A ħna nsara Maltin

Preview:

DESCRIPTION

A ħna nsara Maltin. Kapitlu 2. L-aktar ħaġa sabiħa li għandna fil-paroċċa tagħna hi li aħna magħqudin flimkien bħala l-familja t `Alla. Aħna ninġabru flimkien bħala familja waħda fid-dar t`Alla – Il-Knisja. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Kapitlu 2

Aħna nsara Maltin

L-aktar ħaġa sabiħa li għandna fil-paroċċa tagħna

hi li aħna magħqudin

flimkien bħala l-familja t `Alla.

Aħna ninġabru flimkien bħala familja waħda fid-dar t`Alla – Il-Knisja.

Illum f`Malta u Għawdex hawn ħafna knejjes kbar u sbieħ. Insibu ukoll ħafna knejjes żgħar u kappelli mxerdin ma` l-irħulha kollha.

Mhux dejjem kien hekk. Fl-antik ħafna nies kienu joqgħodu fil-kampanja. Ma kienx hemm knejjes kbar. Iżda kien hawn knejjes żgħar li jissejhu kappelli. Ħafna minn dawn il-kappelli għadhom jintużaw illum.

Ħafna snin ilu qabel ma bdew jinbnew il-knejjes in-nies kienu jinġabru fil-katakombi.

Il-katakombi kienu bħal ċimiterji mħaffrin taħt l-art fejn l-insara tal-bidu kienu jidfnu l-mejtin tagħom.

Fil-Katakombi l-insara Maltin kienu jagħmlu tpinġijiet li jfakkruhom f`Ġesu u fit-tagħlim tiegħu.

Kienu jpinġu xi:

- Salib

- Ħamiema jew pellikan

- Kuruna tal-fjuri

- Dgħajsa fil-baħar

Recommended