32
Settembru 2015 | Numru 130 Newspaper Post Inkredibbli u meravilja! 14 Klara li rebħet il-midalji... għax għelbet il-kompetizzjoni imma wkoll lilha nnifisha Żerriegħa, nagħaġ u teżori 18 Kwizz dwar il-parabboli fil-Vanġelu Sparawlha… għax beżgħu minnha 25 Il-ġlieda ta’ Malala Yousafzai għall-edukazzjoni 27 Kul ħut li jogħġbok Liema ħut għandek tiekol. Riċetta bis-salamun u l-ħabaq 30 Don’t do our work for us 12 Is-Sorpriżi ta’ Alla Intervista mal-Isqof Mario Grech dwar is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja f’Ottubru li ġej

Flimkien Settembru 2015

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani, Malta.

Citation preview

Page 1: Flimkien Settembru 2015

S e t t e m b r u 2 0 1 5 | N u m r u 1 3 0

New

spap

er P

ost

Inkredibbli u meravilja! 14Klara li rebħet il-midalji... għax għelbet il-kompetizzjoni imma wkoll lilha nnifisha

Żerriegħa, nagħaġ u teżori 18Kwizz dwar il-parabboli fil-Vanġelu

Sparawlha… għax beżgħu minnha 25Il-ġlieda ta’ Malala Yousafzai għall-edukazzjoni

27 Kul ħut li jogħġbokLiema ħut għandek tiekol.

Riċetta bis-salamun u l-ħabaq

30 Don’t do our work for us

12 Is-Sorpriżi ta’ Alla

Intervista mal-Isqof Mario Grech dwar is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar

il-Familja f’Ottubru li ġej

Page 2: Flimkien Settembru 2015

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Padre Pio22 – 25 Settembru

Inÿuru: Pietrelcina, Piana Romana, San Giovanni Rotondo, Foggia, Monte Sant’Angelo u Lanciano

17-21 Ottubru

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Inÿuru: Praga, Cesky Krumlov, Nizbor u Pilsen

minn

¢369

Praga

24-27 Settembru, 17-21 Ottubru

Inÿuru: Prague, Cesky Krumlov, Nizbor u Pilsen

Short Break in Normandy

minn

¢369

Padre PioPadre PioPadre Pio22 – 25 Settembru

Inÿuru: Pietrelcina, Piana Romana, San Giovanni Rotondo, Foggia, Monte Sant’Angelo u Lanciano

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

minn

¢499** Prezz jinkludi

l-eskursjonijiet kollha u çena kuljum

Page 3: Flimkien Settembru 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Settembru 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Dalwaqt jispiċċa s-sajf!

Sa ftit ilu, wara s-sajf kienet tiġi l-ħarifa, li kienet twassalna għax-xitwa.

Illum mis-sajf ngħaddu mill-ewwel għax-xitwa!

It-tifel fil-faċċata, li jidher kuntent bil-vaganzi u bis-sajf, dalwaqt jibda l-iskola, żmien sabiħ imma ta’ ħidma, studju u impenn. Il-ħaddiema wkoll iħejju ruħhom għaż-żmien ta’ wara s-sajf: b’ħinijiet itwal ta’ xogħol, bid-dlam kmieni u bis-sebħ tard, u bis-soltu ġenn biex inlaħħqu ma’ elf ħaġa – kollha importanti!

Imma suppost kemm it-tfal u kemm il-kbar ikunu straħu fis-sajf u hekk ikunu mħejjija għaż-żmien tal-ħarifa.

Qisna għandna din il-liġi tal-azzar, li qatt ma tinbidel: bl-istaġuni dejjem jiġu wara xulxin. Imma issa anki t-temp qegħdin ingerfxu. Huwa ċert li t-taqlib li naraw u t-temp mhux fi żmienu huma riżultat tal-ħsara li l-bniedem għamel fuq l-ambjent.

Sakemm il-bniedem jibqa’ egoista, jibqa’ jħassar dak li l-Mulej Alla ħalaq tajjeb. U fuq il-bniedem jiġu konsegwenzi mhux sbieħ.

Mhux biss l-industriji l-kbar u l-fabbriki bi ċmieni enormi li jagħmlu din il-ħsara tant kbira. Aħna wkoll – bil-modi żgħar tagħna – qed inkomplu din il-ħsara: bl-użu ħażin tal-karozzi, bil-ħmieġ mormi fit-toroq u fil-baħar, bil-ħela ta’ ikel, bl-istorbju żejjed, bix-xiri ta’ affarijiet li ma għandniex tassew bżonnhom, u tant azzjonijiet oħra.

Kieku nagħmlu l-parti tagħna, kieku d-dinja tagħna tkun ħafna aħjar: tkun iktar kif ħalaqha l-Mulej Alla.

Kelma ta’ FranġiskuHawn min jibża’ jmur iqerr,

għax jinsa li mhux imħallef imqit se jsib imma Missier ta’ ħniena bla tarf.

Papa Franġisku, 2 ta’ Awwissu, 2015

Catherine SpiteriKors tal-Purtieri

Trid t˙it purtieri sbie˙ b’sistema moderna ta’ kif g˙andek t˙affef ix-xog˙ol? Na˙dmu purtieri sbie˙ moderni u klassiçi. Il-kors hu tajjeb g˙al min

jaf i˙it kif ukoll g˙al min ma jaf i˙it xejn. Il-lezzjonijiet jing˙ataw minn g˙alliema li g˙andha ’l fuq minn 20 sena esperjenza u kkwalifikata barra.

Il-kors isir il-Blata l-BajdaTel: 2157 8951 / 7957 8951

Page 4: Flimkien Settembru 2015

Formazzjoni għall-Ħajja Nisranija‘Kif nista’ ngħix ta’ nisrani fis-soċjetà dinamika

tal-lum il-ġurnata? Kif nista’ nwassal lil Alla fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum? Kif nista’ nitlob aħjar? Kif nista’ ngħin lill-oħrajn? Jekk ġieli staqsejt mistoqsijiet bħal dawn m’intix waħdek!

Kull sena madwar 200 persona jagħżlu li jibdew vjaġġ ta’ approfondiment fil-ħajja nisranija permezz tal-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Bl-għajnuna tal-għalliema, inti tkun tista’ titħarreġ fil-materjal teoretiku tal-kors, kif ukoll tikber b’mod spiritwali bħala dixxiplu ta’ Ġesù. M’hemmx għalfejn tkun bravu ħafna biex tagħmel kors. Irid ikollok biss qalb kbira u rieda sħiħa.

Hemm bosta korsijiet minn fejn tista’ tagħżel li jippreżentaw approfondiment f ’elementi differenti bħal l-Iskrittura, spiritwalità, impenn socjali, teoloġija, leadership, ħidma maż-żgħażagħ, ħidma mal-familji. Il-korsijiet igħaqqdu flimkien kemm elementi teoretiċi, kemm prattiċi u kemm spiritwali. B’hekk kull kors joffri formazzjoni sħiħa lejn dixxipulat mimli entużjażmu fi ħdan il-Knisja u fis-soċjetà tagħna. Fl-aħħar tal-kors, tingħata ċertifikat li huwa rikonoxxut ċivilment.

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali joffri formazzjoni lil min jixtieq jidħol iktar fil-fond fil-ħsieb tal-Vanġelu u fir-riflessjoni tal-Knisja. L-Istitut twaqqaf wara li s-Sinodu ħass il-bżonn li jkun hawn mhux biss persuni mħejjija biex jgħixu l-ħajja nisranija b’mod sħiħ fir-realtajiet tal-lum, imma li jingħata taħriġ ukoll lil dawk li b’xi mod huma involuti fil-ħidma pastorali. F’dawn l-aħħar snin dawn il-korsijiet kellhom rispons pożittiv u entużjast ħafna.

Istitut Formazzjoni PastoraliPastoral Formation Institute

Din hi l-lista tal-korsijiet li se jibdew f’Ottubru 2015:• Respect for Life Curriculum• Basic Course in Parish Life• Ethics and Business Leadership• The Human Experience of God in Prayer • Module on the Ministry of the Liturgical

Cantor• Module in Franciscan Spirituality• General Education Award in Youth Leadership• General Education Award in Evangelisation • Certificate in Youth Leadership• Higher Education Award in Evangelisation in

a Digital Age• Higher Education Award in Theology• Higher Education Award in Spirituality• Higher Education Award in Ecumenism• Higher Education Award in Family Ministry • Higher Education Award in Adolescent and

Youth Ministry• Higher Education Award in the Liturgy • Higher Education Award in Parish Nursing • Higher Education Award in Catholic Social

Teaching

Infakkru li jsiru wkoll korsijiet oħra:• mill-Fakultà tat-Teoloġija• mill-Istitut Agostinjan• mill-Istitut Karmelitan• mill-Moviment ta’ Kana• mill-Għaqda Biblika• mis-Segretarjat għall-Katekeżi

Għal aktar tagħrif: www.maltapfi.org; 22039 510/513 jew [email protected]’ tara il-Prospectus mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

fuq www.maltapfi.org/courses/prospectus

Page 5: Flimkien Settembru 2015

Din is-sena qegħdin infakkru l-450 sena mill-Assedju l-Kbir. Min Mejju sa Settembru tal-1565 Malta ġiet

assedjata minn flotta Ottomana qawwija u b’saħħitha. L-istorja traġika u epika ta’ dan l-assedju tixhed għall-ħruxija li l-bnedmin jafu jagħmlu fuq xulxin kif ukoll għall-qlubija li juru meta jkunu fil-periklu. Kien hemm vittmi fuq iż-żewġ naħat. Kien hemm atti erojċi fuq iż-żewġ naħat.

L-ebda reviżjoni moderna tal-ġrajja ma tista’ tikkanċella l-fatt li fl-1565 it-Torok Misilmin aggredew l-integrità territorjali tal-gżira ta’ Malta bl-għan li jkeċċu lill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann u jagħmlu l-Maltin Misilmin jew ilsiera kif kienu għamlu f ’Għawdex fl-1551. Għalhekk huwa xieraq li ta’ kull sena, fit-8 ta’ Settembru, niċċelebraw il-Vittorja fuq min ġie biex jgħakkisna u nfakkru li l-patrimonju kulturali u reliġjuż tagħna nkiseb u nfeda bid-demm għażiż tal-qalbiena.

It-Tifkira tal-Assedju l-Kbir din is-sena għandha tgħinna nirriflettu fuq dawn il-punti attwali:• Kull aggressjoni ta’ pajjiż fuq pajjiż

ieħor għal skopijiet ta’ konkwista jew sfruttament hija inġusta, jagħmilha min jagħmilha.

L-Assedju l-Kbir 1565-2015

Playgroups għal tfal żgħarL-għan tal-Mother & Baby Club (Moviment ta’ Kana) hu li jissapportja l-ġenituri fit-trobbija ta’ wliedhom biex jiffaċċjaw xi diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fl-ewwel snin. Il-playgroups jippreparaw għall-iskola tfal ta’ bejn sena u nofs u tliet snin. It-tfal jibqgħu fil-preżenza tal-ġenituri jew in-nanniet li jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi bejniethom. Sagħtejn filgħodu darba fil-ġimgħa għal 10 ġimgħat (Ottubru 2015 sa Ġunju 2016) f’Ħal Għargħur, Ħal Lija, il-Mosta, Paola, San Ġiljan, Santa Venera, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u ż-Żurrieq. Ikun hemm ħarġiet edukattivi b’taħditiet minn professjonisti fit-trobbija tat-tfal. Għal aktar tagħrif: Tania Cortis 7932 6034.

• Hija ħasra kbira meta r-religjon issir strument jew mottiv ta’ kampanja militari u ta’ gwerra ta’ aggressjoni.

• Hija ħasra kbira li l-atroċitajiet li qegħdin jagħmlu n-nies tal-ISIS qegħdin jiġu ġustifikati minn interpretazzjoni kiefra tal-Koran.

• Għandna niftakru biex ma ninsewx. Għandna niftakru biex nitgħallmu. Għandna niftakru biex naħfru.

• Kemm hu sabiħ li l-kulturi diversi u differenti jkunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi!

• In-Nisrani veru jaħdem għall-paċi bejn il-popli, iżda jaf ukoll jiddefendi l-libertà tiegħu.

• Ir-raġuni għandha bżonn il-fidi għaliex weħidha ma tistax tagħti tama lill-bniedem.

• Il-fidi għandha bżonn ir-raġuni biex ma ssirx fanatiżmu li jassar u joqtol it-tama fil-bniedem.

• Fil-fidi u r-raġuni m’hemmx post għall-vjolenza, għal ta’ bilfors, għall-aggressjoni.

• Diversi drabi aħna l-Maltin konna fix-xifer u ġejna meħlusa bl-interċessjoni tal-Omm ħelwa ta’ Ġesù u ta’ Missierna San Pawl.Nagħtikom il-Barka Pastorali tiegħi.

X Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta

Settembru 2015 | 5

Page 6: Flimkien Settembru 2015

Exposure to noise can cause extensive damage to your hearing. This is sometimes irreversible and the only answer is to consult a hearing aid audiologist.

“There is a real stigma that those with a hearing loss have to face, so I did a lot of smiling and nodding and saying ‘Oh, yes’ to people, hoping I’d got away with it but I was aware that I was only picking up every eighth or ninth word. It came to the point where I knew I had to do something constructive and so I finally decided to go and have a hearing test.”

The Day Joe’s Life Changed

Joe first contacted Clear Tone Hearing around 2 years ago after seeing an advertisement in the local church magazine. “I was very hesitant at first but after visiting Mr. Wall I knew I had made the right choice. After his appointment, Joe was fitted with his first pair of digital hearing aids and his world changed for the better.

“Wow, is all I could say. The thrill of hearing again after not hearing clearly for so long has no words to describe. I just wanted to shout to the rooftops, ‘I can hear’.

New technology. Better Hearing

It’s no secret that, despite his age, Joe likes to keep up to date with the latest technology. That’s why

Thanks to Clear Tone Hearing I’m in heaven again!Eurovison Singer, Joe Grech explains how his life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. After a visit to Mr Michael Wall at Clear Tone Hearing, his life is now firmly back on track.

Since becoming Malta’s first ever representative at the Eurovision Song Contest in 1971, Joe Grech has spent his entire career performing to crowds all over the world. However, for over 20 years, he has concealed a closely-guarded secret that has threatened not only his singing career but his day to day life: noise induced hearing loss.

“I have no idea, even now, how my hearing became damaged.” He says. “I first noticed that something was wrong when I was rehearsing for an upcoming show. I was asked what was wrong with me but I couldn’t answer. For the first time in my life I was unable to hear the wonderful music that was being played.”

when Unitron, a world leader in hearing aid manufacturing, released their latest range of digital hearing aids, Joe was eager to try them out.

“I’m amazed that the latest technology from Unitron really pushes the boundaries of what is possible. When I’m having a conversation the background noise can vary greatly depending on whether I’m in a small group or at a large events, says Joe. “The new technologies work in harmony to automatically experience where the best speech is coming from while providing the best natural sound quality.”

The innovations in Unitron’s new North technology have led to the creation of trailblazing technologies that give patients the natural sound they love. A

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

Joe is now wearing Moxi Fit Pro from Unitron.

Page 7: Flimkien Settembru 2015

To schedule your FREE hearing consultation and

evaluation call Philip today on 99 884 517.

El Medina, Triq Il-Maskli, Qawra, SPB 1480

Tel. 21 576 308

CLEAR TONE HEARING

Joe explains how his new hearing aids have changed his life for the better!

How would you describe your new hearing aids?

My main priority was that I needed a hearing instrument that suited any situation that I may face on a daily basis, especially if I’m speaking in a group or in a noisy environment. I revisited Clear Tone Hearing looking for the latest technology available and that is certainly what Mr Wall delivered. This is the best I’ve been able to hear yet. My new Moxi Fit hearing aids have been brilliant!

What attracted you to the new Moxi Fit aids?

When it came to discussing my needs with Mr Wall he told me that the new Moxi Fit hearing aids had recently received an award for product design. The design of an aid and its appearance is very important to me as I want an aid that is attractive to look at but is also discreet and as comfortable behind the ear as possible. The sleek design combined with the new innovative technology that allows me to hear in 7 different environments really ticks all the boxes for me.

How have you benefitted from wearing hearing aids?

As soon as I was fitted with my first hearing aids I knew that I had made the right decision. Before, I struggled to hear my music and didn’t feel comfortable in social environments as I felt like I was isolated in group conversations and didn’t contribute much in these types of situations. I am now hearing things that I haven’t heard in a long time, especially the music that I love. I now look forward to going for dinner with friends and being with my family. What advice would you give to someone who feel they may have a hearing loss?

From my own experience the best advice I would give is to seek help as soon as possible. There are many solutions available that not only improve the quality and health of your hearing but also your quality of life, as I have discovered. I highly recommend Mike at Clear Tone to offer professional and impartial advice that caters to all hearing needs.

common problemHearing loss is not like listening to sounds with the volume turned down. Instead, you may notice that certain spoken sounds - like sh, th and f - are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said.

Today there’s such a wide choice

of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your specific hearing loss, listening environments, budget and style.

Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

Join us at our Malta & Gozo clinics, running from Monday 21st

September - Monday 28th September where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid

Page 8: Flimkien Settembru 2015

Agnes Gonxha Bojaxhiu, jew kif jafha kulħadd, Madre Tereża ta’ Kalkutta, twieldet fis-26 ta’ Awwissu, 1910 fi

Skopje, fil-Maċedonja, minn ġenituri ta’ nisel Albaniż. Għamlet għoxrin sena mas-Sorijiet ta’ Loreto, sakemm bdiet Kongregazzjoni ġdida, il-Missjunarji tal-Karità, biex jaħdmu mal-‘ifqar fost il-fqar’. Mill-aħħar tas-snin sittin ’il quddiem, il-Missjunarji tal-Karità xterdu mad-dinja kollha. Fl-1979, Madre Tereża ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi. Waqqfet fergħat oħra tal-Kongregazzjoni tagħha. Mietet fil-5 ta’ Settembru, 1997. Il-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjaraha Beata fid-19 ta’ Ottubru, 2003, il-Ġurnata Missjunarja.

• “Alla qed isejjaħli, minkejja li jiena midinba u ma jistħoqqlix. Qed nixxennaq biex nagħti kollox għall-erwieħ” (Ittra lill-Arċisqof Périer ta’ Kalkutta, 13/1/1947).

• “Jien nixxennaq b’xewqa ta’ wġigħ li nkun kollni għal Alla, li nkun qaddisa b’mod li Ġesù jkun jista’ jgħix ħajtu fil-milja tagħha fija. Iktar ma jiena rridu, inqas inħoss li jien mixtieqa. Irrid inħobbu bħalma qatt ma kien maħbub – u, safrattant, hemm din il-firda, dan il-vojt terribbli, dan is-sentiment ta’ assenza ta’ Alla” (Ittra lill-Arċisqof ta’ Kalkutta).

• “Ġesù, Ġesù tiegħi, jiena tiegħek biss. Jien tant stupida; ma nafx x’naqbad ngħid, imma agħmel bija dak kollu li tixtieq, kif tixtieq, sa kemm tixtieq. Jien ma

nħobbokx għal dak li tagħti, imma għal dak li tieħu” (Ittra lill-Arċisqof, Settembru 1946).

• “Il-fidi għamja biss qed iġġorni.”• “Qalb bla tebgħa ta’ Ommi, Marija, ikollok

ħniena minn din it-tifla fqajra tiegħek. Għal imħabbtek jien irrid ngħix u mmut bħala Missjunarja tal-Karità.”

• “Illum, Alla tiegħi, ħassejt it-torturi li tkun waħdek. Ma nafx għal kemm qalbi tiflaħ issofri dan kollu. Dmugħ fuq dmugħ igerbeb. Kulħadd jara d-dgħufija tiegħi. Alla tiegħi, agħtini issa l-kuraġġ li niġġieled lili nnifsi u lit-tentatur. Tħallinix nerġa’ lura mis-sagrificcju li għamilt b’għażla ħielsa tiegħi u b’konvinzjoni” (Djarju).

• “Għandi l-għatx!... Għamiltuh miegħi – Dejjem ftakru li torbtu dawn it-tnejn flimkien, il-mezz mal-għan. Dak li għaqqad Alla, ħadd ma għandu jifirdu. Tnaqqsux il-mezz prattiku tagħna mill-importanza tiegħu – il-ħidma għall-foqra, tkun kemm tkun ċkejkna u umli – dan jagħmel minn ħajjitna xi ħaġa sabiħa għal Alla” (Ittra lill-Missjunarji tal-Karità, 25/3/1993).

• “Ejjew nibqgħu żgħar ħafna u nimxu ...fit-triq tal-fiduċja u tal-imħabba u tal-ferħ” (Mill-aħħar Ittra tagħha, 5/9/1997).

Ġawhar Insara • Dun Hector Scerri

Xi ħaġa sabiħa għal AllaIl-Beata Tereża ta’ Kalkutta

8 | Flimkien8 | Flimkien

Page 9: Flimkien Settembru 2015

Industrial Motors Ltd. National Road, Blata L-Bajda, HMR 9010 Tel: 25969641/3 Mob: 99991666 Email: [email protected] Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: [email protected] www.suzuki.com.mt

EXTRA LARGESMALL CAR

Starting from

€9,990

Window Sticker

XLSMALL CARROOMY

EASY

254L

3.6L/100km

Page 10: Flimkien Settembru 2015

Katekiżmu Żgħir (5)

32. X’qalilna Ġesù dwar kif għandna ngħixu l-ħajja tal-Ispirtu?Ġesù qalilna kif għandna ngħixu l-ħajja tal-Ispirtu meta għallimna l-Beatitudni: • Henjin il-foqra fl-Ispirtu, għax tagħhom

hija s-Saltna tas-Smewwiet. • Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu

mfarrġa. • Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma

jkollhom b’wirthom l-art.• Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-

ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. • Henjin dawk li huma safja f ’qalbhom, għax

huma jaraw ’l Alla. • Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma

jissejħu wlied Alla. • Henjin dawk li huma ppersegwitati

minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

• Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom (Mattew 5:3-12).

33. Meta aħna ngħidu li ngħixu bl-Ispirtu s-Santu, dan jista’ jfisser li aħna m’aħniex aktar liberi?

Le, dan ma jfissirx li m’aħniex aktar liberi għax Alla ħalaqna liberi u bil-qawwa tiegħu qed iżommna dejjem ħajjin u ħielsa. Għalhekk, il-ħajja tal-Ispirtu ta’ Alla fina u l-ħidma tiegħu fina ma jistgħu qatt ikunu kontra jew jieħdu post il-ħajja u l-ħidma personali u libera tagħna.

Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

Il-KruċIFISSJONI, Il-QawMIeN,

GĦID Il-ĦaMSIN34. Għaliex Ġesù ġie ppersegwitat?

Ġesù ġie ppersegwitat għax għamel is-sewwa: kien arrestat, imressaq quddiem il-qrati mill-mexxejja reliġjużi tiegħu stess u mill-mexxejja tal-istat, ikkundannat, ittorturat u maqtul fuq salib.

35. Għaliex l-awtoritajiet qatlu lil Ġesù?L-awtoritajiet qatlu lil Ġesù għax

għallem li l-bnedmin għandhom jinħabbu bejniethom u għax wera biċ-ċar li għandu l-awtorità li jwarrab xi liġi jew drawwiet li Ġesù qallhom li ġejjin mill-bnedmin u li mhumiex kmandament ta’ Alla (Mark 7:8) u għax qallhom ukoll li għandu s-setgħa li jwaqqaf xi attivitajiet tat-Tempju. Għalhekk il-mexxejja tal-poplu dehrilhom li Ġesù kien theddida kemm għar-reliġjon u kemm għall-pajjiż u bdew iqisuh bħal wieħed li jaqla’ l-inkwiet.

36. Nistgħu ngħidu li Ġesù kien kontra l-liġi?

Ġesù ma kienx kontra l-Liġi, iżda għallem li l-Liġi ma tiswiex jekk m’hemmx imħabba f ’min jobdiha.

37. Min kienu l-ewwel li mxew wara Ġesù u ħadmu miegħu?

L-appostli, immexxija minn Pietru, kienu l-ewwel li mxew wara Ġesù u ħadmu miegħu. Ġesù sejħilhom biex jibqgħu miegħu waqt li bagħathom ukoll jipprietkaw u jkeċċu l-ispirti ħżiena f ’ismu.

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Settembru 2015

Oqgħod attent meta taqsam it-triq!”“Ara ma’ min tagħmilha!”“Moħħok hemm waqt il-

lezzjonijiet tal-iskola!”Min jaf kemm-il darba għedna kliem bħal

dan lil uliedna! U min jaf kemm għedna oħrajn ukoll! U min jaf kemm-il darba ma tajnihomx xi ħaġa biex ma jweġġgħux huma u ma jweġġgħux lil ħaddieħor!

Ħaġa sabiħa tisma’ lill-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal jiġbdu l-attenzjoni tat-tfal għal affarijiet li, għalkemm huma żgħar fihom infushom, lit-tfal jistgħu jeħilsuhom minn ħafna inkwiet u uġigħ bla bżonn!

Taf xi tkun qed tagħmel meta ġġib ruħek hekk ma’ wliedek? Fi kliem ieħor tkun qed tgħidilhom biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom u jieħdu ħsieb tal-ħajja tagħhom fil-ġisem. Din hi ħaġa li forsi ma tantx nagħtu kasha imma li hija importanti ħafna.

U aħna nagħmlu dan mhux biss għax nafu li ngħixu darba biss imma wkoll għax aħna konxji li huwa Alla li silifna l-ħajja. U ladarba ħajjitna hija mislufa allura rridu nibżgħu għaliha għaliex mhix tagħna! Mhux

Nakkumpanjaw lil uliedna • Fr Carl-Mario Sultana

hekk biss, imma rridu nagħtu wkoll kont ta’ kemm bżajna għaliha u kif użajnieha.

Imma li tibża’ għal ħajtek u l-ħajja ta’ wliedek ma jfissirx biss li tara li ma tiġrilhomx xi ħsara fil-ġisem li tikkawża uġigħ fiżiku. L-imħabba u r-rispett lejn il-ġisem nuruh ukoll permezz ta’ affarijiet li nagħmlu ta’ kuljum. Forsi tant drajniehom li lanqas biss nagħtu kas li bihom inkunu qed ngħinu lit-tfal japprezzaw li l-ħajja tagħhom hija mislufa lilhom minn Alla!

Xi ngħidu għall-ikel li t-tfal qegħdin jieklu? Forsi l-aktar ħaġa faċli fid-dinja mgħaġġla tagħna hija li tixtrih lest. Imma dan huwa ta’ ġid għal saħħithom? Jew għax ‘komdu u prattiku’ għalina għax jiffrankalna li noqogħdu nippreparaw ikel bnin u tajjeb għal uliedna?

Veru li għandna ħafna x’nagħmlu u diffiċli nlaħħqu ma’ kollox imma hemm bżonn

li lit-tfal nagħtuhom ikel li jkun tajjeb għal saħħithom. B’hekk

ukoll inkunu qed ngħinuhom jindunaw li ħajjithom hija

prezzjuza u jridu jieħdu ħsiebha – anki f ’dawn l-affarijet li nagħmlu ta’ kuljum u li mingħajrhom ma nistgħux ngħixu!

Uliedi prezzjużi għalija?

Settembru 2015 | 11

Page 12: Flimkien Settembru 2015

Fis-Sinodu ta’ Ottubru li għadda int għamilt ċertu ħoss bl-interventi li għamilt. Għaliex?

Jekk tħoss li għandek tiddeskrivi l-interventi tiegħi bħala ‘ħoss’, naħseb dan kien dovut għaliex qabel kien hemm ‘ħoss’ jew ‘ħsejjes’ oħra li waslu f ’qalbi! Fix-xenarju tal-ħajja affettiva hemm diversi esperjenzi – uħud minnhom siekta imma oħrajn li għal xi raġuni jew oħra qed jagħmlu ‘ħoss’ biex xi ħadd jagħti kashom u jgħinhom. Hemm ħafna persuni u familji li, għax għandhom fiduċja fil-Knisja, jistennew mingħandha kelma ta’ faraġ u sostenn. Bħala ragħaj spiritwali jien ippruvajt inkun ‘eku’ ta’ din il-karba.

Ftit ilu l-Papa ħeġġeġ talb għas-Sinodu biex ‘iseħħ miraklu’. X’ried jgħid biha?

L-Ispirtu ta’ Alla għandu ħafna sorpriżi u għadu jgħinna nkomplu nikxfu l-verità li diġà waslitilna. Issa billi aħna la nafu minn fejn hu ġej u lanqas fejn hu sejjer, dan jaf joħloq ħafna inċertezzi u kapaċi nirreżistuh. Xi wħud, proprju għax jibżgħu għall-Knisja, jippreferu jħalluh magħluq f ’gaġġa. Imma Knisja mingħajr ir-‘Ruħ’ hija Knisja mejta. Naħseb li dan hu wieħed mill-mirakli li l-Papa jixtieq jara jseħħu: li fis-Sinodu ssir esperjenza tal-Ispirtu.

L-Intervista

Ħafna esprimew ix-xewqa li l-Knisja tagħmel xi tibdil rigward il-familja. Dan it-tibdil bilfors imur kontra t-tagħlim ta’ Kristu?

Il-garanzija nsibuha fil-Katekiżmu tal-Knisja li jgħid li t-tifsir awtentiku tal-Kelma ta’ Alla ġie fdat lill-Maġisteru ħaj tal-Knisja, jiġifieri lill-Isqfijiet li huma f ’xirka mas-suċċessur ta’ San Pietru, l-Isqof ta’ Ruma (paragrafu 85). Is-Sinodu joffri din l-esperjenza ta’ Isqfijiet flimkien mal-Papa. Jien li jħawwadni huwa li ċerti individwi li sa ftit żmien ilu tant kienu leali lejn il-ministeru tal-Papa, li kważi kienu ‘jadurawh’, illum għax Papa Franġisku ġab nifs frisk fil-Knisja, l-istess nies bdew joħolqu dubji dwar l-ortodossija tat-tagħlim tal-Papa! Ħwejjeġ ta’ Ġaħan. Papa Franġisku għamilha ċara li hemm ‘kontinwità’ fid-duttrina, imma fl-istess waqt hemm bżonn ta’ pastorali ġdida tal-familja.

Hawn min jgħid li mitejn isqof (kollha rġiel, mhux miżżewġin, u ta’ ċerta età) ma jistgħux jitkellmu u jiddeċiedu dwar kwistjonijiet tal-familja. X’tgħid dwar dan?

Għalhekk huwa importanti li l-Isqfijiet ikunu b’widnejhom mal-art: biex jisimgħu l-‘ħoss’ li qed jagħmel il-bniedem li min-

Intervista mal-Isqof Mario Grech dwar is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja li se jsir f’Ruma f’Ottubru li ġej.

Is-Sorpriżi ta’ Alla

12 | Flimkien

Page 13: Flimkien Settembru 2015

natura tiegħu huwa misjuq biex jagħmel l-esperjenza tal-imħabba fil-familja. Għalhekk ukoll Papa Franġisku jridna nkunu ‘Isqfijiet tat-triq’ u mhux ‘Isqfijiet tal-uffiċċju’ – għax fit-triq inħabbtu wiċċna ma’ kulħadd u ma’ kollox. Anki jekk matul it-triq tittarrab u tinbarax, imma dak li ssorr f ’qalbek minn dak li tara u tisma’ fit-triq dwar l-esperjenza tal-bniedem huwa ta’ valur kbir.

l-opinjoni li esprimew il-Kattoliċi ‘komuni’ swiet għal xi ħaġa?

Fil-Knisja hemm dak li jissejjaħ sensus fidei jiġifieri s-sens tal-fidi tal-poplu ġenwin. Ma nistgħux ma nisimgħux x’inhu jgħid l-Ispirtu permezz tal-poplu ta’ Alla. L-Ispirtu s-Santu mhux monopolju tal-istituzzjoni jew tal-presbiteri u l-isqfijiet. Hemm lajċi li għandhom fidi aktar minni u Alla jitkellem permezz tagħhom ukoll. Alla jaf ikellimna anki permezz ta’ għażliet żbaljati tal-bniedem! Il-bniedem f ’sitwazzjonijiet ġodda jaf ‘jaqra lil Alla’ b’mod ġdid. Il-piż li nġorru aħna bħala isqfijiet huwa li b’libertà kbira ngħinu lill-Knisja fid-dixxerniment ta’ x’qed jgħid Alla permezz tal-poplu tiegħu. Għalhekk inkunu nonqsu bil-kbir jekk ma nisimgħuhx.

Il-Knisja f’Malta u Għawdex kif ħejjiet għas-Sinodu ta’ din is-sena?

Jidhirli li stajna għamilna ħafna aħjar. Nibża’ li ħallejna opportunità pastorali taħarbilna. Xtaqt li almenu saret it-tħejjija li konna għamilna bi preparazzjoni għas-Sinodu Straordinarju li sar is-sena l-oħra. Fid-djoċesi ta’ Għawdex qabbadt team ta’ saċerdoti u ltaqgħu mal-kunsilli parrokkjali u gruppi ekkleżjali oħra biex jiddiskutu xi ftit mill-mistoqsijiet li waslulna minn Ruma bi tħejjija għas-Sinodu.

liema huma l-akbar sfidi għall-familji Maltin u Għawdxin tal-lum?

Nemmen li l-ikbar sfida hija li ma jiltaqgħux ma’ Alla ta’ Ġesù Kristu. Għax jekk il-bniedem ikollu komunikazzjoni ma’ Alla, ikollu l-ħila li jiffaċċja l-isfidi l-oħra. Min jilbes in-nuċċali tal-fidi jikseb viżjoni ġdida ta’ kollox. L-aktar li huma f ’riskju li jaqgħu fl-ateiżmu prattiku huma l-persuni li għaddejjin minn diffikultajiet, anki matrimonjali – għalhekk dawn għandu jkollhom kura partikulari. Barra minn hekk, dawk li minħabba l-għażliet li jkunu ħadu dwar il-ħajja affettiva tagħhom jitqiesu bħala persuni ta’ fidi dgħajfa m’għandhomx ikunu skartati imma akkumpanjati fil-mixja tal-fidi tagħhom.

Il-Knisja f’Malta għandha ‘riħa tan-nagħaġ’? Hija in touch mar-realtajiet? Qiegħda tilħaq il-periferiji?

Hemm minn kollox. Irridu nkunu aktar “knisja tat-triq” jew “knisja li toħroġ” biex tiltaqa’ mal-bniedem, u ma nibżgħux inpoġġu jdejna fuq il-pjagi tal-umanità. Imma dan jitlob sforz mhux żgħir għax biex inwettqu dan hemm bżonn noħorġu minn ċerti skemi mentali u pastorali.

Din is-sena se tagħmel intervent ukoll? Jekk iva, x’messaġġ se twassal?

Għalkemm matul is-Sinodu kull isqof mistenni jagħmel intervent formali wieħed, xorta jkun hemm spazji fejn wieħed ikun jista’ jagħmel ‘ħoss’. Għadni qed nitlob u naħseb x’se jkun is-sehem tiegħi, però nixtieq ngħin biex min tilef it-tama jerġa’ jsibha fi Kristu l-Feddej. Nieħu din l-opportunità biex min jixtieq iwassalli l-fehmiet tiegħu dwar dak li se nitkellmu dwaru fis-Sinodu, iħossu liberu li jiktibli.

Settembru 2015 | 13

Page 14: Flimkien Settembru 2015

Fid-dinja hawn min hu oħxon, u hawn min hu twil. Hawn min hu awtistiku, u hawn min hu qasir. Hawn min għandu

memorja tajba, u hawn min hu b’Down Syndrome. Kulħadd differenti, imma kulħadd għandu skop fil-ħajja. Kulħadd bżonnjuż.

Klara Zammit hi xebba awtistika. Tinqeda biex tikkomunika, imma tbati. Madankollu fl-ilma hi ‘inkredibbli’ u ‘meravilja’. Hekk semgħu qrabatha dwar Klara meta f ’Awwissu ħadet sehem fl-iSpecial Olympics li saru f ’Los Angeles, fejn Klara mhux biss rebħet żewġ midalji fl-għawm imma wkoll kisret il-ħin tagħha stess fit-tlielaq kollha li għamlet.

Ikkompetiet ma’ oħrajn biex rebħet il-midalji, imma l-aktar importanti hu li ġġieldet magħha nnifisha biex titjieb. Dan ma ġarax b’kumbinazzjoni imma b’ħidma sfiqa ta’ Klara stess u ta’ diversi nies. Klara hi għawwiema ta’ Sirens u ta’ Special Olympics Malta. Erica Andolfi hi l-coach tagħha sa minn meta kellha erbatax-il sena.

Daqstant u aktar, ilha titħarrreġ biex tkun tista’ tagħmel is-suċċessi żgħar tagħha. Minkejja l-kundizzjoni tagħha, Klara hi ta’ eżempju għal ħafna żgħażagħ li xi wħud

Klara Zammit (beritta ħamra) tidher tikkompeti

fl-iSpecial Olympics li saru f’Los Angeles

f’Awwissu

Special Olympics

Żewġ aġġettivi li KLARA u qrabatha qatt ma basru li se jisimgħu dwarha

minnhom għandhom il-kapriċċ li jaħlu żogħżithom u ħajjithom fi frugħa, flok ma jindukraw it-talenti li kull wieħed minnhom żgur li għandu.

L-istorja ta’ Klara mhux biss turi li s-sagrifiċċju jrendi, imma turi wkoll li d-dinja hi mimlija b’nies twajba li volontarjament lesti jgħinu lil min hu aktar vulnerabbli biex jirnexxi.

Prosit u grazzi kbira lil Anna Calleja (Chairperson ta’ Special Olympics), Erica Andolfi u Daniela Deguara, coaches ta’ Klara, u Oliver Tanti (kordinatur ta’ Sirens). Grazzi wkoll lil MIB, li magħhom taħdem Klara, li wkoll laqgħuha u tawha l-għajnuna meħtieġa biex tkompli titħarreġ.

L-għawm poġġa lil Klara għal ftit mumenti fuq l-aġenda tal-ħajja. Laqqagħha man-nies – għenha fil-għan li tiġi inkluża f ’soċjetà li s-soltu u sistematikament teskludi. Ma’ Klara f ’Los Angeles kien hemm tfal oħra u coaches oħra f ’dixxiplini oħra. Kollha bravi, kollha mirakli żgħar.

Il-verità hi li mhux Klara biss li hi ‘inkredibbli’ u ‘meravilja’ imma kulmin għen lilha u lil sħabha jaslu fejn waslu.

Inkredibbli u meravilja!

14 | Flimkien14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Settembru 2015

PE

RFE

CT H

EELS IN JUST THREE DA

YS

!

Buy 1 and get

1 FREE!

Available from all Scholl Foothealth Centres and Pharmacies

Page 16: Flimkien Settembru 2015

APS Bank Ltd is licensed by the Malta Financial Services Authority to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business, and is enrolled in the Tied Insurance Intermediaries List under the Insurance Intermediaries Act 2006.

PERSONAL BUSINESS INVESTMENTS

Our investments team combines decades of financial experience and unwavering integrity. Contact our Investments team today for sound and personalised advice with the integrity you can trust.

INVESTMENT ADVICE WITH INTEGRITY

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

facebook.com/apsbank

Page 17: Flimkien Settembru 2015

APS Bank Ltd is licensed by the Malta Financial Services Authority to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business, and is enrolled in the Tied Insurance Intermediaries List under the Insurance Intermediaries Act 2006.

PERSONAL BUSINESS INVESTMENTS

Our investments team combines decades of financial experience and unwavering integrity. Contact our Investments team today for sound and personalised advice with the integrity you can trust.

INVESTMENT ADVICE WITH INTEGRITY

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

facebook.com/apsbank

Page 18: Flimkien Settembru 2015

Kwizz dwar il-parabboli. Tajjeb biex tagħmluh flimkien fil-familja. Ara t-tweġiba billi tfittex fil-vanġeli jew fil-paġna ta’ wara.

Żerriegħa, nagħaġ u teżori

1. Id-dar li ma ġġarrfitx [Mt 7:24-27] Ġesù jqabbel lil min jgħix skont il-Kelma ta’ alla ma’ dar li baqgħet wieqfa minkejja li qamu kontriha:(a) armata suldati; jew (b) xita, widien u rwiefen; jew (ċ) terremot.

1 fil-mogħdija, u ġew l-għasafar u naqqruhom kollha

a min jisma’ l-kelma u jifhimha, u jagħmel il-frott

2 f ’art kollha blat – malajr nibtu, għax il-ħamrija mhux fonda imma meta telgħet ix-xemx inħarqu u nixfu, għax bla għeruq

b min jisma’ l-kelma u ma jifhimhiex; jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f ’qalbu

3 ġew qalb ix-xewk li kiber magħhom u ħonoqhom

ċ min jisma’ l-kelma iżda l-inkwiet żejjed għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid tal-art joħonqulu l-kelma

4 oħrajn waqgħu f ’art tajba għamlu l-frott,min mija, min sittin, u min tletin.

d min jisma’ l-kelma u jilqagħha bil-ferħ imma malajr jitfixkel meta jiġi fuqu l-għawġ jew isib min iħabbtu minħabba l-kelma

2. Iż-żerriegħ [Mt 13:4-9.18-23] Fil-parabbola taż-żerriegħ, Ġesù jgħid li ż-żerriegħa waqgħet fuq erba’ tipi ta’ art. Qabbel it-tipi ta’ art (1-4) mat-tifsira tagħhom (a-d) li hawn qegħdin imħawdin:

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Settembru 2015

Tweġibiet: 1. Id-dar li ma ġġarrfitx: (b) xita, widien u rwiefen. 2. Iż-żerriegħ: 1-b; 2-d; 3-ċ; 4-a. 3. It-teżor moħbi: (ċ) jaħbih, ibigħ kulma jkollu, u jixtri dik l-għalqa. 4. In-nagħġa l-mitlufa: (a) 99; (b) Il-Missier li hu fis-smewwiet. 5. Il-qaddej li ma jaħfirx: (a) 10,000 talent (b) dejjem; 6. It-talenti: (a) 5, 2 u 1 (b) ħaffer fl-art u ħeba l-flus. 7. Is-Samaritan it-tajjeb: (a) Ġeriko (b) qassis u levita (ċ) wasal ħdejh, rah, tħassru, resaq lejh, dewwielu l-ġrieħi, rabathomlu, tellgħu fuq il-bhima, wasslu f ’lukanda, ħa ħsiebu, ħallaslu. 8. l-Iben il-Ħali: (a) l-iben iż-żgħir lill-missier (b) iż-żgħir meta kien mal-ħnieżer (ċ) iż-żgħir meta reġa’ lura (d) il-missier lill-qaddejja (e) il-kbir lill-missier (f) il-missier lill-kbir.

3. It-teżor moħbi [Mt 13:44]Ġesù xebbah is-Saltna tas-Smewwiet ma’ teżor moħbi f ’għalqa li wieħed raġel isibu u … x’jagħmel?(a) jibqa’ għaddej qisu ma ra xejn;(b) javża lir-Rumani;(ċ) jaħbih, ibigħ kulma jkollu, u jixtri dik

l-għalqa.

4. In-nagħġa l-mitlufa [Mt 18:12-14] Raġel tintiliflu nagħġa u jmur ifittixha. Meta jsibha jifraħ ħafna biha (a) Kemm-il nagħġa ħalla warajh ir-raġel biex

ifittex il-mitlufa?(b) Ġesù jqabbel dak ir-raġel li jmur ifittex

in-nagħġa ma’ min?

5. Il-qaddej li ma jaħfirx [Mt 18:21-35] Qaddej kellu jagħti somma kbira lis-sultan. Ma kellux biex iħallsu għalhekk talbu jagħtih iż-żmien. Is-sultan ħafirlu d-dejn. Eżatt wara, il-qaddej iltaqa’ ma’ sieħbu li kellu jagħtih 100 dinar. Sieħbu talbu ftit żmien, imma l-qaddej ma riedx u xeħtu l-ħabs sakemm iħallas kollox. Is-sinjur sar jaf, bagħat għalih u qallu, ‘Jien ħfirtlek dak id-dejn kollu, ma jmissekx ħennejt u ħfirt lil sieħbek?’ (a) Kemm kellu jagħti l-qaddej lis-sultan?(b) X’jiġifieri ‘taħfer għal sebgħa u sebgħin

darba’?

6. It-talenti [Mt 25:14-30]Raġel kien se jsiefer, għalhekk sejjaħ lit-tliet qaddejja u ħallielhom ġidu f ’idejhom, skont kemm jifilħu.(a) Kemm tahom talenti lil kull wieħed

minnhom?(b) X’għamel dak li ngħata l-inqas?

7. Is-Samaritan it-tajjeb [lq 10:25-37] (a) Ir-raġel li qabżu fuqu l-ħallelin kien sejjer

minn Ġerusalemm għal ------.(b) Min kienu t-tnejn li ‘għaddew minn mal-

ġenb u baqgħu sejrin’?

(ċ) Sib għaxar verbi fil-parabbola li jiddeskrivu x’għamel is-Samaritan.

8. l-Iben il-Ħali [lq 15:11-32] Min qal dal-kliem?(a) ‘Agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’(b) ‘Kemm lavranti ma’ missieri għandhom

ħobż bix-xaba’, u jien qiegħed hawn immut bil-ġuħ!’

(ċ) ‘Missier, dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek.’

(d) ‘Isaw! Ġibulu l-isbaħ libsa u xidduhielu, libbsulu ċ-ċurkett f ’sebgħu u s-sandli f ’riġlejh! … Nagħmlu festa!’

(e) ‘Ili dawn is-snin kollha naqdik, kelmtek ma ksirthielek qatt … Imbagħad jiġi dan ibnek … u lilu toqtollu l-għoġol l-imsemmen!’

(f) ‘Ibni, inti dejjem miegħi, u kulma hu tiegħi huwa tiegħek. Imma kien meħtieġ li nagħmlu festa u nifirħu, għax dan ħuk kien mejjet u raġa’ qam, kien mitluf u nstab.’

Settembru 2015 | 19

Page 20: Flimkien Settembru 2015

www.zejtunlocalcouncil.com

Festa FolkloristikaIs-Sibt 26 ta’ Settembru filgħaxija

u l-għada l-Ħadd filgħoduOriġinat u organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun

J2606 Zejtun Ad MT 135x190mm.indd 1 22/07/2015 09:12

Page 21: Flimkien Settembru 2015

Dun Martin Micallef

Minflok insieferIl-Ħadd wara nofsinhar. Saċerdot, waqt

programm fuq ir-Redifussion, qasam mas-semmiegħa l-ħsieb li jibni l-ewwel dar

f ’Malta għall-persuni b’diżabilità.Das-saċerdot, tabilħaqq qrib in-nies, kien

induna li diversi persuni b’diżabilità f ’Malta kienu qed jinħbew fil-kantini, f ’ambjenti inumani għall-aħħar, fejn kultant lanqas ħuthom stess ma kienu jkunu jafu bihom. Oħrajn kienu jiġu redikolati fil-pubbliku jew mibgħuta f ’xi sptar mhux addattat għalihom. Anki l-familji ta’ persuni b’diżabilità kellhom bżonn isibu ftit solliev.

Hekk kif spiċċa l-programm, waħda mara marret tistennieh quddiem il-bieb tad-dar fl-4:30pm. Ma kenitx taf li wara l-programm kellu jmur is-Siġġiewi biex itemm irtir li kien qed jagħmel proprju fil-post fejn kellu l-ħsieb li jibni d-Dar. Baqgħet tistennieh sad-8.45pm!

Kif ratu, qaltlu, “Hawn, ħu dan l-envelop għaliex smajtek issemmi l-idea tad-Dar għat-tfal b’diżabilità. Nixtieq li tiegħi tkun l-ewwel offerta. Għandek mitt lira li kont ġemmajthom biex nagħmel vjaġġ. Flok il-vjaġġ, iddeċidejt li nagħtihomlok biex twettaq dan il-proġett … u importanti li nibqa’ anonima.”

Dak iż-żmien mitt lira kienu daqs paga ta’ tliet xhur ta’ għalliem. Dun Mikiel ħassu kommoss għall-aħħar tant li meta daħal

id-dar ommu ħasbitu li kien involut f ’xi inċident jew xi ħadd kien għamillu xi ħaġa. Dak il-lejl Dun Mikiel qattgħu jħażżeż u jippjana. L-għada filgħodu ltaqa’ mal-perit biex jirrealizzaw il-ħolma tiegħu. Dan kien il-bidu tad-Dar tal-Providenza.

Kif jgħid isimha stess, fil-fatt id-Dar titmexxa mill-Providenza ta’ Alla. Il-ġest ta’ dik il-mara kien ‘jittieħed’. Ġara bħall-miraklu tat-tkattir tal-ħobż: baqa’ jitkattar!

Għaddew ħamsin sena minn dik il-ġrajja tat-12 ta’ Settembru 1965. Illum, Id-Dar tal-Providenza għadha toffri residenza lil persuni b’diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma kienx possibbli għalihom li jibqgħu jgħixu mal-familja tagħhom. Id-Dar ma toffrix appoġġ biss lil dawk li huma residenti tagħha imma tospita wkoll persuni b’diżabilità għal perjodu ta’ żmien ta’ respite meta l-familja tagħhom ikollha bżonn dan is-servizz.

Id-Dar tibqa’ impenjata li tagħti xhieda lis-soċjetà Maltija li l-ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet, filwaqt li dejjem tħeġġeġ rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-persuni b’diżabilità.

Illum, 50 sena wara, Id-Dar tal-Providenza hi rikonoxxenti għall-ġest ta’ dik il-mara u l-ġesti kollha ta’ ġenerożità li ġew wara sal-lum mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

50 sena Dar tal-Providenza

Misraħ San Ġwanni XXIII, Dar tal-providenza; Disinn: Galea&Galea Architects; Ritratt: David Pisani

Settembru 2015 | 21

Page 22: Flimkien Settembru 2015

Assigurazzjoni tad-Dar

50ckuljum*

* Il-primjum hu bbażżat fuq somma medja assigurata tal-propjeta’

Skennja hawn għal aktardettalji dwar il-kopertura

Citadel Insurance p.l.c hija kumpanija awtorizzata sabiex tmexxi kummerc tal-assigurazzjoni ġenerali u fit-tul u hija regolata mill-MFSA

Citadel Insurance p.l.c. • Casa Borgo • 26 Triq is-Suq • il-Furjana FRN 1082 • Tel: 2557 9000 • Freephone 800 72322 • E-mail: [email protected] Fergħat: Ħaż-Żebbuġ 21464873 • Il-Gżira 21332151 • Il-Mosta 21438880 • In-Naxxar 21419198 • Iż-Żejtun 21807779 • Raħal Ġdid 21806247 • San Ġwann 27330044

Victoria, Għawdex 21566660 • Intermedjarji fl-Assigurazzjoni Marbutin: Malta • Għawdex

Page 23: Flimkien Settembru 2015

Ittri mill-qarrejja

ITTRA REBBIEĦA

Noise pollutionI read your magazine with great delight, although being English I cannot understand

everything. I have lived in Malta for ten years now and I really love the beautiful lsland with its culture, architecture and, of course, its people – and not to forget the weather! However, over the years, I have noticed that there seems to be increasing noise pollution, especially with dogs barking at all hours of the day and young men on these motorized bicycles. I was just wondering if you could do an article highlighting these issues in the forthcoming issues with the hope that we can work together for the peace and happiness of all. Keep up the great work that you do. God bless you.

J. Fish

ITTRI MILL-QARREJJA L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Fil-mumenti diffiċliBħalissa jien u l-familja ninsabu

għaddejjin minn żmien difficli ħafna. Madankollu l-fidi tagħna tibqa’ soda, u lil uliedna nippruvaw infehmuhom biex anki f ’mumenti bħal dawn nibqgħu viċin il-Mulej. Qed nitolbu bil-ħerqa anki għal min ġabna f ’din is-sitwazzjoni diffiċli. Nixtieq naqsam mal-qarrejja l-fatt li kuljum aħna qed nitolbu t-talba lill-Wiċċ Imqaddes ta’ Sidna Ġesù. Jekk xi qarrej jixtieq ikun jaf kif tingħad, lesta nibgħatlu l-kliem tat-talba jekk jagħti l-indirizz tiegħu.

CL

Jien nemmen mod ieħorNirreferi għall-aħħar paġna tal-Flimkien ta’ Lulju (Rainbow Bridge). Fl-opinjoni tiegħi din fiha ideat żbaljati għax tagħti l-impressjoni li l-annimali huma maħluqa bħall-bnedmin biex ruħhom tibqa’ tgħix wara l-mewt. Meta l-annimali jmutu, ruħhom u ġisimhom jispiċċaw u ma jerġgħux jiltaqgħu mas-sidien tagħhom. Tagħlim żbaljat mhux se jtaffi t-telfa ta’ pet. Il-bniedem biss ġie maħluq b’ruħ li tixbah lil Alla, li ma tmut qatt. Ruħna biss hija maħluqa biex tgawdi lil Alla għal dejjem.

MD, Sta Venera

Full-Day Seminar għal kulħaddIl-Ħadd 18 ta’ Ottubru, mill-10am sal-5pmA deep desire to an authentic FAITH ... to CHANGE the world (Ev. Gaud. 183)Augustinian Retreat House, Pjazza Santu Wistin, Victoria, Gozo. Facebook: Augustinians Malta Aktar informazzjoni: Fr. Terence Spiteri osa | [email protected] | 99844628 Ikun hemm child care għat-tfal matul il-ġurnata kollha.

Settembru 2015 | 23

Page 24: Flimkien Settembru 2015
Page 25: Flimkien Settembru 2015

Appostolat tat-Talb

Sparawlha, għax beżgħu minnha

Grupp żgħir ta’ rġiel Talibani waqqfu l-van li kien qed iwassal lejn djarhom xi bniet ġejjin mill-iskola. B’ton li jwerwer, staqsew għal tfajla partikolari minn fosthom li kellha erbatax-il sena, imbagħad sparaw fuqha. Imma għaliex? Għax aktar beżgħu minnha

huma, milli hi minnhom. Dan ġara fl-2012. Din it-tfajla, jisimha Malala Yousafzai, qatt ma kienet tegħja tikteb fil-blogs biex taqbeż għad-dritt ta’ bniet bħalha għall-edukazzjoni. Ħaġa bħal din kienet ta’ tħeddida kbira għat-Talibani, għalhekk raw kif għamlu biex jagħlqulha ħalqha. Wara l-isparatura, Malala għaddiet minn uġigħ kbir f ’rasha u f ’għonqha. It-tobba tħabtu kemm felħu sakemm neħħew balla minn fejn ix-xewka ta’ daharha u biex niżżlu n-nefħa li kellha f ’moħħha.

Iżda Malala reġgħet ġiet f ’sikkitha u malajr issuktat, bi qlubija liema bħalha, il-ġlieda tagħha għad-dritt tal-edukazzjoni tal-mara f ’dawk l-inħawi li huma taħt l-influwenza tat-Talibani. Minħabba f ’hekk, fl-2014 Malala ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi.

Paġna mħejjija mill-Grupp Appostolat tat-Talb (www.attmalta.org). Like us on Facebook.

Naħseb ftit:• Kif inħossni meta naqra fuq il-

ġlieda determinata ta’ Malala favur l-edukazzjoni għal kulħadd?

• Kemm-il darba tlift iċ-ċans li nitgħallem aktar, u minflok ippreferejt inxerred moħħi f ’attivitajiet li ma jiswew għal xejn?

• Nista’ nagħmel xi ħaġa li ttejjeb il-qagħda edukattiva tat-tfal fil-pajjiżi fqar?

• Nista’, fl-ambjenti ta’ madwari, nagħti s-sehem tiegħi biex oħrajn jedukaw ruħhom aħjar, pereżempju għat-tfal ta’ familji bi problemi?

Talba: O Mulej, nitolbok għal tant tfal u adolexxenti mċaħħdin minn edukazzjoni xierqa. Nitolbok għall-kapijiet politiċi biex ma jqisux l-edukazzjoni u l-impjiegi bħala xi lussu iżda bħala dritt fundamentali tal-bnedmin kollha fit-triq ta’ ħajjithom.

Intenzjoni tal-Papa għal Settembru: Biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ skola u xogħol għaż-żgħażagħ kollha.

Kliem ta’ dawl: Il-moħħ mhux xi reċipjent li jrid jimtela, iżda nar li jrid jitkebbes (Plutarch).

X’nista’ nagħmel:• Napprezza l-edukazzjoni paċenzjuża

li tawni l-familja tiegħi. Nirringrazzja ’l Alla tagħhom u fejn nista’ nurihom apprezzament.

• Niftakar fi tliet persuni (barra mill-familja tiegħi) u nrodd ħajr ’l Alla tagħhom u, fejn nista’, nirringrazzjahom.

Intenzjoni tal-Isqfijiet Maltin għal Settembru: Ħalli l-għaqdiet reliġjużi u ċivili jirsistu kemm jifilħu biex jgħaddu valuri tajbin liż-żgħażagħ tagħna.

Settembru 2015 | 25

Page 26: Flimkien Settembru 2015

Song of life • Oratorio

On the occasion of the 50th anniversary of Dar tal-Providenza

Mons Lawrence Gatt, text from BibleHermann Farrugia Frantz, music

Francesca Aquilina, Charles Vincenti, Alfred Camilleri Soloists

Coro Bel Canto Choir

MALTA PHILHARMONIC ORCHESTRAHermann Farrugia Frantz, conductor

Wednesday 7th October, 2015 at 7.30 pmRepublic Hall, Mediterranean Conference Centre,

VallettaTickets: www.mcc.com.mt

For further details contact: [email protected]; 21 46 28 44

• Premiere •

Page 27: Flimkien Settembru 2015

Meta ddaħħal il-ħut fid-dieta tiegħek tkun qed tagħmel ħafna ġid lilek innifsek. Il-ħut fih l-Omega-3

fatty acids li jnaqqsu dawk li jissejħu triglycerides li huma forma ta’ xaħam fid-demm. L-Omega-3 fatty acids inaqqsu wkoll il-plakki li jinġemgħu fl-arterji u jnaqqsu l-inflammazzjoni mal-ġisem kollu.

Eżempji ta’ ħut li fihom ħafna omega-3 huma: is-salamun, it-tonn, it-trota, l-aringi, is-sardin, il-kavall jew l-iżgombru (mackerel).

Mhux il-ħut kollu jagħmel ġid indaqs. L-aħjar huwa l-ħut ikħal, imbagħad l-abjad:

Ħut ikħal l-inċova, is-sardin, l-iżgombru (mackerel)

Ħut abjad il-merluzz (hake), il-haddock

Ikel tal-baħar Il-klamari, il-qarnit, il-gambli

Ipprova tikolx dejjem l-istess ħut imma varja; hawn ħafna ħut differenti minn fejn tagħżel.

L-ikel tal-baħar bħall-qarnit u l-gambli m’għandniex nieklu ħafna minnhom.

Żomm quddiem għajnejk ukoll il-mod kif issajjar il-ħut. Il-ġid li fih il-ħut xi drabi jintilef bil-mod kif issajru. Kif issajjar hu importanti daqs l-ikel innifsu. L-aħjar tgħalli, tiggrillja jew fuq il-fwar. Evita kemm

Ifhem dak li tiekol • Geoffrey Axiak, Nutrizjonista

Kul ħut li jogħġbok

Salamun bil-ħabaq u t-tadamĦin biex titlesta: 30 minuta

Ingredjenti (tagħmel 2 platti)• 2 biċċiet salamun mingħajr għadam• mgħarfa ħabaq imnixxef• tadama mqattgħa rqiq• mgħarfa żejt taż-żebbuġa• 2 mgħaref parmiġġan maħkuk.

MetoduSaħħan il-forn għal 375 Celsius. Poġġi folja karta tal-forn u agħmel ftit spray non-stick tat-tisjir. Poġġi s-salamun fuq il-karta, itfa’ l-ħabaq, qatta’ t-tadam fuqhom, ferrex ftit żejt taż-żebbuġa u poġġi l-parmiġġan fuqhom. Sajjar kollox ġo forn sakemm is-salamun isir sew fin-nofs, u l-parmiġġan isir kannella minn fuq għal xi 20 minuta.

tista’ l-qali. Eżempju ta’ ikla tajba bil-ħut hija t-tuna sandwich (imma tesaġerax fil-mayonnaise!) jew daħħal salamun jew xi ħut ieħor fil-microwave. Malajr, tajbin fit-togħma, u tajbin għal saħħtek.

Kemm għandi niekol ħut? Darbtejn fil-ġimgħa, imma agħżel ħut li

jogħġbok.

Settembru 2015 | 27

Page 28: Flimkien Settembru 2015

Tisliba SettembruMimdudin5. Ġnien bis-siġar (3)6. Kristu miet fuqu għalina (5)7. Kaxxa fejn jitqiegħed katavru (5)8. Ikħal (3)9. Ikel fin għall-flieles (5)12. Villaġġ (5)15. Dun Mikiel ..., eroj Malti (5)18. Ħażna ta’ merkanzija (5)20. Skejz bla roti (3)21. Ħa ġurament (5)22. Xaqliba f’tarf dublett jew qalziet (5)23. Fra (3)

Weqfin1. Mimlijin; marsusin (5)2. Ballun suf (5)3. Artist tal-palk jew tat-televiżjoni (5)4. Ipaxxi l-għajn bi ġmielu (5)10. Mixi fuq l-irkopptejn u l-pali tal-idejn (3) 11. Residenza; fejn tgħix (3)13. Ħofra taħt id-driegħ (3) 14. Nofs tond fil-bini (3)16. Għajnuna soċjali (5)17. Lewn il-lellux (5)18. Blata taħt wiċċ il-baħar (5) 19. Ltim (5)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-ĦamrunIbgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

AlfakodoIrbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

A F-M N MxSB T-A O J-Y 2C HxO P A+WD L+S Q IxQE Q÷S 5 R X÷SF OxD S Y÷W 3G Z+R T V+HH C÷O 11 U P-ZI G-U V C-LJ BxE 20 W X÷BK D+I X U+RL N-H Y T-EM K÷O Z A-L

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 5. SAN, 6. ARENA, 7. IPREM, 8. RAS, 9. VĠILI, 12. AMMEN, 15. SFIQA, 18. ALLAT, 20. TAP, 21. FIEQET, 22. PRECA, 23. ITI.Weqfin: 1. ATENI, 2. QSARI, 3. ĊNISA, 4. BOROM, 10. ĠUF, 11. LUQ, 13. MIEL, 14. EVA, 16. ISQOF, 17. ATTIV, 18. APPIK, 19. LVENT

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Aktar ma jixxotta, aktar jixxarrab!

Tweġiba: xugaman

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Rebbieħ: T. Sinagra, Birkirkara

Rebbieħ tax-xahar l-ieħor: J Bartolo, Naxxar

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

L-GĦ u l-IE jieħdu kaxxa waħda.

A B C D E F G H I J K L M4 7 15 2 19 14 26 12 8 23 20 17 1N O P Q R S T U V W X Y Z

11 3 6 22 9 16 25 5 13 18 21 10 24

28 | Flimkien

Page 29: Flimkien Settembru 2015

Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia

Reġa’ tani l-ħajja

Ħafna snin ilu f’Iżrael kien hemm re kattiv ħafna. Kien jismu Aħab. Il-profeta Elija wissieh kemm-il darba

li l-imġiba tiegħu kienet se ġġib problemi kbar fuq il-poplu tiegħu. Fil-fatt għal ħafna żmien ma kenitx se tagħmel xita, is-siġar u l-għelieqi nixfu, u la kien hemm ikel għan-nies u wisq anqas għall-annimali.

Qabel ma l-profeta Elija wasal għand ommi, kien għadda madwar sena jgħix waħdu f’wied li minnu kien jixrob u fejn iċ-ċawl kienu jġibulu x’jiekol. Kien kuntent ħafna, minkejja li kien waħdu, għax kien jaf li Alla kien qed iħarsu. Meta l-ilma tal-wied nixef għalkollox, peress li ma kenitx qed tagħmel xita, Alla ordnalu jmur f’post fejn kellu jiltaqa’ ma’ armla li kienet se titimgħu. Dik l-armla kienet ommi u, kif ħabbarlu Alla, tatu jixrob l-ilma u jiekol ftira żgħira. Ommi ma kellhiex aktar ikel ħlief ftira oħra żgħira li qasmitha miegħi, imma ġietha ħniena minn Elija u qasmet dak kollu li kellha miegħu. Wara dan konna se mmutu bil-ġuħ. Imma kif ħabbrilha Elija, meta ra kemm kienet ġeneruża, il-ġarra tad-dqiq ma tbattlet qatt u l-kus biż-żejt ma spiċċa qatt.

Elija baqa’ jgħix magħna. Xi jiem wara, jiena mradt serjament u wara ftit mitt. Ommi tgħidx kemm bkietni u ħasbet li jien kont mitt

għax kienet dinbet. Elija tella’ l-ġisem bla ħajja tiegħi fl-għorfa li fiha kien joqgħod u meddni fuq is-saqqu tiegħu. Wara li mtedd fuqi tliet darbiet, talab bil-ħrara kollha lil Alla biex nerġa’ nieħu l-ħajja. Alla sema’ l-kliem ta’ Elija, ruħi reġgħet ġewwa fija u jiena ħadt ħajti mill-ġdid.

Kemm ferħet u għannqitni magħha ommi xħin ratni qawwi u sħiħ nieżel mill-għorfa id f’id ma’ Elija. Ommi ma waqfet qatt tirringrazzja lil Elija u tfaħħar lil Alla ta’ dak kollu li għamlu magħha.

KOMPETIZZJONIX’kien jisimha l-belt fejn Elija ltaqa’ mal-armla? Fittex fil-Ġenesi (Testment il-Qadim), kapitlu 21, vers 3. Ibgħatha hekk:Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar (7979 0411).

Tweġiba għal ta’ Awwissu: omm Iżakk kien jisimha SARA. Rebbieħ: M. Caruana, Birkirkara

Mulej, Alla tiegħi, ħalli ruħ it-tifel terġa’

lura fih!

Settembru 2015 | 29Settembru 2015 | 29

Page 30: Flimkien Settembru 2015

L-Aħħar Paġna

Don’t do our work for us

We cannot merely pray to you, O God, to end WAR;for we know that you have made the world in a waythat man must find his own path to peace ...

within himself and with his neighbour.

We cannot merely pray to you, O God, to end STARVATION;for you have already given us the resourceswith which to feed the entire world ...if we would only use them wisely.

We cannot merely pray to you, O God, to root out PREJUDICE,for you have already given us eyeswith which to see the good in all men ...if we would only use them rightly.

We cannot merely pray to you, O God, to end DESPAIR,for you have already given us the powerto clear away slums and to give hope ...if we would only use our power justly.

We cannot merely pray to you, O God, to end DISEASE,for you have already given us great minds with which to search out cures and healing ...if we would only use them constructively.

Therefore we pray to you instead, O God,for strength, determination and willpower,to do ... instead of just pray,to become ... instead of merely to wish.

Jack Riemer

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Settembru 2015
Page 32: Flimkien Settembru 2015