2
Karti Jitkellmu Meta ftit ilu kien qed isir ta' restawr fis-sagristija tal- knisja parrokkjali kaxxa mimlija karti u marbuta mal-fratellanza tas-Santissimu Sagrament imwaqqfa fl- 1919. Mal-ewwel daqqa indunajt mill-karti qodma jikkonsistu f'korrispondenza, u dokumenti marbuta ma' din il -fratellanza. Xi minnhom kienu marbuta f'file u bla ebda Illum nista' wara xahrejn, li kull karta hemm storja warajha u hu li issa kollox b'ordni u kollox fl-arkivju ta u parrokkjali parti mill-istorja din is-sena llsibt li nislet xi minn dawn il-karti u nitkellem dwarhom. Osservajt l-ewwel nett kemm kien hemm kuntatt bejn il-fratellanza u dik ta' Stella Maris billi sibt diversi stediniet biex il-fratelli sehem li jsir f'dik u kif ukoll fil- ta' Stella Maris. Tant kienet qawwija din ir-rabta, li wara li fil-gwerra ntilef il-baldakkin tal-knisja kienu jissellfu dak ta' Stella Maris. Rabta qawwija bejn dawn fratellanzi, hija l-istedina ta' Corpus li saret f'dik il- fis-27 ta' Mejju 1948 meta l-partijiet tal- immexxija Parti Azzopardi OFM mexxew il-funzjonijiet kollha li kienet ix-xatt. Madonna Tas-Sacro Cuor Tas-Sliema Tony Terribile F'Jannar 1945 ta' Stella Maris il-Missjoni l-Kbira. Hawn ukoll il-fratelli sehem L-istess li meta fl-1949 ta' San Girgor Kungress Ewkaristiku Parrokkjali. Sibt ukoll stedina il- Kappillan Dun Pawl Galea biex il-fratellanza sehem ta' Corpus li saret tal- fl-1948. Semmejt l-baldakkin. Jidher li wara l-gwerra l-fratelli bdew biex u sibt talba tal-lottu Pubbliku fil-bidu tas-sena 1945 biex lotterija ta' liri. Din saret wara li l-permess u s-Sinjura Vella li kienet fid-dar imsemmija Emily, Triq lsouard. Fl-1946 il-Fratellanza bdiet korrispondenza mad- ditta Tanfani u Bertarelli ta' Milan tal- baldakkin li llum. Sibt ukoll il-lista tal-fratelli li kienu inkarigati mill- tal-biljetti tal-lotterija li saret. Aktar tard saru wkoll il-bankuni. Sibt id-disinn flimkien mal- meta dawn saru fl-ewwel snin tas-snin tas-seklu Laqtuni wkoll numru ta' mil- landiera Bezzina u Xuereb ta' Triq San Duminku l-Belt, li dawn diversi drabi l-fanali tal- vjatku bil-prezz ta' disa' xelini-1 Hekk turi tat-8 ta' Jannar 1944. tal-Addolorata, il-fratellanza l-oqbra Mid-dehra dawn inxtraw qabel il-gwerra fid-19 ta' Frar 1939 sar ftehim bejn il-Kappillan Patri Montebello OFM li kien id-direttur spiritwali tal-fratellanza u l-artist Manwel Borg Gauci, biex dan l-istatwa ta' San Baskal fuq dawn l-oqbra bi prezz ta' lira, u dakinhar li sar il-kuntratt tawh is- somma ta' liri. Meta fil-gwerra nqerdet is-sagristija l-fratelli tilfu 43 -

Karti jitkellmu - um.edu.mt

  • Upload
    others

  • View
    16

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Karti jitkellmu - um.edu.mt

Karti Jitkellmu

Meta ftit taż-żmien ilu kien qed isir xogħol ta' restawr fis-sagristija tal­knisja parrokkjali tagħna għaddewli kaxxa mimlija karti u reġistri marbuta mal-fratellanza tas-Santissimu Sagrament imwaqqfa fil-Parroċċa fl-1919.

Mal-ewwel daqqa t'għajn indunajt mill-karti qodma jikkonsistu f'korrispondenza, irċevuti u dokumenti oħra marbuta ma' din il-fratellanza.

Xi wħud minnhom kienu marbuta f'file u merfugħa bla ebda kronoloġija.

Illum nista' ngħid, wara kważi xahrejn, li kull karta hemm storja warajha u għalhekk hu l-ħsieb tiegħi li issa niġbor kollox b'ordni kronoloġiku u nqiegħed kollox fl-arkivju ta l-Parroċċa u merfugħa fl-uffiċċju parrokkjali bħala parti mill-istorja tal-Parroċċa.

Iżda għal din is-sena llsibt li nislet xi wħud minn dawn il-karti storiċi u nitkellem dwarhom.

Osservajt l-ewwel nett kemm fl-imgħoddi kien hemm kuntatt reċiproku bejn il-fratel lanza tagħna u dik ta' Stella Maris billi sibt diversi stediniet biex il-fratelli tagħna jieħdu sehem fil-purċissjonijiet

ewkaristiċi li jsir f'dik il-parroċċa u kif ukoll fil­purċissjoni ta' Stella Maris. Tant kienet qawwija din ir-rabta, li wara li fil-gwerra ntilef il-baldakkin tal-knisja tagħna, kienu jissellfu dak ta' Stella Maris.

Rabta oħra qawwija bejn dawn iż-żewġ fratellanzi, hija l-istedina għall-festa ta' Corpus li saret f'dik il­Parroċċa fis-27 ta' Mejju 1948 meta l-partijiet tal­Parroċċa tagħna, immexxija mill-provinċja!, Parti Anġeliku Azzopardi OFM mexxew il-funzjonijiet kollha inkluża l-purċissjoni li kienet tinżel ix-xatt.

Madonna Tas-Sacro Cuor Tas-Sliema

Tony Terribile

F'Jannar 1945 il-Parroċċa ta' Stella Maris iċċelebrat il-Missjoni l-Kbira. Hawn ukoll il-fratelli tagħna ħadu

sehem bis-sħiħ.

L-istess nistgħu ngħidu li għamlu

meta fl-1949 il-Parroċċa ta' San Girgor iċċelebrat Kungress Ewkaristiku Parrokkjali.

Sibt ukoll stedina mingħand il­Kappillan tal-Gżira Dun Pawl Galea biex il-fratellanza tagħna tieħu sehem

fil-purċissjoni ta' Corpus li saret fil-Parroċċa tal­Gżira fl-1948.

Semmejt diġà l-baldakkin. Jidher li wara l-gwerra l-fratelli bdew jaħsbu biex jagħmlu wieħed ġdid u għalhekk sibt talba lill-uffiċċju tal-lottu Pubbliku magħmula fil-bidu tas-sena 1945 biex jagħmlu lotterija ta' għaxar liri.

Din saret wara li qalgħu l-permess u rebħitha s-Sinjura Vella li kienet toqgħod fid-dar imsemmija Emily, Triq lsouard.

Fl-1946 il-Fratellanza bdiet korrispondenza mad­ditta Tanfani u Bertarelli ta' Milan għax-xiri tal­baldakkin li għandna llum.

Sibt ukoll il-lista tal-fratelli li kienu inkarigati mill­bejgħ tal-biljetti tal-lotterija li saret. Aktar tard saru wkoll il-bankuni. Sibt id-disinn flimkien mal­irċevuta meta dawn saru fl-ewwel snin tas-snin ħamsin tas-seklu l-ieħor.

Laqtuni wkoll numru ta' rċevuti maħruġa mil­landiera Bezzina u Xuereb ta' Triq San Duminku l-Belt, li dawn għal diversi drabi ħadmu l-fanali tal­vjatku bil-prezz ta' disa' xelini-1 wieħed. Hekk turi l-irċevuta tat-8 ta' Jannar 1944.

Fiċ-ċimiterju tal-Addolorata, il-fratellanza għandha l-oqbra tagħha. Mid-dehra dawn inxtraw qabel il-gwerra għaliex fid-19 ta' Frar 1939 sar ftehim bejn il-Kappillan Patri Franġisk Montebello OFM li kien id-direttur spiritwali tal-fratellanza u l-artist Manwel Borg Gauci, biex dan jaħdem l-istatwa ta' San Baskal għal fuq dawn l-oqbra bi prezz ta' għoxrin lira, u dakinhar li sar il-kuntratt tawh is­somma ta' ħames liri.

Meta fil-gwerra nqerdet is-sagristija l-fratelli tilfu 43 -

Page 2: Karti jitkellmu - um.edu.mt

wkoll l-istatwa ta' San Baskal. Il-fratelli bdew jirsistu biex il-patrijiet jagħtuhom l-istatwa ta' dan l-istess qaddis li kellhom fil-kunvent tar-Rabat.

Din kienet saret minn Ġużeppi Mallia li kienu jgħidulu l-Lhudi. Kien artist tajjeb tal-kartapesta u din l-istatwa nħadmet fl-1913 għall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar Malta f'dik is-sena u kienet għall-knisja tal-Belt fejn kienu jiltaqgħu l-kongressisti Spanjoli. Sibt ittra miktuba fit-18 ta' Settembru 1947 lill­Gwardjan tal-kunvent tar-Rabat biex dan iċedi din l-istatwa lill-fratellanza.

Il-Gwardjan Patri Mikiel Catania OFM wieġeb din l-ittra fis-26 ta' Novembru 1947, fejn f'isem il­komunità ta l-approvazzjoni biex isir l-għoti ta' din

"1~

l-istatwa taħt ċerti kundizzjonijiet iżda mid-dehra din l-għotja ma saritx mill-ewwel għaliex din l-għotja saret fl-1959 fi żmien il-Gwardjan tar-Rabat Patri Franġisk Dingli OFM. Hekk tikkonferma ittra li sibt qalb dawn il-karti.

Għad baqali nifli u nara aktar karti u persważ li toħroġ aktar bid-deher . l-istorja ta' din il­fratellanza. L-istess nista' ngħid għall-kotba tal­minuti li sibt f'din l-istess kaxppxa li jmorru lura fis-snin bil-waqfa fis-snin tal-gwerra. Hawnhekk inħoss li għandi nagħti kliem ta' foħrija lill-membri u uffiċjali li mexxew lil din il-fratellanza matul il­mixja tas-snin, għaliex minn dak li rajt f'dawn il­karti, u minn dawk li baqagħli nara, it-tmexxija kienet tajba u organizzata għall-akbar glorja ta ' Ġesu Ewkaristija.

Cafe & Wine Bar SA Mesquita Sqr. Mdina.

For bookings call : Mob: 79897789 • Tel: 27026640

V/ & tak& Ylngs for pmt.d'e f unċt1ons.

Laundrl.l & Drl.lcleaning

- 44

. .

21444444 www.portughes.com • [email protected] Mriehel lndustrial Estate, Mriehel BKR 3000

fax: 21 490 000 • mob: 99 456 640

Madonna Tas-Sacro Cuor Tas-Sliema