14
RAPPORT AMMINISTRATTIV SEBA` XHUR TA’ ĦIDMA Ġunju sa Diċembru 2019 Direttiva 2/2020 Corona Virus (COVID-19) Introduzzjoni Dan ir-Rapport Amministrattiv jiġbor fih il-ħidma mwettqa mill-Kunsill Lokali matul il- perjodu ta’ leġiżlatura ġdida li bdiet fis-seħħ minn Ġunju sa Diċembru tas-sena 2019. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill u r-responsabilitajiet tal-membri kienu kif jidhru hawn taħt: Is-Sindku Mario Calleja: Finanzi u Sigurta`, proġetti kapitali u membru tal-bord tar-rivista. Ambjent - ( Indafa ) – Kollezzjoni tal-iskart domestiku w goff, knies u BIS Komunitajiet tan-negozji flimkien ma` Entitajiet oħra inkluż il-Kleru. Tqassim ta` xogħol lill-ħaddiema tal-Kunsill. Douzelage Town Twinning Organisation, Progetti u Fundazzjoni GAL Xlokk. Il-Viċi Sindku Janice Falzon: Ambjent, Ambjent fejn jidħol Riserva tal-Magħluq. Transport Pubbliku inkluż Bus Shelters. Ħarsien tal-annimali. Sports u attivitajiet fiżiċi. Bord editorjali tar-rivista. Il-Kunsillier is-Sur John B. Camilleri: Binja Amministrattiva. Enereġija, Ambjent Marittimu fejn jidħlu gaġeġġ tal-hut u kull tniġġiz tal-ibħra tal-madwar Integrazzjoni Socjali u membru tal-Bord tar-rivista, komunitajiet. Il-Kunsillier is-Sur Charlot Mifsud: Edukazzjoni Primarja u rappreżentant tal-edukazzjoni fid Douzelage. Anzjani Indafa u tiżbieħ tal-ġonna u promenade Paġna 1

RAPPORT AMMINISTRATTIV SEBA` XHUR TA’ ĦIDMA Ġunju sa

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

RAPPORT AMMINISTRATTIV SEBA` XHUR TA’ ĦIDMA Ġunju sa Diċembru 2019

Direttiva 2/2020 Corona Virus (COVID-19)

Introduzzjoni

Dan ir-Rapport Amministrattiv jiġbor fih il-ħidma mwettqa mill-Kunsill Lokali matul il-

perjodu ta’ leġiżlatura ġdida li bdiet fis-seħħ minn Ġunju sa Diċembru tas-sena 2019.

Il-kompożizzjoni tal-Kunsill u r-responsabilitajiet tal-membri kienu kif jidhru hawn taħt:

Is-Sindku Mario Calleja: Finanzi u Sigurta`, proġetti kapitali u membru tal-bord tar-rivista. Ambjent - ( Indafa ) – Kollezzjoni tal-iskart domestiku w goff, knies u BIS

Komunitajiet tan-negozji flimkien ma` Entitajiet oħra inkluż il-Kleru. Tqassim ta` xogħol lill-ħaddiema tal-Kunsill. Douzelage Town Twinning Organisation, Progetti u Fundazzjoni GAL Xlokk.

Il-Viċi Sindku Janice Falzon: Ambjent, Ambjent fejn jidħol Riserva tal-Magħluq.

Transport Pubbliku inkluż Bus Shelters.

Ħarsien tal-annimali.

Sports u attivitajiet fiżiċi.

Bord editorjali tar-rivista.

Il-Kunsillier is-Sur John B. Camilleri: Binja Amministrattiva.

Enereġija, Ambjent Marittimu fejn jidħlu gaġeġġ tal-hut

u kull tniġġiz tal-ibħra tal-madwar

Integrazzjoni Socjali u membru tal-Bord tar-rivista,

komunitajiet.

Il-Kunsillier is-Sur Charlot Mifsud: Edukazzjoni Primarja u rappreżentant tal-edukazzjoni

fid Douzelage.

Anzjani

Indafa u tiżbieħ tal-ġonna u promenade

Paġna 1

Rappreżentant tal-Kunsill fil-Wasteserv u l-Impjant ta`

Sant` Antnin

Rappreżentant tal-Kunsill fill-Kumitat tar-Reġjun Xlokk.

IL-Kunsillier Dr. Patrick Camilleri: Holqien ta` Website ġdida tal-Kunsill flimkien ma

facebook.

Edukazzjoni Sekondarja li tinvolvi laqgħat maż-żewġ

kapijiet tal-iskejjel tagħna flimkien ma` Charlot Mifsud

għall-edukazzjoni aħjar fil-lokal tagħna.

Innovazzjoni

Il-Kunsillier is-Sinjura Mary Rose Mifsud: Kultura, attivitajiet soċjali inkluż din tal-preparazzjoni

għall-Jum Marsaskala.

Persuni b`diżabilita` kif ukoll Ugwaljanza.

Il-Kunsillier is-Sur Ryan Portelli: Żgħażagħ u tfal.

Proġetti tad-Douzelage. Applikazzjonijiet u rapport

finali.

Tħejjijja għall-laqgħa Ġenerali Annwali f`Marsaskala fl-

2022.

Il-Kunsillier Dr. Errol Cutajar: Qasam Soċjali

Infittxu residenti li ma jgħixux diċenti. Nippruvaw naslu

kemm mal-knisja kif ukoll mal-Awtoritajiet Ċivili.

Sanita`. Infittxu garaxxijiet li jabitaw nies fihom

mingħajr faċilitajiet sanitarji.

Wirt Storiku.

Il-Kunsillier il-Perit John Schembri: Infrastruttura tat-toroq.

Disinji fuq proġetti proposti.

Nidentifikaw għamara fit-toroq tagħna li jkollha bżonn

manutenzjoni jew tinbidel. Hemm bżonn isir inventarju

ta` kull biċċa għamara li għandna fit-toroq tagħna.

Kif wieħed qiegħed jinnota, din is-sena, r-Rapport Amminitrattiv qiegħed isir fuq bażi ta’ seba`

xhur, minn Ġunju san Diċembru tas-sena kurrenti.

Dawn l-aħħar seba` xhur tas-sena 2019 kienu bla dubju bla waqfien, li matulhom, il-Kunsill

iltaqa` seba` darbiet sabiex jiddiskuti seba` aġenda differenti.

Paġna 2

Matul is-sena 2019 saru tlett l-laqghat tal-lokalita`, waħda saret Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Jannar

2019 fejn inqara r-rapport amministrattiv ta bejn Jannar u Diċembru 2018 u ż-żewġt laqgħat

l-oħra saru fis-27 ta’ Settembru 2019 u fl-4 ta’ Diċembru 2019.

L-attendenza tal-Kunsilliera għal-laqgħa tal-Kunsill kienet hekk:

Isem Nru ta’ Laqgħat

Preżenti Assenti b’Apoloġiji

Total

Is-Sindku s-Sur Mario Calleja 7 7/7 0/7 7/7

Il-Viċi Sindku s-Sinjorina Janice Falzon 7 7/7 0/7 7/7

Il-Kunsillier is-Sur John B. Camilleri 7 6/7 1/7 6/7

Il-Kunsillier Dr. Errol Cutajar 7 6/7 1/7 6/7

Il-Kunsillier Dr. Patrick Camilleri 7 7/7 0/7 7/7

Il-Kunsillier is-Sinjura Mary Rose Mifsud 7 5/7 2/7 5/7

Il-Kunsillier is-Sur Charlot Mifsud 7 7/7 0/7 7/7

Il-Kunsillier is-Sur Ryan Portelli 7 6/7 1/7 6/7

Il-Kunsillier il-Perit John Schembri 7 6/7 1/7 6/7

Matul dan il-perjodu kienu approvati tnejn u tletin il-mozzjoni li l-maġġoranza tagħhom ġew implimentati. Matul is-sena finanzjarja li għaddiet, il-Kunsill kellu allokazzjoni ta’ fondi mill-Gvern Ċentrali li tammonta għal €946,515.00 Sejħiet għall-offerti li nħarġu fis-sena 2019: KLM 2019/01: Works for the upgrading of St’Anne’s Garden, Marsaskala in an

environmentally friendly matter. KLM 2019/02: Cleaning upkeep and maintenance of public gardens and soft areas

using environmentally friendly products and practices. KLM 2019/03: Service tender for the Collection of Marsaskala waste fron the locality

of Marsaskala using low emission. KLM 2019/04: Service of an Accountant and Accounts technicion for the Marsasakla

Local Council. KLM 2019/05: Cleaning and upkeep of public convenience within the locality of

Marsaskala using environmentally friendly manner. KLM 2019/06: Service of an Accountant and Accounts technicion for the Marsasakla

Local Council. KLM 2019/01 R: Works for the upgrading of St’Anne’s Garden, Marsaskala in an

environmentally friendly matter. KLM 2019/07: Tender for the provision and planting of trees and plants in Marsaskala

using environmentally friendly practices. KLM 2019/08: Professional Services of a Contracts Manager Marsaskala Local

Council. KLM 2019/09 Upkeep of non urban roads in the locality of Marsaskala, using various

environmentally friendly methods.

Paġna 3

Rapport ta’ Ħidma mis-Sindku s-Sur Mario Calleja

Ma nistax ma nibdix dan ir-rapport u ma` nirringrazzjax lill-Viċi Sindku, lill-sħabi Kunsilliera, s-

Segretarju Eżekuttiv, l-iskrivani kollha, l-ħaddiema tal-RSS u dawk tal-Komunita` għax li kieku ma`

naħdmux bħala tim żgur illi dan ix-xogħol li jsir fil-komunita` tagħna ma` jsirx. Wieħed ma` l-ieħor u

katina waħda. Nagħmilha ċara li s-Sindku waħdu huwa bla saħħa.

Finanzi tal-Kunsill:

Nista nħabbar b`wiċċi minn quddiem illi l-finanzi tal-Gvern Lokali tagħna huma tajbin ħafna u b`surplus.

Dejjem konna attenti biex nibżgħu għall-fondi għax issa fil-fatt ġejna bżonnhom għax appik tibda l-

binja amministrattiva. Hawnhekk tajjeb insemmu illi fil-binja ser ikun hemm anke berġa ġdida għas-

servizz tal-pubbliku Skaliż. Il-finanzi huma responsabilta` personali tas-Segretarju Eżekuttiv u tiegħi

allura ta` kulljum flimkien niddiskutu d-dħul u l-ħruġ tal-fondi pubbliċi. Dan dejjem bl-għajnuna tal-

Accountant brava tagħna u saqajha mal-art is-Sinjura Mintoff. Apparti l-allokazzjoni tal-Gvern Ċentrali

aħna dejjem infittxu proġetti b`għajnuna finanzjara min-naħa tal-Ewropa. GAL Xlokk huwa wieħed

minnhom apparti wkoll id-Douzelage Town twinning Organisation. Min naħa ta` din l-organizazzjoni

r-residenti tagħna jgawdu ħafna billi anke jżuru pajjiżi mingħajr ħlas, kif ukoll gruppi jiġu hawn b`fondi

tal-Ewropa u b`hekk jgħinu wkoll ir-rota tal-ekonomija tagħna fejn jidħlu akkomodazzjoni u

stabbilimenti ta` ikel u xorb.

Forza tal-Ordni:

Nista ngħid illi minkejja d-diversi ilmenti li ġieli jkolna min naħa tal-pubbliku fuq nuqqas ta` Pulizija fl-

għassa u forsi li jista jkun hawn forza tal-ordni aħjar, nemmen il-Pulizija tagħmel ix-xogħol tagħha kif

tista. Jekk Alla jrid issa jkolna l-għassa l-ġdida apparti xi kontroversji, allura jkun jista jkolna spettur

tagħna bħala diviżjon. Tajjeb nispjega wkoll illi l-għassa ser ikollha access ta` lift għall-anzjani tagħna.

Indafa fit-toroq:

Il-Kunsill tagħna kuntent bis-servizz li noffru fl-indafa. Wieħed ma jridxx jagħti każ li forsi jkun numru

insignifikanti ta` nies li forsi jisfidaw il-liġi. Hawn ma nistax ma nirringrazzjax lill-ħafna ndividwi tal-

informazzjoni li jibgħatu biex b`hekk aħna wkoll stajna ninfurmaw l-awtoritajiet u ittiehdu wkoll passi

fejn anke ndividwi ġew immultati bi ksur ta` ligi. Servizzi ta` knis, kollezzjoni ta` skart domestiku,

kontenituri tas-separazzjoni, ġbir ta skart goff kulljum mit-tnejn sal-ġimgħa, żdiedu kontenituri max-

xatt għal iskart kontamenat eċċ. L-indafa ma tiġix b’xejn u nassigurakom li l-Kunsill joħroġ ħafna u

ħafna fondi biex tinżamm din l-indafa. Dan apparti li kien hemm mumenti fejn anke tlabna l-għajnuna

ta’ Clean Malta.

Latrini Pubbliċi:

Il-latrini pubbliċi żgur li din l-aħħar sena kellhom servizz impekkabbli. Fejn qabel konna nirċievu

għexieren ta` lmenti nistgħu ngħidu minn meta nbidel il-kuntrattur u żiedna attendants mill-ħaddiema

tal-komunita`, dawn waqqfu. Indafa u servizz mill-aqwa.

Stabbilimenti ta` ikel u xorb u negozji ohra:

Fejn jidħlu stabbilimenti ta` ikel u xorb wieħed ma` naħsibx li hemm għalfejn jilmenta. Minn naħa

tagħna ngħinu fejn nistgħu biex jekk jista jkun ma ntelfux in-negozju. Bil-kelma t-tajba dejjem wasalna.

Dejjem xtaqna koperazzjoni biex innaqqsu nkonvinjent lill-pubbliku nġenerali. L-aktar ilmenti huma

dawk ta` numru żejda ta` mwejjed u siġġijiet mhux skond il-permessi fejn persuna ma jistax jgħaddi

b`siġġu tar-roti jew b`xi pramm u pparkjar doppju ħdejn it-take aways. Dan l-aħħar kelna proġett

ewropew li ħdimnieh flimkien mal-Wasteserv fejn diversi ħwienet ipparteċipaw u bbenifikaw minnu.

Paġna 4

Dan jirrelata fejn jidħol waste. Negozji ġej offruti kontenituri u boroż bla ħlas. Il-Kunsill ukoll jgħaddi

boros oranġjo għal iskart organiku.

Nifhem illi waqt li qiegħed nipprepara dan ir-rapport l-istabilimenti tal-ikel u xorb huma magħluqa fuq

direttiva tal-Gvern u dan minħabba l-imxija tal-Covid-19. Nawguraw li s-sitwazzjoni ma ddumx ma tiġi

riżolta.

Rivista tal-Kunsill:

Ħassejna li r-rivista tal-Kunsill għandha tibqa toħroġ kull sitt xhur biex b`hekk il-popolin tagħna jibqa

aġġornat xi jkun qed isir fil-lokal tagħna.

Live Streaming:

Kull laqgħa tal-Kunsill tigi live streamed u dan biex min ikun irid isegwi minn ġewwa daru jkun jista

jagħmel dan mingħajr xkiel ta` xejn. Nemmen ħafna bit-trasparenza u b`hekk il-Kunsill jemmen li dan

is-servizz jibqa jinghata.

Kleru:

Nistgħu ngħidu li l-Kunsill għandu rapport tajbin ħafna mal-Kappillan Fr. Roderick Camilleri u l-Viċi

tiegħu Fr. Luke Cutajar. Dejjem konna viċin xulxin.

Infrastruttura ta` toroq godda:

Hawn ma nistax ngħid illi l-Kunsill kien kuntent biex xogħol min-naħa ta` Infrastructure Malta. Dan

żgur li mhux tort tal-Ministeru iżda sfortunatament tal-kuntratturi maħtura biex jgħamlu xogħol ta`

kostruzzjoni. Tal-mistħija meta ngħid li triq ilha mibdija 15 il-xahar ilu u għandna qegħdin f`nofsha.

Dan l-għaġir huwa kollu ta` nkonvinjent ghar-residenti tagħna li ma tlumhomx li jgergru u jinsuluntaw

lill-membri tal-Kunsill. Nemmen li saru ħafna toroq f`daqqa u dak kien l-akbar żball li sar. Triq iż-Żinzel,

Triq il-Vjola, Triq tal-Buttar, Sqaq Skalpel. Dawn bdew u saru iżda Triq il-Qaliet kif spjegajt ilha mibdija

minn Jannar ta 2019.

Infrastruttura Marittima:

Hawn nista ngħid li minkejja d-dewmin ukoll almenu saru l-moll l-ġdid ta` fejn il-klabb tal-water polo.

Hawn nista ngħid illi ħdimna ħafna flimkien mal-Perit Carmelo Bononna illi kelna kuntatt kontinwu kif

kien qiegħed isir ix-xogħol. Ħdimna wkoll biex ikun aċċess għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Korporazzjoni tas-servizzi tal-ilma:

Hawn żgur li l-Kunsill tagħna ħa daqqa ta` ħarta oħra permezz tax-xogħol li qed isir fi Triq iż-Żonqor.

Xogħol ta` drenaġġ li ilu għaddej minn Mejju tas-sena 2019. Triq magħluqa għar-residenti kollha tal-

akwata Ta` Monita. Hawn tkisser in-negozju tal-Klabb tal-water polo kif ukoll tal-eks pixxina nazzjonali

fiż-Żonqor. Kuntrattur traskurat u ma jagħti każ lil ħadd. Nirringrazzja lill Contract Manager is-Sinjura

Natasha Mallia tal-paċenzja li ħadet tul dan iż-żmien. Tkellimna mar-residenti kulljum u nippruvaw

infehmuhom li n-nuqqas ġej min-naħa tal-Kuntrattur.

Spazji Pubbliċi/ Parkeġġi inkluż tal-iskola San Ġwakkin:

Kif jaf kullħadd nafu illi l-progress iġib ir-rigress. Nifmhu kif inbidel il-lokal tagħna ta` Marsaskala f’

dawn l-aħħar snin. Popolazzjoni tgħodd kważi 15,000. Blokok tal-bini kullimkien flok sempliċiment

terran fejn kienu jabitaw l-antenati tagħna. Dan wassalna biex aktar appartamenti, aktar abitanti u

anqas parkeġġi. Problema li mhux faċli tissolva.

Paġna 5

Dan l-aħħar erġajna iddiskutejna development brief fuq il-bina tal-Eks lukanda Jerma. L-istess ħaġa l-

biża tagħna hija li aktar appartamenti u nuqqas ta’ parkeġġi. Insistejna għal aktar parkeġġi u spazji

miftuħa. Biex isir hekk il-binja trid bilfors togħla. Sikkina taqta minn żewġ naħat.

Fil-preżent tlestiet Triq il-vjola. Il-Kunsill ser jiddiskuti biex din tiġi one way ħalli nkunu nistgħu noħolqu

parkeġġi fuq żewġ naħat.

Sleeping Policemen Daħla ta` San Tumas:

Bħal ma jafu ħafna, għaddejna minn martirju sħiħ fuq it-traffic calmers magħrufa aħjar bħala sleeping

policemen li saru San Tumas. Nafu kemm kelna ilmenti u wasalna biex jibqgħu 2 biss u ser issir zebra

crossing fin-nofs tat-triq kważi ħdejn il-knisja ta` San Gaetano. Hekk naqqasna ħafna lmenti u kullħadd

kuntent.

Saga tal-Karavans:

Hawn ukoll ir-residenti jiktbu bl-addoċċ fil-midja soċjali u jippuntaw subgħajhom lejna meta aħna

bħala Kunsill għamilna minn kollox biex jitneħħew. Għamilna anke abbozz ta` avviż legali għad-

diskussjoni fil-Parlament u xorta baqa` kollox kif inhu. Dan l-aħħar kelli jiena personali nirrikorri għal-

Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern u s-Sigurta` Nazzjonli għal għajnuna. Oħroġ il-għaġeb f`sena ma

sar xejn u fi ftit siegħat wara li kkonsultajt mal- Prim Ministru twaħħlu l-avviżi neċċessarji u sallum is-

sidien ta` dawn il-karavans neħħew kollox. Jiena u sħabi ma nistgħux nifmhu kif is-Supretendent li

għadu l-istess, kien qalli trid bye-law u issa minkejja mingħajrha ittieħdu passi.

Xogħol ieħor:

Apparti minn dan ix-xogħol kollu msemmi hawn fuq żgur illi x-xogħol tas-Sindakat ma jieqax hawn.

Wieħed irid isemmi kuntatti ta` kulljum mar-residenti, spezzjoni fuq xogħol, laqgħat tal-Ministeri u tas-

Sindki u ċertu deċiżjonijiet li jkunu jridu jittieħdu.

Minkejja kollox u minkejja li s-sindakat mhux xi xogħol faċli xorta waħda nistqarr illi nieħu gost

nagħmlu. Nipprova dejjem inkun ta` servizz iżda mhux dejjem tista taqdi lill kullhadd. Dan huwa

xogħol volontarju u jiena ċert li trid tkun veru dedikat biex tagħmlu.

Rapport ta’ Ħidma mill-Viċi Sindku s-Sinjorina Janice Falzon

Stray cats/dogs: Hawnhekk ħriġna sejħa għall-kwotazzjoni u sibna Veterinarji nteressati fil-viċinanzi ta’ Marsaskala li ħatfu din l-inizjattiva tagħna ta' kampanja ta’ “Cat Neutering”. L-għan taghna huwa wieħed li nsewwu kemm nistgħu qtates sabiex dawn ma jibqgħux jipproduċu u l-problema ta’ Stray Cats ma tibqax tikber. Ir-riċerka għal klinika ta’ Veterinarju f’Marsaskala kienet għalxejn għaliex m’għandniex waħda li hija ċċertifikata li tista’ tesegwixxi tali operazzjonijiet. Għażilna dan il-metodu għaliex sibna li kien l-aħjar metodu ġust għall-allokazzjoni bla xkiel, u dan għaliex għandna numru avvanzat ta’ feeders u għandna l-intenzjoni li ngħinuhom kollha l-istess, ovvjament jiddependi fuq l-azzjonijiet tagħhom u d-dedikazzjoni biex jinqabdu u jissewwew l-kolonji tagħhom. Fis-sejħa għal kwotazzjonijiet maħruġa, il-Veterinarju magħżul ser jirreġistra kull qattus miġjub ghandu fuq il-feeder responsabbli.

Paġna 6

Il-Kunsill wkoll xtara erba’ nases biex jinqabdu l-qtates, 2 over traps u sitt gaġeġ ta’ rkupru. Feeders ser ikollhom il-possibbiltà li jissellfu dawn in-nases u gaġeġ mill-kunsill permezz ta’ reġistru. Ħames cathouses ġew ukoll mixtrija biex jipprovdu kenn ġewwa żona żgħira fi Ġnien San Tumas, li se jkun ukoll sorveljati b’CCTV. Il-kunsill ser ikun ukoll qiegħed jagħti vawċers tal-ikel minn tliet ħwienet f’Marsaskala, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun għall-feeders kollha, imqassma kif xieraq u ġust. L-ammont totali ta 'fondi allokati għall-kampanja tal-Cat Neutering u x-xiri ta' provvisti għall-insib u l-irkupru kien ta’ €8,500. Il-Cat Neutering se taħdem kif ġej; Il-Feeder imur/tmur bil-qattus/a maqbuda biex tiġi imsewwija nhar ta' Tnejn, Tlieta u l-Ħamis f'ħinijiet pprovduti mill-Veterinarju bi vawċers provduti mill-Kunsill Lokali. Il-qtates ser jiġu kkontrollati, u jekk dawn jeħtieġu aktar attenzjoni apparti minn Neutering, il-qattus/a ser jittieħdu azzjonijiet skont in-neċċ essita`. Feeders se jkunu responsabbli għall-qtates tagħhom u għalhekk hija r-responsabbiltà tagħhom li jrawwmu matul il-perjodu ta' rkupru; sakemm ma jkollhomx arranġamenti jew xi voluntiera li diġà identifikaw għal tali. Transport Pubbliku: Hawnhekk ix-xogħol huwa kuntatt kontinwu ma’ l-awtorita’ koncernata skont l-esiġenzi bħal per eżempju toroq li qed issir manutenzjoni fuqhom u ma jkollhomx access għaldaqstant ikun hemm bżonn diversjonijiet tar-rottot u ninfurmaw il-pubbliku, rottot aħjar, diversjonijiet ta’ parkeġġi għall-karozza tal-linja u aktar. Bħalissa qeda ukoll tiġi mibdula l-“bus terminus” fejn ser tiġi waħda tal-għola livell kif ħaqqhom ir-residenti Skalin. Sports: Bnejna tim tal-Futboll tal-Bniet u sotto-kumitat apposta għal dan it-tim fi ħdan il-Marsaskala Nursery FC. Dan it-tim għandu allokat għalih 2 coaches nisa u huwa parti essenzjali fil- Marsaskala Football Nursery. Ngħinu ukoll finanzjarjament lill-Klabbs tal-Marsaskala FC u l-Marsaskala Sports Club. Dan nagħmluh għaliex nemmnu li bħala Kunsill għandna ninċentivaw Klabbs sportivi ġewwa l-lokalita’ tagħna għaliex dawn iżommu ż-żgħażagħ u t-tfal tagħna attivi u jrawmuhom fid-dixxiplina sportiva li sservihom għal meta jikbru. Ambjent u l-Magħluq: Flimkien ma’ Nature Trust Malta u l-Ministeru tal-Ambjent naħdmu sabiex inreġġħu lura għall-glorja li kellu l-Magħluq ta’ Marsaskala filwaqt li nkomplu intejbuħ u nsebbħuħ. Saru diversi tentattivi, li kienu ta’ suċċess, sabiex inqabad ħut preditur għall-Bużaqq. Dan sar minn għaqda esklussiva li tispeċifika fil-prattika Catch and Release. Sar ukoll proġett fejn attendejna għall-ħelsien bi prova tal-Bużaqq fl-istess sit. Ser isiru anke interventi minn Ambjent Malta sabiex tiġi żblukkata aktar iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma salmastru. Apparti dan qed isiru xogħolijiet ta’ tisbiħ, indafa, tisbir u anke qegħdin nippruvaw insibu soluzzjoni għall-iskart u l-ħmieg tat-toroq permezz li jidħol mill-bokok tal-istorm water. Żidna wkoll il-kontenituri tal-iskart tul Triq tal-Gardiel sabiex inaqqsu milli jintremgħa skart ġewwa r-riserva u tul it-triq.

Paġna 7

Applikajna u ħadna fondi biex inħaddru aktar il-lokalità tagħna u nżiedu l-palm tal-Washingtonia fejn kienu neqsin tul Triq is-Salini. Min dawn l-fondi permezz tal-iskema Tħaddir tal-Kommunitajiet gwadanjaw fi tħaddir l-iskola ta’ San Ġwakkin u Ġnien iż-Żonqor. Ġibna ukoll għajnuna fi pjanti u siġar indigeni minn Ambjent Malta għall-iskola Sant’Anna sabiex nirranġaw u niżirgħu ż-żoni urbani fil-konfini tagħha. Ikkonfermajna li ġiet approvata żona tal-għawm fil-bajja ta’ San Tumas l-kbira u dan mingħajr l-ebda detriment u mblokk ta’ aċċess għad-dgħajjes. Komunikazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet konċernati sabiex tiġi identifikata bajja għall-klieb oħra fl-akwata ta’ Siberia. Attivitajiet: Introduċejna għall-ewwel darba Villaġ tal-Milied ġewwa Gnien Sant’Anna Marsaskala li kien suċċess u kellna feedback tajjeb hafna mill-komunita’ taghna.

Rapport ta’ Ħidma mill-Kunsillier Dr. Errol Cutajar

Kien il-ħsieb tal-Kunsill illi jibbenefika minn fondi maħruġa mill-Ministeru tal-Kultura, sabiex tiġi restwarata il-Gun post illi tinsab fi Triq Apap Bologna. Minn indaġini illi sar, instab illi din hija propjeta` privata u mhux tal-Gvern, u għaldaqstant il-Kunsill ma setax jibbenefika minn dawn il-fondi, peress li l-propjeta` trid tkun waħda pubblika. Ġie propost illi minflok, bl-istess skema ta’ fondi tiġi restawrata il-Batterija tal-Franċiż, bl-isem ta’ Ducleseaux Redoubt, ġewwa l-Bajja ta’ San Tumas, illi minn indaġini li saret, irriżulta illi hija propjeta tal-Gvern. Fil-fatt saret talba, għar-restawr ta’ l-istess batterija, jew partijiet minnha, lill-Awtorita’ tal-Artijiet, liema talba kienet ġiet rifjutata peress illi il-Kunsill ma għandu l-ebda titolu legali fuqha, madanakollu l-istess awtorita’ kienet issuġġeriet lill-istess Kunsill, jekk hux interessat illi l-imsemmija propjeta tiġi devoluta lill-Kunsill. Kemm – il darba kellha tiġi devoluta lill-Kunsill, din ser tkun tiswa’ ħafna spejjeż għaż-żamma u għall-manutenzjoni tagħha, partikolarment minħabba l-lok fejn tinsab.

Sadanittant twaqqaf ukoll sottokumitat għal Wirt Storiku u l-Qasam Soċjali, bi tlett (3) membri - Dr Errol Cutajar, Joseph Farrugia u Malcolm Schembri. Inżammet laqgħa ta’ l-istess sottokumitat nhar il-10 ta’ Marzu 2020, fejn ġew diskussi diversi affarijiet, fost oħrajn il-Gun post ta’ Triq Apap Bologna, u l-Batterija tal-Franċiż, kif ukoll ġiet esplorata il-possibilita` jew il-vijabillita, illi jinfetħu għall-pubbliku il-Katakombi li jinstabu taħt l-art fi triq il-Katakombi, u li jistgħu ukoll iservu ta’ attrazzjoni turistika.

Hemm ukoll l-idea illi issir mappa tas-siti storiċi li jinsabu fil-lokalita’ sabiex din tiġi ppubblikata fuq il-magażin – website, tal-Kunsill, bil-ħsieb illi ‘l quddiem din l-istess mappa, tkun tista isservi bħala pjattaforma għal vjaġġ kulturali kemm għat-turisti, kif ukoll għal kull min ikun jixtieq jesplora dawn is-siti.

Dwar il-qasam soċjali, l-idea hi illi jiġu identifikati persuni fil-komunita’ illi huma vulnerabbli, bħal individwi li ma għandhomx saqaf fuq rashom, oħrajn li jgħixu ġo garaxxijiet, u persuni jew familji illi jkunu għaddejjin minn żminijiet infeliċi. L-idea hi, li l-Kunsill, ftit jista’ jkun ta’ għajnuna diretta lejn dawn in-nies, madanakollu, jekk identifikati, il-Kunsill jista’ jservi ta’ pjattaforma biex iressaq lil dawn il-persuni lejn Dipartimenti, awtoritajiet tal-Gvern, jew aġenziji oħra illi jista’ ikunu ta’ għajnuna diretta għalihom.

Paġna 8

Qed issir ukoll ħidma, sabiex jiġu identifikati persuni oħra illi jistgħu jifformaw parti minn dan is-sottokumitat.

Rapport ta’ Ħidma mill-Kunsillier Dr. Patrick Camilleri

Introduction. Who am I. I am a senior lecturer within the faculty of Education. I am involved in Digital Mediated Leadership and Initial and continuing Teacher Education, specializing in implementation and development of attitudes towards the inclusion of ICT skills for teaching and learning. I form part of the eskills strategic committee for Malta for Youth and Education. I also work very closely with the Digital Literacy Unit and Transversal skills at the Ministry of Education and lecture on technology and education within the European Schoolnet in Brussels, both face to face and online and am involved on various EU funded projects within the EU on Education. Context Notwithstanding my proven track in education and due to central government administrative policies I was not eligible to share the remit of education with my colleagues and subsequently am in the remit of innovation. While in my opinion Innovation tends to be vague it also has its own potential and liable to wide interpretations. Subsequently this allowed me to discuss various issues during council meetings on how to enhance cleaner transportation within the community, turn bus stops into self-generating stations and enhance cycling, bicycle parking spaces and the wellbeing within the community. While believing that the current council website is solid I have been given the lengthy task of setting up a new council website which I have been duly working on. It may currently be viewed at: https://drpatrickcamilleri.wixsite.com/marsaskala-lc It has involved extensive hours of work but I have also seen this as a window of opportunity that allowed me to reach out and include several members within the community at Marsaskala, whom, with their participation, have wholeheartedly moved forward and contributed by sharing their videos and photographs with me. Subsequently if the new website were to be launched, it will invariably be a living tapestry of the community, built by the volunteering members in the community, for the community. I have also attended most of the local council meetings and only missed those where I was abroad on work related activities. Have also taken an active part in discussions on how to make best of the parking space available for residents, at St Joachim Marsaskala Primary school out of office school hours. I have also presented other points of discussion during local council meetings, namely on updating traffic lights on Triq il-Gemmugħa crossing with Triq Sant Antnin, setting up signs regarding Hedgehogs, addition of traffic mirrors, updating street names such as Triq il-Bajtar removal of unused and old wooden poles, the issue with the caravans, the Jerma Building site and updating and digitalizing the payment of fines and billing system within our council administration. I was involved with onsite meetings with architects on site for the new council location and the meeting for the setting on the new bus terminus. I, with other local councilors, was involved in meeting Mr.Sandro Chetcuti to safeguard development planning in Marsaskala. I am currently helping the council for the planning and setting of a remote cloud-based system and have taken the initiative to host our first virtual local council meeting.

Paġna 9

Incidentally just before COVID struck I was involved in discussions with St Joachim Primary School in Marsaskala, the Education Officer and Director for digital Literacy and the Digital literacy and Transversal Skills at MEDE to organize talks on digital literacy awareness for pupils and their parents. I have also been lately appointed by the EU council to participate and contribute to the COST action CA18204: Dynamics of Placemaking and digitization in Europe's cities, which could be an important initiative for the study of development of attitudes towards digitalization within our urban community in Marsaskala.

Rapport ta’ Ħidma mill-Kunsillier is-Sinjura Mary Rose Mifsud

Jiena matul is sena li għaddiet attendejt bi ħġari ma sħabi l’ kunsillera u kif ukoll ġejt mistiedna għal diversi attiviatjiet flimkien mal-partijiet ikkonċernati biex kemm jista jkun inħallu l- attivitajiet jibqgħu għaddejin kemm jista jkun possibbli. Bħal ma tafu Marsaskala huwa villaġġ imdawwar bil-baħar u allura ma nistgħux ma nużawx dak ix xatt tant sabiħ li għadna biex ngħamlu l-attivitajiet. Ma nistax ninsa s-simenta kbira u sabiħa li għadna li kif nafu l-biċċiet tal-baħar minn Ġunju sa Settembru ta` kull sena ma jkunux hemm u b`hekk tkun riservata biex tkun tista tintuża għall-diverzi okkażjonijiet u attivitajiet li jkunu se jsiru kemm għat-tfal u kif ukoll għal adulti.

Uħud mill-attivitajiet li kellna huma dawn li ġejjin:

Is-sajda tal-ħut li ġiet organizzata mill-King Fisher Association, fejn uħud mit-tfal għamlu is-sajda tagħhom u ġew preżentati lilhom medalja ta’ tifkira.

Festa ta’ Sant’Anna fl-egħluq mill-25 sena avnniversarju li kienet suċċess fejn sar il ħruq tan- nar tal-ajru min fuq il-baħar fejn hemm hekk ukoll attenda l-Ministru tal Kultura.

L-inawgurazzjoni tal-grawnd tal-futboll.

Diversi logħbiet tal-waterpolo league li sar ġewwa l-pixxina tal-Qroq l Msida.

L-Karnival tas-sajf fejn kellna brijju sabiħ immens u li l-Iskalin taw semmhom u attendew bi ħġarhom

Block chain summit li kien imtellgħa fl-MCC ta’ Qali

L-kunċert tal-Pulizija li sar fuq is-simenta fis-sajf fejn hemm hekk smajna biċċiet minn mużika ta’ kittieba rinomati.

L-bbq tal festa ta’ Sant Anna li kien imtellgħa mil-għaqda u kumitat tal-festa ta’ Sant’ Anna.

L-bbq tal-grupp armar ta’ Sant’Anna fejn hemm hekk ġejna onorati jien u sħabi ta’ kemm tajnihom għajnuna tul il perjodu tal-festa.

Christmas Village flimkiem mal-Viċi u mas-Sindlku fejn għalkemm kien l-ewwel darba kien suċċess u mis-suġġerimenti pożittivi li ġbarna n-nies ħadu pjaċir Ii jixtiequ li jerġa jsir.

Police Marathon flimkien mar-Razzett tal-Ħbiberija

Laqgħa fuq l-Ugwaljanza bejn is-sessi u l-nteliġenza artifiċjali li ġiet imtellgħa min NCPE fejn attendew l-Ministru u l-Kumissarju tal-Promozzjoni tal-Ugualjanza.

Attendejt ukoll għal diversi lagħat mas-support group relatat ma Persuni b’diżabilita` fejn hemm hekk iddiskutejna l-bżonnijiet li jkollhom dawn iċ-ċittadini skalin flimkien ma sieħbi l- Kunsillier Charlot Mifsud li hu ukoll il President ta’ dan is-support group flimkien mas-Sur Vince Tonna li hu nkarigat min dan is-support group.

Paġna 10

Waqt dawn il-laqgħat aħna nidiskutu diversi aspetti bħal : Minn hu intitolat biex juża’ Ċentru tas-Saħħa u x’għandu wieħed jagħmel għas-servizzi tal-professjonisti? ; (b) Kif wieħed jista’ jilmenta jew jagħmel suġġeriment lil xi membru tal-Kunsill Lokali?; u (c) Nibdew nkunu nafu aktar dwar is-servizzi tal-Aġenzija Sapport.

Rapport ta’ Ħidma mill-Kunsillier is-Sur Charlot Mifsud

Bħala Kunsillier responsabbli mill-anzjani, edukazjoni u anke ‘soft area’, kelli attivitajiet varji

matul is-sena. Għalkemm din is-sena kienet imfixkla minn żewġ affarijiet xejn mistennija.

Waħda li kelli bżonn nidħol l-isptar darbtejn u wara l-interventi li għamilt ridt noqgħod għal xi

ġimgħat baħala recovery u issa din tal-Covid 19, u ilhi d-dar ma noħroġ xejn għal iktar minn

erbgħa ġimgħat. Biss xorta waħda bqajt bil-kuntatt mal-anzjani biex naqdihom mill-aħjar li

nista. Attendejt għal laqgħat u konferezni f’dak li għandu x’jaqsam mal-anzjani u dawn dejjem

iservu ta’ġid għal anzjani tagħna. Jien dejjem nilqa` s-suġġerimenti li jsiru fil-lokal għall-

persuni b’diżabilita` u anjanii bħal rampu f’bankieni, hand rails fit-turġien u slielem fil-baħar

biex fis-sajf isibuha aktar faċli li jmorru jgħumu. Nieħu ħsieb ukoll li naqdi xi anzjani li ma

jkunux jistgħu joħorġu billi ngħinuhom b’xi bżonnijiet li jista jkollhom bħal tqassim ta’ boroż

etc.

Kull xahar nagħmlu laqgħa għal persuni anzjani anke bi bżonnijiet speċjali fiċ-ċentru rikrejattiv

li l-Kunsill għandu u jiena bħala l-president ta’ dan il-kumitat inservi ta’ pont bejn l-anzjani u

l-Kunsill ħalli dejjem naraw x’ jista jsir ta’ ġid għalijom, minbarra li nagħtuhom informazzjoi li

tkun tinteresa lilhom.

F’dak li għandu x’jaqqsam mal-Edukazzjoni bħala eks għalliem nieħu nteress speċjali. Bħala

president tak-kumitat tal-għalliema u ġenituri nattendi għal laqgħat ta’ kull xahar fl-iskola

primarja Sant’Anna. Flimkien mal-kap tal-iskola, rappreżentanti tal-għalliema u

rappreżentanti tal-ġenituri naraw x’nistgħu nagħmlu ta’ ġid għat-tfal tagħna. Jiġu organizzatti

attivitajiet diversi matul s-sena kemm għat-tfal u anke għal ġenituri. Naturalment kulħadd

jara kif ikun jista jgħin f’dawn l-attivitatijiet ħalli t-tfal tagħna jħossuhom aktar kuntenti l-

iskola. Nara ukoll kif dejjem inkabbru l-librerija li għandna fil-lokal, b’żieda ta’ kotba u xi drabi

anke b’xi xkaffar li dejjem ikun hemm bżonn. Bi pjaċir ngħid li l-librerija tagħna hija waħda

mill-aktar li tintuża b’self ta’ ħafna kotba.

Minbarra dawn l-attivitajitet jien ukoll nattendi għal laqgħat bħala rappreżentant tal-Kunsill

mal-Wasteserv flimkien mal-Professur Buhagair biex naraw li l-lokal ikun dejjem infurmat

x’qed jiġri fl-impjant u kif nistgħu nirranġaw dawk l-inkonvenjenzi li jistgħu jinqalgħu.

Nattendi wkoll għal laqgħat tal-Kumitat Xlokk. F’dan il-kumitat fliemkien mas-Sindku u

rappreżentanti ta’ Kunsilli oħra dejjem naraw x’nista nagħmel għal ġid tal-lokal tagħna.

Responsabilita` oħra ġdida li għandi din is-sena hija li nieħu ħsieb is-soft areas tal-lokal.

F’Marsaskala għandna numru mhux ħażin. Din is-sena nbidel il-kuntrattur u għalhekk ridna

naraw kif konna se naħdmu. Bi pjaċir ngħid li wieħed mill-ħaddiema li għandu dan il-

kuntrattur huwa l-istess li kellna qabel. Hawn irrid nirringrazzja lil Pierre li veru jaħdem bil-

qalb biex jara li l-lokal ikun miżmum sewwa. Regolarment isir żbir, ħrit, tisqijja u tħawwil ta’

siġar u pjanti ħalli l-lokal ikun dejjem sabieħ u nadif. Din is-sena tħawwlu kwantitajiet ta’palm,

(washingtonia) f’diversi postijiet mal-lokal kollhu kemm fis-soft areas, ġonna u anke f’San

Tumas.

Paġna 11

Tħawwlu numru sabieħ ta’ arbuxennli fil-Ġnien Alfred Debono u bdilna u żidna fejn kien

hemm xi siġar li kienu mietu.

Ħaġa li ma rridx ninsa hija li flimkien mal-Viċi Sindku rnexxielna nġibu numru sabieħ ta’ pjanti

u arbixnelli li ngħataw liż-żewġ skejjel primarji li għandna fil-lokal. Dawn ġew tassew

apprezzati u minbarra li sebħu l-iskejjel servew ukoll ta’ tagħlim fuq is-siġar indiġeni tagħna u

b’hekk ikunu qedgħdin japprezzaw u jibżgħu għall-ambjent tal-lokal.

Jiddispjeċini li ma nistax nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi bħas-soltu billi ngħidilkom biex kulljum

meta tarawni fostkom tgħiduli bid-diffikultajiet li jkollkom ħalli nara kif nista ngħinkom, biss

xorta tistgħu ċċemplili u jien żgur nara kif nagħmel mill-aħajar li nista.

J’Alla din il-pandemija li għaddejjien minnha tfittex tgħaddi malajr ħalli nerġgħunaqbdu r-

ritmu li konna għaddejjien bih qabel.

Rapport ta’ Ħidma mill-Kunsillier il-Perit John Schembri.

I have been asked to present my yearly administrative report for the year 2019.

As a Local Council Member, I have been given the task to observe and act on the infrastructure

of our seaside town. My duties included mainly to report on any irregularities and damages

throughout the place. As Such, I saw it opportune to draw a report every month. Last year I

drew six reports, which included, Triq La Sengle, Triq il-Knisja, Triq San Gwakkin, Triq il-

Buzbiez, Triq il-Qaliet, Triq il-Gross, Triq in-Nadur, Triq Ix-Xatt and finally Triq iz-Zonqor and

National Pool Area.

All these reports were presented to the Mayor and the Executive Secretary.

I conclude that we have done a lot of important work all councillors and Mayor together. Of

course, this work would have been futile without the sterling input of all employees of the

Local Council.

Rapport ta’ Ħidma mill-Kunsillier is-Sur Ryan Portelli

Hu ta’ privileġġ għalija li nipreżenta l-ewwel Rapport Amministrattiv ta’ ħidmieti fil-kunsill, biex il-pubbliku jkun jista’ jżomm ruħu aġġornat, b’ dak li jseħħ matul il-ħidma. Dawn ix-xhur kienu ta’ sfida għalija biex nidħol fis-sistema pubblika u nifhem il-ħidma tal-Kunsill Lokali. Fil-ġudizzju tiegħi, nista’ nghid li għamilt dak possibli bl-irwol li jingħatali, minkejja l-limitazzjonijiet tal-istess irwol, biex il-ħajja tar-residenti titjieb. Apparti x-xogħol elenkat fir-rivita’ tal-kunsill, ħdimt fuq diversi temi oħra.

Minkejja li r-responsabiltajiet tiegħi huma ż-żgħażagħ u Douzelage, kont voċiferu fuq diversi punti, bl-aktar suġġett diskuss ikun dak ta’ infrastruttura aħjar. Dejjem tkellimt fuq l-importanza ta’ manutenzjoni kontinwa fit-toroq u kritikajt mismanagement u nuqqas ta’ pjanar. Hu naċċettabli li naraw toroq minsija jew abbandun tal-kuntratturi fuq xogħolhom. Miżuri ta’ multi jridu jiġu mplimentati biex dan ma’ jseħħx. Apparti l-estetika tat-toroq, nuqqas ta’ żamma tajba tat-toroq tista’ faċilment tkun ta’ detriment għas-sigurta’ tal-pubbliku. Ressaqt diversi proposti biex innaqsu l-veloċita’ tas-sewwieqa fit-toroq alterjali u anki qrib l-iskejjel.

Paġna 12

Kont voċiferu wkoll għall-iżgombri li kienu saru bil-karavans f’ żoni popolari għad-delizzju. F’ ebda każ m’ hu aċċettabli, li art pubblika tittieħed biex jiġi prattikat delizzju, mingħajr kontroll u ordni. Filfatt, issekondajt diversi mozzjonijiet biex tittieħed azzjoni; pero` tkellimt fuq kollox, biex insibu post alternattiv fejn dan id-delizzju jiġi rispettat. Kullħadd għandu dritt igawdu ħwejġu, u b’ mod dinjituż.

Bħala lokalita` turistika, ħassejt li rridu ntejbu l-faċilitajiet u aċċessi għall-bajjiet tagħna. Huwa ta’ pjaċir li naraw proġetti bħat-tisbieħ tal-Fajtata’, pero` riċentement, ħassejt li rridu nkomplu b’ din l-istrateġija anki f’ bajja popolari wkoll mal-Iskalin; dik ta’ taħt il-Villa Sant’ Anna. Appellajt lill-Kunsill diversi drabi biex nikrejaw taraġ tal-injam li jwaqqaf il-perikli li jġib miegħu il-mixi f’ art taflija. Ninsab ottimist li t-talba tiegħi u ta’ ħafna residenti tkun milqugħa.

Għar-residenti ta’ Bellavista, proponejt biex nidħlu f’ taħditiet mal-Lands Authority, biex jitrasferixxu art pubblika għar-responsabbilta’ tal-Kunsill, biex b’ hekk, inkunu nistgħu inbiddlu art abbandunata għal ġnien pubbliku. Permezz ta’ street furniture minn materjal riċeklat u tħawwil ta’ pjanti u fjuri, inkunu qed noħolqu post rikreattiv għal-familji, minn post abbandunat.

L-ilmenti ġew streamlined għal sors wieħed biss minflok jintużaw diversi gruppi fuq facebook, biex permezz t’ hekk, inkunu nistgħu nieħdu aktar azzjoni magħġla u kull ilment jingħata priorita’. Apparti min hekk, ressaqt ukoll mozzjoni biex f’ kull laqgħa, jibda’ jingħata rendikont ta’ persuni li resqu ilment mal-Kunsill Lokali, biex niżguraw li dawn qed jigu rizolti. Permezz ta’ din il-lista’, nkunu nistgħu naraw fejn qed nonqsu l-aktar u fejn neħtieġu li nenfasizzaw ħidmietna.

Il-Covid-19 ġab diversi bidliet fl-operat tal-kunsill u fil-ħajja tagħna lkoll. Se nkunu qed inwaħħlu avviżi fin-notice boards tal-kunsill, f’ diversi postijiet pubbliċi biex infakkru lill-pubbliku dwar il-prekawzjonijiet li rridu nieħdu biex infawqu l-mixija tal-Covid-19.

Nawgura, li s-sena li ġejja, tkun waħda ta’ aktar xogħol responsabbli u onorabbli biex Wied il-Għajn ikun isbaħ, min kif sibnieh.

Rapport ta’ Ħidma mill-Kunsillier is-Sur John B. Camilleri

❖ Installed new street lights at Wied iz-Ziju , St Thomas Bay area and Daħla San Tumas.

❖ Installed new street lights at Qrempuċ street and Slipway street. ❖ Extended the refurbishing of Ornamental lights at Zonqor Street and is still

works in Progress. ❖ Replaced all lamps and upgraded the Distribution panel for all the lights at

Gnien Sant Anna. ❖ Installed a new supply box for the provision of a SEABIN installation at Xatt

street, this includes the required infrastructure. ❖ Installed a new 3 phase Main Supply panel at St Georges street and an 3 phase

and single phase outlets for all the activities taking place during the summer on the simenta open space.

❖ Day to day maintenance on all street lights and public places. ❖ The removal of unused poles and cables around our locality, by all service

providers. ❖ Attended various meetings seminars with regards to inclusion and integration

issues. Still works in progress for future engagements with regards to integration with our community.

Paġna 13

❖ Extensive maintenance at Zonqor point to fix and get all the Ornamental lights

at the area.

Konklużjoni

Din is-sena ser tku sena oħra impjennativa bħas-snin ta’ qabel u l-Kunsill ser jkompli jara illi

tinbena l-Għassa tal-Puluzija għal servizz aħjar lir-residenti tagħna. Proġett li ilna niprepaw u

nippjanaw għalih dawn l-aħħar snin u li fl-aħħar wasal iż-żmien li jitwettaq, hu dak tal-Bini

Amministrattiv tal-Kunsill. Dan huwa proġett li jirrikjedi ħafna xogħol u riżorsi tal-Kunsill.

Ma jonqosx illi l-Kunsill jibqa jaħdem f’diskussjonijiet ma Infrastructure Malta u l-Ministru ħalli

jkomplu jsiru t-toroq f’Marsaskala għal ġid tar-residenti.

Paġna 14