32
Novembru 2015 | Numru 132 Newspaper Post 24 Dak il-billboard għamilhieli! “Ma stajtx norqod. L-aħħar mistoqsija baqgħet thewden f’moħħi.” Mela x’kien hemm miktub fuq il-billboard? 26 Ġewż, lewż, qastan, tin... Il-ġid li jagħmlulek… basta b’moderazzjoni u mhux melħin! Riċetta: Imqaret tal-ġewż 13 Għidli storja! Lit-tfal kellimhom bl-istejjer… anki mill-ħajjiet tal-qaddisin. 19 Il-Protezzjoni tal-Embrijun Appell minn grupp ta’ nisa biex il-liġi preżenti ma tinbidilx. 21 Tliet ġimgħat f’Ragusa Meta sabu ruħhom mit-taġen għal ġon-nar … l-unika triq kienet li jimxu ’l quddiem… L-INTERVISTA 10 Id-dudu ġol-vażett Intervista ma’ omm vittma tal-vjolenza domestika. Illum tgħin nisa oħra bħalha.

Flimkien Novembru 2015

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani

Citation preview

Page 1: Flimkien Novembru 2015

N o v e m b r u 2 0 1 5 | N u m r u 1 3 2

New

spap

er P

ost

24 Dak il-billboard għamilhieli! “Ma stajtx norqod. L-aħħar mistoqsija

baqgħet thewden f’moħħi.” Mela x’kien hemm miktub fuq il-billboard?

26 Ġewż, lewż, qastan, tin...Il-ġid li jagħmlulek… basta b’moderazzjoni u mhux melħin! Riċetta: Imqaret tal-ġewż

13 Għidli storja!Lit-tfal kellimhom bl-istejjer… anki mill-ħajjiet tal-qaddisin.

19 Il-Protezzjoni tal-Embrijun Appell minn grupp ta’ nisa biex il-liġi preżenti ma tinbidilx.

21 Tliet ġimgħat f’RagusaMeta sabu ruħhom mit-taġen għal ġon-nar … l-unika triq kienet li jimxu ’l quddiem…

L-INTERVISTA

10 Id-dudu ġol-vażett

Intervista ma’ omm vittma tal-vjolenza domestika.

Illum tgħin nisa oħra bħalha.

Page 2: Flimkien Novembru 2015

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Christmas Markets f’Northern Germany

¢459minn

5-12 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

INŸURU Hannover, Marienburg Castle, Hameln, Lüneburg, Rammelsberg Silver Mine, Goslar, Hildesheim, Braunschweig, Bremen, Celle u Hamburg

ItalianChristmas Markets

¢479minn

6-13 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

INŸURU Trento, Levico Terme, Pergine Valsugana Bolzano, Merano, Brunico, Cortina D’Ampezzo, Verona, Arco, Bressanone, Vipiteno, Innsbruck u Milan

Christmas Markets Delights! Awstrija u Æermanja

¢579minn

6-13 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

INŸURU Munich’s Olympic Park, Salzkammergut, Mondsee, St Gilgen, St Wolfgang, St Johann im Pongau, Salzburg, Klagenfurt, Villach, Zell am See, Millstatt, Velden, Worthersee and Berchtesgaden

Short Break f’Pariæi

¢489minn

5-8 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

INŸURU Paris, Notre Dame, Montmartre, Eiffel Tower and Versailles

Page 3: Flimkien Novembru 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Novembru 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Mhux kumbinazzjoni!Anki dnubietna qegħdin f ’idejn Alla – dawk l-idejn li huma mimlijin ħniena.

Ma kenitx kumbinazzjoni li Ġesù ried li jżomm jidhru l-pjagi ta’ jdejh biex aħna nħossu l-ħniena tiegħu. Din hi l-qawwa

tagħna, it-tama tagħna.

4 ta’ Novembru, 2013

K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U

Rubrika ġdidaMinn dan ix-xahar qed nibdew rubrika ġdida, indirizzata lejn iż-żgħażagħ (mhux biss fl-età imma wkoll fl-ispirtu). Miktuba minn Silvana Cardona. Iktbilna u għidilna x’taħseb dwarha! Ara paġna 18.

Flimkien fuq Radju RTK

Tista’ tisma’ partijiet mill-magażin Flimkien jinqraw fuq il-websajt

ta’ RTK: www.rtk.org.mt

Ix-xahar tal-ħajjin

F’ħafna oqsma tal-ħajja Kattolika, Novembru huwa meqjus bħala x-xahar “tal-mejtin”. Għandna ħafna drawwiet li

juru l-qima u r-rispett tagħna lejn l-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja.

Imma naħseb li nistgħu nqisu dan ix-xahar bħala “tal-ħajjin għal dejjem”: dawk kollha li mietu fil-Mulej u issa qegħdin fi ħdan il-Missier tas-sema għal dejjem.

Hija din il-ħajja li aħna qegħdin nirsistu għaliha billi ngħixu hawnhekk kif jixtieq il-Mulej Ġesù, l-Imgħallem tagħna li aħna bħala dixxipli rridu nimitaw.

Hu qalilna li l-ħajja ta’ dejjem hija din: “Li intom temmnu f ’dak li l-Missier bagħat, u li tagħmlu dak li jgħidilkom hu.”

Din hi r-riċetta li twassalna għall-“ħajja ta’ dejjem”, li nkunu “ħajjin għal dejjem”. Għal ħafna, il-mewt hija xi ħaġa ta’ biża’, u li lanqas biss għandna naħsbu fuqha.

Imma għalina li ngħixu ħajja li tixbah – kemm nistgħu – lil dik tal-Mulej Ġesù, il-mewt hija mogħdija biex dak li għandna diġà bħalissa – il-preżenza tiegħu sħiħa – ngħixuh b’aktar qawwa wiċċ imb wiċċ fi ħdan il-Missier.

X’qed tistenna?Seminar għal kulħadd

Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru

10am sal-5pm

Imexxi Fr Franco Grech osa

Augustinian Retreat House, Pjazza Santu Wistin, Victoria, Gozo.

Facebook: Augustinians Malta

Għal aktar informazzjoni: Fr. Terence Spiteri osa [email protected] 99844628

Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal matul il-ġurnata kollha.

Page 4: Flimkien Novembru 2015

Flimkien b’tipi kbarTrid li l-Flimkien b’tipa kbira jasallek

id-dar bil-posta? Ibgħat ismek, l-indirizz u €10 ċekk (f’isem il-Kulleġġ

tal-Kappillani) jew 38 bolla ta’ 26ċ (għal 12-il ħarġa f’sena). Ibgħathom

hekk: Flimkien, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel

7959 3727, 2137 4942 jew email [email protected]

Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Festa tal-Qaddisin Kollha (fl-1 ta’ Novembru) tfakkarna fis-sejħa ta’ kull wieħed u waħda minna għall-

qdusija: “Bħalma qaddis hu dak li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fl-imġiba tagħkom kollha, għax hu miktub: ‘Kunu qaddisin, għax qaddis jien.’ ”(1 Pt 1:15-16). Il-Qaddisin, ħutna li qegħdin igawdu lil Alla fil-Ġenna, jidħlu għalina bit-talb tagħhom. Bejna u bejnhom hemm rabta jew xirka ta’ mħabba li ma tintemmx.

Il-Kommemorazzjoni ta’ Ħutna l-Mejtin (fit-2 ta’ Novembru) tfakkarna fil-misteru tal-mewt li lkoll irridu ngħaddu minnu u fl-istess ħin hija stedina biex nitolbu b’suffraġju tal-għeżież tagħna li ħallewna. Ħaġa sabiħa li nżuru ċ-ċimiterji tagħna f ’dan iż-żmien. Ta’ min nirrepetu ta’ spiss it-talba sabiħa: “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fis-sliem.”

F’dan ix-xahar ikomplu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Grizma tal-Isqof f ’diversi parroċċi. Nitolbu għall-adolexxenti tagħna li qed jirċievu dan is-sagrament. Nappella biex nagħmlu kollox bil-qies u mingħajr spejjeż żejda.

Nemmen fix-Xirka tal-Qaddisin, fil-Qawma mill-ImwietFil-bidu tax-xahar ta’ Novembru niċċelebraw il-fidi tagħna f’dawn iż-żewġ artikli tal-Kredu

Lejn l-aħħar ta’ Novembru niċċelebraw il-Festa ta’ Kristu Re. Magħha qiegħed norbot l-Assemblea Djoċesana li fiha nisimgħu lil xulxin u jiena nagħti indikazzjonijiet pastorali għad-djoċesi. Nitolbu li din l-esperjenza tkun mument ta’ grazzja.

Nagħtikom il-Barka Pastorali tiegħi. + Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

4 | Flimkien

Page 5: Flimkien Novembru 2015

• “M’għandniex nibżgħu li se nnaqqsu ġidna meta ngħinu lill-foqra għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, tjieba bħal din hi ġid liema bħalu, u meta Kristu jkun dak li jagħti u jirċievi l-għajnuna, il-ġid li jitqassam qatt ma jonqos.... Agħti, mela, karità b’qalb qawwija, u kollok ferħan, għaliex se taqla’ aktar meta twarrab inqas għalik” (Omelija fir-Randan, 10, 5).

• “Agħraf, o Nisrani, il-kobor tiegħek; int

li sseħibt ma’ Alla fin-natura tiegħu, la terġax lura fil-post baxx ta’ dari b’ħajja mhux xierqa. Ftakar ta’ liema Ras u ta’ liema Ġisem int membru. Żomm f ’moħħok li inti nqlajt minn taħt is-setgħa tad-dlamijiet u għaddejt fid-dawl u s-Saltna ta’ Alla” (Omelija tal-Milied, 1, 3).

• “Forsi ma kienx jidher ċar dwar liema

foqra kien qed jitkellem Ġesù, il-Verità fih innifsu, kieku qal biss Ħenjin il-foqra u ma żied xejn biex juri dwar liema foqra kien

qed jitkellem; xi ħadd kien jista’ jaħseb li, biex wieħed jikseb is-saltna tas-sema, kien ikun biżżejjed għalih li jkollu dak il-faqar li fih jgħixu dawk li huma neqsin minn kulma jeħtieġu. Imma l-Mulej, meta qal Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, wera li s-saltna tas-smewwiet tingħata lil dawk li huma umli f ’qalbhom, aktar milli ’l dawk li huma neqsin mill-ġid tad-dinja” (Omelija 95 dwar il-Beatitudnijiet, 1-2).

• “Il-grazzja tal-għaġeb ta’ Kristu tatna ġid wisq aqwa minn dak li l-għira tax-Xitan ħaditilna” (Omelija 73, 4).

• “Lil dawk li twieldu mill-ġdid fi Kristu, is-sinjal tas-salib jagħmilhom slaten, id-dilka tal-Ispirtu s-Santu tikkonsagrahom bħala qassisin (...) biex l-Insara kollha li għandhom kariżma spiritwali, huma u jużaw ir-raġuni tagħhom, jagħrfu li huma membri ta’ dan il-ġens regali u għandhom sehem fl-uffiċċju saċerdotali. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, x’hemm aktar regali għar-ruħ milli tmexxi l-ġisem ħa joqgħod għal Alla? U x’hemm aktar saċerdotali milli toffri lill-Mulej kuxjenza safja u toffri fuq l-artal ta’ qalbek il-vittmi bla tebgħa tat-tjieba tiegħek?” (Omelija 4, 1)

Tibżax tnaqqas ġidek meta tgħin il-foqra!

San Iljun il-KbirImwieled fit-Toskana, intgħażel bħala Isqof ta’ Ruma fis-sena 440. Wara l-Waqgħa ta’ Ruma, dan kien żmien ta’ diżordni, imma Papa Ljun ħadem għall-għaqda tal-Knisja billi afferma l-primat tal-Knisja ta’ Ruma u billi interviena bl-awtorità tiegħu fi kwistjonijiet duttrinali. Hekk għamel ftit qabel il-Konċilju ta’ Kalċedonja (451). Waslu għandna numru ta’ Ittri li kiteb, kif ukoll 96 omelija li għamel fil-festi liturġiċi. Miet fl-10 ta’ Novembru, 461.

Ġawhar Insara • Dun Hector Scerri Novembru 2015 | 5

Page 6: Flimkien Novembru 2015

New technology has arrived

Based on the strong foundation of Unitron’s proven sound quality, the latest technology platform, North, pushes the boundaries of what is possible in natural sound.

“Conversations don’t just occur in quiet or in noise, and background noise can vary greatly depending on whether you are in small groups, at large events, in the car or on the street,” said Michael Wall, Director of Clear-Tone Hearing. “The new technologies work in harmony so wearers automatically experience the best speech understanding— along with natural sound quality— in the widest variety of situations.”

North was designed with the recognition that every conversation comes with its own set of background noises. The new SoundNav automatic program offers precise classification of seven different sound environments, four of which are specifically focused on conversations, so wearers can participate in all kinds of conversations without struggling to hear.

There are also a number of other features that have been created to address the issue of understanding conversations.

Sound Conductor, as the name

My hearing has gone North thanks to Clear Tone HearingEurovison Singer, Joe Grech’s life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. However, now that he has been fitted with the new North technology from Unitron, his hearing has taken a whole new direction.

It’s no secret that, despite his age, Joe likes to keep up to date with the latest technology. That’s why when Unitron, a world leader in hearing aid manufacturing, released North, their latest range of digital hearing aids, Joe was eager to try them out.

“I’m amazed that the latest technology from Unitron really pushes the boundaries of what is possible. When I’m having a conversation the background noise can vary greatly depending on whether I’m in a small group or at a large events, says Joe. “The new technologies work in harmony to automatically experience where the best speech is coming from while providing the best natural sound quality.”

implies, really conducts the hearing aids and tells them what to do. After SoundNav figures out what environment you are in and classifies the sound, Sound Conductor dynamically balances the appropriate features to deal with each unique listening scenario identified by SoundNav.

The perfect combination of style and functionality

North’s technologies all come together to power Moxi Fit, the latest generation of Unitron’s popular receiver-in-canal (RIC) Moxi hearing instruments. Moxi Fit continues the tradition of Moxi design with a fluid new look, giving wearers the perfect combination of style and functionality with a 312 battery, push button and telecoil. Moxi Fit joins Moxi Kiss™ and Moxi Dura™, all available in five technology levels and all built on the North platform.

The new Moxi hearing aids on the North platform are fully integrated

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

Joe is now wearing Moxi Fit Pro from Unitron.

Page 7: Flimkien Novembru 2015

specific hearing loss, listening environments, budget and style.Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call Philip today on 99 884 517.

CLEAR TONE HEARING

Joe explains how his new hearing aids have changed his life for the better!

How would you describe your new hearing aids?

My main priority was that I needed a hearing instrument that suited any situation that I may face on a daily basis, especially if I’m speaking in a group or in a noisy environment. I revisited Clear Tone Hearing looking for the latest technology available and that is certainly what Mr Wall delivered. This is the best I’ve been able to hear yet. My new Moxi Fit hearing aids have been brilliant!

What attracted you to the new Moxi Fit aids?

When it came to discussing my needs with Mr Wall he told me that the new Moxi Fit hearing aids had recently received an award for product design. The design of an aid and its appearance is very important to me as I want an aid that is attractive to look at but is also discreet and as comfortable behind the ear as possible. The sleek design combined with the new innovative technology that allows me to hear in 7 different environments really ticks all the boxes for me.

How have you benefitted from wearing hearing aids?

As soon as I was fitted with my first hearing aids I knew that I had made the right decision. Before, I struggled to hear my music and didn’t feel comfortable in social environments as I felt like I was isolated in group conversations and didn’t contribute much in these types of situations. I am now hearing things that I haven’t heard in a long time, especially the music that I love. I now look forward to going for dinner with friends and being with my family. What advice would you give to someone who feel they may have a hearing loss?

From my own experience the best advice I would give is to seek advice as soon as possible. There are many solutions available that not only improve the quality and health of your hearing but also your quality of life, as I have discovered. I highly recommend Mike at Clear Tone to offer professional and impartial advice that caters to all hearing needs.

with Unitron’s industry-leading Flex:trial™ program, which provides hearing aid wearers with a free, no obligation trial of the latest hearing instruments, and Flex:upgrade™, which facilitates in-clinic technology upgrades as hearing needs change.A common problem

Hearing loss is not like listening to sounds with the volume turned

down. Instead, you may notice that certain spoken sounds like sh, th and f are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said.

Today there’s such a wide choice of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your

Join us at our Malta & Gozo clinics, running from Monday 16th November - Monday 23rd November where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

Page 8: Flimkien Novembru 2015

46. Kif jitkellem it-Testment il-Qadim dwar ‘id-dnub tad-dinja’?Il-ktieb tal-Ġenesi jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel dnub tal-ewwel ġenituri tagħna. Dan kien dnub ta’ diżubbidjenza li bih Adam u Eva tilfu l-Ġenna għalihom u għal uliedhom kollha.

47. Għamilna aħna d-dnub tan-nisel?Aħna m’għamilniex personalment id-dnub tan-nisel. Dan id-dnub ifisser it-telfien tal-grazzja u d-dgħufija morali li aħna nsofru minnha, u li tidher fl-inġustizzji tas-soċjetà tagħna u fid-dnubiet personali li aħna stess nagħmlu, imma b’mod l-aktar qawwi fil-qtil ta’ Ġesù Kristu.

48. Kif ħelisna Alla mid-dnub tan-nisel?Alla ħelisna mid-dnub tan-nisel billi bagħat lil Ibnu Ġesù biex jgħix il-konsegwenzi kollha ta’ xi tfisser tkun bniedem tassew u jitgħabba bid-dnubiet kollha tagħna l-bnedmin u jisfa’ maqtul minna fuq is-salib. Alla l-Missier qajjem lil Ġesù mill-imwiet talli obda b’imħabba hekk kbira u biex b’hekk ikun l-ewwel frott ta’ umanità ġdida li magħha aħna magħqudin permezz tal-fidi tagħna (San Pawl lill-Filippin 2:6-11).

49. Aħna meħlusin għalkollox mid-dnub tan-nisel?Aħna m’aħniex meħlusin għalkollox mid-dnub tan-nisel għax, għalkemm permezz tal-fidi m’aħniex aktar imjassra mid-dnub ta’

did-dinja, għadna nsofru minnu daqslikieku għandna għadu li rridu nissieltu miegħu biex nirbħuh permezz tal-grazzja. Għalhekk, irridu nibqgħu nissaraw biex ikollna soċjetà aktar ġusta ladarba għadna taħt il-ħakma tal-mewt u tat-tentazzjonijiet li nagħmlu dnubiet personali.

50. Meta se nkunu meħlusin għalkollox mid-dnub tan-nisel?Niġu meħlusin għalkollox mid-dnub tan-nisel meta Ġesù jiġi t-tieni darba fil-glorja fl-aħħar jum u jqajjimna għal ħajja ġdida fis-Saltna tal-ġustizzja, paċi u mħabba. Imbagħad, kemm id-dnub u kemm il-mewt jintrebħu għalkollox.

51. Kif feġġ għall-ewwel darba l-ħelsien tal-bnedmin mid-dnub u mill-mewt?Il-ħelsien tal-bnedmin mid-dnub u mill-mewt feġġ l-ewwel darba bil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.

52. X’nifhmu bil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet?Bil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet nifhmu l-ewwel nett li Ġesù miet tassew u li Alla l-Missier tabilħaqq qajmu mill-mewt fit-tielet jum għal ħajja ġdida ta’ glorja fis-Saltna. Għalhekk, il-ġisem ta’ Ġesù ma nstabx fil-qabar għax Ġesù rebaħ il-mewt u issa qed jgħix fil-ġisem ħajja ġdida u umana li ma tmut qatt. F’din il-ħajja fil-ġisem Ġesù deher ħafna drabi lid-dixxipli tiegħu.

Katekiżmu Żgħir (7)

Id-dnub tan-nisel u l-Qawmien

8 | Flimkien

Page 9: Flimkien Novembru 2015

At Romano Cassar Florists, we believe that the core elements of every wedding are the couple’s individual personalities, their style and vision. We use these qualities as inspiration,

whilst giving every creation our unmistakable touch.

Whether through a profusion of pinks and peaches or sunny ensembles of bright yellow blooms, we tailor our service to every individual client so that each bouquet is

a reflection of those who carry it down the aisle.

BRINGING YOUR VISION INTO BLOOM

romanocassar.comRomano Cassar L td . 24 ,Hammier i Road,Qormi .QRM1509 Te l : +356 21441264 / Mob: +356 79373100

find us on facebook

Page 10: Flimkien Novembru 2015

Inti llum voluntiera mas-Servizz SOAR tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide. X’ġagħlek tagħżel dan bħala volontarjat?Għal bosta snin, jien u wliedi ġarrabna vjolenza domestika li ħarbtitilna ħajjitna u farrkitna. Maż-żmien iddeċidejt li ngħid “Daqshekk!” u ma bqajtx nissapporti aktar il-moħqrija. Tlaqt minn darna b’uliedi biss. Għenuna ħafna s-social workers tal-Aġenzija Appoġġ u x-xelters Merħba Bik u Dar Qalb ta’ Ġesù. Issa, li ħajjitna daret dawramejt, moħħna u qlubna kkalmaw u nistgħu nħarsu ’l quddiem. Allura ddeċidejt li nkun parti mis-Servizz SOAR biex ngħin nisa oħra li għadhom fis-sitwazzjoni li kienet fiha familti u ngħinuhom jersqu għall-għajnuna ta’ aġenziji f ’dan il-qasam. Aħna nkunu speċi ta’ buddies tagħhom għax nifhmu minn xiex għaddew u għadhom għaddejjin.

X’inhu s-Servizz SOAR?Il-vjolenza f ’relazzjonijiet intimi tfarrak lill-vittma u l-ulied. Nafu ħafna nisa li b’kuraġġ iseħħilhom jitilqu minn ħajja mimlija abbuż

u kefrija. Iżda dawn isibu ruħhom bla saqaf u bla mezzi finanzjarji, bla impjieg u bi spirtu mgħaffeġ. Minħabba l-biża’ li jerġgħu jafdaw u l-biża’ mis-sistemi li jittrattawhom ta’ vittmi, ħafna nisa spiss iħossuhom weħidhom fl-isfida biex jibnu ħajjithom mill-ġdid. Is-Servizz SOAR hu servizz minn nisa mġarrba għal nisa mġarrba. Bdewh grupp ta’ nisa mġarrba bl-għajnuna tal-Fondazzjoni. Is-SOAR jgħin nisa biex iqumu fuq riġlejhom, jieħdu rajhom f ’idejhom, u jibnu ħajjithom u dik ta’ wliedhom mill-ġdid, b’dinjità u b’ġustizzja, b’mod li jħossuhom tajjeb dwarhom infushom u ħajjithom. Aħna ngħinu b’mogħdrija, rispett u mħabba ħalli l-vittmi ma jinħakmux minn iżolament u aljenazzjoni.

Allura fiex jikkonsisti s-Servizz SOAR?Il-kumitat ta’ nisa jipprova jqajjem kuxjenza akbar fost il-Maltin dwar il-qagħda ta’ nisa u tfal vittmi ta’ vjolenza domestika. Nagħtu tagħrif u niktbu artikli dwar is-sinjali ta’ abbuż f ’relazzjoni. Ngħinu persuni dwar kif

L-intervista

Intervista ma’ mara, vittma tal-vjolenza domestika, li llum tgħin nisa oħra li huma fis-sitwazzjoni fejn kienet hi...

Id-dudu ġol-vażett

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Novembru 2015

jużaw is-servizzi li hawn. Naħdmu wkoll biex ikun hemm titjib fil-politika, il-liġijiet u l-prattiċi ħalli nassiguraw ġustizzja soċjali għall-vittmi u wliedhom.

Għaż-żgħażagħ x’toffru?Qed immexxu workshops għaż-żgħażagħ dwar l-għira u l-imġiba aggressiva u vjolenti waqt id-dating. Uħud minn dawn il-workshops nagħmluhom ma’ għaqda oħra li jisimha Men Against Violence. Dan hu servizz preventiv għax nafu li għal żgħażagħ li fid-dar għexu f ’ambjent fejn raw u ġarrbu imġiba aggressiva u vjolenti hemm ċans akbar li jispiċċaw f ’relazzjoni fejn ikunu manipulati u kkontrollati.

Urejtni ktieb li ħriġtu dan l-aħħar. Veru sabiħ. Għidilna ftit dwaru.Il-ktieb jismu Caterpillar in a Jar. Qed nippjanaw li noħorġuh ebook bil-Malti wkoll. Qed nużawh waqt il-workshops maż-żgħażagħ. L-istorja miktuba minn għajnejn tifla meta kellha 6, 9, 12 u 15-il sena, u tgħinek tifhem kif il-vjolenza domestika taffettwa lit-tfal. Il-Fondazzjoni ħarġet ktieb ieħor miktub minn tfal li ġarrbu ċirkustanzi differenti, inkluż il-vjolenza domestika: Il-Mela Darba Tiegħi – ġrajjiet veri tagħna t-tfal. Inħeġġeġ lill-qarrejja tal-Flimkien jixtru kopji minnu u jagħtuhom rigal.

Għandkom xi proġett interessanti għaddej bħalissa?Iva, għadna kif ħadna fondi mill-Premju tal-President għall-Kreattività. B’dawn il-fondi u oħrajn minn The Voices Foundation se norganizzaw konferenza l-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru fis-sala tas-Sorijiet tal-Karità, Ħal Tarxien. Biex naslu għaliha għamilna intervisti twal lil 22 mara. Għarbilna dak li qalulna u identifikajna disa’ temi komuni. Nisa stess se jagħmlu preżentazzjonijiet fil-konferenza fejn il-protagonisti huma aħna

stess. Segwuna fuq Facebook (Soar Malta) u s-sit www.antidemalta.com.

Xi messaġġ għall-qarrejja tal-Flimkien?Li tkun ittrattata ħażin minn xi ħadd qrib tiegħek hija esperjenza terribbli. Ipprova sib għajnuna minn qraba u ħbieb li jifhmuk, u minn servizzi ta’ appoġġ bħal dawn fil-lista fil-ġenb. Hawn ukoll numri li tista’ tuża. Aħna ngħinuk tersaq għall-għajnuna wkoll u nagħtuk informazzjoni dwar ħafna aspetti importanti biex timxi aħjar.

Numri li tista’ tiġi bżonn112 .........................Pulizija emerġenzaSupportline 179...immexxi mill-Aġenzija

Appoġġ2295 9000 ...........Social Workers tal-Aġenzija

Appoġġ li jaħdmu fil-qasam tal-Vjolenza Domestika

2144 0035.............Merħba Bik2767 2367/2180 8981 .............Servizz SOAR (ħinijiet tax-

xogħol), St Jeanne Antide Foundation

2122 8333..............Victim Support Malta2122 8333..............Sexual Assault Response

Team (SART)79708615..............Women’s Rights Foundation21552390 ..............Dar Emmaus, Għawdex22156630 ..............Social Workers Għawdex79430006 ............Rainbow Support Service

(LGBTIQ)

Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide teħtieġ voluntiera, speċjalment ma’ nisa vulnerabbli li għaddew minn ċirkustanzi kiefra u diffiċli ħafna. Ikteb: [email protected] jew ċempel: 2767 2367; 2180 9011; 2180 8981 u staqsi għal Miriam. Għas-SOAR: [email protected]; 9992 7872 (matul il-jum). Sit: www.antidemalta.com.

L-intervista Novembru 2015 | 11

Page 12: Flimkien Novembru 2015

• 4-section electric bed• German Brand• Ultra-low entry height of just 32 cm• 24v drive system• 185kg user weight

Page 13: Flimkien Novembru 2015

Is-saċerdot induna li waqt l-omeliji tiegħu, fil-ħin li suppost joqogħdu attenti jisimgħuh (għax kien ikellimhom dwar

affarijiet importanti mhux biss għal din il-ħajja imma wkoll għall-ħajja ta’ dejjem) in-nies ma kinux jagħtu kasu. Ħafna drabi kienu jkunu reqdin bilqiegħda!

Darba pprova jiġbdilhom l-attenzjoni billi waqt l-omelija beda jirrakkonta: “Waqt li kont ġej ’l hawn biex inqaddes illum, rajt ħmar bil-ġwienaħ qed itir fuq ir-raħal tagħna…”

Kif semgħu dan, in-nies kollha waqqfu widnejhom biex jisimgħu. Dawk li kienu reqdin malajr qamu ħalli jaraw x’kien qed jgħid dan is-saċerdot. U s-saċerdot irrimarka: “Meta kont qed ngħidilkom l-affarijiet bl-akbar serjetà ma kontux qed tagħtu kas, imma meta bdejt ngħidilkom storja li mhix vera, malajr bdejtu tisimgħu kull kelma li bdejt ngħid għalkemm dan ma kienx veru!”

Kemm huwa veru li permezz ta’ storja tista’ twassal messaġġ b’mod ferm aktar faċli! Mhux hekk biss imma l-messaġġ jiftiehem aktar milli kieku kellek tagħmel prietka sħiħa fuq l-istess suġġett!

U anki jekk inħarsu biss lejna nfusna nindunaw kemm nieħdu aktar pjaċir nisimgħu storja jew rakkont milli nisimgħu lil xi ħadd jitkellem.

Nakkumpanjaw lil uliedna • Fr Carl-Mario Sultana

Lit-tfal kellimhom bl-istejjer… anki mill-ħajjiet tal-qaddisin

Għidli storja!

Dan jgħodd aktar u aktar għat-tfal li jsibuha diffiċli li jifhmu l-argumenti u l-ideat tagħna l-kbar. Trid li t-tfal jinteressaw ruħhom f ’dak li tkun qed tgħid, speċjalment meta tkellimhom dwar affarijiet tal-fidi, jew dwar Alla? Tippruvax tkellimhom b’mod dirett għaliex moħħhom ma jasalx għal dawk l-ideat daqstant ikkumplikati… kellimhom bl-istejjer.

U hemm ħafna stejjer li nistgħu nirrakkuntaw! Mhux biss stejjer li min jaf kemm-il darba smajniehom bħal dik tas-siġra li tat ħafna, jew li tat kollox… li jistgħu ikunu stejjer li mhumiex veru imma li fihom tagħlima kbira.

Hemm stejjer oħra li nistgħu nirrakkontaw, li llum bil-mezzi li għandna faċilment insibuhom, imma li fl-istess waqt ma tantx qed nagħtu kashom, jekk mhux ukoll inwarrbuhom. Dawn huma l-istejjer mill-ħajjiet tal-qaddisin.

Kemm nistgħu nimitaw l-eżempji sbieħ u tajbin li għexu huma matul ħajjithom! Kemm nistgħu nipproponuhom mill-ġdid lil uliedna bħala eżempji għal ħajjithom!

Trid li wliedek jikbru bħal siġra dritta? Mela kellimhom bl-eżempji mill-ħajjiet tal-qaddisin u tkun qed tagħtihom bastun dritt biex jitilgħu b’sinsla dritta.

Novembru 2015 | 13

Page 14: Flimkien Novembru 2015

• X’se tagħmlu fil-parroċċa tagħkom għall-Ġublew tal-Ħniena? Qegħdin tiltaqgħu u tippjanaw? Għamiltu xi kummissjoni apposta?

• Beħsiebkom tesponu l-logo tal-Ġublew xi mkien fil-knisja tul is-sena tal-Ġublew? Se tfissruh lill-parruċċani tagħkom?

• Se tkantaw l-innu uffiċjali tal-Ġublew (ara youtube.com/watch?v=1isSPkn75A4) fil-parroċċa?

• Fissirtu lill-parroċċa xi jfisser “ġublew”, minn fejn beda, għalfejn isir, l-istorja tal-Ġublew fil-Knisja, il-Ġublew fil-Bibbja? (Ara l-websajt Laikos li fiha ħafna tagħrif dwar dan.)

• Il-Kummissjoni Liturġija għandha xi ħsieb kif se tgħaqqad in-Novena u l-Velja tal-Milied mal-Ġublew tal-Ħniena?

• X’qed tħejji l-Kummissjoni Djakonija u l-Kummissjoni Familja fil-parroċċa tagħkom b’konnessjoni mal-Ġublew?

• X’beħsiebkom tħejju (minn issa) għar-Randan li ġej (li jibda fl-10 ta’ Frar) b’enfasi partikolari fuq il-ħniena tal-Missier, il-qrar, u l-opri tal-ħniena?

• X’beħsiebkom tagħmlu għal “24 Siegħa għall-Mulej” li se jsir mad-dinja kollha fit-13-14 ta’ Marzu 2016 (Il-Ħames Ħadd tar-Randan)?

Ngħixu l-Ġublew tal-Ħniena fil-parroċċi tagħna!

Ġublew tal-Ħniena14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Novembru 2015

AUTUMN WINTER 2015

Page 16: Flimkien Novembru 2015

Belialblack

sizes: 36-42

Deidarablack

sizes: 36-42

Katlinwhite / green

sizes: 36-42

Kelleydark brown

sizes: 36-42

Yoletteblack

sizes: 36-42

Deidarablue

sizes: 36-42

Paulablack

sizes: 36-42

Ledaearth

sizes: 36-42

Krystelblack

sizes: 36-42

Jorsandnavy blue

sizes: 36-42

Jorsanddark brown

sizes: 36-42

Ledablack

sizes: 36-42

Page 17: Flimkien Novembru 2015

Yoria Strapblack

sizes: 36-42

Tannelblack

sizes: 36-42

Sprinterblack

sizes: 36-42

Yoria Lacesblack

sizes: 36-42

Page 18: Flimkien Novembru 2015

Loraslilac

sizes: 36-42

Brandydark brown

sizes: 41-45

Sanyadark blue

sizes: 36-42

Tywinnavy / fuchsia

sizes: 36-42

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres at:

The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta,

Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty

Centre Victoria-Gozo, and all leading pharmacies. Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change

and not all sizes and colours may be available.

Calinawine

sizes: 36-42

Briennefuchsia / pink

sizes: 36-42

Page 19: Flimkien Novembru 2015

Fid-dawl tat-tibdil propost mill-Gvern lill-Embryo Protection Act, qed nappellaw biex, fl-aħjar interess tat-tfal,

dan l-Att jitħalla kif inhu . I nħajruk biex jekk jogħġbok :1. tiffirma l-petizzjoni Malta … Stand Up

for Life! billi żżur citizengo.org/en/29847-maltastand-life jew mill-paġna ta’ Facebook Save The Embryo Protection Act Malta;

2. tgħaddi dal-messaġġ lill-familjari u l-ħbieb tiegħek bl-email, Facebook jew is-siti soċjali li tuża.

Għall-koppji infertili - bil-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun f’Malta kif inhi bħalissa:• jistgħu japplikaw għall-IVF mara u raġel li

huma miżżewġa jew f ’relazzjoni stabbli;• jiġu fertilizzati (jiġifieri jinħolqu

ħajjiet ġodda) żewg bajdiet biss. Dawn l-embrijuni umani jiġu kollha ttrasferiti fil-ġuf tal-omm;

• Il-bajd li ma jkunx fertilizzat jiġi ffriżat biex jintuża f ’ċikli oħra tal-istess koppja jekk ikun hemm bżonn;

• ir-rata ta’ suċċess hija ta’ 28%. Din hi rata tajba ħafna meta tqabbilha ma’ rati ta’ pajjiżi oħra.

Bil-liġi li teżisti bħalissa ebda ħajja ma tinqered intenzjonalment u lanqas jidħlu fin-nofs terzi persuni li ma jkunux il-veri ġenituri tal-ulied. Inisslu t-tfal dawk il-ġenituri stess li se jibqgħu jrabbuhom. Hekk jinżamm bilanċ bejn l-għajnuna lill-koppji infertili li jagħżlu dan it-trattament u l-ħarsien tal-bżonnijiet u d-drittijiet tal-ulied.

Il-proposti l-ġodda joħolqu diffikultajiet serji: • l-IVF ikunu jistgħu jwettquh permezz

ta’ sperm donor (jiġifieri miż-żerriegħa ta’ missier mhux magħruf). Dan ifisser li t-tifla jew it-tifel ma jkunux jafu min hu missierhom;

• li jiġu ffriżati l-embrijuni nfushom flok il-bajd biss. Dan ifisser li l-embrijuni li ma jintużawx se jkollhom futur imċajpar: jekk il-koppja ma tkunx tridhom jaf jiġu offruti għall-adozzjoni jew użati għal riċerka xjentifika. Madwar 30% jmutu waqt li jkunu qed joħorġuhom mill-friża. Dan kollu jkun jista’ jsir fuq ħajja umana ġdida u mhux sempliċement fuq “ftit ċelloli”.

Xi għaqdiet qed jipproponu wkoll li tidħol il-proċedura ta’ ġuf mikri (surrogacy) fejn it-tarbija tikber ġo ġuf u mbagħad l-omm, wara li twellidha, tagħti t-tarbija lil koppja li tkun ħallset għaliha. Hija esperjenza fejn l-omm u l-wild huma sfurzati jinqatgħu minn xulxin propju fiż-żmien meta l-għaqda u r-rabta ta’ bejniethom suppost tibda.

Agħti l-kontribut tiegħek billi tiffirma u xxerred il-paġna ta’ Facebook. Grazzi ħafna!

Suzanne Vella, Christine Rossi, Mariella Catania, Martha Fitz, Marisa Gatt

Appell minn Save The Embryo Protection Act – Malta

Novembru 2015 | 19Novembru 2015 | 19

Page 20: Flimkien Novembru 2015

Industrial Motors Ltd. National Road, Blata L-Bajda, HMR 9010 Tel: 25969641/3 Mob: 99991666 Email: [email protected] Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: [email protected] www.suzuki.com.mt

Window Sticker

XLSMALL CARROOMY

EASY

254L

3.6L/100kmStarting from

€9,990

DEPOSIT

AVAILABLE0%

Page 21: Flimkien Novembru 2015

Il-Komunità Ħajja Nisranija (CLC) bdiet proġett li se jibqa’ għaddej sa Jannar 2016 f ’Ragusa, fi Sqallija, fejn voluntiera ta’

kull età jaħdmu ma’ immigranti f ’xift ta’ tliet ġimgħat. F’Awwissu li għadda jiena dħalt għal dan il-volontarjat.

Għaliex ma għentx l-immigranti f ’Malta? Iddeċidejt li mmur Sqallija għax huwa proġett fejn mhux biss stajt nagħmel xi ħaġa – akkumpanjajna l-immigranti fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum – imma l-esperjenza kienet tinvolvi wkoll ħajja fil-komunità ta’ għaxar persuni. Kellna laqgħat filgħodu u filgħaxija għat-talb, ir-riflessjoni u d-diskussjoni. Filgħaxija konna nsajru flimkien u kellna ħin ta’ mistrieħ fi tmiem il-ġimgħa.

Għexna fid-dar tal-Ġiżwiti f ’Ragusa. Il-membri tal-grupp kienu minn Malta, il-Belġju, Spanja u l-Portugall. Kienet esperjenza ta’ tagħlim dwar l-immigrazzjoni. Ħdimt f ’ċentru għat-tfal u n-nisa li żwieġhom huma mejta, jew mhux magħruf x’sar minnhom, jew qegħdin f ’detenzjoni f ’pajjiżi oħra.

Uħud min-nisa spiċċaw fid-dgħajjes u fl-Ewropa mhux b’għażla tagħhom iżda minħabba l-gwerra. Ħafna nisa ħallew pajjiżhom, speċjalment is-Somalja, l-Eritrea u l-Etjopja fejn hemm instabbiltà kbira, biex isibu xogħol fis-Sudan, iżda hemm sabu li faqqgħet il-gwerra. Imxew lejn il-Libja u hemm ukoll sabu l-gwerra! F’din is-

sitwazzjoni l-unika għażla kienet li jimxu ’l quddiem… lejn l-Ewropa!

Aħna akkumpanjajna lin-nisa fil-ħajja ta’ kuljum: fix-xirja biex turihom prodotti differenti, il-valur tal-flus u kif iqassmuhom. Oħrajn kellhom bżonn jitgħallmu t-Taljan jew l-Ingliż. Oħrajn tgħallmu jsajru ikel Taljan biex isibu impjieg bħala sefturi jew carers. Oħrajn riedu jiktbu CV biex isibu xi xogħol. It-tfal riedu jilagħbu, jitgħallmu jgħumu, jaqraw u jiktbu.

L-immigrant iħossu waħdu f ’pajjiż ġdid, u l-preżenza tagħna taffiet ftit mis-solitudni, it-tbatija tat-trawma tal-vjaġġ u d-dwejjaq għall-istennija għad-dokumenti. Offrejnielhom l-aċċettazzjoni u l-imħabba.

Minkejja t-trawma, l-abbuż, il-biża’ u l-mewt li ffaċċjaw, l-immigranti jitkellmu b’fidi kbira li Alla se jgħinhom u jiskansahom mill-mewt. Il-fidi tagħhom saħħet lil dik tagħna. L-itqal ħaġa għall-immigranti hija t-taqlib emozzjonali li jgħaddu minnu minħabba l-vjaġġ, is-solitudni, it-tluq minn pajjiżhom, mid-dar, mill-familja. Hija l-fidi li żżommhom.

Insaqsi lili nnifsi: il-fidi tiegħi baqgħet ħajja għax komda u bla periklu? Jekk inkun f ’sitwazzjoni ta’ deżolazzjoni nibqa’ nemmen u nfaħħar ’l Alla, jew niddispra? Din kienet l-isfida għalija u għall-grupp ta’ voluntiera.

Trid tkun taf aktar dwar is-CLC jew tissieħeb f’dan il-proġett? Ikteb lil [email protected].

Jenny Zammit

Tliet ġimgħat f’RagusaMeta sabu ruħhom mit-taġen għal ġon-nar … l-unika triq kienet li jimxu ’l quddiem… lejn l-Ewropa!

Page 22: Flimkien Novembru 2015

Il-pets li jmutulnaJiena nemmen li l-ħajja kollha ġejja minn Alla, u Alla ma ħalaqx biss il-bniedem imma wkoll l-annimali. Għalhekk m’hemm xejn ħażin li temmen li l-annimali jgħixu “fuq in-naħa l-oħra” bħalna. Il-poeżija Rainbow Bridge ltqajt magħha għall-ewwel darba meta mietli l-pet, u ngħożża daqskemm ngħożż l-irmied tiegħu.

D.C.

Ittri mill-qarrejja

ITTRA REBBIEĦA

Il-ħolma ta’ ħajtiĦlomt li sibt ruħi quddiem il-Mulej. Fetaħ dirgħajh u qalli: “Dan il-Feddej. Ara Ommok... l-anġli... u l-qaddisin. Ara l-maħbubin tiegħek, ilkoll hawn qegħdin!”

G. Bonett

ITTRI MILL-QARREJJA: L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Dejjem waħdi!Jien mara anzjana u għandi ħafna tfal u neputijiet. Tlift lil żewġi żgħir, u batejt ħafna biex rabbejthom. Jiddispjaċini li llum ħlief tnejn minnhom ma jiġux jarawni, u meta jiġu, jiġu waħedhom għax żwieġhom jew marthom u wliedhom la jiġu u lanqas iċemplu. Kulħadd medhi bil-mowbajl u l-internet imma ħin għan-nanna m’għandhomx. Naħseb hawn oħrajn bħali. Nixtieq li lill-ulied kultant tmisshom ftit il-kuxjenza.

Solitudni

Fidi ta’ ĊensMistoqsija: Qed inħallas ċens fis-sena lil persuna. Nixtieq li minflok inħallas lilha nibda nħallas lill-Joint Office biex nifdi ċ-ċens. Biex nasal sa hemm dil-persuna qaltli li l-ewwel irrid nifdi ċ-ċens mingħandha, u talbitni somma flus. Tista’ tgħidli ta’ xiex tridni nħallas dik is-somma? Jien kull sena ħallast iċ-ċens. Dan skont il-liġi?

Ħamiema

Tweġiba: Nerġa’ niġbed l-attenzjoni tal-qarrejja li din ir-rokna mhijiex maħsuba biex twieġeb domandi partikolari imma biss biex tagħmel osservazzjonijiet fuq il-liġi inġenerali u tagħti ftit tagħrif fuq suġġetti varji. Dejjem ikun neċessarju li wieħed jirrikorri għand l-avukat tiegħu biex ikollu stampa korretta u sħiħa. Issa fil-każ ta’ ċnus dan jingħad b’aktar qawwa għaliex ħafna jiddependi minn dak li jkun ingħad fil-kuntratt. Ġeneralment meta jkun ċens perpetwu allura l-fidi tiegħu jista’ jsir permezz ta’ ċedola ta’ depożitu favur is-sidien taċ-ċens. Id-depożitu jkun jirrappreżenta ċ-ċens kapitalizzat bil-ħamsa fil-mija (5%). Dan ifisser li ċ-ċenswalist jiddepożita fil-Qorti ċ-ċens multiplikat b’20 biex dan l-ammont ikun jista’ jinġabar mis-sidien jew minn wieħed minnhom. Għalhekk, jekk iċ-ċens ikun pereżempju ta’ ewro (€1) fis-sena, id-depożitu li jrid isir ikun €20. Issa jekk ikun hemm ċens perpetwu, u wara dan ikun ingħata b’subċens perpetwu, jista’ jkun hemm żewġ fidjiet xi jsiru, imma dan jiddependi mill-kuntratt.

Av. Ray Zammit

22 | Flimkien

Page 23: Flimkien Novembru 2015

your trustworthy insurance company

Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998

T: 21246262 | MIDDLESEA.COM E: [email protected]

Home Insurance

You deserve to feel secure

Page 24: Flimkien Novembru 2015

Paġna għaż-Żgħażagħ • Silvana Cardona

Dak il-billboard għamilhieli!Normalment, is-Sibt filgħodu nqum kmieni biex ninżel

sal-gym ma’ sħabi. Imma llum it-tisbita ta’ bieba ta’ vann ħasditni u qomt ħafna qabel milli suppost! Ħriġt

nittawwal mill-gallarija, u nara żewġ ħaddiema fuq sellum iwaħħlu poster ġdid fuq il-billboard tal-faċċata tagħna.

Ippruvajt nerġa’ norqod imma ma stajtx għax l-aħħar mistoqsija miktuba fuq il-billboard baqgħet thewden f ’moħħi. Kien hemm miktub hekk:

U komplejt naħseb u ngħid bejni u bejn ruħi… “Qaddis? Jien? Kif nista’ nsir qaddis, jien? Mela jien beħsiebni

nibdel ħajti? Mela jien lest li nħalli kollox warajja u ngħix ħajja fqira tipo San Franġisk? Mela jien xi eremit? Jien m’iniex xi studjuż tal-Bibbja! U tgħid mhux se nidħol ġo xi kunvent?! Il-qaddisin sa fejn naf jien kollha hekk jagħmlu! Mhux hekk?”

Fettilli nidħol fil-websajt ħobblAlla.com. Bdejt naqra dwar il-ħajja tal-qaddisin. U għalkemm veru li l-qaddisin għexu din it-tip ta’ ħajja, sibt li biex issir qaddis m’hemmx xi regola fissa li trid timxi magħha. Komplejt naqra, u sibt li kull bniedem huwa msejjaħ

għall-qdusija. Kull persuna tasal li ssir ‘qaddisa’ bil-mod uniku tagħha, imma żgur billi verament tibda u tibqa’ tħobb lil Alla tul ħajjitha kollha. Billi tħobb kontinwament lil kull persuna li tiltaqa’ magħha u tagħmel dak li hi msejħa li tagħmel b’imħabba vera.

Sew jekk għadek student, jew bdejt xi kors ta’ taħriġ f ’xi ħaġa li togħġbok, jew bdejt tagħmel xi esperjenza ta’ xogħol, kif ukoll f ’kull mument li tkun ma’ żgħażagħ oħra, ħobb lil Ġesù u żommu dejjem f ’moħħok u f ’qalbek!

B’daqshekk ma jfissirx li, jekk inti pereżempju bniedem sportiv, jew tħobb iddoqq xi strument, tirreċta, tpinġi jew tħobb titla’ sa

24 | Flimkien

Page 25: Flimkien Novembru 2015

Film ieħor, din id-darba itwal, huwa God’s Not Dead. Film dwar ġuvni li jaċċetta l-isfida tal-għalliem tiegħu dwar jekk Alla jeżistix jew le. Speċi ta’ ‘taqbida’ fil-klassi. Wara dan, inħareġ film ieħor God’s Not Dead 2. It-taqbida hawnhekk tiżvolġi fl-awla tal-qorti, u l-kwistjoni tiffoka dwar id-dritt li wieħed iħaddan u jesprimi l-fidi tiegħu bil-libertà.

Videos biex narawhom flimkien

Evidence hu film dwar tfajla li jixluha li hi Kattolika. Fil-qorti, il-prosekutur jipprova jġib provi kontriha, filwaqt li l-avukat tagħha jargumenta li mhux veru li hi Kattolika. Isibuha ħatja? Ara t-tweġiba fl-aħħar tal-film li hu twil biss 7 minuti. Tajjeb ħafna għal diskussjoni bejn iż-żgħażagħ. Bl-Ingliż, b’sottotitoli bit-Taljan. www.youtube.com/watch?v=ovow3L2K1gc

Video ieħor tajjeb: The Power of Confession (sottotitoli bit-Taljan) li fih saċerdot jispjega x’inhu l-qrar u kif għandek tqerr. 8 muniti kollox. Tajjeb għall-okkażjoni tas-Sena tal-Ħniena. www.youtube.com/watch?v=7zePVwaucjs

skatepark bir-rota jew bl-iskateboard allura għandek tieqaf milli tagħmel dak li tħobb! Għall-kuntrarju, permezz tal-passatempi tista’ tferraħ ħafna nies ukoll. Alla tak it-talenti sbieħ u tant oħrajn li għad trid tiskopri fik int u tikber biex tista’ tagħmel ħafna ġid ma’ ħbiebek u ma’ oħrajn li forsi f ’għajnejk jidhru strambi, maħmuġin u mwarrbin.

Kull persuna hi unika u msejħa għall-qdusija. Dan hu li jrid Alla minnek: li tkun dak li int. Għax għalih int uniku u qed jistiednek tibqa’ tgħix miegħu. Din hija l-qdusija: li tkun ma’ Alla dejjem u f’kull waqt u ħin! Awguri għal din l-esperjenza sabiħa bejnek u bejn Alla!

Novembru 2015 | 25

Page 26: Flimkien Novembru 2015

... kemm inħobb lil San Martin! Hekk konna ngħidu meta fil-11 ta’ Novembru kienu jagħtuna l-borża li barra l-lewż kien ikun fiha wkoll tin taċ-ċappa, tamal, rummiena u l-ħobża ta’ San Martin.

Fil-verità, il-familja tal-lewż (lewż, ġewż, ġellewż u l-bqija) huma mimlijin enerġija, proteini, vitamini, minerali, Omega-3 u antiossidanti. Għandhom ukoll togħma tajba u jqarmċu: rigal sabiħ ieħor tan-natura lill-bniedem.

Iż-żejt li fih il-lewż differenti huwa mimli nutrijenti, bħall-oleic acid, li jbaxxi l-kolesterol il-ħażin (LDL) u jgħolli l-kolesterol it-tajjeb (HDL). L-Omega-3 hija magħrufa li tbaxxi l-pressjoni għolja, il-mard taċ-ċirkulazzjoni, il-puplesiji, u l-kanċer tas-sider, tal-imsaren u tal-prostata. Tgħin ukoll biex tnaqqas l-infjammazzjoni fl-għadam f ’min ibati bl-artrite.

L-antiossidanti li hemm fil-lewż inaddfu l-vini minn ħmieġ li jġegħilhom jidjiequ u jistaddu. Il-vitamina E fil-lewż issaħħaħ il-ġilda, filwaqt li minerali oħra bħall-potassju, il-ħadid, il-fluoride u oħrajn isaħħu ċ-ċirkulazzjoni, l-għadam u s-snien.

Jekk nieħdu ftit lewż kuljum (daqs 35 gramma) jagħmlilna l-ġid. Imma rridu neħduh b’moderazzjoni u mhux immellaħ. Iż-żejt li fih il-lewż, jekk nieħdu ħafna minnu, iħaxxen u jżid il-piż u l-mard minflok inaqqsu.

Geoffrey Axiak, Nutrizzjonista • Ifhem dak li tiekol

Ġewż, lewż, qastan, tin...

Ingredjenti8 tazzi tqiq; mgħarfa u nofs melħ; 4 bajdiet imħabbtin; bott ħalib magħqud; 17-il gramma ħmira; 2 tazzi zokkor abjad; 8 kikkri ġewż imqatta’; 2 kuċċarini kannella (cinnamon) maħkuka; nofs kikkra marġerina; nofs kikkra ħalib; tazza oħra zokkor abjad biex iżżejjen biha. MetoduFi skutella kbira, ħallat il-melħ u t-tqiq. Żid 4 bajdiet imħabbtin, il-ħalib magħqud, il-ħmira u ¼ ta’ kikkra zokkor. Ħallat kollox, aqilbu fuq wiċċ li jkollu t-tqiq mifrux fuqu, u agħġen sakemm ikun lixx, għal xi 5 minuti. Poġġi kollox f ’bowl midluk biż-żejt, għattih u kessħu għal-lejl.

Għall-miliĦoll il-marġerina u ħallat maz-zokkor. Ħallatlu l-kannella u l-ġewż, neħħi mis-sħana u ħallih jibred. Meta jibred il-ġewż, ħallat il-bajd u ftit ħalib kemm il-mili jiġi umduż. Saħħan il-forn sa 175C. Idlek il-karti tal-forn u iftaħ l-għaġina biex tiġi rqiqa. Ferrex iz-zokkor fuq il-ħmira. Aqta’ fi trijangoli żgħar. Poġġi kuċċarina mili fuq il-qiegħ u għalaq l-imqaret. Qallibhom fiz-zokkor u poġġihom fuq il-karta tal-forn imbegħdin minn xulxin. Sajjar għal 10-15 minuta fil-forn li tkun diġà saħħant. Neħħihom minn fuq il-karta tal-forn u berridhom fuq gradilja.

Imqaret tal-ġewż

26 | Flimkien

Page 27: Flimkien Novembru 2015
Page 28: Flimkien Novembru 2015

Tisliba OttubruMimdudin5. Ħlas; tariffa (3)6. Arkati b’naħa miftuħa (5)7. Mitilha żewġha (5)8. Post; spazju (3)9. Reċipjenti għax-xtieli u ż-żrieragħ (5)12. Omm il-ġriewi (5)15. Strument li jirċievi u jibgħat

it-trasmissjonijiet (5)18. Gverta (5)20. Għadu mhux misjur (3)21. Sensiela; kollezzjoni (5)22. Qawwi; żaqqu kbira (5)23. Bażi; pedament (3)

Weqfin1. Qafas; gabjetta (5)2. Serafini u Kerubini (5)3. Lostru għaż-żraben (5)4. Kieku dan l-annimal jara ħotobtu,

jaqa’ u jmut zoptu! (5)10. Banju mediċinali b’ilma naturali (3) 11. Opinjoni; ġudizzju (3)13. Għasfur kbir u ma jtirx (3) 14. Qawl Malti: Sant’Antin italla’ l-qannata

minn ġol---- (3)16. Gremxula kbira (5)17. Sinċier; ġust (5)18. Gabbana; ħanut fil-beraħ (5)19. San Mattew kien jiġborha (5)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-ĦamrunIbgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

AlfakodoIrbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

A D-Y N X-G 3B S+Z O J-ZC P+K P T÷ED NxH Q O÷NE C-I 2 R QxEF Y+P S L÷KG J-B T F+PH D÷N 7 U H+HI R-Z V NxNJ SxS 25 W ExVK W-U X AxEL T-B Y L÷EM NxK Z W-C

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 5. PAR, 6. LAPSI, 7. ISLAM, 8. RIED, 9. OBAMA, 12. UQIJA, 15. NTESA, 18. STIMA, 20. NOM, 21. ĠLEKK, 22. IKONA, 23. RAN.Weqfin: 1. KAPPA, 2. SPIRA, 3. TRIDU, 4. SALMI, 10. BUT, 11. MUS, 13. QAT, 14. JUM, 16. ETERN, 17. ANKRA, 18. SMINA, 19. IDOLU.

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Fix-xitwa tinża’ u fis-sajf tilbes!

Tweġiba: Dielja

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Rebbieħ: M. Buttigieg, ir-Rabat

Rebbieħ: B. Cohen, il-Kalkara

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

A B C D E F G H I J K L M15 8 21 5 23 10 18 2 14 26 4 19 13N O P Q R S T U V W X Y Z

12 17 1 24 9 25 6 20 3 16 11 22 7

28 | Flimkien

Page 29: Flimkien Novembru 2015

Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia

Dawk il-ħobżiet kienu tiegħi!

Fi żmien Ġesù, aħna t-tfal kien l-għaxqa tagħna nilagħbu fil-beraħ tal-kampanja, fuq l-għoljiet u ħdejn il-

baħar. Jien kont inkun magħhom għax kien hemm ħafna affarijiet x’nagħmel u nara. Ma kontx noqgħod ’il bogħod mill-Baħar tal-Galilija.

Darba waħda, f’ġurnata sajfija, ommi ppreparatli ħames ħobżiet u żewġ ħutiet biex neħodhom miegħi fuq l-għoljiet. Kont beħsiebni ndum nilgħab fuq l-għoljiet u għalhekk ħadt l-ikel miegħi, kif ġieli għamilt. Hekk kif tlajt l-għolja, rajt folla kbira ta’ nies. Indunajt li Ġesù kien qed ikellimhom, għalhekk ħaffift il-pass u poġġejt bilqiegħda fuq il-ħaxix qrib ħafna ta’ Ġesù. Ġesù dam ħafna jitkellem, u xħin spiċċa kien sar ħafna ħin. Kulħadd kien bil-ġuħ, imma ħadd ma kien ġab ikel miegħu dakinhar u l-post kien imwarrab biex imorru jixtru x’jieklu.

Ġesù tħassarhom u talab lill-appostli jitimgħuhom, imma ikel ma kienx hemm. Jiena xtaqt ngħin, u għalhekk offrejt l-ikel tiegħi lil Ġesù. Ġesù tbissimli tbissima ħelwa ħafna u ħa l-ikel li offrejtlu f’idejh. Imma għall-kuntrarju li ħsibt jiena, Ġesù ma kilux hu iżda minflok rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek l-ikel u rringrazzja lil Alla. Wara, qal lill-appostli jgħidu lin-nies ipoġġu

bilqiegħda fuq il-ħaxix, u jqassmulhom mill-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet tiegħi, li donnhom ma riedu jispiċċaw qatt. L-ikel tiegħi serva biex kielet dik il-folla kbira ta’ nies. Irġiel biss kien hemm mal-ħamest elf! U mhux talli kiel u xaba’ kulħadd, imma kien fadal iż-żejjed ukoll!

KOMPETIZZJONIKemm imlew qfief l-appostli bl-ikel li kien fadal?Fittex fil-Vanġelu ta’ San Mark kapitlu 6, vers 43. Ibgħat it-tweġiba hekk: Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar (7979 0411).

Tweġiba għal ta’ Ottubru: Kliem Ġesù kien dan: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Rebbieħ: M. Chetcuti, Ħaż-Żebbuġ

Novembru 2015 | 29

Mgħallem, hawn ħu l-ikel

tiegħi!

Page 30: Flimkien Novembru 2015

TAK E TIME TO ThINK …It is the source of power.

TAK E TIME TO RE AD…It is the foundation of wisdom.

TAK E TIME TO PL Ay…It is the source of perpetual youth.

TAK E TIME TO BE QUIE T…It is the opportunity to seek God.

TAK E TIME TO BE AWARE …It is the opportunity to help others.

TAK E TIME TO LOVE AND BE LOVED…It is a God-given privilege.

TAK E TIME TO L AUGh…It is the music of the soul.

TAK E TIME TO BE FRIENDLy…It is the road to happiness.

TAK E TIME TO DRE A M …It is what the future is made of.

TAK E TIME TO PR Ay…It is the greatest power on earth.

TAK E TIME TO GIVE …It is too short a day to be selfish.

TAK E TIME TO WORK …It is the price of success.

TAK E TIME TO DO ChARIT y…It is the key to heaven.

L-Aħħar Paġna

Take time…

Mibgħuta minn A.B. (Ħal Tarxien) u minn V. Schembri (Ħ’Attard)

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Novembru 2015
Page 32: Flimkien Novembru 2015