’Ġesù Kristu bis-saħħa
tal-ħidma tagħna għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida.
Aħna nirrappreżentaw 5 miljun mara f’66 pajjiż. Ningħaqdu
max-xewqat tal-Papa Franġisku li jitnaqqas il-faqar,
jiżviluppaw id-drittijiet umani, ibda mid-dritt fundamentali
għall-ħajja u d-drittijiet tal-vittmi tal-vjolenza speċjalment
dawk tat-traffikar uman li skont il-Kardinal Bergoglio “jisħaq
id-dinjità tal-mara”.
WUCWO twieġeb għat-talba sabiħa tal-Papa Franġisku billi
nwegħduh it-talb u l-appoġġ bla waqfien tagħna tul
il-pontifikat tiegħu. Jalla l-Madonna Sultana tal-Paċi, patruna
tal-WUCWO, titlob lil Binha biex iżomm qrib tiegħu lill-Papa
Franġisku u jmexxih bil-ħlewwa u bis-sħiħ tul ħajtu kollha.
L-intenzjoni għall-Quddiesa għal dan ix-xahar hi:
“Nitolbu għal dawk li fi żminijietna qed isofru
l-martirju minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.”
Id-data magħżula hi t-28 t’April.
Mary Grace Mercieca
President Fergħa Nisa
Information Sheet — April 2013 Paġna 16
Bil-għajnuna t’Alla, iż-żmien ta’ tħejjija għall-festa
l-kbira tal-Għid għadda u hekk għal darb’oħra ħafna
minna qed jiċċelebraw il-Qawmien mill-mewt ta’
Sidna Ġesù Kristu.
Ċertament li kollha kemm aħna għamilna ħilitna biex
f’dan iż-żmien ippreparajna ruħna mill-aħjar. Żgur li
smajna l-eżerċizzi fil-knejjes jew minn fuq il-mezzi
tax-xandir. Issa deħlin fir-Rebbiegħa u żgur li wara
x-xhur ta’ bard u xita jerġa’ jkollna l-enerġija biex in-
komplu naħdmu fil-friegħi tal-Koppji rispettivi tagħna.
Kif qalilna l-Papa Franġisku “aħna magħżula biex
insewwu” u żgur li huwa dak li se inkomplu nagħmlu,
mhux tant bil-kliem imma aktar bl-eżempju.
Minn hawn nixtiequ nawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-
koppji kollha fi ħdan l-Azzjoni Kattolika Maltija.
Emmanuel & Irene Dye
Information Sheet — April 2013 Paġna 17
L-Azzjoni Kattolika Maltija
teħtieġ numru ta’ voluntieri
li lesti joffru mill-ħin
tagħhom biex jgħinu
fil-ħidma fis-Sede tagħha.
Kull tip t’għajnuna li tistgħu
toffru hi milqugħa u
apprezzata.
Jekk tixiteq toffri l-għajnuna tiegħek imla din il-formola u
ibgħata lil Maria Pia Gauci, Azzjoni Kattolika Maltija, Istitut
Kattoliku, il-Furjana FRN 1441.
Isem: ________________________________
Indirizz: ______________________________
____________________________________
Tel ______________ Mob _______________
Imejl: ________________________________
Ġurnata: ____________ Ħin: _____________
Tip t’għajnuna: __________________________
_________________
Firma
Information Sheet — April 2013 Paġna 18
Nixtiequ nfakkrukom fl-Ikla tal-Għid li qed
norganizzaw fil-Lukanda Canifor fi Triq
in-Nakkri, il-Qawra.
Diġà għandna min ibbukkja għaliex is-servizz li
sibna l-aħħar darba li ltqajna hemm kien ta’
sodisfazzjoni għal kulħadd.
Infakkru lil dawk li għadhom ma bbukkjawx biex
jagħmlu dan fis-Segreterija tal-AKM fuq in-numru
tat-telefon 21222239 sa mhux aktar tard
mill-Ġimgħa 12 t’April.
Nitolbukom ma tħallux għall-aħħar. Tinsewx
tgħidulna ma’ liema mejda tixtiequ toqgħodu.
Niltaqgħu l-Ħadd 14 t’April 2013
fin-12:30 biex nibdew fis-13:00
Tony Polidano
Teżorier
K
.F.R
.A.K
.
Information Sheet — April 2013 Paġna 19
Antipasto
Lasagne al Forno / Pasta Carbonara
Chicken soup / Vegetable soup
Roast Pork with Apple Sauce (Carvery)
Roast Beef with Horseradish Sauce (Carvery)
Roast Turkey with Cranberry Sauce (Carvery)
Poached Cerna Bon Assisi
Baby Carrots Roast Potatoes Garden Peas Natural Potatoes
Black Forest Gateau or Vanilla Gateau
One glass of Wine or One Glass of Soft Drink
Prezz: Kbar €16 Tfal €8
Information Sheet — April 2013 Paġna 20
Leħen iċ-Ċirkoli fid-Direttorju
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
__________________________________________
Grazzi tal-kontribut tagħkom.
Adrian Leone Ganado
Segretarju Ġenerali