69
ĠESỪ: ID-DAWL TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan Sena A www.ofm.org.mt

ĠESỪ: ID-DAWL TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan Sena A

  • Upload
    kuper

  • View
    93

  • Download
    10

Embed Size (px)

DESCRIPTION

www.ofm.org.mt. ĠESỪ: ID-DAWL TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan Sena A. L- EWWEL QARI Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel 1Sam 16, 1b, 6-7, 10-13. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

ĠESỪ: ID-DAWL

TA’ ĦAJJITNA

4 Ħadd Randan Sena A

ww

w.o

fm.o

rg.m

t

Page 2: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

L-EWWEL QARI

Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel

1Sam 16, 1b, 6-7, 10-13

Page 3: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

F’dak iż-żmien: il-Mulej qal lil Samwel: “Imla l-qarn biż-żejt

u itlaq. Jien se nibgħatek għand Ġesse ta’ Betlehem, għax minn fost uliedu jien

għażilt għalija sultan.”

Page 4: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Ġara li, malli waslu wlied

Ġesse, Samwel ra lil Eljab u qal:

“Tgħid hawn quddiemi l-midluk tal-

Mulej?” U l-Mulej qal lil Samwel:

Page 5: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

“Tħarisx lejn is-sura tiegħu jew it-tul ta’ persuntu, għax jiena ġa warrabtu. Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher fil-għajn, imma l-qalb.”

Page 6: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Ġesse ressaq quddiem

Samwel sebgħa minn uliedu;

imma Samwel qallu: “Il-Mulej

ma ħatar ’il ħadd minn

dawn.’

Page 7: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

U Samwel issokta jgħid lil Ġesse: “Dawn

huma t-tfal kollha?” “Għad fadal iż-żgħir,” wieġbu Ġesse; “ara, qiegħed

jirgħa n-ngħaġ.”

Page 8: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

U Samwel qal lil Ġesse:

“Ibgħat għalih u ġibu, għax

ma noqogħdux fuq il-mejda qabel ma jiġi

hawn.”

Page 9: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

U bagħat għalih u ġiebu: kien żagħżugħ

ħamrani, għajnejh ħelwin, u sabiħ fis-

sura tiegħu.U l-Mulej qal lil

Samwel: “Qum u idilku, għax dan

hu.”

Page 10: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Samwel ħa f’idejh il-qarn biż-żejt u dilku quddiem ħutu. Minn dak in-

nhar ’il quddiem niżel

fuq David l-Ispirtu tal-

Mulej.

Page 11: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu ħajr lil Alla

Page 12: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Mulej hu

r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni.

SALM RESPONSORJALI

Salm 22

Page 13: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni,

f’mergħat kollhom ħdura jqegħedni,

ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni;

hu jrejjaqni.

Page 14: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Mulej hu r-ragħaj

tiegħi, xejn ma

jonqosni.

R/.

Page 15: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba f’ismu.Imqar jekk nimxi f’wied

mudlam,ma nibżax mill-ħsara,

għax inti miegħi.Il-ħatar tiegħek u l-

għasluġ tiegħek huma jwennsuni.

Page 16: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Mulej hu r-ragħaj

tiegħi, xejn ma

jonqosni.

R/.

Page 17: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Int thejji mejda għalija quddiem l-egħdewwa

tiegħi;biż-żejt tidlikli rasi,

u l-kalċi tiegħi tfawwarli.

Page 18: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Mulej hu r-ragħaj

tiegħi, xejn ma

jonqosni.

R/.

Page 19: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Iva, it-tjieba u l-ħniena jimxu miegħi

il-jiem kollha ta’ ħajti;u ngħammar f’dar il-Mulej

matul iż-żminijiet.

Page 20: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Mulej hu r-ragħaj

tiegħi, xejn ma

jonqosni.

R/.

Page 21: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San

Pawl Appostlu lill-

Efesin

Ef. 5, 8-14

Page 22: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Ħuti: Intom kontu darba dlam, imma issa intom

dawl fil-Mulej; imxu ta’ wlied

id-dawl li intom.

Page 23: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Frott id-dawl jinsab f’kull

ma hu tjieba, f’kull ma hu ġustizzja,

f’kull ma hu sewwa.

Page 24: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Fittxu li tagħmlu dak li jogħġob lill-

Mulej, u tisseħbux fl-

egħmejjel tad-dlam bla frott,

imma anzi xandruhom fil-

beraħ.

Page 25: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Għax dak li qegħdin jagħmlu huma fil-

moħbi, tistħi mqar jekk issemmih;

Page 26: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

imma jekk wieħed

ixandru fil-beraħ, id-dawl jikxef kollox; għax kull ma

jidher hu dawl.

Page 27: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Għalhekk tgħid l-Iskrittura, ‘Stenbaħ int, li

rieqed, u qum mill-imwiet, ħa jiddi fuqek Kristu.’

Page 28: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu ħajr lil Alla

Page 29: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Glorja u tifħir lilek, Kristu!

Jiena d-dawl tad-dinja, igħid il-Mulej;

min jimxi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.

Glorja u tifħir lilek, Kristu!

Page 30: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju ta’ San Ġwann

Ġw 9, 1-41

Page 31: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

F’dak iż-żmien: Ġesù,

kif kien għaddej

lemaħ raġel agħma minn twelidu, u d-

dixxipli tiegħu staqsewh,

Page 32: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

“Rabbi, dan twieled

agħma għax dineb hu stess, jew

għax dinbu l-ġenituri

tiegħu?”

Page 33: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Ġesù wieġeb: “La hu ma

dineb u anqas il-ġenituri

tiegħu, imma ġralu hekk biex l-id ta’ Alla tidher

fih.

Page 34: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Sakemm għadna bin-

nhar, jeħtieġli nagħmel ix-

xogħol ta’ dak li bagħatni; għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista’ jaħdem.

Page 35: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Sakemm indum fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.”

Kif qal dan,beżaq fl-art,

għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma.

Page 36: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

U qallu: “Mur inħasel fl-għadira ta’

Siloam.” (Din tfisser “il-mibgħut”.)

Mela dak mar, inħasel, u ġie

jara.

Page 37: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-qraba u dawk li fl-imgħoddi kienu mdorrija jarawh,

għax hu kien tallab, qalu: “Dan mhuwiex dak li kien joqgħod

bilqiegħda jitlob il-karità?”

Page 38: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Xi wħud qalu: “Iva, hu.”

Oħrajn qalu: “Le, imma

jixbħu.” Iżda hu qalilhom: “Jiena hu.”

Page 39: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Qalulu: “Mela kif infetħulek għajnejk?” Weġibhom: “Wieħed raġel, igħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli,

Page 40: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

‘Mur fil-Siloam u nħasel hemm.’ Mort, inħsilt, u ġejt nara.” Qalulu: “Fejn hu dak

ir-raġel?” Qalilhom: “Ma nafx.”

Page 41: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Lil dak li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand il-

Fariżej. Issa dak in-nhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn l-agħma inzerta

kien is-Sibt.

Page 42: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid lill-agħma kif sar

jara. U hu qalilhom:

“Qegħedli ftit tajn fuq

għajnejja, mort ninħasel, u issa qiegħed nara.”

Page 43: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Xi wħud mill-Fariżej qalulu:

“Dan il-bniedem mhux ġej

minn għand Alla, għax ma

jħarisx is-Sibt.”

Page 44: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Iżda oħrajn qalu “Kif jista’

wieħed midneb

jagħmel sinjali bħal dawn?” U

ma qablux bejniethom.

Page 45: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

U reġgħu qalu lill-agħma: “Int

x’jidhirlek minnu, billi

fetaħlek għajnejk?”

Qalilhom: “Dak profeta.”

Page 46: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Lhud ma ridux jemmnuh li hu kien agħma u ħa d-dawl qabel ma bagħtu

għall-ġenituri tiegħu, ta’ dak li sar jara, u staqsewhom:

Page 47: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

“Dan, li intom tgħidu li twieled

agħma, dan binkom? Mela

issa kif ġie jara?” Il-

ġenituri tiegħu wieġbu u

qalulhom:

Page 48: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

“Nafu li dan hu t-tifel tagħna u li twieled

agħma; imma kif issa ġie jara, dan ma nafuhx, u

anqas ma nafu min fetaħlu għajnejh.

Page 49: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Staqsu lilu: żmien għandu: jitkellem hu għalih innifsu.”

Il-ġenituri tiegħu wieġbu hekk għaliex beżgħu mil-

Lhud,

Page 50: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

għax il-Lhud kienu ġa ftiehmu bejniethom li, jekk xi ħadd ikun stqarr li Ġesù

hu l-Messija, jitkeċċa ’l barra mis-sinagoga.

Page 51: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Kien għalhekk li l-ġenituri tiegħu wieġbu, ‘Żmien għandu, staqsu lilu.’

Page 52: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Għal darb’oħra

reġgħu bagħtu għal dak li kien agħma u qalulu:

“Sebbaħ ’l Alla! Aħna nafu li dal-

bniedem hu midneb.”

Page 53: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Dak weġibhom: “Jekk hux midneb ma nafx; ħaġa waħda naf: li jien kont agħma u issa qiegħed

nara.”

Page 54: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Qalulu: “Imma hu x’għamillek? Kif fetaħhomlok għajnejk?” U hu weġibhom: “Ġa għedtilkom u

ma smajtux! Xi tridu tisimgħu

iżjed?

Page 55: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Jaqaw tridu intom ukoll

issiru dixxipli tiegħu?” U

qabdu jgħajtu miegħu u

qalulu: “Dak int dixxiplu tiegħu! Aħna ta’ Mosè

dixxipli!

Page 56: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Aħna nafu li lil Mosè kellmu Alla, imma dan ma nafux

minn fejn inqala’.”

Page 57: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Weġibhom ir-raġel u

qalilhom: “Sewwa! Hawn

qiegħed il-għaġeb: li

intom ma tafux dan minn fejn

inqala’ u b’danakollu lili

fetaħli għajnejja!

Page 58: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Aħna nafu li Alla mhux se jisma’

lill-midinbin; iżda mbagħad jekk wieħed ikun

jibża’ minn Alla u jagħmel ir-rieda tiegħu, lil dan

jisimgħu.

Page 59: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Qatt fid-dinja ma nstema’ li xi ħadd fetaħ

għajnejn wieħed

agħma mit-twelid.

Page 60: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Li kieku dan ma kienx ġej minn għand Alla, xejn ma kien ikollu ħila jagħmel.”

Page 61: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Imbagħad qabżu u

qalulu: “Int se tgħallem lilna,

li twelidt dnubiet

waħdek?” U qaċċtuh ’il

barra.

Page 62: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Ġesù sema’ li qaċċtuh ’il barra;

sabu u qallu: “Temmen int

f’Bin il-bniedem?” Dak wieġbu u qallu: “Min hu, Mulej, biex nemmen

fih?”

Page 63: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Qallu Ġesù: “Mhux biss rajtu, imma

huwa dak stess li qiegħed ikellmek.”

Qallu: “Nemmen,

Mulej.”

Page 64: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

U nxteħet jagħtih qima.

Imbagħad Ġesù qal: “Jien għall-

ħaqq ġejt f’din id-dinja, biex min

ma jarax isir jara, u min jara jagħma.”

Page 65: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Xi wħud mill-Fariżej li kienu

hemm madwaru

semgħuh igħid dan u

staqsewh: “Aħna wkoll għomja?”

Page 66: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Weġibhom Ġesù: “Li kieku kontu għomja,

ma kontux tkunu ħatja ta’

dnub.

Page 67: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Imma issa qegħdin

tgħidu, “Aħna naraw.” Mela

d-dnub tagħkom għadu

fuqkom.”

Page 68: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

Il-Kelma tal-Mulej

It-tifħir lilek Kristu

Page 69: ĠESỪ:  ID-DAWL  TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan  Sena A

ĠESỪ: ID-DAWL

TA’ ĦAJJITNA

4 Ħadd Randan Sena A

ww

w.o

fm.o

rg.m

t