14
Nu Nu ż ż aw il aw il - - journal journal m m uliedna! uliedna! preżentazzjoni ta’ Annabel Desira Parental Empowerment Programme Co-ordinator Fondazzjoni Għal Servizzi Edukattivi Novembru 2013

Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

Embed Size (px)

DESCRIPTION

This presentation is in maltese and is aimed for educators who would like to encourage parents to be a role model for their children when it comes to journal writing.

Citation preview

Page 1: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

NuNużżaw ilaw il --journaljournal mm’’uliedna!uliedna!preżentazzjoni ta’

Annabel DesiraParental Empowerment Programme Co-ordinator

Fondazzjoni Għal Servizzi EdukattiviNovembru 2013

Page 2: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

XX’’ inhu inhu ““ journaljournal ”” ??� Dak il-ktieb jew pitazz li fih tniżżel dak kollu li int tixtieq.� M’hemmx bidu u lanqas tmiem fiss għax dak tiddeċidih int stess!

� Jista’ jkun li tkun qed tistenna fi kju u tniżżel lista ta’ ħsibijiet li għandek f’moħħok.

� Jista’ jkun li rajt xi ħaġa jew għaddejt minn esperjenza li xtaqt tiktibha.

� Jista’ jkun li laqtitek kanzunetta jew poeżija u ridt tniżżel 4 versi minnha.� Forsi qal xi ħaġa xi ħaġa u ma tridx tinsieha?� Forsi ħadt ritratt u tfajtu fil-journal u xi jiem jew xhur wara fettillek żammejt

memorja bil-kitba?

Page 3: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

GGħħaliex tippersonalizzah?aliex tippersonalizzah?� Bħalma kull wieħed u waħda minnha jagħtu kas ta’ x’jieklu u x’jilbsu

minħabba l-gosti personali, hekk ukoll dal-ktejjeb.� Hemm min iħallih bl-istess qoxra ta’ kif xtrah u hemm min jiksih u jagħmlu

tiegħu. � Regoli m’hemmx! Hemm biss padrunanza tiegħu.� Xi drabi jaf isir estensjoni tal-persuna għalkemm ivarja minn djarju għax

mhux neċessarjament tikteb dak li tgħaddi minnu, anzi jista’ jkun kollu kemm hu bbażat fuq l-immaġinattiv.

� Bħal kull ħaġ’oħra personali tiegħek, turih lil min trid u ħadd mhu suppost jaqra minnu jekk mhux għax int bħala l-awtur tagħti permess.

� Biss, il-gost tiegħu huwa li tarah jeħxien maż-żmien bil-kitbiet u li minn żmien għall-ieħor taqsam xi uħud minn dal-kitbiet mal-oħrajn ukoll.

� Bir-rispons li tieħu, taf tirranġa u tbiddel, dejjem skont il-gosti tiegħek.

Page 4: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

GGħħaliex diversi persuni jaliex diversi persuni j żżommu wieommu wie ħħed?ed?

� M’hemmx bżonn tkun kittieb biex iżżomm wieħed għalkemm ħafna kittieba għandhom.

� Hemm min iħoss li għandu spazju san fejn jesprimi ruħu.� Hemm min jieħu gost jikteb.� Hemm min iniżżel listi t’oġġetti biex ma jinsiex.� Hemm min arah iġemma’ kull ħaġa li jgħaddi minnha u erħilu jieħu gost

jerġa’ jqalleb il-paġni meta jkun għadda ż-żmien u jitgħaġġeb dwar x’ikun għamel.

� Hemm min iservi ta’ żvog mill-ħajja ta’ kuljum fejn jieqaf u jaħseb u jikteb.

Page 5: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

XX’’nistanista ’’ nninni żżżżel fih?el fih?Litteralment li trid eżempju:� Xi kwotazzjoni li għoġbitek� Xi silta li smajt u ridt terġa’ tniżżilha fi klliemek� Xi vers minn kanzunetta� Xi titlu ta’ film� Xi spunt li tawk li tixtieq tikteb dwaru darb’oħra� Xi lista t’affarijiet li għad fadallek tagħmel� Xi lista ta’ kotba li tixtieq taqra fil-futur� Xi lista ta’ postijiet li tixtieq iżżur� Xi ringrazzjament� Xi artiklu li taqta’ minn gazzetta jew magazin� Xi biljett ta’ kunċert, lotterija eċċ...� Xi fuljett li sibt u li tixtieq tarah bil-kwiet iktar tard ...

Litteralment li trid!

Page 6: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

Hemm bHemm b żżonn nikteb kuljum u bilfors?onn nikteb kuljum u bilfors?

�Le, m’hemm xejn li hu bilfors anzi dan hu ktieb għall-gost.

�Iżda l-istess bħall-eżerċizzju ftit u ta’ spiss tajjeb immens.

�Tinsiex: il-kliem bħaċ-ċirasa!

Page 7: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

GGħħaliex iservi jekk jintualiex iservi jekk jintu żżaa’’ matmat --tfal?tfal?

�Dan iservi ta’ prattika tajba għall-kitba għax huma jagħrfu li l-kitba mhijiex biss oġġett bħall-esej li trid tagħmlu u bil-ħin.

�It-tfal isibu gost f’xi ħaġa li hi tagħhom l-istess bħalma meta konna iżgħar aħna stess u nagħmlu xi collage jew scrap book.

�It-tfal jibnu l-istima personali tagħhom għax għalihom dil-ġabra ta’ ħsibijiet tkun tassew il-ktieb tagħhom.

�It-tfal, jekk jaraw lill-ġenituri tagħhom jipprattikaw l-istess ħaġa jimmultiplikaw l-entużjażmu u jafu jissorprenduk!

Page 8: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

Hemm bHemm b żżonn nagonn nag ħħmel wiemel wie ħħed ed jien ukoll jekk jien jien ukoll jekk jien ġġenitur?enitur?

�L-eżempju jkaxkar!�Kemm hi veritiera dil-frażi!�It-tfal dejjem ifittxu mudell u dan jarawh fina l-

kbar sew jekk għalliema u sew jekk ġenituri.�Agħraf ħu l-opportunita` u kun int il-mudell

tagħhom.

Page 9: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

GGħħaliex dalaliex dal --““ journaljournal ””ma jima ji ġġi qatt ikkorei qatt ikkore ġġut?ut?

� Peress li dal-ktieb hu personali mhijiex l-idea tradizzjonali tal-iskola li xi ħadd jikkoreġih.

� L-iktar l-iktar, jekk trid tbiddel xi ħaġa inti s-sid li tista’ tbiddel kollox!� Ma tagħmilx sens li nsibu l-iżbalji ta’ ħaddieħor ladarba din hi kitba għall-

gost.� Ma fiha l-ebda skop li xi ħadd jikteb lista t’affarijiet li jrid jixtri u xi ħaddieħor

jikkoreġihomlu.� Dan hu spazju fejn it-tfal jiktbu mingħajr biża’ li xi ħadd se jumiljahom jew

jimmarkalhom kull nitfa ta’ żball.� Il-kitba mexxejja tasal biss bil-prattika u l- “journal” hu okkażjoni eċċellenti

fejn wieħed jipprattika l-espressjoni fil-kitba.

Page 10: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

Dan jgDan jg ħħodd ukoll godd ukoll g ħħal tfal bal tfal b ’’diffikultajietdiffikultajiet ??

� IVA! Dażgur li IVA!� Tfal b’diffikultajiet m’għandhom xejn inqas minn tfal oħra.� It-tfal kollha jieħdu gost ikollhom dal-ktieb li jagħmluh tagħhom u kif

iridu huma.� Jekk ikollhom l-iżbalji ortografiċi mhux importanti għax il-“journal” hu

qisu r- “rough draft” tal-ideat kollha tagħna!� Xi darba nsibu użu għalihom ukoll!

Page 11: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

IlIl--kitba importanti,kitba importanti,ilil--kliem nilagkliem nilagħħbu bih,bu bih,

ll--espressjoni essenzjali,espressjoni essenzjali,litlit--tifel spazju agtifel spazju agħħtih.tih.

IsimgIsimgħħu sewwa kulmetau sewwa kulmetajaqra jew jitkellem,jaqra jew jitkellem,

apprezza apprezza ħħsibijietu gsibijietu għħaxaxmiegmiegħħu tispiu tispiċċċċa titga titgħħallem!allem!

GGħħad jasal ad jasal żżmien li jifhemmien li jifhemli int tixtieqlu lli int tixtieqlu l--ġġid,id,

ggħħad bad bħħalek jibda jagalek jibda jagħħmelmelggħħax jimita lilek dejjem irid!ax jimita lilek dejjem irid!

Page 12: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

GGħħal iktar tagal iktar tag ħħrif jew mistoqsijiet ...rif jew mistoqsijiet ...

ibgħat email lil Annabel Desira fuq :[email protected]

Page 13: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!
Page 14: Nuzaw il-"journal" m'uliedna!

ERROR: syntaxerrorOFFENDING COMMAND: --nostringval--

STACK:

/Title ()/Subject (D:20140701133535)/ModDate ()/Keywords (PDFCreator Version 0.8.0)/Creator (D:20140701133535)/CreationDate (fes)/Author -mark-