12
Kunsill Lokali Ħal Kirkop 31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099 e-mail: [email protected] Minuti tat-22 Laqgħa tas-seba’ leġislatura tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li saret nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju 2013 fl-4:30 ta’ wara nofsinhar fl-Uffiċċju tal-Kunsill, 31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop u spiċċat għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija. Preżenti: Sindku Carmel Calleja Viċi-Sindku Antoinette Cefai Kunsillier Stephen Mizzi Kunsillier Joseph Schembri Skużat: Kunsillier Joseph Carbone – bagħat ir-raġuni permezz ta’ e-mail Uffiċjal: Aġent Segretarju Eżekuttiv Chris Falzon Is-Sindku Carmel Calleja ippreseda.

Kunsill Lokali Ħal Kirkop Tel: 21680099 - Local Government22_0… · Kunsill Lokali Ħal Kirkop 31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099 e-mail: [email protected] Minuti

  • Upload
    others

  • View
    20

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    Minuti tat-22 Laqgħa tas-seba’ leġislatura tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li saret nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju 2013 fl-4:30 ta’ wara nofsinhar fl-Uffiċċju tal-Kunsill, 31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop u spiċċat għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija.

    Preżenti:

    Sindku Carmel Calleja Viċi-Sindku Antoinette Cefai Kunsillier Stephen Mizzi Kunsillier Joseph Schembri Skużat:

    Kunsillier Joseph Carbone – bagħat ir-raġuni permezz ta’ e-mail Uffiċjal:

    Aġent Segretarju Eżekuttiv Chris Falzon

    Is-Sindku Carmel Calleja ippreseda.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    2

    1. QARI TAL-MINUTI

    1.1 Il-Minuti tal-21 Laqgħa ġew moqrija u approvati.

    2. KORRISPONDENZA

    2.1 2.2 2.2.1 2.3 2.4 2.4.1 2.4.2 2.5

    Inqrat Memo 14/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 14/2013 – Permessi tal-krejnijiet online. Inqrat Memo 15/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 15/2013 – L-użu tal-Internet Banking. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. dwar din il-korrispondenza. Inqrat Memo 16/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 16/2013 – Kontribut finanzjarju ta’ Kunsill Lokali għal xiri ta’ materjal edukattiv għall-Iskejjel. Inqrat Memo 17/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 17/2013 – Skema ta’ Għajnuna Finanzjarja għal Streaming tal-Laqgħat on line. Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li jekk kemm-il dartba l-ispiża ta’ din is-sistema se tiġi ħafn’aktar mill-għajnuna li l-Kunsill se jingħata mid-Dipartiment, ikun aħjar jekk il-Kunsill Lokali ma jidħolx f’din l-iskema. Is-Sindku Carmel Calleja qal li għandna niċċekkjaw bejn wieħed u ieħor kemm tiġi u nimxu minn hemm. Inqrat Memo 18/2013 mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Memo 18/2013 – European Mobility Week – Car Free Day 2013 – Kompetizzjoni għall-Kunsilli Lokali: Clean Air – It’s Your

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    3

    2.6 2.7 2.8 2.9 2.9.1 2.10 2.11 2.11.1 2.11.2 2.11.3

    Move! Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu URĠENTI: Invit għas-Seminar Discovering Malta and Gozo Through its People and Culture. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Avviż għall-Istampa mill-Uffiċċju Elettorali – Is-sistema tat-telefonija fl-Evans Building ħa tkun interrotta s-Sibt 13 ta’ Lulju 2013. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Jeanne Marie Borg, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Avviż għall-Istampa mill-Uffiċċju Elettorali. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Joseph Abela, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Case 263/13 – Compensation to Giuseppa Mizzi – Ħal Kirkop. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li s-Sna. Giuseppa Mizzi m’għandha l-ebda dritt titlob għal refużjoni jew kumpens ta’ flus. Barra minn hekk il-Kunsill Lokali minn jeddu tella’ l-ħajt li kien twaqqa’ permezz tal-inġenji li għaddew minn dan l-isqaq. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Maria Zammit, għad-Direttur tal-Gvern Lokali, bit-titlu Updating of Data held by DLG. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Paul Muscat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bit-titlu Street Furniture at Misraħ San Anard. Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li jidher li hemm rabja mir-residenti ta’ Ħal Kirkop minħabba li dawn il-bankijiet ser jintneħħew. Staqsa għaliex għandhom jinqalgħu kollha u ma jinqalgħux dawk biss li qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent. Is-Sindku Carmel Calleja qal li minn dak li qegħdin jgħidu r-residenti ta’ Misraħ San Anard, jidher li dawn iridu li jitneħħew erbgħa mill-ħames bankijiet li hemm fil-Misraħ.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    4

    2.11.4 2.11.5 2.11.6 2.12 2.13 2.14 2.15 2.16 2.17 2.18 2.19

    Il-Kunsillier Joseph Schembri qal anke l-bank li jinsab quddiem ir-residenza tal-Kappillan, probabbli jista’ ma jinqalax u għaldaqstant jinqalgħu tlieta minn ħamsa. Is-Sindku ppropona li jinqalgħu tlett bankijiet u niċċekkjaw jekk nistgħux nirriallokaw wieħed minnhom. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li se nmexxu fuq din il-proposta u li dawn jitneħħew meta kważi jkun wasal fi tmiemu l-proġett ta’ Misraħ iż-Żernieq. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Elizabeth Vassallo mir-Reġjun tan-Nofsinhar, bit-titlu Regional Sports Festival. Inqrat e-mail mibgħuta mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, bit-titlu Laqgħat ta’ Konsultazzjoni. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Janice Falzon, Assistenta Personali tas-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera, bit-titlu Talba għal Laqgħa mas-Segretarju Parlamentari. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Louis Deguara mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 39/2013 – Tħawwil ta’ Siġar. Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 41/2013 – Konsultazzjonijiet Pubbliċi Ningħaqdu Kontra l-Faqar. Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 43/2013 – RadioActive Europe. Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 44/2013 – Sejħa għall-Interess mill-Assoċjazzjoni ta’ Muniċipalitajiet Taljani mir-Reġjun ta’ Campania. Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 48/2013 – Higher Diploma in Political Studies, University of Malta.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    5

    2.20 2.21 2.22 2.23 2.24 2.25 2.26 2.26.1 2.26.2 2.27 2.27.1

    Inqrat e-mail mibgħuta minn Dr Marc Sant, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, bit-titlu Ċirkulari AKL Ċirk 49/2013 – MIM Introductory VAT Certificate u VAT Compliance. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Xenia Loizidou, bit-titlu LitusGo Final Installment. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Xenia Loizidou, bit-titlu ISO Tech Limited LitusGo>Kirkop Local Council>4633.55EEUR. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Ruth Vella, EU Fund Officer fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bit-titlu OTS Report_no. 7. Inqrat ittra mibgħuta mill-Perit Anthony Bezzina dwar il-proġett ta’ Misraħ iż-Żernieq li jaqa’ taħt Miżura 313. Inqrat e-mail mibgħuta mill-Perit Audrey Testaferrata Denoto, Head Traffic Management Unit fi Transport Malta, bit-titlu Bankijiet f’Misraħ San Leonardu – Ħal Kirkop. Inqrat ittra mibgħuta mis-Sna. Rosianne Cutajar, Sindku ta’ Ħal Qormi, bit-titlu ESF2.138 – Empowering Pyrotechnicians for longevity and a safer quality of workplace. Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li għalissa għandna nagħtu ftit aktar ċans sabiex naraw jekk ikunx hemm aktar kunsilli lokali li jitolbu laqgħa magħna, li ssir aktar tard fiż-żmien opportun. Qalet li xorta waħda hija diffiċli biex il-Kunsilli Lokali jieħdu l-flus kollha lura minħabba l-problemi finanzjarji u għaldaqstant proponiet li nistennew ftit ieħor qabel isiru xi laqgħat f’dan ir-rigward. Inqrat ittra mibgħuta mis-Sur Nicholas Briffa, Sindku tal-Imqabba, bit-titlu Proposta għall-Immaniġġjar aħjar ta’ traffiku bejn l-irħula. Il-Kunsillieri Joseph Schembri u Stephen Mizzi qalu li ma jaqblux mal-proposti mniżżla f’din l-ittra.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    6

    2.27.2 2.28 2.29 2.29.1 2.29.2 2.30 2.31 2.32 2.33 2.34 2.34.1 2.35 2.36

    Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li għandhom isiru sinjali li ma jistgħux jgħaddu trakkijiet kbar imma mhux li ssir one way. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Christian Salerno, Segretarju tal-GAL Xlokk, bit-titlu M125 – Site Plan Reference. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Christian Salerno, Segretarju tal-GAL Xlokk, bit-titlu Organisation of Cultural and Educational Activities. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li se napplikaw għall-IrkottaFest 2014 u li din issir nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014. Il-Kunsill Lokali qal li l-baġit għal din l-attivita’ mistenni jilħaq l-€10,000. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Christian Salerno, Segretarju tal-GAL Xlokk, bit-titlu Xlokk Branding Billborads – Request for submissions by GALs Local Council Members. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Guido Zammit, Executive – Employment Advisor fl-ETC, bit-titlu Skema Xogħol fil-Komunita’. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Pierre Cuschieri, bit-titlu Quotation. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Vincent Cassar mill-MCCAA, bit-titlu Kirkop Playground Report. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Marthese Baldacchino mill-MKEPA, bit-titlu UIF Statement of Funds. Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li dawn il-flus jistgħu jintużaw sabiex isir il-bini tal-latrina pubblika ġdida. Inqrat ittra mibgħuta mill-Perit Vincent Cassar, Ċermen tal-MEPA, bi stedina għal laqgħa pubblika. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Julian Zarb, bit-titlu First meeting for local councils who initiated the itineraries between November 2012 and July

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    7

    2.37 2.38 2.39 2.40 2.41 2.42 2.42.1 2.43 2.44 2.45 2.46 2.47

    2013. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Stefan Mallia, Manager E-Commerce Merchant Relationships, bit-titlu Ecommerce Facilities – Eforms. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Kurt Bonnici mill-MITA, bit-titlu Eforms – Ecommerce Facilities PCI Questioner. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Suzanne mill-ECO Group Ltd., bit-titlu REMINDER: Invoice. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Clayton J. Zammit, bit-titlu Website – Proposed Landing Page Design. Inqrat Ittra mibgħuta mis-Sur Johann Buttigieg, CEO tal-MEPA dwar l-ewwel fażi tal-konsultazzjoni pubblika. Inqrat e-mail mibgħuta mill-Perit Anthony Bezzina, Membru Parlamentari, bit-titlu Laqgħa ta’ Konsultazzjoni. Il-Kunsill Lokali qabel li għandna nippruvaw niltaqgħu mal-Onor. Bezzina nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju 2013, fl-10am. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sur Dmitry Pechenkin, bit-titlu Queried invoice and our pending balance to CPI Ltd. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Audrey Harrison, bit-titlu Reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali. Inqrat ittra mibgħuta mis-Sna. Dorianna Ciantar, Segretarja tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, bit-titlu Seduta numru 39. Inqrat e-mail mibgħuta mis-Sna. Jessica Zammit, bit-titlu Kirkop Local Council – One month extension with effect from 17th May 2013. Inqrat ittra mibgħuta mis-Sur Mario Cassar, Segretarju tal-Għaqda Mużikali San Leonardu dwar għeluq ta’ Misraħ Kirkop nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju 2013.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    8

    2.47.1

    Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li għandha tingħalaq din it-triq b’ċertu kundizzjonijiet.

    3. AĠĠORNAMENT DWAR MIŻURA 313 U 323

    3.1 Is-Sindku Carmel Calleja qal li fl-aħħar laqgħa li saret mas-Sur Robert Naudi min-naħa tal-Paying Agency jidher li x-xog]ol fuq Miżura 313 u 323 miexi kif proġettat.

    4. AĠĠUDIKAZZJONI FINALI TAT-TENDER KLK 02/13

    4.1 4.2 4.3 4.4 4.5 4.6

    Is-Sindku Carmel Calleja qal li bħala Kunsill Lokali saru laqgħat mal-kumpaniji li kienu ntagħżlu fix-shortlist fil-laqgħa ta’ qabel. Dawn il-kumpaniji kienu: B. Grima & Sons Ltd., Signmark Ltd., u Koperattiva Tabelli u Sinjali. Żied li min-naħa ta’ kull kumpanija ġew ippreżentanti l-ispeċifikazzjonijiet taż-żebgħa li tintuża’ għal dawn is-sinjali. Qal li min-naħa tal-Kunsill Lokali saret ukoll selezzjoni ta’ xogħolijiet li l-aktar ikollu bżonn il-Kunsill minn ġurnata għall-oħra. Mill-BOQs ta’ kull kumpanija l-prezzijiet kienu relattivament l-istess f’diversi partijiet. Is-Sindku ppropna li l-Kunsill Lokali għandu jagħżel lill-Koperattiva Tabelli u Sinjali minħabba li fil-passat il-Kunsill ħadem ma’ din il-Koperattiva u x-xogħol dejjem kien tal-ogħla livell, kif ukoll il-prezzijiet kienu tajbin ukoll.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    9

    4.6.1 4.6.2

    Qal li għalkemm il-kumpaniji l-oħra wkoll huma kompetittivi, għandna nagħżlu lill-Koperattiva Tabelli u Sinjali għaliex nafu kif jaħdmu u qatt ma kien hemm problemi magħhom fil-passat. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. ma’ din il-proposta.

    5. POLZA TAL-ASSIKURAZZJONI

    5.1 5.2

    Dwar il-Polza tal-Assikurazzjoni jidher li l-istima fuq xiex huwa assikurat il-Kunsill hija baxxa ħafna u għaldaqstant din għandha bżonn tiġi riveduta. Fil-preżent il-Kunsill Lokali qiegħed iġedded din il-Polza tal-Assikurazzjoni minn xahar għal xahar sakemm isiru laqgħat sabiex jinġabru tlett kwotazzjonijiet fuq poloz differenti minn kumpaniji tal-assikurazzjoni oħra.

    6. KOMUNIKAZZJONI MIS-SINDKU

    6.1 6.1.1 6.2 6.2.1

    Is-Sindku Carmel Calleja qal li saret laqgħa ma’ rappreżentanti tal-MEPA dwar ir-reviżjoni tal-pjan lokali. Żied li fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali se tkun diskussa din il-materja fid-dettall. Is-Sindku tkellem ukoll dwar ir-responsabiltajiet tal-Kunsillieri. Qal li meta ġew eletti kienu tqassmu d-dekasteri biss mhux kull Kunsillier qiegħed jieħu responsabilita’ massima tad-dekasteri tiegħu.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    10

    6.2.2 6.2.3 6.2.4 6.3 6.3.1 6.4 6.4.1 6.4.2 6.5 6.5.1 6.5.2

    Żied li forsi wasal iż-żmien li l-korrispondenza, għalkemm tintbagħat lill-Kunsillieri kollha kif suppost, għandha tibda tintbagħat b’mod speċifiku lil dak jew dik il-Kunsillier ikkonċernat. Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li mhuwiex dejjem possibli li l-Kunsillieri li jkunu xogħol jattendu għal laqgħat li jsiru filgħodu. Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li għalkemm bħala Kunsillieri li jaħdmu ma jkunux jistgħu jattendu għal-laqgħat, għallinqas ikunu jistgħu jgħinu bl-ideat tagħhom permezz tal-e-mails. Is-Sindku semma’ talba li waslet għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop dwar tiġrijiet taż-żwiemel fi Triq Valletta, Iż-Żurrieq. Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. li tali talba ma tkunx aċċettata. Is-Sindku tkellem dwar it-toqob tan-nar tal-art. Qal li wara li dawn saru mill-Kunsill Lokali, l-istess Kunsill għandu jibgħat ittra lill-Għaqdiet Mużikali fejn jinfurmahom li dawn it-toqob issa jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tagħhom. Żied li dawn it-toqob iridu jingħalqu wara l-festa sabiex ma jkunux ta’ periklu u nkonvenjent għar-residenti. Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li l-Kunsill Lokali għandu jpoġġi fuq l-Aġenda tiegħu l-fatt li diversi nies min-naħat tagħna jmorru jaħdmu f’partijiet oħra tal-pajjiż u dan qed iwassal li numru kbir ħafna ta’ karozzi, kuljum, jgħaddu minn taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop. Qalet li wasal iż-żmien li wieħed jaħseb f’toroq alternattivi minħabba li jekk kemm-il darba jinqala’ inċident ikun hawn konġestjoni sħiħa u l-vetturi ma tantx ikollhom alternattivi minn fejn jgħaddu. Żiedet li għalkemm it-triq ta’ Ħal Farruġ tintuża’ b’mod konsiderevoli, huma ħafna dawk il-persuni li jagħżlu li jgħaddu minn taħt il-mina minflok minn din it-triq alternattiva.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    11

    6.5.3 6.6 6.6.1

    Il-Kunsill Lokali qabel li fil-laqgħat li jmiss tal-Kunsill dan il-punt se jiġi diskuss f’aktar dettall. Il-Kunsillier Joseph Schembri qal li wasal iż-żmien li l-Kunsill Lokali jikkunsidra bis-serjeta’ li joħroġ sejħa għal offerti għal kuntratt tas-soft areas. Il-Kunsill Lokali qabel li lejn tmiem din is-sena għandha toħroġ din is-sejħa.

    7. SKEDA TA’ PAGAMENTI

    7.1 7.2 7.2.1 7.2.2 7.2.3 7.2.4

    Is-Segretarju Eżekuttiv ressaq għall-approvazzjoni tal-Kunsill diversi kontijiet pendenti li jammontaw għal €16,554.12c skont is-Schedule of Payments Ref No. 022 u €99.19c skont Petty Cash Ref No. PC 06/13. Il-Kunsillier Stephen Mizzi qal li hu ma jaqbilx mal-ħlasijiet lil Leisure Animation Enterprises u Triders Ltd. Żied li dan huwa serq sfaċċat mill-flus tal-poplu ta’ Ħal Kirkop, b’mod speċjali l-pagament lil Leisure Animation Enterprises. Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai qalet li għal din is-sena dan il-pagament għandu jitħallas minħabba li kien sar ftehim minn qabel, biss is-sena d-dieħla noqgħodu ħafna attenti lil min inqabbdu biex jieħu ħsieb l-IrkottaFest 2014. Il-Kunsillier Mizzi qal li hu jħoss li Leisure Animation Enterprises għandhom jitħallsu biss parti mis-somma mitluba għax jekk se jitħallas l-ammont kollu se jiġi jidher li x-xogħol sar sew. Żied li ħafna mix-xogħol spiċċa sar mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u li kieku ma kienx għas-Sna. Antonia Desira Demicoli u s-Sna. Anthea Vella żgur li l-organizazzjoni ma kenitx tkun tajba daqshekk.

  • Kunsill Lokali Ħal Kirkop

    31, Triq San Benedittu, Ħal Kirkop Tel: 21680099

    e-mail: [email protected]

    12

    7.3 7.3.1 7.3.2

    Is-Sindku ressaq l-Iskeda tal-Pagamenti għall-vot tal-Kunsill fejn: Il-Viċi-Sindku Antoinette Cefai u l-Kunsillier Joseph Schembri qablu li għandhom isiru dawn iż-żewġ ħlasijiet. Il-Kunsillier Stephen Mizzi ma qabilx li jitħallsu.

    8. AĠĠORNAMENT

    9.1

    9.1.1

    Il-laqgħa tal-Kunsill Lokali ntemmet fis-7pm u ġiet aġġornata għat-Tlieta 27

    ta’ Awwissu 2013 fil-5pm.

    Il-Kunsill Lokali qabel nem. con. dwar il-ħin ta’ din il-laqgħa.

    _______________________ ______________________

    Carmel Calleja Chris Falzon

    Sindku Aġent Segretarju Eżekuttiv