View
230
Download
5
Category
Preview:
DESCRIPTION
Suppliment 'In-Nazzjon' 25 ta' Jannar 2013
Citation preview
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar www.mychoice.pn
f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT
2013
59,000 u aktar persuna femminili jaħdmu bi qligħ f’Malta u f’Għawdex
Il-Gvern saħħaħ il-benefiċċji soċjali u żied iċ-Children’s Allowance
Muscat riedna nagħmlu bħal Ċipru... Ċipru llum il-ġurnata spiċċa fallaii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUSCAT jAGħżEL ħAżIN
Din il-leġiżlatura kienet ikkaratterizzata mill-fatt li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nieda għadd ġmielu ta’ miżuri adattati għal dħul akbar għall-familja.
Dawn il-family friendly measures għenu biex bosta koppji ġenituri jkunu jistgħu jiksbu l-bilanċ neċessarju biex ilaħħqu mal-ħajja tal-familja u l-karriera.
Fl-aħħar sena, kien hemm 3,783 ħaddiem fis-Servizz Pubbliku, fosthom 3,433 mara, li gawdew minn waħda mill-miżuri favur il-familja. Dawn il-miżuri jinkludu l-leave tal-maternità, il-leave tal-adozzjoni, il-leave tal-fostering, ir-responsibility leave, il-parental leave, il-career break, minn sigħat
Il-Gvern ħadem biex nieda diversi miżuri li jgħinu u jinkoraġġixxu lin-nisa biex jaħdmu, fosthom tnaqqis ta’ taxxa, żieda fil-leave tal-maternità, childcare centres u Clubs 3-16 fejn it-tfal jistgħu jmorru wara l-ħinijiet tal-iskola.
Tul din il-leġiżlatura l-Gvern ta l-ispazju kollu lin-nisa biex ikomplu jistudjaw tant li llum fil-livell terzjarju, 60 fil-mija tal-istudenti huma nisa.
Fl-istess ħin il-Gvern offra wkoll il-faċilitajiet u l-opportunitajiet lin-nisa biex ikomplu jaħdmu, anki wara li jibdew irabbu familja. B’hekk, l-investiment li jkun sar fihom u dak li jkunu studjaw, ma jtirx mar-riħ.
Għalhekk fetaħ tmien childcare centres ġodda u tnejn oħra se jinfetħu din is-sena. Fetaħ ukoll 15-il Club 3-16 fejn it-tfal jattendu wara l-ħinijiet tal-iskola. Dawn il-Clubs 3-16 se jiżdiedu għal 21.
Il-Gvern jemmen li l-ħarsien tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f’karigi ta’ tmexxija hu fundamentali.
Dan il-punt ta’ prinċipju qed ikun attwat fejn il-Gvern għandu interess dirett. F’dawn l-aħħar snin komplew jiżdiedu n-nisa fil-bordijiet ta’ kumpaniji fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza, tant li l-perċentaġġi tar-rappreżentanza femminili huma għolja ħafna. Ħamsin fil-mija tal-Maġistrati huma nisa, filwaqt li ngħatat spinta biex aktar nisa jinħatru mħallfin.
Ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea hi mara u f’dawn l-aħħar snin inħatru għall-ewwel darba numru ta’ Segretarji Permanenti nisa.
Dan kollu juri b’mod ċar li l-Gvern hu verament impenjat li jkompli jagħti l-ispazju kollu lil nisa kapaċi u kompetenti biex juru l-ħiliet tagħhom f’karigi għolja u ta’ tmexxija.
anqas ta’ xogħol, teleworking, u skedi flessibbli fil-ħinijiet tax-xogħol.
Fl-ewwel sitt xhur tal-2012, 265 omm għażlu li jgawdu miż-żieda ta’ ġimagħtejn fil-leave tal-maternità kif imħabbra mill-Gvern fil-baġit għas-sena l-oħra. Huma għażlu li jieħdu sittax-il ġimgħa leave tal-maternità
jiżdiedu n-nisa fid-dinja tax-xogħol
bi dħul akbarFl-aħħar ħames snin, in-nisa jaħdmu fl-etajiet bejn il-25 u l-55 sena żdiedu
minn 43% għal 57%. In-nisa sa 35 sena qed jaħdmu b’rata f’Malta ferm aqwa
mill-medja tal-UE. Il-paga medja fis-sena żdiedet b’€2,600. Dan gawdiet minnu wkoll
il-mara għax f’Malta għandna l-anqas differenza bejn il-pagi tan-nisa u l-pagi tal-irġiel
Imnedija firxa wiesgħa ta’ miżuri adattati għal dħul akbar għall-familja
li jinkludu erbatax-il ġimgħa mħallsa minn min jimpjegahom u ġimagħtejn miżjuda u mħallsa mill-Gvern bir-rata ta’ €160 fil-ġimgħa. Il-leave tal-maternità jiżdied b’ġimagħtejn oħra mill-1 ta’ Jannar 2013 biex b’hekk ikun tela’ għal tmintax-il ġimgħa. Il-piż se jibqa’ jinġarr mill-Gvern.
ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
59,000u aktar persuna femminili
jaħdmu bi qligħ f’Malta u f’Għawdex
8childcare centres ġodda
fl-aħħar ħames snin u tnejn oħra ġodda
se jinfetħu din is-sena
Fatti u Ċifri
60%tal-istudenti li qed jissoktaw bl-istudji
tagħhom huma nisa
3,433 mara impjegata
fis-Settur Pubbliku fl-2011 gawdew minn
miżuri favur il-familja
2,800 omm fis-sena
mill-2008 daħlu lura jaħdmu permezz ta’ ħafna
inċentivi tal-Gvern
15-ilClub 3-16 fejn it-tfal jistgħu jattendu
wara l-ħinijiet normali tal-iskola... Dawn iċ-ċentri se jiżdiedu għal
21
Il-ħaddiem Malti jħabbatha sew ma' kull ħaddiem ieħor.
Hu għalhekk li l-Gvern investa ħafna fl-edukazzjoni biex dawk kollha li jkunu jridu jimxu 'l quddiem, ikollhom fejn jitgħallmu u jitħarrġu u hekk jiżviluppaw it-talenti u l-ħiliet tagħhom.
Dan id-diskors japplika perfettament ukoll għan-nisa u l-Gvern, biex iħajjar aktar nisa joħorġu jaħdmu wara li jkollhom it-tfal, irriforma s-sistema tal-income tax, bil-ħolqien ta’ faxxa jew kategorija ġdida msejħa ‘komputazzjoni ġenitur’ li wkoll daħlet fis-seħħ fl-2012.
Aktar inċentivi ħalli iżjed nisa jaħdmu bi qligħIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-aqwa riżorsa li għandu pajjiżna hi l-ħaddiema. Il-ħaddiem Malti jitgħallem malajr. Il-ħaddiem Malti hu ħabrieki u ħawtiel. Il-ħaddiem Malti kapaċi jipproduċi l-aqwa u l-aħjar
Il-ġenituri li għadhom qed irabbu u li qed jikkontribwixxu għall-ekonomija billi jaħdmu, qed iħallsu anqas income tax. Koppja qed tiffranka bejn €150 u €840 fis-sena. Dan ifisser dħul akbar għall-istess familji.
Dan mhux l-uniku inċentiv fiskali li l-Gvern qed jagħti lill-ommijiet. Hu kkalkulat li mill-2008 mat-3,000 omm u aktar fis-sena daħlu lura fid-dinja tax-xogħol wara li kellhom it-tfal, u gawdew minn tax holiday. Bejniethom iffrankaw madwar €11 miljun fi ħlas ta’ income tax.
Sadanittant, mill-1 ta’
Jannar kien hemm mal-elf omm li ma ħadmux u li applikaw biex jirċievu l-benefiċċju tal-maternità. Dan il-benefiċċju jammonta għal €79.20 fil-ġimgħa.
Il-benefiċċju jiżdied kull sena skont iż-żieda tal-għoli tal-ħajja kif imħabbra fil-budget. Ta’ min ifakkar li l-Gvern iħallas il-bolla ta’ dawk l-ommijiet li jagħżlu li jieqfu mix-xogħol bil-parental leave sa massimu ta’ sentejn għal kull wild, biex irabbu lil uliedhom.
F’każ ta’ wlied b’diżabbiltà, il-Gvern iħallas il-bolla tal-ommijiet sa massimu ta’ erba’ snin.
Il-Gvern investa ħafna fl-edukazzjoni biex dawk kollha li jkunu jridu jimxu ‘l quddiem,
ikollhom fejn jitgħallmu u jitħarrġu u hekk jiżviluppaw it-
talenti u l-ħiliet tagħhom
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn
TitkellemGħaliex kull wild hu speċjali, il-Gvern fl-2012 żied iċ-Children’s Allowance b’€100 u għall-2013, kif imħabbar fil-budget, reġa’ żied iċ-Children’s Allowance b’€100 oħra għal total ta’ €450 għal kull tifel u tifla
Iċ-Children’s Allowances jgħinu biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-edukazzjoniWara kull benefiċċju hemm skop, hemm skop komuni, dak li tagħmel il-ħajja ta’ dak li jkun aħjar billi tgħinu jkompli javvanza kemm jista’ jkun mingħajr intoppi jew b’mod li jekk ikun hemm xi xkiel, wieħed ikun jista’ jegħlbu.
Iċ-children’s allowance hu wieħed minn dawn il-benefiċċji li permezz tiegħu, persuna li tagħżel li jkollha t-tfal l-istat jgħinna b’diversi modi biex l-ispejjeż involuti jingħelbu bl-aħjar mod possibbli, fosthom l-ispejjeż relatati mat-trobbija u x-xiri ta’ materjal relatat mal-edukazzjoni bħalma huma l-uniformijiet.
Iż-żieda li ngħatat żgur se tħalli effett pożittiv fuq il-familji b’mod ġenerali għax dawn se jkollhom tip ieħor ta’ sussidju mingħand il-Gvern.
It-tfal għandhom rwol mill-aktar importanti f’kull familjaIt-tfal huma wisq importanti għal kull soċjetà, mhux biss dik Maltija, speċjalment meta jkollok sitwazzjoni bħal dik li qegħdin nesperjenzaw, li s-soċjetà kulma jmur qiegħda tixjieħ u li fiha m’hemmx biżżejjed tfal li jissostitwixxu lill-anzjani li ħerġin mid-dinja tax-xogħol.
Jekk dan jippersisti, iġib miegħu numru ta’ problemi fosthom dawk relatati ma’ benefiċċji soċjali. Għalhekk il-Gvern, fl-opinjoni tiegħi, ħejja din l-iskema tal-benefiċċji taċ-children’s allowance fuq kull tifel u tifla li familja jkollha, bil-possibbiltà li din iżżid iċ-ċans li jkun hemm aktar tfal.
Iċ-children’s allowances żgur li huma ta’ importanza kbira għal kull familja speċjalment għal dawk li jkunu għadhom kemm bdew il-ħajja miżżewġa.
Iċ-Children’s Allowances huma ħolqa waħda f’sensiela ta’ benefiċċjiIċ-children’s allowances huma biss ħolqa waħda minn katina sħiħa ta’ benefiċċji relatati mal-familja Maltija. Ma rridux ninsew li mara tqila żdidilha l-maternity leave, u dik iż-żieda jħallasha l-Gvern, u daħal it-teleworking ukoll, fost elementi oħrajn.
Jien naqbel ħafna mal-kunċett li l-ħlas u l-benefiċċju li jingħata għal kull wild hu ndaqs u mhux bħas-sistema l-antika, li fiha l-ewwel wieħed jieħu ammont, it-tieni ammont inqas u tkompli hekk.
Kull tifel u tifla għandhom l-istess bżonnijiet. U għalhekk il-Gvern, għax kull tifel u tifla hu/hi speċjali, assigura li jingħata ċ-Children’s Allowance. Kull tifel u tifla għandhom il-bżonnijiet tagħhom li jiswew l-istess u għalhekk jien naħseb li l-Gvern għamel deċiżjoni għaqlija li żied iċ-children’s allowance.
Ta’ min ifaħħar il-politika tal-Gvern li jżid iċ-Children’s AllowancesMalta għandha xibka ta’ għajnuniet soċjali mill-aqwa, mhux biss ma’ dawk li li qegħdin ifittxu impjieg, jew dawk li huma morda, iżda ma’ kull persuna li tgħix f’pajjiżna. Iċ-children’s allowances huma proċess importanti li permezz tiegħu, il-familja li tkun għadha kemm kellha t-tfal, tingħata l-għajnuna biex tkun tista’ ttaffi ftit mill-ispejjeż inklużi dawk relatati mat-trobbija tat-tfal, li kulħadd jaf li fil-bidu tagħha jkunu meħtieġa ħafna flus.
Iż-żieda fiċ-children’s allowances kulħadd faħħarha, kemm dawk li jaqblu magħna kif ukoll dawk li ma jaqblux. Kulħadd feraħ u mexxa l-kelma, u bir-raġun, għax dan ifisser aktar flus fl-idejn u inqas tnaqqir mill-paga biex imbagħad, dak li jkun ikun jista’ jagħmel kapriċċ.
AUDrEy BrINcAT
chArlEs ZAMMITBIrkIrkArA
FrEDrIck BowMANl-IMTArFA
VIcTor cAMIllErIIl-BElT VAllETTA
rITA DIMEchIs-swIEqI
It-tfal kollha jingħataw iċ-Children’s AllowanceNaf ħafna nies li għandhom iċ-children’s allowances u jibbenefikaw minnhom. Dawn huma bżonjużi ħafna speċjalment meta t-tfal ikunu għadhom żgħar u dipendenti ħafna fuq il-ġenituri. Wara l-età ta’ sittax-il sena, dak li jkun jieħu l-istipendju jew il-paga u allura jkun awtonomu.
Tinnota kif hawn katina sħiħa ta’ benefiċċji u wieħed jimxi minn wieħed għal ieħor, imma l-benefiċċju taċ-children’s allowance jibqa’ l-aktar favorit fost il-ġenituri. Permezz tiegħu, il-Gvern ikun qiegħed jgħin u jtaffi ftit mill-ispejjeż, speċjalment meta ta żieda fuq żewġ oqsma, kemm fl-ammont kif ukoll fil-kwantità tat-tfal.
Dan juri kemm il-Gvern għandu sinsla soċjali soda meta jiġi biex jara x’għandu bżonn il-poplu inġenerali.
iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
Investiment qawwi tal-Gvern fiċ-childcare centres u fil-Clubs 3-16 għen lil 12,000 mara aktar jaħdmu u jgawdu paga fuq ħames snin ilu
Il-Gvern ta spinta kbira liċ-childcare centres fl-aħħar ħames snin u fil-ħames snin li ġejjin
Gvern Nazzjonalista se jagħti vouchers lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jlaqqgħu tajjeb
il-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja
Iċ-ċifri tal-Labour Force Survey jikkonfermaw il-qabża kbira fin-nisa jaħdmu li żdiedu minn
52,000 ħames snin ilu għal 63,000 issa... Dan hu grazzi għat-tnaqqis fit-taxxa, l-inċentivi tal-Gvern, u ċ-ċentri għat-tfal li fetaħ il-Gvern
Ix-xogħol speċjalizzat li l-Gvern ġibed lejn Malta b’investiment barrani ġdid f’oqsma moderni bħall-farmaċewtika, l-avjazzjoni, is-servizzi finanzjarji, l-informatika, il-bijoteknoloġija
u l-igaming fissru opportunitajiet ta’ xogħol għan-nisa fl-aħħar ħames snin
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn
Il-Clubs 3-16 huma opportunità biex ommijiet li jaħdmu jkollhom moħħhom mistrieħ li t-tfal
qegħdin ikkurati u f’attivitajiet interessanti barra l-ħinijiet tal-iskola... il-Gvern fetaħ ħmistax
minn dawn il-Clubs 3-16 u se jżidhom għal 21
Iċ-ċifri tal-Labour Force Survey jikkonfermaw il-qabża kbira fin-nisa jaħdmu li żdiedu minn
52,000 ħames snin ilu għal 63,000 issa... Dan hu grazzi għat-tnaqqis fit-taxxa, l-inċentivi tal-Gvern, u ċ-ċentri għat-tfal li fetaħ il-Gvern
vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
Muscat jagħżel ħażin...
IrIDNA F’XIFEr l-IrDUM BĦAl ĊIPrU... BAsTA JIksEB Il-PoTEr
(dehret għall-ewwel darba: il-mument 03.06.12)
Fid-diskors tiegħu fl-1 ta’ Novembru 2010 dwar il-budget għall-2011, Muscat għajjar lil Lawrence Gonzi li mhux kapaċi daqs il-mexxejja ta’ Ċipru, pajjiż li jixbahna
Fis-sena 2011, Ċipru spiċċa għarkupptejh quddiem il-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija. L-iżbilanċ u l-qgħad splodewlu. Ċipru mar jittallab mingħand ir-Russja u l-UE. Daħħal miżuri kbar ta’ awsterità: tnaqqis fil-pagi, qtugħ fis-servizzi soċjali u fil-pensjonijiet, żieda fir-rata tal-VAT, taxxa ġdida fuq il-proprjetà u ħlas għas-saħħa
Fil-11 ta’ Lulju 2011, splussiv li kien maħżun f’bażi militari sploda u għamel ħsarat kbar f’power station fil-qrib. Nofs Ċipru spiċċa bla dawl għal xhur sħaħ... Muscat se jagħmel tankijiet tal-gass eżatt ħdejn il-power station ta’ Delimara flok iġib il-gass b’pipeline imħallas mill-UE kif irid il-Gvern
...u tbati int
Muscat ried li Malta tkun bħal Ċipru li falla... Malta baqgħet wieħed minn ftit pajjiżi b’saħħithom
fl-Ewropa... issa Muscat se jikkopja lil Ċipru: se jagħmel tankijiet tal-gass ħdejn power station... Ċipru spiċċa bla
elettriku wara splużjoni li tajret power station
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn
LENTI FUQ...
Muscat riedna nkunu bħal ĊipruFit-tweġiba tiegħu għall-budget għall-2011, Muscat kien qabbel lil Malta ma’ Ċipru u qal li l-mexxejja ta’ Ċipru huma aktar kapaċi minn Lawrence Gonzi.
Ċipru hu bħalna gżira b’popolazzjoni żgħira (anke jekk ikbar minn tagħna) fil-Mediterran, għandu industriji bħat-turiżmu u s-servizzi finanzjarji żviluppati sew, għandu ċertu wirt Ingliż għax kien kolonja tal-Ingilterra, hu bħalna msieħeb fl-UE fl-istess żmien u bħalna għandu l-ewro.
l-isfida tal-paragun ma’ ĊipruIllum, għandna nieħdu kliem
Muscat riedna u għadu jridna nkunu bħal Ċipru, imma Ċipru hu l-prova tal-ideat falluti ta’ Muscat
Joseph Muscat u niġġudikawh bih. U għandna nqabblu ma’ Ċipru li hu riedna nkunu bħalu.
Ċipru għoddu falla. Ma felaħx għall-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija. Il-finanzi tiegħu mifqugħin. Mar għarkupptejh jittallab mingħand ir-Russja u mingħand l-UE. U biex issellef, kellu jdaħħal miżuri kbar ta’ awsterità: naqqas il-pagi tal-ħaddiema, qata’ s-servizzi soċjali, naqqas il-pensjonijiet, żied ir-rata tal-VAT, daħħal taxxa ġdida fuq il-proprjetà u għolla l-ħlas għas-servizzi tas-saħħa.
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li Malta hi wieħed minn disa’ pajjiżi biss tal-UE fejn il-gvern għandu żbilanċ skont ir-regoli
taħt it-3%. It-tmintax-il pajjiż l-ieħor tal-UE għandhom żbilanċ aktar minn dak imħolli. Fil-każ ta’ Ċipru, l-iżbilanċ hu 6%.
Il-qgħad f’Ċipru sploda... Malta tgawdi x-xogħolSkont l-aħħar statistika tal-UE, il-qgħad f’Ċipru hu wieħed mill-ogħla fl-UE. Ċipru għandu 14% tal-ħaddiema qiegħda. Min-naħa l-oħra, Malta hi wieħed mill-anqas pajjiżi li għandhom nies ifittxu xogħol u ilu hekk għal dawn l-aħħar snin.
Ċipru statiku fit-turiżmu għal 10 snin... Malta b’żieda sostanzjaliL-effetti tal-kriżi ekonomika f’Ċipru ma jinħassux biss fil-qgħad għoli. Qed jinħassu wkoll fit-turiżmu li, bħal f’Malta, hu industrija ewlenija hemmhekk. Ċipru ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin bl-istess ammont ta’ turisti ma jiżdidux. Għaxar snin juru xejra fit-tul.
Malta, f’kuntrast, fl-għaxar snin li għaddew, kellha żieda sostanzjali ta’ 33% fit-turiżmu. Il-Gvern Malti kien qed jinvesti bil-qawwi fit-turiżmu għax kellu l-finanzi fis-sod. Fl-aħħar leġiżlatura, Malta gawdiet erba’ rekords fit-turiżmu.
F’Malta n-nies jonfqu aktar għax hawn ix-xogħol... Ftit tax-xhur ilu, l-UE ħarġet it-tbassir tagħha dwar l-ekonomija ta’ kull pajjiż membru tagħha u anke tal-pajjiżi li jridu jidħlu.
Fir-rapport tagħha dwar l-ekonomija tagħna, l-UE tgħid li Malta qed tesporta aktar u t-turiżmu għaddej minn vena impressjonanti. Ir-rapport jgħid li Malta se tkun it-tielet l-aktar pajjiż li jkabbar l-ekonomija tiegħu fl-UE. Il-banek Maltin sodi, jgħid ir-rapport, u l-konsumaturi se jkunu qed jonfqu aktar għax f’Malta hawn ix-xogħol, tgħid l-Unjoni, u dan qed iwassal għal pagi aħjar u b’hekk
il-konsumaturi għandhom aktar x’jonfqu.
... f’Ċipru reċessjoni qawwija u twila Jekk tqalleb il-faċċati mbagħad u tara r-rapporti fuq pajjiżi oħrajn Ewropej, tinduna x’eċċezzjoni hi Malta. U meta tara r-rapport dwar Ċipru, tgħid ‘x’kuntrast!’ Għal Ċipru, l-UE tbassar hekk: reċessjoni qawwija u twila. L-UE tgħid li r-reċessjoni f’Ċipru se ddum tliet snin u l-qgħad se jkompli tiela’, tgħid l-UE.
Ċipru bi splużjoni ħdejn power stationDan hu fejn riedna nkunu Muscat; u dan hu fejn m’aħniex. Imma Muscat issa xorta jridna bħal Ċipru: irid ipoġġi tankijiet tal-gass ħdejn il-power station żejda li jrid jibni. Ċipru sofra nuqqas kbir ta’ elettriku meta kellu splussivi li splodew u li tajru power station fil-qrib. Muscat iridna bħal Ċipru anke f’dan.
Il-mexxej tal-labour Party Joseph Muscat, wara li għamel kampanja qawwija jgħidilna li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet se tkun ‘is-salib tal-millennju’, beda jqabbilna ma’ pajjiżi oħrajn fl-UE
Ċipru jiġġarraf ekonomikament u jieħu l-presidenza tal-UE...
Muscat irid lil Malta bħal Ċipru
Protesti f’Ċipru kontra l-qgħad, il-qtugħ fil-pagi u fis-servizzi soċjali u kontra t-taxxi ġodda... Muscat
jgħid li Gonzi mhux kapaċi daqs il-mexxejja ta’ Ċipru
viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn
“Il-Gvern hu kburi li aktar u aktar nisa qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol u li issa r-rata ta’ nisa li qed jaħdmu hi ħafna aktar milli kienet ħames snin ilu. Il-Gvern se jkompli jaħdem biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jaħdmu bi qligħ għalihom u għall-familji tagħhom.”
- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi
Recommended