32
April 2016 | Numru 137 Newspaper Post Għaliex niftakar fi Brooklyn Bridge 9 Qatt sifirt? 10 Jekk iva, mela dawn smajthom żgur fuq l-ajruplan! L-indulġenza tas-Sena tal-Ħniena 6 Ħniena li tibdel anki l-grada taċ-ċella X’jiġri meta noħroġ mill-bieb? 14 Iċ-ċelebrazzjoni tibda taħt is-saqaf tal-knisja... imma titkompla barra! Support group għal nisa separati 20 Il-Qaddejja taċ-Ċenaklu 19 Mons. Mercieca: Għallimna bi kliemu u mġibtu

Flimkien April 2016

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: Flimkien April 2016

A p r i l 2 0 1 6 | N u m r u 1 3 7

New

spap

er P

ost

Għaliex niftakar fi Brooklyn Bridge 9

Qatt sifirt? 10

Jekk iva, mela dawn smajthom żgur fuq l-ajruplan!

L-indulġenza tas-Sena tal-Ħniena 6Ħniena li tibdel anki l-grada taċ-ċella

X’jiġri meta noħroġ mill-bieb? 14

Iċ-ċelebrazzjoni tibda taħt is-saqaf tal-knisja... imma titkompla barra!

Support group għal nisa separati 20

Il-Qaddejja taċ-Ċenaklu 19

Mons. Mercieca:Għallimna bi kliemu u mġibtu

Page 2: Flimkien April 2016

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha. *Skont tal-Amitex sat-2 ta’ April. (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Vjaææi gœal Lourdes

¢479minn

minn Lulju sa’ Settembru

3, 4, 5 T’IJIEM

Fatima

¢549*minn

10-18 Lulju, 7-15 Awwissu

Inÿuru: Fatima, Coimbra, Lisbon, Tomar, Mira d’Aire u oœrajn

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma

¢749*minn

15-22 Awwissu

ESKURSJONIJIET KOLLHA NKLUŸI

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti,

Lourdes, Costa Bravau Barçellona

¢499*minn

8-16 Settembru

Inÿuru: Lourdes, Gavarnie, St Jean de Luz u oœrajn

San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo,

Vatikan - Padre Pio - Medjugorje

¢649*minn

13-24 Lulju

Inÿuru: Ruma, Vatikan, Assisi, Pietrelcina, San Giovanni Rotondo, Foggia u oœrajn

Page 3: Flimkien April 2016

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

April 2016 • Numru 137

K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U

Editorjal • Dun Anton Portelli

Flimkien fuq Radju MarijaProgramm ġdid dwar il-kontenut tal-magażin Flimkien. Kull l-ewwel Erbgħa u l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10:00am.

Huwa meta l-konverżjoni tmiss il-but li din il-konverżjoni tkun ċerta. Kristjani f ’qalbna? Iva kulħadd hekk hu. Nisrani mid-demm? Ilkoll kemm aħna wkoll!

Imma Nsara bil-but mimli ftit jeżistu!...18 ta’ Novembru, 2014

Insara bil-but mimli?

Nikteb l-istqarrijiet tiegħi ma’ Santu WistinSeminar ta’ ġurnata għal kulħadd

Il-Ħadd 17 t’April mill-10am sal-5pm

Imexxi Fr David Cortis osa

Augustinian Retreat House, Pjazza Santu Wistin, Victoria, Għawdex

Aktar informazzjoni: Fr Terence Spiteri osa; [email protected]; 9984 4628

Facebook – Augustinians Malta

Marriage Enrichment Course Għall-koppji miżżewġin li jixtiequ jsaħħu ż-żwieġ tagħhom.

8, 15, 22, 29 ta’ April u 6, 13, 14 ta’ Mejju fis-7:15pm

Organizzat minn Genesis 2, Institute for Marriage and the Family, 1, Triq l-Oratorju, Naxxar.

Għal aktar tagħrif: 9942 9907 jew 7920 2477

Wara l-Għid il-Kbir

Min minna daħal fl-ispirtu veru tal-Ġimgħa Mqaddsa u tal-Qawmien ta’ Ġesù mill-mewt żgur li għaraf

kemm aħna lkoll nagħtu importanza lil dak li, fil-verità, mhux importanti, la għall-ħajja ta’ issa u inqas u inqas għall-ħajja li ġejja.

Naraw kemm sigħat nagħmlu naqraw, nisimgħu u naraw stejjer li ma fihom sugu ta’ xejn, anzi jimbuttawna biex ma nkomplux naqraw, nisimgħu jew naraw.

Dak li hu superfiċjali sar jingħata importanza ħafna iżjed minn dak li hu essenzjali għalina, għall-futur tagħna u ta’ pajjiżna. Jimtlew mijiet ta’ sigħat, jinħlew tunnellati ta’ inka, u jinqerdu foresti sħaħ biex jiġu ripetuti l-istess affarijiet li jaljenaw lilna u lil ħafna nies oħra minn dak li jkabbar il-qalb u r-ruħ tal-bniedem.

Donnu fassalna allat oħra minflok Alla l-Imbierek u lil dawn infaħħruhom, ninċensawhom u ntellgħuhom fuq pedestalli għoljin. Flimkien mal-ħin meħud mix-xogħol u minn dmirijiet oħra, mhu qed jibqa’ xejn li lilna jgħinna nimmaturaw.

Qegħdin nitilfu l-preżenza ta’ Alla minn ħajjitna. U l-bniedem mingħajr għarfien ta’ Alla xi jsir?

Page 4: Flimkien April 2016

God speaks To His Children: siltiet mill-Bibbja bl-Ingliż u bi stampi

kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

Kotba ideali bhala rigali ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.

-.-

Aid to the Church in Need (Malta)39b, Triq l-Imdina, H’Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: [email protected]

-

www.acnmalta.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt

it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

€6.25

Għhal kull ktieb God speaks To His Children li jinbiegh,ħ l-Aid to the Church in Need tqassam tliet kotba f'ħpajjizi fejn il-Kristjani huma ppersegwitati.

--.

F O N D A Z Z J O N I PON T I F I Ċ J A

Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need

YOUCAT Challenge

Sal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss bejn il-25 u l-31 ta’ Lulju 2016 fil-Polonja, YOUCAT tixtieq issib miljun żagħżugħ/a lesti li jaqraw id-Duttrina Soċjali tal-Knisja u fl-istess ħin

jagħmlu atti ta’ karità – b’hekk id-dinja tkun tista’ tiġi ttrasformata fuq il-valuri Kristjani. Int ser tkun wieħed minnhom? Kull min ser jattendi għall-World Youth Day 2016 huwa

mħeġġeġ ikollu kopja ta’ dan it-tagħlim tal-Knisja.

YOUCAT Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika ppreżentat b’disinn u lingwa

addattata għaż-żgħażagħ.

€9.90(jinkludi l-Youth Prayer Book)

ACN Books Advert for Flimkien B5.indd 1 15/03/2016 9:25 AM

Page 5: Flimkien April 2016

Niġerja2006 - 2015

15,528Insara maqtula

13,198knejjes imkissrin

1.3 miljuninsara ħarbu mill-pajjiż So

rs: O

pen

Doo

rs

God speaks To His Children: siltiet mill-Bibbja bl-Ingliż u bi stampi

kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

Kotba ideali bhala rigali ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.

-.-

Aid to the Church in Need (Malta)39b, Triq l-Imdina, H’Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: [email protected]

-

www.acnmalta.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt

it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

€6.25

Għhal kull ktieb God speaks To His Children li jinbiegh,ħ l-Aid to the Church in Need tqassam tliet kotba f'ħpajjizi fejn il-Kristjani huma ppersegwitati.

--.

F O N D A Z Z J O N I PON T I F I Ċ J A

Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need

YOUCAT Challenge

Sal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss bejn il-25 u l-31 ta’ Lulju 2016 fil-Polonja, YOUCAT tixtieq issib miljun żagħżugħ/a lesti li jaqraw id-Duttrina Soċjali tal-Knisja u fl-istess ħin

jagħmlu atti ta’ karità – b’hekk id-dinja tkun tista’ tiġi ttrasformata fuq il-valuri Kristjani. Int ser tkun wieħed minnhom? Kull min ser jattendi għall-World Youth Day 2016 huwa

mħeġġeġ ikollu kopja ta’ dan it-tagħlim tal-Knisja.

YOUCAT Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika ppreżentat b’disinn u lingwa

addattata għaż-żgħażagħ.

€9.90(jinkludi l-Youth Prayer Book)

ACN Books Advert for Flimkien B5.indd 1 15/03/2016 9:25 AM

Għallimna bi kliemu u mġibtu

Għalina l-Insara, ir-rebbiegħa hija marbuta maż-żmien tal-Għid tal-Qawmien tal-Mulej mill-imwiet

u tat-tisħib tagħna miegħu f ’ħajja ġdida. Fil-Għid, Ġesù ma jipproponilniex ħajja aħjar imma ħajja ġdida. Għalina li nemmnuh, dan iġib il-ferħ tat-tama li l-garanzija tagħha hija l-imħabba li Alla għandu għal kull bniedem.

Iżda l-ħajja l-bniedem ma jnissilhiex waħdu u lanqas jgħixha waħdu. L-intervent divin fil-ħajja tal-bniedem huwa essenzjali, iżda Alla jrid il-koperazzjoni tal-bniedem kemm biex il-ħajja titnissel u kemm biex tkun mgħixha. Ġesù nnifsu jistieden għal warajh b’mod personali lil kull bniedem biex jimxi warajh ma’ oħrajn: din hi dik li ngħidulha l-Knisja. Bnedmin li għax huma marbutin ma’ Alla f ’rabta ta’ mħabba jgħixu, jiċċelebraw u jitolbu flimkien. Bnedmin li għax huma marbutin ma’ Alla f ’rabta ta’ mħabba ibatu flimkien, u lesti li jfarrġu u jgħinu lil xulxin.

Sewwasew fil-Ġimgħa Mqaddsa, fil-21 ta’ Marzu, l-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca ħalla din il-ħajja biex jidħol f ’ħajja ġdida, il-ħajja li ma tintemmx. Ħafna tkellmu dwar il-kwalitajiet tiegħu. Iżda Monsinjur Mercieca għallimna ħafna bi kliemu u bil-mod kif għex. Huwa kien Missier li ħabb lill-merħla afdata f ’idejh u ħabbha sal-aħħar, kif għamel ir-Ragħaj it-Tajjeb, iktar u iktar meta l-merħla kellha bżonn.

Monsinjur Mercieca għallimna li fuq il-passi tal-Imgħallem tagħna, il-Knisja

tkun ħajja u effettiva meta quddiem il-konfrontazzjoni twieġeb bil-paċenzja, bil-prudenza u bl-imħabba. Uriena kif nistgħu nkunu Knisja li tgħix dak li temmen u tixhed għalih b’lealtà sħiħa lejn il-Kelma ta’ Alla u l-Knisja Universali bit-tagħlim tagħha. Mexxiena minn żmien parikulari li fih il-Knisja għaddiet għal iktar awtentiċità lejn l-Evanġelju b’enfasi kbira fuq l-importanza tal-familja.

Nirringrazzjaw lil Alla għall-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u għall-ġid li għamel lil pajjiżna permezz tiegħu u tat-tmexxija għaqlija tiegħu. Nitolbu għalih biex issa jilqgħu fil-mergħat ta’ dejjem fil-hena tal-qaddisin.

+ Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta

April 2016 | 5

Page 6: Flimkien April 2016

L-indulġenza hi marbuta mill-qrib mal-Ġublew tal-Ħniena. Fil-Misericordiae Vultus Papa Franġisku jikteb: “Aħna

lkoll nagħmlu esperjenza tad-dnub. Nafu li aħna msejħin għall-perfezzjoni, imma nħossu jagħfas fuqna l-piż tad-dnub.... Minkejja l-maħfra, fil-ħajja tagħna nġorru magħna l-kontradizzjonijiet li huma l-konsegwenza tad-dnubiet tagħna” (numru 22).

Biex naqilgħu l-indulġenza jeħtieġ l-ewwel nett li jkollna qalb miftuħa, inħossu u nindunaw li għandna bżonn il-ħniena ta’ Alla. Bis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni (Qrar) aħna nirċievu l-maħfra tad-dnubiet, u permezz tal-Ewkaristija nidħlu f ’għaqda sħiħa ma’ Kristu u mal-oħrajn. Nuru li qalbna hi verament imġedda wkoll billi nitolbu skont l-intenzjonijiet tal-Papa, u nagħmlu pellegrinaġġ f ’waħda mill-knejjes tal-Ġublew jew nagħmlu waħda mill-opri tal-ħniena.

B’hekk naqilgħu l-indulġenza, jiġifieri l-maħfra sħiħa tad-dnubiet. Kif ikompli jispjega l-Papa: “Alla jaħfer id-dnubiet ... madankollu tibqa’ l-marka negattiva li d-dnubiet ħallew fil-mod kif inġibu ruħna u naħsbu. Imma l-ħniena ta’ Alla hi aqwa minn dan ukoll. Hi ssir ‘indulġenza’ tal-Missier li

ĠU B L E W TA L-Ħ N I E N A C . B oR dA

permezz tal-Knisja jilħaq il-midneb maħfur u jeħilsu minn kull fdal tal-konsegwenza tad-dnub.”

Il-Papa jixtieq li din l-istedina għall-indulgenza tal-Ġublew tkun miftuħa għal kull persuna ta’ rieda tajba. IL-MORDA U L-ANZJANI jistgħu jibbenefikaw avolja ma jistgħux jmorru pellegrinaġġ. Il-Papa jgħid: “Jekk jgħixu bil-fidi u t-tama hienja dan il-waqt ta’ prova, jitqarbnu jew jieħdu sehem fil-Quddiesa u fit-talb komunitarju, anki permezz tad-diversi mezzi ta’ komunikazzjoni, dan ikun għalihom il-mod kif jiksbu l-indulġenza tal-Ġublew.”

Il-Papa jgħid li anki L-ĦABSIN fil-kappelli tal-ħabsijiet jistgħu jiksbu l-indulġenza, u kull darba li jgħaddu mill-bieb taċ-ċella tagħhom, bi ħsiebhom u t-talb tagħhom merfugħ lejn il-Missier “għax il-ħniena ta’ Alla, li tista’ tibdel il-qlub, għandha l-ħila wkoll tibdel il-grada taċ-ċella f ’esperjenza ta’ libertà”.

L-indulġenza tal-Ġublew tista’ tinkiseb ukoll għall-GĦEŻIEŻ MEJTIN TAGĦNA meta niftakru fihom fit-talb tagħna “biex il-wiċċ ħanin tal-Missier jeħlishom minn kull fdal ta’ ħtija u jagħfashom mal-qalb Tiegħu fl-hena ta’ bla tmiem”.

Tibdel anki l-grada taċ-ċella

L-indulġenza tal-Ġublew tal-Ħniena

X’jiġifieri Lawdi u Vespri?Grazzi lill-qarrej attent tal-Flimkien li ssuġġerixxa li nitkellmu dwar l-indulġenza u ngħidu xi jfissru “lawdi” u “vespri” (issemmew fl-artiklu ta’ Marzu, paġna 6). Lawdi u Vespri huma parti mit-talb li jissejjaħ “Liturġija tas-Sigħat” (il-Brevjar). Permezz tal-Liturġija tas-Sigħat il-Knisja tipprova tobdi lil Kristu meta qalilna biex nitolbu dejjem. Il-Liturġija tas-Sigħat tinkludi diversi ħinijiet fosthom il-Lawdi (jew “Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum”) li jingħad filgħodu, u l-Vespri (jew “Għasar”) li jingħad wara nżul ix-xemx.

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien April 2016

84. Jista’ s-Sagrament tal-magħmudija jingħata aktar minn darba?Le, il-Magħmudija ma tistax tingħata aktar minn darba għax l-għotja jew il-konsagrazzjoni tagħna fil-Magħmudija hi għal dejjem.

85. X’misterju tal-grazzja turina u twasslilna l-Magħmudija?F’mistoqsija numru 68 (Jannar) konna għedna li s-Sagrament dejjem iwassal “il-misterju tal-Knisja” u, permezz ta’ dan, iwassal ukoll “il-misterju tal-grazzja” f ’min ikun tassew imħejji biex jirċievi l-Ispirtu. Issa l-misterju tal-grazzja li l-Magħmudija turina u twasslilna hi l-“Grazzja Santifikanti”, jiġifieri s-sehem tagħna fil-ħajja stess ta’ Alla permezz tal-fidi. Bil-Magħmudija aħna nsiru wlied Alla u ħbieb ta’ Alla, għax tnissel fina l-ħajja tal-Ispirtu.

86. Il-Magħmudija taħfrilna d-dnubiet?Il-Magħmudija mhux biss teħlisna mill-jasar tad-dnub tan-nisel iżda tagħtina ħajja ġdida fi Kristu u nibdew ngħixu bl-Ispirtu, u għalhekk taħfer id-dnubiet kollha personali tal-imgħoddi.

87. Hi ħaġa xierqa li ngħammdu t-trabi?Hi ħaġa xierqa li ngħammdu t-trabi sakemm nafu li mhux ser ikunu mbagħad imtellgħin bħal dawk li huma bla fidi. Ladarba huma bnedmin, m’għandhomx jiġu mċaħħda mill-għotja tal-Ispirtu permezz tal-fidi, anki jekk għadhom mhumiex kapaċi jagħrfu u jistqarru t-twemmin.

Il-Magħmudija88. Meta għandha tingħata l-Magħmudija?Il-Magħmudija jixraq ħafna li tiġi ċċelebrata mill-Isqof jew qassis li jkun imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Sibt il-Għid jew ta’ Għid il-Ħamsin jew, jekk dan mhux possibbli, waqt il-Quddiesa fil-parroċċa, iżda f ’każ ta’ bżonn tista’ tingħata f ’kull ħin u minn kulħadd.

Nota żgħira dwar Katekiżmu Żgħir

Grazzi ħafna lill-qarrejja li kitbulna dwar il-“Katekiżmu Żgħir”. Qarrej staqsa għaliex dan il-katekiżmu qed jissejjaħ “żgħir”. Dan jissejjaħ “żgħir” għax huwa verżjoni “fil-qosor”. Qarrej ieħor kitbilna li l-Katekiżmu Żgħir mhux prattiku għax huwa tqil għal ħafna mill-qarrejja u ssuġġerixxa li nqabbluh mal-“Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika” u naddattawh. Bħal kwalunkwe ħaġa oħra li tkun “konċiża” dan il-Katekiżmu Żgħir għandu l-vantaġġi u d-difetti. Il-vantaġġ huwa li wieħed ikollu overview (daqqa t’għajn fuq fuq) u bla ma jintilef fid-dettalji, imma għandu l-iżvantaġġ li ma jidħolx fid-dettall. F’ħarġiet oħra ttrattajna fid-dettall diversi taqsimiet tal-Katekiżmu (Kmandamenti, Sagramenti, eċċ.) madankollu m’hemm xejn xi jżommna milli nitkellmu wkoll dwar xi suġġetti tal-Katekiżmu f ’aktar dettall. Fil-bidu ta’ din is-serje konna għedna li hu ssuġġerit li dal-Katekiżmu jinqara bl-għajnuna ta’ katekist imħarreġ fit-tagħlim Nisrani li miegħu wieħed ikun jista’ jiddiskuti xi mistoqsijiet li jkollu. Irċevejna mistoqsijiet oħra li qamu minn din il-paġna u nippruvaw inweġbuhom aktar tard. Grazzi ħafna tal-interess lil kull min kiteb.Kitba: Herbert McCabe O.P.

Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

April 2016 | 7

Page 8: Flimkien April 2016
Page 9: Flimkien April 2016

Brooklyn Bridge, li jgħaqqad il-gżira ta’ Manhattan ma’ Brooklyn, hu mfaħħar minn kulħadd bħala meravilja tal-

inġinerija. Fl-1863, l-inġinier kreattiv John Roebling ġietu l-idea li jibni dan il-pont spettakolari imma ħafna esperti fil-qasam madwar id-dinja ppruvaw jaqtgħulu qalbu għax għalihom kienet xi ħaġa “impossibbli”.

Roebling ikkonvinċa lil ibnu Washington, li kien apprentist żagħżugħ bla esperjenza, li l-pont seta’ jsir. It-tnejn flimkien ħolqu kunċett kif setgħu jagħmluh fil-prattika u b’ħafna entużjażmu qabbdu ħafna ħaddiema magħhom u bdew jibnu l-pont li ħolmu flimkien.

Ftit xhur biss mill-bidu tal-proġett seħħ inċident traġiku li ħalla lil John Roebling mejjet u lil ibnu Washington imweġġa’ serjament. L-iben sofra feriti kbar f ’moħħu tant li la seta’ jitkellem u lanqas jimxi. Kulħadd ħaseb li l-proġett kien falla għax il-missier u l-iben biss kienu jafu kif jibnu l-pont.

S I N CL A I R BU G E jA

Għaliex niftakar fi Brooklyn Bridge

Minkejja li Washington baqa’ ma jistax jiċċaqlaq jew jitkellem, moħħu baqa’ ċar bħal qabel, u x-xewqa li kellu fih li jlesti l-pont baqgħet tħeġġeġ ġo fih. Minn fuq is-sodda tal-isptar żviluppa kodiċi ta’ komunikazzjoni. B’saba’ wieħed kien imiss id il-mara tiegħu u bit-teptip tiegħu kien jikkomunikalha x’irid jgħid lill-inġiniera. Għal tlettax-il sena sħaħ, Washington baqa’ jteptep l-istruzzjonijiet tiegħu b’sebgħu sakemm il-pont spettakolari ta’ Brooklyn wasal fi tmiemu.

X’għandu x’jaqsam dan kollu mas-Seminarju? Jien inxebbah lil John Roebling ma’ Alla, u lil ibnu Washington mas-Seminarista. L-apprentistat ta’ Washington ma’ missieru jixbah il-formazzjoni li s-Seminarista jingħata fis-Seminarju. Li kieku Washington ma kellux l-istess xewqa ta’ missieru, u kieku ma baqax jiggranfa mal-ħolma li qasmu flimkien anke meta miet missieru, kieku l-pont qatt ma tlesta. Il-proġett tal-missier seħħ għax ibnu kien qalb waħda u moħħ wieħed miegħu.

Bl-istess mod, il-formazzjoni tagħna fis-Seminarju tinkludi l-formazzjoni spiritwali li permezz tagħha aħna jkollna l-istess qalb u moħħ ta’ Alla. Jekk naħdmu għalih, imma mingħajr ma naqsmu x-xewqa tiegħu li ngħinu lill-bnedmin jaqsmu l-pont għal għandu, din ix-xewqa tiegħu ma sseħħx.

Is-Seminarju, għaldaqstant, hu l-post li fih is-Saċerdot futur isir iħobb aktar lil

Missieru, jaqsam ix-xewqat tiegħu, u joħlom kif jista’ jaqdih.

April 2016 | 9

Page 10: Flimkien April 2016

“Aqflu ċ-ċinturin tas-sigurtà, itfu l-mowbajls u apparat elettroniku ieħor. Tipjip mhux permess fuq din

it-titjira,” qalet il-vuċi ħelwa tal-airhostess ftit qabel ma l-ajruplan beda t-titjira tiegħu.

Hija kompliet turina kif nilbsu l-maskra tan-nifs kif ukoll kif tintlibes il-life jacket u semmiet prekawzjonijiet oħra f ’każ ta’ xi emerġenza.

Mark kienu se jibdew jaqbduh in-nervi għax dawn l-istruzzjonijiet kollha, li bdew

ŻGĦA Ż AGĦ S I LvA N A C A R do N A

jidhru anki fuq il-monitors li kien hemm fil-passaġġ tal-ajruplan, bdew iqabbduh il-friefet fl-istonku – avolja dawn kienu meħtieġa biex il-passiġġieri u l-ekwipaġġ jivvjaġġaw b’mod aktar sigur.

Wara ftit li nqtajna mill-art u bdejna l-vjaġġ tagħna, Paolo, il-passiġġier li kien bilqiegħda ħdejn Mark, innota li kien xi ftit ansjuż u bi tbissima staqsieh jekk din kenitx l-ewwel titjira tiegħu. Mark wieġbu li għalkemm ġieli siefer drabi oħra, din

Qatt sifirt?Jekk iva, mela dawn smajthom żgur fuq l-ajruplan!

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien April 2016

id-darba kien qed isiefer waħdu għax kien sejjer jistudja f ’università ġdida. Paolo beda jitkellem miegħu, awguralu u għamillu l-kuraġġ biex ma joqgħodx jibża’ fuq l-ajruplan, u qallu:

“Kull darba li nsiefer u nisma’ lill-airhostess tannunzja dawn l-istruzzjonijiet jien noqgħod nirrifletti dwar dak li tkun qed tgħid u nqabbilhom mal-ħajja tiegħi. Waqt li ċ-ċinturin tas-sigurtà nilbsuh biex nipproteġu lilna nfusna waqt xi turbolenza, għalija ċ-ċinturin tas-sigurtà huwa Alla – dejjem hemm, dejjem marbut u mgħannaq miegħi għax bih imdawwar miegħi nħossni sigur, ċert li dejjem se nsib l-għajnuna minnu.

Bħala passiġġieri fuq dan l-ajruplan, aħna kellna bilfors nintelqu u nafdaw ħajjitna f ’idejn il-pilota, il-persuna li qatt ma rajna qabel għajr għall-mument li sellmilna fil-bieb tal-ajruplan. Dan il-pilota ser jeħodna fil-pajjiż tal-għażla tagħna u għalhekk nafu fejn sejrin. Issa jien fil-ħajja tiegħi nafha d-destinazzjoni tiegħi. Naf fejn irrid immur. Waħdi ma nasalx, imma b’Ġesu bħala l-pilota tiegħi ser nasal żgur.”

Sadattant wasal il-ħin biex jitqassam l-ikel. Waqt li bdejna nieklu, Paolo kompla jgħidlu:

“Meta f ’każ ta’ emerġenza jinżlu l-maskri tan-nifs quddiemek, qis li l-ewwel ħaġa li tagħmel hi li tilbes il-maskra int, imbagħad għin lil min ikun ħdejk jilbes il-maskra tiegħu. Jekk ma tagħmilx hekk, fil-fixla taqta’ nifsek int għax ma tkunx ilħaqt ilbist il-maskra u hekk imutu wkoll dawk li jkunu miegħek, u ma jsalva ħadd.

Hekk ukoll fil-ħajja tiegħi. Qiegħed nitgħallem u nitħarreġ li n-nifs tiegħi nimlieh bin-nifs ta’ Alla. Meta nimtela bin-nifs ta’ Alla, jien inkun nista’ ngħadddi ’l Alla lil ħaddieħor ukoll: lil sħabi l-iskola,

l-università, fil-familja, it-tfajla jew il-ġuvni, fuq ix-xogħol, u kull fejn inkun. Kullimkien nista’ nsalva lil ħaddieħor – inkella naqtgħu nifisna lkoll kemm aħna!”

Mark deher jieħu interess f ’dak li kien qed jisma’ u b’kurżità kbira staqsieh: “U l-mowbajl, l-apparat elettroniku u s-sigaretti fiex ifakkruk?”

Paolo reġa’ tbissem u qallu: “Meta jkolli nitfi l-mowbajl u t-tablet fuq

l-ajruplan ninduna kemm ġieli ħlejt sigħat fuqhom. Min jaf kemm lgħabt logħob waħdi jew ma’ sħabi u spiċċajt tlift mill-istudju jew l-irqad! Kemm ħlejt żmien niċċassa lejn l-iskrin tal-laptop meta kelli aktar affarijiet importanti

x’nagħmel! Għalhekk meta nitfi l-mowbajl jew il-laptop għal ċertu ħin ninduna kemm hu importanti li ninqata’ ftit mill-bumbardament tal-midja soċjali u napprezza ftit il-kwiet. Sirt infittixhom mumenti bħal dawn għax fil-kwiet niftaħ qalbi m’Alla dwar dak li nkun għaddej minnu u nisma’ xi jrid jgħidli.

Meta l-airhostess tgħid li t-tipjip fuq l-ajruplan mhux permess, inġib quddiem għajnejja l-ħsara kbira li d-dħaħen tas-sigaretti jagħmlu lill-pulmun tiegħi u ta’ dawk li jkunu ħdejja. Niftakar ukoll f ’sieħbi li ħalliena ftit ilu b’marda minħabba l-ammont kbir ta’ sigaretti li kien ipejjep kuljum. Għalhekk m’għadnix inpejjep u minflok qed immur xi mixja fil-kampanja jew ħdejn il-baħar u noqgħod inxomm l-arja pura u nammira n-natura.”

Issa konna wasalna biex ninżlu fid-destinazzjoni tagħna. Ftit qabel ma ħareġ mill-ajruplan, Paolo sellem lil Mark u awguralu kull suċċess fl-istudji tiegħu. L-aħħar kliem ta’ Paolo kienu: “Mark, tinsiex dak li għedtlek meta terġa’ tivvjaġġa fuq ajruplan!”

Bħala passiġġieri fuq dan l-ajruplan, aħna kellna bilfors

nintelqu u nafdaw ħajjitna f’idejn il-pilota, il-persuna li qatt ma

rajna qabel għajr għall-mument li sellmilna fil-bieb tal-ajruplan

April 2016 | 11

Page 12: Flimkien April 2016

“Dak li jgħodd hu li tħobb. Hekk il-ħajja. L-imħabba sopranaturali li fiha hemm l-imħabba naturali hija ħaġa sempliċi u fl-istess ħin hija kumplessa. Titlob li inti tagħmel il-parti tiegħek u titlob li ħaddieħor jagħti sehmu. Jekk tipprova tgħix bl-imħabba, tinduna li fid-dinja jkun jaqbel tagħmel il-parti tiegħek. Ħaddieħor ma tafx jagħmilx il-parti tiegħu; u mhux bilfors jagħmilha” (Meditazzjonijiet).

“Ġesù hu Ġesù Abbandunat. Għax Ġesù hu s-Salvatur, ir-Redentur ... u hu jifdi meta jxerred id-divinità fuq il-bnedmin kollha, permezz tal-Ferita tal-Abbandun, li hija l-ħabba ta’ għajnejn Alla fuq id-dinja: Vojt infinit li minnu Alla jħares lejna: it-tieqa ta’ Alla miftuħa beraħ fuq id-dinja u t-tieqa tal-bnedmin li minnha huma jaraw lil Alla” (Noti, 1949).

“L-ispiritwalità komunitarja tagħna, li tridna ngħixu l-għaqda sħiħa bejnietna, kellha effett doppju fuq dawk ta’ madwarna: konna nagħtu xhieda ... u bil-ħila tal-konverżjoni konna nagħtuhom il-possibbiltà jgħixu l-unità huma stess, li jingħaqdu flimkien

Ġ AW h A R I N S A R A d U N h EC ToR S CE R R I

Chiara Lubich (1920-2008) hija l-fundatriċi u l-ewwel president tal-Moviment tal-Fokolari –

moviment fil-Knisja mwaqqaf fl-1943 u llum mifrux mad-dinja kollha. L-ispiritwalità tal-komunjoni kif għexitha Lubich u l-moviment li bdiet huwa ferm preżenti fil-ħajja tal-Knisja, fid-djalogu ekumeniku u dak interreliġjuż, kif

ukoll fil-qasam soċjali u kulturali. Hija l-awtriċi ta’ bosta kotba spiritwali. Żaret Malta fl-1999.

Kieku kellna nkebbsu n-narbħala membri ħajja ta’ ġisem wieħed. U għalhekk, fejn dan kien iseħħ, kienet tissaħħaħ il-ħajja tal-Ġisem Mistiku, kif titlobna nagħmlu l-magħmudija” (L-Għajta).

“Li kellna nkebbsu n-nar f ’ħafna postijiet ta’ belt, anke nar ċkejken li jibqa’ jaqbad, fi ftit ħin dik il-belt issir ħuġġieġa waħda. Li kieku kellna nkebbsu n-nar ta’ Ġesù f ’ħafna nħawi ta’ belt, u kieku dak in-nar jegħleb il-kesħa tad-dinja bir-rieda tajba tan-nies li joqogħdu fiha, fi ftit żmien dik il-belt inkunu qabbadnieha bl-imħabba ta’ Alla. In-nar li Ġesù ġab fid-dinja huwa Ġesù stess, hu mħabba” (Meditazzjonijiet).

“Id f ’id ma’ teoloġija mġedda, “ġdida” ... hemm bżonn ukoll ta’ xjenza ġdida, soċjoloġija ġdida, arti ġdida, politika ġdida ... ġodda għaliex ta’ Ġesù, imġedda bl-Ispirtu tiegħu” (Nuova Umanità, 1995).

“Irridu nuru lid-dinja li Ġesù Abbandunat mela kull vojt, dawwal kull fejn kien mudlam, qagħad ma’ dawk li jinsabu waħedhom, xejjen kull tbatija, ħassar kull dnub” (Meditazzjonijiet).

12 | Flimkien

Page 13: Flimkien April 2016

360 St Joseph High Road, Santa VeneraTel. 27040839 Mob. 77771659

Book your FREE hearing assessment, call today:

27040839 / 77771659(Mob)

Clear-Tone Hearing are proud to announce the official opening of

their new Hearing Centre in Santa Venera. On Monday 15th February 2016, Michael Wall, owner of Clear-Tone Hearing, opened the doors to the state of the art clinic and is now ready and waiting to provide a premium hearing service to the people of Malta. Michael and his team are on hand to provide information on the latest hearing technology and offer impartial advice when it comes to recommending the best hearing solution for you.

As a long established independent, local business, Clear-Tone Hearing are dedicated to providing a comprehensive hearing healthcare service that improves their clients quality of life.

Michael has been running Clear-Tone

Hearing for over 5 years. “We are very pleased to be able to offer our services in Santa Venera. We have been providing hearing care to people in the surrounding areas for many years and we have extensive experience fitting hearing aids to suit people’s different needs.”

Situated at 360 St Joseph High Road, Santa Venera (beside the Labour Party Club and conveniently located near to Santa Venera bus stop), the new Hearing Centre is fully equipped with the latest cutting edge equipment, ensuring that the most accurate hearing examinations are provided.

“We use the most up-to-date digital hearing aid technology and our team of audiologists are highly qualified and have been nationally accredited for their

services. We really understand the value of listening to our customers and we guarantee you will receive the expert attention you deserve.”

Book Your FREE Hearing Consultation!Clear Tone Hearing are the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

Michael will be available from Monday 11th April - Wednesday 20th April to provide FREE hearing consultations and advise you on the latest hearing technology.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call us today on 27040839 or 77771659 (mob) - by appointment only.

New Hearing Clinic

Now Open!

Have You Heard The News?Award Winning Hearing Healthcare Practice Is Now

Open In Santa Venera

Page 14: Flimkien April 2016

U L I E d N A FR C A R L- M A R I o S U LTA N A

X’jiġri meta noħroġ mill-bieb?Opportunità tad-deheb biex ngħallmu lil uliedna li ċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tibda taħt is-saqaf tal-knisja... imma titkompla barra l-bieb!

Ħafna minna jaħsbu li ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti tfisser biss li kull meta jkun imissna li niċċelebraw,

jew inkunu preżenti għal xi sagrament, kulma rridu nagħmlu huwa li mmorru mid-dar sal-Knisja u nkunu preżenti għaċ-ċelebrazzjoni mingħajr ma nipparteċipaw jew nippreparaw ruħna għaliha. Wara li tispiċċa ċ-ċelebrazzjoni, imbagħad, immorru nkomplu r-rutina ta’ kuljum fi djarna u fuq il-postijiet tax-xogħol.

Imma meta nagħmlu hekk, inkunu qegħdin tassew infaqqru s-sagramenti u nirriduċuhom għal xi ħaġa li meta jkollok bżonnha tmur tixtriha mingħand tal-ħanut jew mis-supermarket.

Is-sagramenti, speċjalment is-sagrament tal-Ewkaristija – li aħna nafuh aktar bħala l-Quddiesa – jeħtieġ preparazzjoni qabel u impenn wara.

Jekk immur il-Quddiesa bil-ħsieb biss li nissodisfa l-obbligu tal-Ħadd, allura nkun

qed nitlef ħafna, u dak li kollu li nagħmel inkun qed nagħmlu mhux għax tassew inħoss il-ħtieġa tiegħu imma biex ma nħossnix “skomdu”.

U jekk jiena mmur biss biex nisma’ l-quddiesa għax hekk imdorri nagħmel; jew inkella għax, kif jgħidu bosta nies: “Ma jkunx ġie l-Ħadd jekk ma mmurx nisma’ Quddiesa”, allura x’eżempju tajjeb nista’ nagħti lil uliedi? U x’messaġġ inkun qed ngħaddi lil dawk li jħarsu lejja biex jifhmu l-bżonn li tagħmel xi affarijiet u mhux oħrajn fil-ħajja?

X’responsabbiltà għandna! U kemm għandna opportunitajiet biex nedukaw lill-uliedna!

U r-responsabbiltà tagħna ma tiqafx hawn. X’jiġri meta s-saċerdot jgħidilna: “Morru fil-paċi ta’ Kristu”? Nobduh mill-ewwel u naħarbu niġru ’l barra qisu se jaqa’ fuqna s-saqaf? Jew noħorġu mill-Knisja biex ngħixu u npoġġu fil-prattika dak li tkun qaltilna l-Kelma ta’ Alla dakinhar?

Ejjew ma nkunux aħna li niżvojtaw il-Kelma ta’ Alla milli tmexxilna ħajjitna. Ejjew ma nħallux il-Kelma ta’ Alla tgħaddi minn fuq rasna mingħajr ma nħalluha tibdilna. Il-Kelma ta’ Alla hija bħax-xita li meta ssaqqi l-art mill-ewwel din tibda tnibbet il-ħaxix u l-ħdura. Mingħajr il-Kelma ta’ Alla ma nistgħux ngħixu kull staġun tal-ħajja tagħna b’mod li jħalli l-frott ... u lanqas nistgħu ngħinu lil uliedna jikbru b’sinsla soda u dritta.

SPRING SUMMER COLLECTION 2016

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien April 2016

SPRING SUMMER COLLECTION 2016

Page 16: Flimkien April 2016

Sprinterblue and white

sizes: 36-46

Antibesdark brown

sizes: 35-42

Yoria strapblack

sizes: 36-42

Yoria lacesblack

sizes: 36-42

Koalagrey

sizes: 35-42

Lightwalkergrey and orange

sizes: 36-42

Sprinterblack

sizes: 36-42

Lightwalkerwhite and purple

sizes: 36-42

Phan Strapgrey

sizes: 36-42

Mayfieldnavy

sizes: 36-42

44.169.21white

sizes: 36-42

44.169.74silver

sizes: 36-42

Page 17: Flimkien April 2016

Sprinterblue and white

sizes: 36-46

Antibesdark brown

sizes: 35-42

Koalagrey

sizes: 35-42

Norinabeige

sizes: 36-42

Fanettabrown

sizes: 36-42

Carositawhite

sizes: 36-42

26.483.66navy

sizes: 3.5-8

44.169.74silver

sizes: 36-42

Page 18: Flimkien April 2016

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres at:

The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta,

Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty

Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies (Scholl).

Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change

and not all sizes and colours may be available.

Naytan

sizes: 36-42

Ottaviabrown

sizes: 35-42

Giordan Back Strapnavy

sizes: 36-42

Bolettaupe

sizes: 36-42

Tullyfuschia

sizes: 36-42

Miettabeige

sizes: 36-42

Page 19: Flimkien April 2016

TAĊ-ĊENAKLU

Il-Knisja f ’Malta għandha għax tkun grata lejn Mons. Salv Grima għax hu kien strument f ’idejn il-Providenza ta’

Alla biex id-Dar tal-Kleru tinbena u matul is-snin tħaddan tant saċerdoti fil-mument meta jkunu jeħtieġu l-għajnuna fi żmien tant diffiċli ta’ ħajjithom, iż-żmien tax-xjuħija, il-mard jew meta jsibu ruħhom mingħajr ħadd li jieħu ħsiebhom.

Din id-Dar ġiet inawgurata 52 sena ilu u qiegħda taqdi l-missjoni tagħha għaliex dan is-saċerdot qal ‘Iva’ għal dak li l-Mulej nebbħu, u din l-‘Iva’ ssarrfet f ’tant ġid lil ħutu s-saċerdoti. Din l-‘Iva’ tiegħu kienet frott tal-qdusija tiegħu, tal-intimità tiegħu mal-Mulej li kienet tinħass b’mod qawwi fid-devozzjoni tiegħu lejn l-Ewkaristija.

Mill-qalb tiegħu ta’ saċerdot ħareġ mhux biss il-bini tad-Dar tal-Kleru imma wkoll il-Komunità Qaddejja taċ-Ċenaklu.

Aħna l-Qaddejja taċ-Ċenaklu, bl-approvazzjoni tal-Knisja, ngħixu l-ħajja kkonsagrata b’kariżma speċjali li ngħinu s-saċerdoti b’ħajja ta’ talb, bi spirtu ta’ sagrifiċċju u bl-għotja ta’ ħajjitna għall-qdusija tagħhom, u f ’qadi ddedikat li jkun dejjem imħaddan bil-fedeltà, bl-imħabba,

il-ferħ u l-ġenerożità. Is-saċerdoti wkoll għandhom bżonn l-għajnuna tagħna u ta’ min jieħu ħsiebhom, u għalhekk il-ħtieġa tad-Dar tal-Kleru: biex is-saċerdoti jkollhom id-Dar tagħhom fejn isibu kenn u mistrieħ wara snin twal ta’ ħidma għalina fl-għalqa tal-Mulej.

Aħna ngħixu flimkien f ’komunità b’ideal f ’ħajjitna ta’ talb u qadi lis-saċerdoti, u f ’ħajja ta’ għaqda dejjem aktar sħiħa ma’ Ġesù Saċerdot. Hija l-imħabba tiegħu stess li rridu nwasslu lis-saċerdoti fil-qadi u l-għajnuna li nagħtuhom b’impenn sħiħ, b’ġenerożità u b’ferħ.

Is-saċerdoti huma tassew l-akbar benefatturi fil-ħajja tagħna, għalhekk għandna nuruhom kull rispett u noffrulhom l-għajnuna tagħna l-aktar fiż-żminijiet diffiċli tal-ħajja tagħhom. Niftakru li s-Saċerdot huwa Kristu ieħor u huma tant prezzjużi għal Ġesù, għall-Knisja u għalina lkoll.

Min jixtieq aktar informazzjoni, jew ġentilment jista’ joffri xi għajnuna li aħna napprezzaw ħafna, jikteb lill-Qaddejja taċ-Ċenaklu, Dar iċ-Ċenaklu, Triq Anġlu Grima, B’Kara, BKR 1560. Tel: 21441670; Mob: 79440880; Facebook: facebook.com./qaddejja.taccenaklu; Email: [email protected]

S R RoS E Z A M M I T

IL-QAddEjjA

April 2016 | 19

Page 20: Flimkien April 2016

Meta koppja tidħol għas-sagrament taż-żwieġ fi ħdan

il-Knisja Kattolika, ix-xewqa f ’qalbhom tkun li ż-żwieġ tagħhom jirnexxi. Huwa impenn serju li twiegħed lis-sieħeb/sieħba tiegħek li ‘nibqgħu magħqudin flimkien sakemm il-mewt tifridna... fit-tajjeb u l-ħażin, fis-saħħa u fil-mard’.

Sfortunatament għal xi koppji, il-mixja tagħhom flimkien ma tkomplix. Tkun xi tkun ir-raġuni tas-separazzjoni, din tħalli weġgħa u vojt kbir. Xi wħud li jgħaddu mit-triq tas-separazzjoni jkollhom jerfgħu salib, madankollu jibqgħu mexjin ’il quddiem waħidhom, ħafna drabi wkoll bir-responsabbiltajiet tal-ulied.

Importanti li jfittxu s-sapport. Għal dawk in-nisa separati li jixtiequ aktar għajnuna f ’din il-fażi tal-mixja ta’ ħajjithom se jitwaqqaf support group għal nisa separati fi ħdan il-Moviment ta’ Kana. Se ssir laqgħa kull ġimagħtejn fl-Istitut Kattoliku. Min jixtieq aktar tagħrif għandu jikkuntattja lil Grace Genovese fuq 9946 0426.

Support group għal nisa separati

Mulej, arak imbiċċer; imfarrak għadmek kollu.Bix-xewk dawrulek Rasek; Demmek jiksilek Ġismek.Dan kollu ħa ssalvana, u rbitna għalkollox tħollu,u hekk inkunu salvi; meħlusa ilkoll f ’Ismek.

Fis-snin ta’ bniedem bħalna, wettaqt ħafn’ għeġubijietbiex turi s-setgħa tiegħek, u tiġbed lejk in-nies;imma kellha tkun passjoni u l-eħrex tbatijietli jwaħħdu ’l-erwieħ miegħek; tal-fidi jkunu s-sies.

Int tajtna Ġismek kollu; sal-aħħar qatra Demm;u bħalma irbaħt Inti, ridt lilna wkoll rebbieħa:għaqqadtna f ’Xirka waħda, li wegħ’dt qabel tintemmitgawdi minn imħabbtek, li hi tal-ħajja l-fwieħa.

Hemmhekk, fit-Tabernaklu, Int ridt li tibqa’ magħnabiex qatt, le, ma ninfixlu; bik niksbu r-rebħa tagħna.

Charles Magro

Pellegrinaġġi mal-FranġiskaniL-Art Imqaddsa: 4-12 ta’ Mejju (ma’ Mons. Arċisqof Scicluna), 13-21 ta’ Lulju, 3-11 ta’ Awwissu, 1-9 ta’ Settembru, 10-18 ta’ Settembru, 6-16 ta’ Novembru.

Polonja: 18-22 ta’ Ġunju.

Assisi: 23-28 ta’ Awwissu.

Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8, Triq Santa Luċija, Valletta, VLT 1213.

2124 2254; [email protected]; www.ofm.org.mt

Il-FidwaP o E Ż I jA

drachma Parents Support Group Grupp ta’ sapport għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Il-laqgħat li jmiss se jsiru:

il-Ħamis, 14 ta’ April

il-Ħamis, 19 ta’ Mejju

Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta fis-7:30pm

Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.

20 | Flimkien

Page 21: Flimkien April 2016
Page 22: Flimkien April 2016

Il-Purgatorju u n-nar tal-InfernFir-Rużarju għadna nsemmu l-purgatorju u n-nar tal-infern. Kif inhu dan, meta l-Knisja għarfet li dawn it-tnejn huma ideat żbaljati? U jekk inhu hekk, għaliex dawn ma jiġux mibdula?

Carmel Spiteri, in-Naxxar

Nota: Mhux korrett li wieħed jgħid li “il-Knisja għarfet li l-Purgatorju u l-Infern huma ideat żbaljati.” Il-Purgatorju u l-Infern huma parti mill-Katekiżmu (ara paragrafi 834, 1030-1037, 1472, 1861). Il-qarrej probabbli qed jirreferi għal-Limbu. Fl-2007 il-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali ħarġet dokument dwar is-salvazzjoni tat-trabi li jmutu qabel il-Magħmudija. Id-dokument, approvat minn Benedittu XVI, jgħid li t-teorija dwar il-Limbu qatt ma kienet parti mit-tagħlim uffiċjali tal-Knisja u l-Limbu m’għandux ikompli jissemma’. Fil-Kredu tal-Appostli (ftit iqsar mill-Kredu li ngħidu waqt il-Quddiesa tal-Ħadd) illum nużaw il-kliem “niżel bejn l-imwiet” mhux “niżel fil-Limbu”.

ITTRA REBBIEĦA

ITTRI MILL-QARREjjA: L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Ir-raġel li jħobb jikteb fit-trabQrajt is-silta “Ir-ragel li jħobb jikteb fit-trab” (Frar). Mill-ewwel laqtuni l-istampa kif ukoll it-titlu. Minn dejjem affaxxinani għaliex “dak ir-raġel” niżel jikteb fit-trab. Irriflettejt u ħsibt l-għaliex. Forsi biex ikollu ħin jaħseb? Jew biex ma jurihomx li kellu aptit jgħajjarhom u jgħidilhom, “Ilħqu salibkom!” Jew biex jurihom li kien ser jikteb id-dnubiet tagħhom? Dawk li kienu “importanti” telqu; ix-xjuħ telqu; ir-reliġjużi wkoll; anki dawk li jużaw ir-reliġjon u t-Torah biex isawtu. U l-mara ħassitha maħbuba minnu, u f ’din l-imħabba għarfet tegħleb kull nuqqas ta’ mħabba oħra u għarfet tħobb lilu u timxi warajh. Ġesù offrielha l-possibbiltà li tinħeles mill-gaġġa, u hi ħaditha. Grazzi tal-ħsieb li qsamtu magħna. Jien ukoll nagħżel li ninħeles mill-gaġġa.

Tania Borg, l-Imsida

Djakni Permanenti?

L-Arċisqof Emeritu Mons. P. Cremona, meta kien Arċisqof ta’ Malta, kien ordna li jinbeda programm biex isiru djakni permanenti li jistgħu jkunu anki rġiel miżżewġa (bil-kunsens ta’ marthom) u dawn ikunu ta’ għajnuna għas-saċerdoti u l-Isqof bis-servizz li jagħtu fil-Liturġija, fl-amministrazzjoni tas-Sagramenti tal-Magħmudija u ż-Żwieġ, funerali, prietki, u servizzi pastorali oħra. Il-poplu Nisrani feraħ b’dan u ħafna ħasbu li dan ma kienx se jdum ma jiġi implimentat. Naf nies li tħajru jibdew dan il-programm u marru jistaqsu fuqu, iżda qatt ma rċevew tweġiba. Issa sar magħruf li dan il-programm mhu ser jibda qatt. Ħasra tassew. Aktar u aktar għax ħadd ma jaf għaliex.

Carmelo Lia, Ħaż-Żabbar

I T TR I M I L L- QA R R E jjA22 | Flimkien

Page 23: Flimkien April 2016

Nikol kien ilu jberren minn fejn se jiddobba ftit żrieragħ u xitel ta’ frott u ħaxix differenti biex jimla l-għalqa

tiegħu. Is-sena ta’ qabel il-maltemp kien qeridlu l-prodotti kollha u bil-kemm kellu ħaxix u frott biex jiekol bihom, aħseb u ara biex ibigħ. Dan wara li investa f ’makkinarju ġdid biex ikun jista’ jaqla’ l-patata b’inqas tbatija u rranġa s-sistema tat-tisqija. Iktar ma ttama li se jagħmel prodotti, iktar ġietu ħażina, u l-but baqagħlu vojt.

Il-ġimgħa l-oħra, Nikol iltaqa’ ma’ kuġinuh li hu bidwi wkoll. Kumbinazzjoni kellu xi xitel żejjed u tahomlu. Tbissima firxet fuq wiċċ Nikol, waqt li moħħu kien ġa ppjana biex l-għada jmur iħawwilhom. Xtara xi żrieragħ oħra u telaq kmieni filgħodu biex forsi jiffranka l-qilla tax-xemx. L-għalqa kienet biswit triq li kienet tintuża ta’ sikwit għall-passiġġati.

F’ħin minnhom, waqaf raġel josserva lil Nikol jaħdem bla nifs. Dan malajr irrealizza kemm il-frott u l-ħaxix li jiekol ta’ kuljum għandhom storja ta’ ħidma, tbatija, sagrifiċċju u riskju warajhom, li ftit li xejn nies jafu bihom. Nikol malajr qabad parlata mar-raġel u qallu, “Sieħbi, l-għalqa hija iebsa u frottha mhux garantit. Apprezza dan meta tiekol xi frotta bnina!”

Intenzjoni tal-Papa għal April: Biex il-bdiewa jaqilgħu dak li ħaqqhom għax-xogħol prezzjuż tagħhom.

Naħseb: Naf personalment lil xi bidwi li jaqla’ l-għajxien tiegħu mill-għalqa? Qatt ħsibt fit-tbatija li jesperjenza l-bidwi? Napprezza kemm hemm xogħol involut biex jitkabbru l-prodotti fl-għalqa?

Nitlob: Nitolbuk Mulej għall-bdiewa kollha biex tagħtihom is-saħħa u l-enerġija biex ikomplu ħidmithom, u agħmel li xogħolhom jiġi apprezzat dejjem iżjed.

X’nista’ nagħmel: Matul din il-ġimgħa nitlob għall-bdiewa tad-dinja kollha. Napprezza iktar il-frott u l-ħaxix li jipprovdu l-bdiewa. “Imbierek int, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubitek tajtna x’nieklu u x’nixorbu, frott tal-art u xogħol il-bniedem.”

Frott tal-art u xogħol

il-bniedem

Paġna mħejjija mill-Grupp Appostolat tat-Talb (www.attmalta.org).

April 2016 | 23

Page 24: Flimkien April 2016

Offering Support andEmployment to the

VULNERABLE

197, Office B, Triq il-Marina, Pieta Malta.T: (+356) 2703 6602 | 2706 7426 | 2740 9907 | E: [email protected]

SUPPORTEDEMPLOYMENTPROGRAMME

The official Supported Employment Cooperative affiliated to the Malta Association for Supported Employment. VO-1159

Positive Supported Employment Cooperative Ltd

HOTLINE7706 7426

Page 25: Flimkien April 2016

Ħafna jaħsbu li ċ-ċikkulata tagħmel ħsara biss lil ġisimna. Minħabba l-ammont ta’ xaħam li fiha, ħafna

jassoċjawha mad-dijabete, l-acne, l-obeżità, mard tal-qalb u pressjoni għolja. Fil-fatt iċ-ċikkulata fiha xi kimiki li saħansitra jistgħu jagħmlulna l-ġid. Xi esperti jinsistu li ċ-ċikkulata fiha l-antiossidanti li, bħalma semmejna drabi oħra, inaddfu ċ-ċirkulazzjoni tagħna. Xi studji juru li ċ-ċikkulata tbaxxi l-kolesterol fil-ġisem u tevita li tonqos il-memorja. Dan għax fiha kimiki (flavonoids) li jistimulaw il-moħħ. Dan l-iktar li nsibuh fiċ-ċikkulata skura.

Kif tgħinha ċ-ċikkulata? Minn studji riċenti sar magħruf li l-konsum ta’ ftit ċikkulata kuljum ibaxxi l-kolesterol il-ħażin fil-ġisem. Xjenzjati mill-Iskola Medika ta’ Harvard jissuġġerixxu li żewġ kikkri kokotina kuljum jistgħu jżommulek moħħok b’saħħtu għax jippreservaw iċ-ċirkulazzjoni tad-demm fil-moħħ u b’hekk inaqqsu l-ħsara li ssir biż-żmien fil-moħħ ta’ persuni anzjani.

Parti mill-kokotina tista’ tnaqqas u twaqqaf il-ħsara fin-nervituri ta’ nies li jbatu mill-marda tal-Alzheimer u tnaqqsilhom il-ħsara u l-effetti tal-marda. Xjenzjati Kanadiżi sabu li min jiekol iċ-ċikkulata regolari jnaqqas ir-riskju li tagħtih xi puplesija jew li jmut f ’każ li jkun ġa tatu puplesija.

Fl-istess ħin, kulħadd jaf li ċ-ċikkulata fiha ħafna kaloriji u zokkor. Għalhekk, biex tikkontrolla l-piż tiegħek trid tikkontrolla l-ammont li tiekol. Dan importanti wkoll biex tevita ħsara lis-snien u l-għadam u r-riskju tal-artrite.

Jekk nieklu ftit ċikkulata kuljum, speċjalment ċikkulata skura, tgħin lil ġisimna jnaqqas ir-riskji ta’ ċertu mard. Ikel żejjed u nuqqas ta’ tindif tas-snien iżid ir-riskju ta’ mard ieħor. Bħal f ’kollox, is-sigriet jinsab fil-bilanċ.

G Eo F F R E y A X I A K , N U TR IZ Z j o N I S TA

Iċ-ĊikkulataFtit kuljum, speċjalment skura

Gallettini mingħajr tisjir

Tagħmel: 36 gallettinaKaloriji: 116 kalorija

Ingredjenti: kwart ta kikkra kokotina bla zokkor miżjud; nofs kikkra ħalib; nofs kikkra marġerina; kuċċarina assenza tal-vanilla; niskata melħ; nofs kikkra peanut butter bil-biċċiet; tliet kikkri ħafur (oats).

Metodu: F’kazzola fuq nar mhux għoli ħafna, ħallat iz-zokkor, il-kokotina, il-ħalib u l-marġerina. Ħallihom sakemm jagħlu, u kultant ħawwadhom. Wara li jkunu damu jagħlu għal xi minuta, neħħihom minn fuq in-nar u żid il-vanilla, il-melħ, il-peanut butter u l-ħafur.

Waqqa’ porzjonijiet minn magħrfa tonda fuq biċċa karta forn (karta bix-xemgħa). Ħalli l-gallettini jibirdu għal mill-inqas siegħa. Erfagħhom f ’kaxxa li tissiġilla ruħha sew.

April 2016 | 25

Page 26: Flimkien April 2016

Offerta Speċjaligħall-għid

ġdid Kull min jordna ż-żewġ kotba f’daqqa għall-prezz ta’ €26,

jingħatalu ktieb ieħor b’xejn

mil-librerija vasta ta’ Horizons

Nixtieq nixtri ż-żewġ kotba U jibda l-Vjaġġ u L-Għasfur tal-Injam. Qed nibgħat ċekk ta’ €26 pagabbli lil Horizons.

isem u KuNjom ............................................................................................... Firma .................................................................................

iNdirizz.................................................................................................................................................................................................................

.................................................................................................................................................................................................................................

Kodiċi Postali ..................................................................................... teleFowN ......................................................................................

il-kotba jiġu mpustati b’posta reġistrata lill-indirizz ta’ hawn fuq

Horizons, triq l-iskultur, Ħal qormi qrm 3580 | T: 2144 1604www.horizons.com.mT | horizons malTa

U jibda l-VjaġġcyrIL axeLrodL-istorja inkreddibli ta’ Fr cyril axelrod.‘Kemm hu tal-għaġeb li n-nuqqas tas-smigħ u tad-dawl tiegħu kabbar flok ċekken l-univers tiegħu, u kemm jispira lilna l-oħrajn! Smajt il-vuċi ġentili tiegħu u rajt it-tħaddin tiegħu tad-diversità u nħossni mqanqal minnhom.’ Harlan Lane, awtur ta’ When the Mind Hears, Mask of Benevolence, u Wild Boy of Aveyron

L-Għasfur tal-InjamHeLen borGPonzju Pilatu. Isem magħruf madwar id-dinja, l-iktar għax skont l-istorja kien bla saħħa... ħasel idejh f’wiċċ il-biża’. Ħati mingħajr ġuri ta’ qtil innoċenti. Sa daħal fil-Kredu mingħajr biss kellu fidi. dan hu Pilatu! ... jew? dan ir-rumanz jirrakkonta l-grajja ta’ Ponzju Pilatu, u x’sar minnu wara l-passjoni u l-mewt ta’ Kristu, skont tradizzjoni tal-Lvant.

ġdid

Page 27: Flimkien April 2016

Mimdudin2. Ommijiet il-flieles (5) 5. L-ewwel karta tal-logħob (3)6. L-id tiegħi (3) 7. ----- Durella, logħba li jilagħbu t-tfal (5)9. Trid tilbsu jekk se ssuq mutur (4)10. Prodott li jitkabbar l-aktar fiċ-Ċina (4)11. Il-bużnanna tas-Sultan David (3)13. Tilar tal-insiġ (4)14. Ringiela nies wara xulxin (3)15. Għandek għarfien fuq xi ħaġa (3)17. Frosta, nerf (4) 18. Kaxxa ssiġillata fejn jintefgħu l-voti

fl-elezzjoni (4)19. Materjal li minnu jagħmlu l-fuħħar (5)20. Disa’ mija u disgħa u disgħin u wieħed (3).21. Riesaq ’l hawn (3)22. Xatba (5)

Weqfin1. It-talba tal-Missierna (5,6)3. Waslu (3) 4. Jiddedikaw ħajjithom biex ixerrdu

twemminhom fost l-oħrajn (11)7. Jilbsuh in-nisa u xi rġiel Skoċċiżi (7)8. La sema u lanqas baħar (3)12. Agħmel użu minn (3)15. Femminil ta’ tifel (5)16. L-ingredjent ewlieni fil-bigilla (3)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-ĦamrunIbgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Sib il-Kliem

Tisliba

Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru żewġ ismijiet ta’ xhur tas-sena. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, Kurja, Floriana.

Tweġiba għax-xahar l-ieħor: AĦMAR u ISWEd.

Rebbieħ/a: j. Micallef, San Ġwann

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 2. RATAL, 5. ART, 6. BLA, 7. BANDA, 9. VJAL, 10. TORT, 11. ĦUT, 13. RŻIN, 14. RAM, 15. BUT, 17. ĠERU, 18. UNUR, 19. NAĦAL, 20. NOL, 21. NEJ, 22. MORSA.Weqfin: 1. SALVE REĠINA, 3. TIN, 4. SANTA MARIJA, 7. BLANDUN, 8. ABT, 12. UŻU, 15. BAĦAR, 16. TUL.

LoG Ħ o B • CL AU d I A CI N I

Rebbieħ/a: R. Ciantar, Ħaż-Żebbuġ

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

1 2 3 4

5 6

7 8

9 10

11 12

13 14

15 16

17 18

19

20 21

22

J

A

X

F

AJJUT, BOLLA, BORRA, BUFFU, BUTIR, ĠILJU, LINJA, SPARK, SUFAN, XALEL.

Korrezzjoni għal ta’ Marzu: Niskużaw ruħna li t-Tisliba ta’ Marzu ħarġet mingħajr il-ħjiel għal 12 Wieqfa. Għaldaqstant it-tweġiba mhux se titqies fir-rebħ tal-kompetizzjoni.

April 2016 | 27

Page 28: Flimkien April 2016

emCare HubThis is the central device for all your monitoring needs. Simple and easy to use the hub is accessible with just the touch of a button. All our devices will automatically alert the call centre in case of falls, fire or intruders.

On-Wrist Fall AlertDetects falls and waterproof

Smoke DetectorAlerts emergency services

Intruder AlarmIntruder and no motion alert

Call us today on2142 4949

Visit our web pagewww.myemcare.com

Peace of mind at home

Falls

Emergencies

1

Keep all walkways clear of any clutter

2

Install light switches at both the top and bottom of stairways

4

Wear an On-Wrist Fall Trigger to be safe and continue living

independently

5

Choose a smoke detector that is linked to a Telecare monitoring centre

6

Do not overload your plug sockets or extension cables

3

Install grab bars or even a walk-in-shower can help

increase home safety

Home Safety Tips

Page 29: Flimkien April 2016

Għalina t-tfal

Kif inkun ġentili

Kompetizzjoni bi premjuWara li timla l-kaxex kollha, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: KRISTU. Rebbieħ/a: J. Bellizzi, il-Qawra

1. Iħobb jaqbad il-ġrieden

2. Tbid il-bajd.

3. Tħobb tiekol il-banana.

4. Isaffar u jgħanni.

5. Ir-‘raġel’ tan-nagħġa.

6. Iħobb ħafna l-ġobon

1.

2.

3.

4.

5.

6.

Tkun ġentili jfisser li ma tweġġa’ jew toffendi lil ħadd, la bi kliemek u lanqas b’għemilek.

Ifisser li tkun sensittiv għal kif qed iħossu ħaddieħor u li toqgħod attent biex tinduna mill-ewwel ħaddieħor x’għandu bżonn.

Tkun ġentili jfisser ukoll li tmiss u tuża l-affarijiet li jiġu f’idejk bil-galbu u mhux bl-addoċċ jew bill-guffaġni. Ifisser li tibża’ għall-affarijiet tiegħek u ta’ ħaddieħor biex ma jinkisrux, ma jitħammġux, ma jitqattgħux.

Meta tħossok irrabjat u mweġġa’, minflok tiżbroffa, tkellem bil-mod mhux tgħajjar jew tikser lill-ieħor. Il-fatt li ħaddieħor irrabjak ma jfissirx li għandek tweġġgħu biex tpattihielu.

Li tkun ġentili ma jfissirx li tħalli lil ħaddieħor jagħmel li jrid bik, imma hemm mod u mod kif twaqqfu milli jkompli jdejqek jew iweġġgħek.

Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ tkun ġentili jekk:• se tmiss jew terfa’ xi tarbija;• għandek bżonn tgħid xi ħaġa lil

xi ħadd imma taħseb li din tista’ tweġġgħu;

• il-pet tiegħek imweġġa’ u jrid attenzjoni speċjali;

• qed tipprepara l-mejda tal-ikel bl-ifjen platti u pożati.

PAĠ N A MT E L L A’ M I N N CL AU d I A CI N I April 2016 | 29

Page 30: Flimkien April 2016

Il-Garigor

Ħadet ir-riskju li tmut biex wellditni. Jien, il-ħames tarbija. Kont inħoss li biex nitrabba jien kien hemm nies

ibatu kontinwament. Omm ommi ġiet tgħix magħna fid-dar. X’ferħ! Imma wkoll aktar tbatija u għotja ta’ ġenerożità. U n-nanna mietet.

Il-ħamsa li konna kollha tgħarrasna u jien ukoll ħallejt dik id-dar u miegħi ħadt attitudni u qalb kollha mħabba u ġenerożità. Jien u żewġi t-tnejn ġibna l-bagalja tagħna. Xi drabi diffiċli li tibqa’ żżomm il-fjamma tal-imħabba tixgħel!

Erbat itfal. Kemm qed issir iebsa Mulej! Inħossni qed nogħtor. Anke l-fjamma ta’ ħajti bdiet tnin… sa waqajt għal wiċċi! U kollox deher iswed, mudlam. Ħassejtni mitlufa, mimlija taqtigħ il-qalb u diqa.

Imma sibt lilu. Ħassejtu jerfagħni. Kien jaf kif jaħsilli wiċċi u jnaddafli l-konfużjoni kollha. Quddiemu, il-muntanji jdubu bħas-silġ. Hu reġa’ bnieni. Għaqqad il-frak tal-personalità tiegħi f ’persuna sħiħa mill-ġdid. Erġajt bdejt napprezza l-ħajja u rġajt stajt nifraħ, sakemm…

M A RG A R E T BoRG

Binti, binti nfniet fil-ħajja u tilfet kollox… kollox fix-xejn. Ħassejtni nerġa’ ninfena u naqta’ qalbi. Din id-darba donni ma rajtu mkien… imkien. Kont spiss nitlob: ‘Fejn int Mulej? Urini wiċċek, nitolbok!’ U ġieli ħassejt rabja kbira, ġieli ssuppervjajt, u ġieli ħassejt sens ta’ telfa, bla mkien fejn nagħti rasi.

Imma bil-mod il-mod bdejt inħossu iktar viċin, jgħinni nġorr is-salib, iweżinni, għax jaf li m’iniex kapaċi nġorr dan it-toqol waħdi.

Ħallejt ix-xogħol ta’ barra d-dar biex insegwi lill-familja aħjar. Issa qiegħda fuq l-għatba tal-anzjanità. Inħares lura, u nara vjaġġ twil u iebes. Imma ħej, x’ferħ ħalla! Tfal u anke neputijiet mimlija saħħa!

Baqagħli x’nagħti u xi nħobb, imma naf li Alla se jgħinni f ’din il-biċċa wkoll. Veru li l-ġisem għajjien, imma l-qalb kollha fervur, imħabba u ġenerożità. Hu dejjem kien hemm, anke meta ma stajtx narah, meta ma fhimtx, u meta rrabjajt għalih. Għax il-fidi qisha garigor… tħallik tara biss il-ftit tarġiet ta’ quddiemek. Imma int u tiela’ tkun taf li xi darba se ssib il-bejt, il-beraħ, id-dawl, il-paċi.

Grazzi tal-imħabba kontinwa, Mulej, u nitolbok maħfra ta’ meta ma fdajtx f ’idejk.

Il-GarigorIl-Garigor

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien April 2016
Page 32: Flimkien April 2016

FEELING FREE AT HOME

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206, Fax: 21 252 207 Email: [email protected]

Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F

Marsa Industrial Park, Marsa, Malta

invest in comfort and safety for yourself or your parents