16
IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA FIL-QAFAS TAL-BILINGWIŻMU U L-PLURILINGWIŻMU 2019

IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALITAT-TAGĦLIM TAL-MALTI

BĦALA LINGWA BARRANIJA

FIL-QAFAS TAL-BILINGWIŻMU U L-PLURILINGWIŻMU

2019

Page 2: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)
Page 3: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA | 3

WERREJ

Daħla ........................................................................................................................................................... 5

Il-Kuntest Soċjolingwistiku .......................................................................................................................... 7

1. Il-Bilingwiżmu .....................................................................................................................................................7

2. Il-Plurilingwiżmu .................................................................................................................................................7

Il-Malti, l-Ilsien Nazzjonali ........................................................................................................................... 8

Ir-reġistrazzjoni fl-iskejjel għall-Malti bħala Lingwa Barranija (MLB) ............................................................. 9

Il-perjodu tranżitorju ta’ tħejjija (induction) ................................................................................................. 9

It-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija ................................................................................................ 10

1. Fl-Edukazzjoni Bikrija .......................................................................................................................................10

2. Fil-Primarja (8-11-il sena) ................................................................................................................................10

3. Fil-Medja (11-13-il sena) ..................................................................................................................................10

4. Fis-Sekondarja (13-16-il sena) ........................................................................................................................11

5. Lill-Adulti ...........................................................................................................................................................11

It-Taħriġ tal-Għalliema ............................................................................................................................... 12

L-amministraturi ta’ skejjel u entitajiet edukattivi ...................................................................................... 12

Materjal għat-tagħlim ................................................................................................................................ 13

Spazju u loġistika ...................................................................................................................................... 13

Referenzi ................................................................................................................................................... 14

Appendiċi 1: Suġġerimenti għall-Promozzjoni tal-Bilingwiżmu fl-iskejjel ................................................... 15

Appendiċi 2 ............................................................................................................................................... 16

a. Il-Kumitat li ħejja dan il-dokument .................................................................................................................16

b. Laqgħat ta’ konsultazzjoni ...............................................................................................................................16

Page 4: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

4 | IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

Page 5: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA | 5

DAĦLA

Dawn id-dokumenti jenfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ il-bilingwiżmu fil-Malti u l-Ingliż permezz tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012). Din il-Politika Nazzjonali tat-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija fil-Qafas tal-Bilingwiżmu u l-Plurilingwiżmu torbot lill-iskejjel kollha li jsegwu l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u lill-istudenti kollha tagħhom.

Biex jirnexxi l-bilingwiżmu bbilanċjat jeħtieġ li jkun hemm kontinwità minn sena skolastika għal oħra u minn ċiklu edukattiv għal ieħor, kif ukoll fil-kurrikulu fil-qasam tat-tagħlim u l-użu tal-lingwi. Din il-Politika tipprovdi linji gwida nazzjonali għall-amministraturi ta’ istituzzjonijiet u entitajiet edukattivi (bħal ċentri għall-ħarsien tat-tfal fis-snin bikrin, ċentri tal-kindergarten u skejjel), l-edukaturi tal-għalliema, l-għalliema, il-ġenituri, l-istudenti, u għal kull min joffri servizz edukattiv (eż. psikologi u patologi tal-lingwa mitkellma).

L-iskejjel kollha li jsegwu l-Kurrikulu Nazzjonali għandhom iħejju u jimplimentaw pjan ta’ azzjoni xieraq għall-kuntest tagħhom bħala parti mill-Pjan ta’ Żvilupp Kurrikulari tal-Iskola (SDP), abbażi tal-prinċipji msemmija f’din il-Politika. Huma għandhom jallokaw riżorsi umani u fondi biex iwettqu l-pjan ta’ azzjoni li jkunu fasslu. L-awtoritajiet responsabbli mill-iskejjel għandhom jagħtu sapport sħiħ u jallokaw ir-riżorsi kollha meħtieġa sabiex l-iskejjel jiżviluppaw u jimplimentaw il-pjanijiet u l-istrateġiji lingwistiċi biex jilħqu l-bżonnijiet tal-istudenti tagħhom fil-qafas ta’ din il-Politika. Wara li jiġi żviluppat il-pjan f’kull skola, huwa rakkomandat li jsir studju bi prova biex imbagħad titwettaq implimentazzjoni sħiħa b’effiċjenza u fl-iqsar żmien possibbli tal-pjan.

Biex jintlaħaq l-għan aħħari ta’ bilingwiżmu bbilanċjat jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-Malti jingħata aktar prominenza fit-tagħlim u fil-komunikazzjoni. Dan għandu jitniżżel fil-Pjan ta’ Żvilupp Kurrikulari tal-Iskola.

Din il-Politika Nazzjonali tat-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija fil-Qafas tal-Bilingwiżmu u l-Plurilingwiżmu hija msejsa fuq il-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin f’Malta u Għawdex (0-7 snin) ippubblikata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-2016, u L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd ippubblikata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-2014.

Page 6: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

6 | IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

Page 7: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA | 7

1. IL-BILINGWIŻMU

Huwa stabbilit xjentifikament li l-bilingwiżmu bbilanċjat miċ-ċokon fl-età jseddaq l-iżvilupp konjittiv, soċjali u lingwistiku tal-individwu. Il-bilingwiżmu ħaj mis-snin bikrija ’l quddiem joffri prestazzjoni konjittiva aqwa (executive control) li l-individwu jibqa’ jgawdi minnha tul ħajtu kollha (Bialystok, 2011). Il-bilingwiżmu bbilanċjat jistimula l-proċessi konjittivi mhux verbali (Vaughn et al., 2018); jgħin biex wieħed jitgħallem lingwi oħra aktar malajr (Singh, 2018); u jsaħħaħ il-kapaċità komunikattiva tal-persuna (Siegal et al., 2010).

Biex jissaħħaħ il-bilingwiżmu bbilanċjat:1. Għandha tingħata importanza xierqa

lill-Malti u l-Ingliż bħala mezzi ta’ istruzzjoni u komunikazzjoni fis-suġġetti kollha (apparti l-lingwi) mgħallma fl-iskejjel sabiex jintlaħaq l-għan aħħari ta’ bilingwiżmu bbilanċjat (ara Appendiċi 1 dwar kif jista’ jsir dan);

2. Għandha tingħata importanza ndaqs lit-tagħlim tal-Malti u l-Ingliż bħala suġġetti, eż. fil-ħin allokat għat-tagħlim tal-lingwi bħala suġġetti;

3. Fl-assessjar u fl-eżamijiet tas-suġġetti kollha (għajr il-lingwi) fil-livelli kollha inkluż taċ-ĊES, il-kandidati għandhom jingħataw id-dritt li jwieġbu bil-Malti jew bl-Ingliż;

4. Kull komunikazzjoni mill-amministrazzjoni tal-iskola u l-amministrazzjoni nazzjonali għandha ssir bil-Malti u bl-Ingliż;

5. Il-Malti għandu jingħata prominenza fis-sinjaletika, siti elettroniċi, fuljetti, kunċerti, laqgħat u ċelebrazzjonijiet f’kull istituzzjoni u entità edukattiva.

2. IL-PLURILINGWIŻMU

Il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni Ewropea jisħqu dwar l-importanza tal-plurilingwiżmu fl-edukazzjoni u fis-soċjetà (Candelier et al., 2012; Beacco et al., 2016; European Commission, 2017). Il-lingwi varji

IL-KUNTEST SOĊJOLINGWISTIKU

Il-kuntest soċjolingwistiku Malti huwa wieħed ta’ bilingwiżmu ħaj u b’saħħtu fil-Malti u l-Ingliż (Malta Country Report, Ministry for Education and Employment, 2014). Barra minn dan, Malta mhix iżolata mill-kumplament tad-dinja, u f’kuntest ta’ globalizzazzjoni, avvanzi teknoloġiċi u migrazzjoni, Malta hija pajjiż plurilingwi. Għalhekk, huwa meħtieġ li din il-Politika tqis l-opportunitajiet kollha offruti fil-kuntest lokali ta’ bilingwiżmu u plurilingwiżmu (Language Policy Unit, Council of Europe, 2015).

Page 8: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

tal-istudenti migranti fl-iskejjel għandhom jiġu rispettati u għandhom jitqiesu bħala rikkezza u riżorsa lingwistika li tagħni wkoll lill-istudenti Maltin.

Biex jissaħħaħ il-plurilingwiżmu:

1. Għandu jintwera rispett b’mod konkret u fid-dieher lil kull lingwa;

2. Għandhom jinstabu mezzi biex l-istudenti li għandhom lingwi mhux mgħallma bħala suġġetti jkunu xorta jistgħu jużawhom (ara pereżempju l-implimentazzjoni fl-Irlanda f’Little & Kirwan, 2018);

3. L-istudenti li jitkellmu lingwi li fl-iskola huma mgħallma bħala suġġetti (eż. it-Taljan, il-Franċiż) jiġu mħeġġa jikkontribwixxu f’attivitajiet relatati mat-tagħlim tal-istess lingwi fl-iskola u f’attivitajiet fil-komunità.

Għalhekk:

1. L-ebda student, fl-ebda skola f’Malta u Għawdex li ssegwi l-Kurrikulu Nazzjonali, u għall-ebda raġuni, ma għandu jiġi eżentat mit-tagħlim tal-Malti u minn kull assessjar tal-għarfien tiegħu tal-Malti;

IL-MALTI, L-ILSIEN NAZZJONALI

2. Kull edukatur li jaħdem fiċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal fis-snin bikrin, fiċ-ċentri tal-kindergarten u fl-iskejjel (inklużi l-Community Liaison Workers, l-LSEs), għandu jkollu kwalifika fil-Malti jew fil-MLB;

3. Il-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema għandu jiżgura li kull edukatur li jiġi impjegat fi kwalunkwe istituzzjoni edukattiva jkun kapaċi jikkomunika bil-Malti mat-tfal u mal-ġenituri. Għalliema barranin għandhom jiġu infurmati mill-bidu dwar liema livell tal-Qafas Komuni Ewropew tat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Lingwi (QKETAL) huwa mitlub minnhom fil-Malti;

4. Għandu jkun hemm inċentivi biex il-ġenituri migranti jitgħallmu l-Malti;

5. Il-komunikazzjoni bejn l-amministraturi u l-edukaturi u d-dar għandha tkun biż-żewġ lingwi uffiċjali, jiġifieri kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Il-Malti huwa lsien uffiċjali, u huwa l-Ilsien Nazzjonali ta’ Malta u Għawdex. Huwa għelm tal-identità u tal-kultura lokali u joffri rikkezza kbira lingwistika. Il-Malti huwa meħtieġ għall-parteċipazzjoni demokratika u ċittadinanza attiva.

Page 9: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA | 9

Għalhekk:

1. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri standard għar-reġistrazzjoni tat-tfal għall-MLB;

2. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir minn persuni mħarrġa, u skont kriterji stabbiliti dwar min jeħtieġ jattendi kors ta’ tħejjija (induction) u min le;

3. Għandu jkun hemm kriterji standard li jistabbilixxu l-profiċjenza fil-Malti tat-tfal skont il-Qafas Komuni Ewropew tat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Lingwi (QKETAL) li se jiġu reġistrati;

IR-REĠISTRAZZJONI FL-ISKEJJEL GĦALL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA (MLB)

Għat-tagħlim tal-MLB għandhom jiġu reġistrati tfal/studenti migranti, u jekk jixtiequ, tfal/studenti li għandhom xi ħadd mill-ġenituri/kustodji b’karta tal-identità mhix Maltija. Fl-ewwel pass tar-reġistrazzjoni l-ġenituri/kustodji tat-tfal għandhom jingħataw informazzjoni ċara dwar l-obbligu ta’ kulħadd, mingħajr ebda eżenzjoni, li jitgħallem il-Malti u li jiġi assessjat fl-għarfien tiegħu/tagħha tal-Malti, skont kif spjegat hawn taħt.

4. Għandha tiġi implimentata sistema ta’ assessjar formattiv u summattiv perjodikament mir-reġistrazzjoni tagħhom fi skola f’Malta biex jiġi assigurat li qed isir l-iżvilupp meħtieġ fil-Malti;

5. Kull student li mill-assessjar jirriżulta li m’għandux il-ħakma mixtieqa fil-Malti għandu jingħata programm ta’ tħejjija apposta fil-MLB;

6. It-tfal migranti li jattendu l-Edukazzjoni Bikrija (0-7) għandhom jiġu esposti għall-Malti b’mod sħiħ b’tali mod li jaħkmuh skont il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim f’dan l-istadju kruċjali tal-iżvilupp lingwistiku, soċjali u intellettwali tagħhom.

Fil-każ tat-tagħlim tal-Malti:1. Il-programm għat-tagħlim tal-MLB li tfassal biex

jintuża waqt il-perjodu tranżitorju ta’ tħejjija għandu jiġi mħaddem u kopert kif suppost;

IL-PERJODU TRANŻITORJU TA’ TĦEJJIJA

Għandu jkun hemm perjodu tranżitorju ta’ tħejjija għall-istudenti migranti li ma jkunux jafu la l-Malti u lanqas l-Ingliż biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-livelli addattati għalihom skont il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim.

2. Għandu jkun hemm taqsima fid-Direttorat għat-Tagħlim u l-Assessjar li tieħu ħsieb l-iżvilupp tal-programmi u r-riżorsi tat-tagħlim tal-MLB u l-assessjar tiegħu, kif ukoll il-perjodu tranżitorju li kull student għandu jkollu skont l-età u l-ħtiġijiet tiegħu.

Page 10: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

10 | IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

1. FL-EDUKAZZJONI BIKRIJA

Għandha tiġi segwita l-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin f’Malta u Għawdex (0-7 snin) biex jiġi assigurat li jintlaħaq bilingwiżmu bbilanċjat bejn il-Malti u l-Ingliż.

It-tfal migranti li jidħlu fiċ-ċiklu tal-edukazzjoni bikrija għandhom jingħataw sapport biex jiżviluppaw il-ħiliet tal-fehim mis-smigħ u t-taħdit fil-Malti qabel il-ħiliet tal-qari u l-kitba.

It-tfal kollha li jidħlu fiċ-ċiklu tal-edukazzjoni bikrija (0-7 snin) għandhom jidħlu fis-sistema tal-Kurrikulu Nazzjonali.

It-tfal migranti, jew dawk li jkollhom ġenitur wieħed b’karta tal-identità mhux Maltija, qabel jidħlu fit-tielet sena tal-primarja (fl-età ta’ 7 snin) għandu jiġi determinat permezz tal-assessjar jekk jeħtiġux lezzjonijiet fil-MLB jew fil-Malti.

2. FIL-PRIMARJA (8-11-IL SENA)

It-tfal migranti li jidħlu fiċ-ċiklu tal-primarja għandu jiġi determinat permezz tal-assessjar jekk għandhomx bżonn perjodu tranżitorju qabel jidħlu fis-sistema tal-Kurrikulu Nazzjonali u f’dak il-każ għandhom jingħataw tagħlim intensiv (induction) minn għalliema mħarrġa fit-tagħlim tal-MLB biex fl-iqsar żmien possibbli jkunu jistgħu jlaħħqu

IT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

Hemm l-obbligu, skont din il-Politika, li t-tfal kollha li jattendu l-iskejjel Maltin u jsegwu l-Kurrikulu Nazzjonali jitgħallmu l-Malti u jilħqu l-istandards tal-assessjar nazzjonali kif elenkati fil-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim u/jew l-istandards tal-assessjar tal-Qafas Komuni Ewropew tat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Lingwi (QKETAL). Dan għandu jkun miktub fid-dokument li jingħatalhom meta jiġu reġistrati fl-iskola.

mal-Kurrikulu Nazzjonali. Dawn l-għalliema jistgħu jkunu bbażati fi skola waħda jekk ikun hemm ħtiġijiet straordinarji għat-tagħlim tal-MLB fi skola waħda, jew ikunu peripatetiċi biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet ta’ aktar minn skola waħda.

Dawk l-istudenti li ma jirnexxilhomx jaħkmu l-livell mistenni fil-Malti biex ikomplu jsegwu ma’ sħabhom il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Malti jkunu jistgħu jsegwu l-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Sas-sena skolastika 2024-25 il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija jrid ikun abbinat mal-Qafas Komuni Ewropew tat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Lingwi (QKETAL) .

Fi tmiem is-sitt sena primarja, abbażi tal-benċmark jew assessjar ieħor ekwivalenti jiġi deċiż bi qbil mal-ġenituri, f’liema rotta (Il-Malti jew MLB) għandhom jidħlu fil-Medja.

3. FIL-MEDJA (11-13-IL SENA)

L-istudenti migranti li jiġu reġistrati mis-7 sena tal-iskola medja ’l quddiem għandhom jingħataw tagħlim u assessjar skont il-programm tal-MLB. Abbażi tal-assessjar, u bi qbil mal-ġenituri għandu jiġi deċiż fl-aħħar ta’ kull sena, jekk student partikolari għandux jibqa’ jsegwi t-tagħlim tal-MLB jew jidħol f’rotta tal-Malti.

Page 11: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA | 11

4. FIS-SEKONDARJA (13-16-IL SENA)

F’dan l-istadju għandu jibda t-tagħlim u l-assessjar bi tħejjija għaċ-ĊES fil-MLB, liema ĊES tal-MLB għandu jkun abbinat mal-Qafas Komuni Ewropew tat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Lingwi (QKETAL). Dawk l-istudenti li jkunu għadhom kif waslu Malta fiċ-ċiklu tas-sekondarja għandhom jingħataw tagħlim fil-MLB xieraq għalihom, jiġifieri jibdew mill-ewwel stadju tat-tagħlim tal-MLB (Livell A1 tal-Qafas Komuni Ewropew tat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Lingwi) u mhux jissieħbu ma’ dawk li jkunu diġà avvanzaw fil-MLB. Dawk l-istudenti li ġie deċiż li l-MLB tkun l-aħjar rotta għalihom skont l-assessjar fi tmiem iċ-ċiklu tal-medja, għandhom ikomplu jsegwu l-programm tal-MLB.

Mill-banda l-oħra, dawk l-istudenti barranin li jkunu ħakmu l-ilsien Malti għandhom jiġu mħeġġa jidħlu f’xi rotta tat-tagħlim tal-Malti, u jersqu għall-eżami tal-Malti.

5. LILL-ADULTI

Għandu jiġi offrut tagħlim tal-MLB lill-adulti li jaslu Malta. L-għalliema u l-edukaturi kollha eventwalment irid ikollhom kompetenza

komunikattiva fil-Malti jew fil-MLB biex ikunu jistgħu jaħdmu, liema kompetenza trid tkun indikata skont l-livelli ta’ kompetenza tal-Qafas Komuni Ewropew tat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Lingwi (QKETAL).

Jistgħu japplikaw biss għall-eżami taċ-ĊES tal-MLB jew ekwivalenti (eż. l-eżami tal-Malti offrut lill-istudenti li jattendu l-Iskejjel Ewropej), l-applikanti li jkollhom il-karta tal-identità kif ġej:

1. Jekk għandhom minn 16-il sena ’l fuq irid ikollhom il-karta tal-identià Alien – A, jew karta tal-identità mhux Maltija;

2. Jekk għandhom inqas minn 16-il sena jistgħu jużaw jew il-karta tal-identità tagħhom li tkun Alien – A, jew ta’ xi ħadd mill-ġenituri li jkollu karta tal-identità mhux Maltija.

Jistgħu japplikaw għall-eżami tal-MLB l-applikanti li kienu jew għadhom jattendu skola medja, sekondarja jew ogħla, barra minn Malta dment li tiġi pprovduta evidenza dokumentata mill-istituzzjoni edukattiva tagħhom.

It-tagħlim tal-MLB m’għandux jieħu post it-tagħlim tal-Malti speċjalizzat lil tfal u studenti li jkunu jeħtieġu interventi partikolari minħabba l-ħtiġijiet tagħhom.

Page 12: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

12 | IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

L-AMMINISTRATURI TA’ SKEJJEL U ENTITAJIET EDUKATTIVI

L-amministraturi kollha fil-qasam edukattiv huma mistennija jifhmu l-importanza tal-MLB, u għalhekk għandu jkollhom taħriġ u sapport biex ifasslu u jimplimentaw l-aħjar strutturi u metodi għat-tagħlim tal-MLB.

Kull għalliem ta’ kull suġġett għandu jkollu biżżejjed kompetenza fil-Malti li jkun kapaċi jifhem il-mistoqsijiet u d-diffikultajiet tal-istudenti Maltin, u jkun kapaċi jfehemhom u jiggwidahom skont il-bżonn, anke bil-Malti. Għalhekk fil-korsijiet ta’ tħejjija għall-professjoni tal-għalliema għandu jiġi żgurat li kull għalliem prospettiv ikollu l-kompetenza meħtieġa biex jgħallem bil-Malti.

L-għalliema tal-Malti kollha għandu jkollhom it-tħejjija meħtieġa biex jgħallmu l-MLB bħala suġġett.

IT-TAĦRIĠ TAL-GĦALLIEMA

Għandu jsir tagħlim speċjalizzat għall-għalliema li jagħtu korsijiet fil-MLB, u li jikkumplimentaw lill-għalliema tal-klassi meta t-tfal ikollhom bżonn tagħlim fil-MLB (eż. l-kors ta’ Postgraduate Certificate in Teaching Maltese as a Foreign Language, u korsijiet oħra li jiġu offruti minn żmien għal żmien fl-iskejjel). Għandu jkun hemm inċentivi, bħal dawk finanzjarji jew ta’ progressjoni, biex aktar għalliema jidħlu f’dan il-qasam, inkluż għalliema li laħqu l-età tal-pensjoni, jew li għal xi raġuni oħra jixtiequ jidħlu lura fis-servizz.

Page 13: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA | 13

Il-materjal għat-tagħlim tal-Malti qed jikkompeti mat-tagħlim ta’ lingwi li għandhom ferm iżjed riżorsi u materjal għat-tagħlim aġġornat u attraenti.

Għalhekk:1. Jeħtieġ li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u

x-Xogħol jaħtar minnufih grupp ta’ ħidma ta’ esperti u għalliema tal-Malti bħala lingwa barranija bil-għan li jitfasslu d-deskritturi tal-Qafas Komuni Ewropew għat-Tagħlim u l-Assessjar tal-Malti bħala Lingwa Barranija u materjal ieħor relatat u meħtieġ għat-tagħlim tal-MLB;

MATERJAL GĦAT-TAGĦLIM

2. Jeħtieġ li jiġi żviluppat taħriġ u logħob diġitali attraenti għat-tagħlim tal-MLB b’mod immedjat;

3. Għandhom jiġu impjegati għalliema tar-riżorsi tal-MLB, biex tal-inqas ikun hemm wieħed li jikkonċentra fuq ir-riżorsi tal-MLB fis-snin bikrin u fil-primarja, u ieħor li jikkonċentra fuq is-snin tal-medja u s-sekondarja;

4. Għandu jkun hemm disponibbli għall-edukaturi, l-amministraturi tal-iskejjel u l-istudenti kollha ċ-ċekkjatur (spell checker) tal-Malti.

Biex tkun tista’ tiġi implimentata din il-Politika:1. Irid jiġi assigurat li jkun hemm spazju biżżejjed

fl-iskejjel biex jintlaħqu l-miri tat-tagħlim;

2. L-iskejjel għandhom jingħataw ir-riżorsi li jitolbu biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-miri stabbiliti tal-MLB;

SPAZJU U LOĠISTIKA

3. Kull taqsima tad-Direttorat u kull amministrazzjoni f’kull skola li ssegwi l-Kurrikulu Nazzjonali għandha tappoġġja t-tagħlim tal-MLB, u tingħata għajnuna segretarjali, eż. biex id-dokumentazzjoni uffiċjali tkun biż-żewġ lingwi uffiċjali ta’ Malta.

Page 14: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

14 | IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

REFERENZI

Beacco, J-C, Byram, M., Cavalli, M., Coste, D., Cuenat, M. E., Goullier, F. & Panthier, J. (2016) Guide for the Development and Implementation of Curricula for Plurilingual and Intercultural Education. Strasbourg: Council of Europe.

Bialystok, E. (2011) Reshaping the Mind: The Benefits of Bilingualism. Canadian Journal of Experimental Psychology, 65(4), p. 229-235.

Candelier, M., Camilleri Grima, A., Castellotti, V., de Pietro, J-F., Lörincz, I., Meissner, F-J., Noguerol, A., Schröder-Sura, A. (2012) A Framework of Reference for Pluralistic Approaches to Languages and Cultures. Council of Europe/European Centre for Modern Languages.

European Commission (2017) Rethinking language education and linguistic diversity in schools. Brussels: European Commission.

Language Policy Unit, Council of Europe (2015) Language Education Policy Profile. Malta.

Little, D., Kirwan, D. (2018) From plurilingual repertoires to language awareness: developing primary pupils’ proficiency in the language of schooling. In C. Hélot, C. Frijns, K. Van Gorp & S. Sierens (Eds). Language Awareness in Multilingual Classrooms in Europe pp. 169-206. Berlin: Walter de Gruyter Inc.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012) Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2014) L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litterimu għal Kulħadd. Malta: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2016) Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin f’Malta u Għawdex (0-7 snin). Malta: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Ministry for Education and Employment (2014) Malta Country Report.

Siegal, M., Surian, L., Matsuo, A., Geraci, A., Iozzi, L., Okumura, Y., Itakura, S. (2010L Bilingualism accentuates children’s conversational understanding. Plos One. Bilingualism and Children, 5(2), e9004.

Singh, L. (2018) Bilingual infants demonstrate advantages in learning words in a third language. Child Development, 89(4), p. e397-e413.

Vaughn, K.A., Archila-suerte, P., Hernandez, A.E., (2018) Parietal lobe volume distinguishes attentional control in bilinguals and monolinguals: A structural MRI study. Brain and Cognition, DOI: 10.1016/j.bands.2018.12.001.

Page 15: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA | 15

Il-bilingwiżmu bħala għodda ta’ komunikazzjoni fit-tagħlim jista’ jseħħ b’diversi modi, pereżempju billi:

1. Fl-edukazzjoni bikrija t-tfal jiġu esposti għall-Malti u għall-Ingliż b’tali mod li tiġi żviluppata l-kompetenza fiż-żewġ lingwi mingħajr ma t-tfal jaqgħu lura f’waħda minnhom. Għalhekk fuq pjan ta’ ħidma ta’ ġimgħa, għandu jiġi assigurat li jiġu utilizzati biżżejjed riżorsi, kotba, rakkuntar ta’ stejjer, kant eċċ bil-Malti biex l-opportunitajiet ta’ tagħlim (learning opportunities) jimxu skont l-għanijiet tat-tagħlim (learning intentions) li jkunu ġew speċifikati fl-ippjanar biex l-ebda lingwa ma taqa’ lura.

2. Fil-primarja, fil-medja u fis-sekondarja t-tqassim tal-bilingwiżmu jista’ jsir b’dawn il-modi:

a. It-topiks tas-suġġett jinqasmu f’dawk mgħallma bl-Ingliż u f’dawk mgħallma bil-Malti (eż. fil-Ġografija l-istudju tal-blat f’Malta, tal-biedja u tas-sajd isiru bil-Malti u l-ġografija fiżika tal-Ewropa u tad-dinja jsiru bl-Ingliż);

b. Jinqasam ix-xogħol tas-sillabu tal-istess suġġett bejn għalliem li jgħallem bil-Malti u ieħor li jgħallem bl-Ingliż;

APPENDIĊI 1: SUĠĠERIMENTI GĦALL-PROMOZZJONI TAL-BILINGWIŻMU FL-ISKEJJEL

ċ. Jingħataw noti bil-Malti fejn il-ktieb skolastiku huwa bl-Ingliż, u viċe-versa;

d. Il-qari, il-kitba u x-xogħol għad-dar isir b’mod ekwu mqassam f’kull term bejn il-Malti u l-Ingliż f’għadd kemm jista’ jkun kbir ta’ suġġetti;

e. Isiru proġetti bil-lingwa li ma tkunx qed tiġi użata regolarment f’għadd kemm jista’ jkun kbir ta’ suġġetti;

f. Jinħolqu u jintużaw riżorsi elettroniċi u materjali għat-tagħlim bil-Malti tas-suġġetti kollha mgħallma fl-iskejjel Maltin.

Il-karti tal-assessjar u tal-eżamijiet mil-livell primarju sal-aħħar tas-sekondarja għandhom ikunu bil-Malti u bl-Ingliż fis-suġġetti kollha għajr fil-lingwi.

Kull skola għandha tfassal il-politika lingwistika tagħha skont iċ-ċirkustanzi partikolari, dment li l-politika lingwistika spjegata f’dan id-dokument tkun osservata. Fejn huwa meħtieġ, lingwa jew oħra miż-żewġ lingwi uffiċjali għandha tingħata aktar ħin, riżorsi eċċ. jekk tkun il-lingwa żvantaġġjata soċjalment, u għandu jiġi stabbilit kif se jsir dan u kif se tiġi assigurata l-implimentazzjoni tal-pjan.

Page 16: IL-POLITIKA NAZZJONALI · 2019. 8. 28. · tal-edukazzjoni (ara Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, ippubblikat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012)

16 | IL-POLITIKA NAZZJONALI TAT-TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

A. IL-KUMITAT LI ĦEJJA DAN IL-DOKUMENT

Il-Prof. Antoinette Camilleri Grima (President)Is-Sur Josef Borg (Segretarju)Is-Sur David MuscatDr Charles Daniel SalibaIs-Sa Maria Dolores ColeiroDr Tania MuscatIs-Sa Jacqueline Żammit

B. LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI

Bejn Ġunju 2018 u Jannar 2019 saru laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’:

• L-uffiċjali minn Identity Malta: is-Sur Felix Vella, is-Sur Nazju Ciantar

• Il-kapijiet ta’ skejjel primarji: is-Sur Ethelbert Fenech, is-Sa Josette Dalmas, is-Sa Silvana Anna Ungaro

• Il-kapijiet ta’ skejjel medji u sekondarji: is-Sur Lino Borg, is-Sa Mary Rose Leone, is-Sa Tereża Camilleri

APPENDIĊI 2

• L-uffiċjali edukattivi responsabbli mit-Taqsima tal-Migranti: Is-Sa Jane Farrugia Buhagiar, is-Sur Robert Cilia

• Id-Direttur għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità: Dr Jacqueline Vanhear

• Il-bord tat-tmexxija tal-Kulleġġ Santa Clara: Is-Sur Keith Bartolo, Prinċipal tal-Kulleġġ; Is-Sur Karl Tabone, Uffiċjal Amministrattiv u Finanzjarju; Is-Sa Jane Grima, Uffiċċjal Edukattiv tal-Kurrikulu; is-Sur Joseph Xerri, Support Officer; Is-Sur Noel Calleja, Kap tal-Iskola Primarja tal-Gżira; is-Sur Paul Magro, Kap tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport; is-Sur David Caruana, Kap tal-Iskola Primarja ta’ San Ġwann; Is-Sa Marie Louise Farrugia, Kap tal-Iskola primarja ta’ San Ġiljan; is-Sa Ruth Cilia, Kap tal-Iskola Primarja ta’ Pembroke; is-Sa Claudine Muscat, Kap tal-Iskola Primarja Sliema; is-Sa Mary Rose Leone, Kap tal-Iskola Sekondarja ta’ Pembroke.

• Il-President u l-Viċi-President tal-Early Childhood Development Association of Malta: Dr Anna Baldacchino, Dr Charmaine Bonello