62
NOVEMBRU 2012

NOVEMBRU 2012 - signumfideimalta · Nota Importanti: Bejn nofsinhar tal-1 ta’ Novembru u l-jum tal-g]ada tista’ tinkiseb indul[enza plenarja b’suffra[ju g]all-mejtin. Biex ting]ata

  • Upload
    others

  • View
    15

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

NOVEMBRU 2012

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna għal dan ix-xahar:

1. Biex l-Isqfijiet, is-saċerdoti u l-ministri kollha tal-Vanġelu jagħtu xhieda ta’ fedeltà għall-Mulej imsallab u rxuxtat.

2. Biex il-Knisja pellegrina fuq l-art tiddi bħala dawl għall-ġnus. 3. Ħalli d-don tas-sagrament taż-żwieġ ikun sejħa u kmandament għall-

miżżewġin biex jibqgħu fidili għal xulxin fil-provi li jiltaqgħu magħhom u hekk jikbru flimkien fl-imħabba tagħhom.

Dati importanti għax-xahar ta’ NOVEMBRU : 1 ta’ Novembru : Festa tal-Qaddisin kollha 2 ta’ Novembru : L-Għid tal-Erwieħ 9 ta’ Novembru : Konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran. 11 ta’ Novembru : Quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Addolorata b’suffraġju għall-

Brothers u l-membri tal-familja Lassaljana, fl-10 ta’ filghodu 16 ta’ Novembru : Festa tall-Beatu Bro. Aurelio Maria u sħabu martri 17 ta’ Novembru : Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ S. Ġwann Bta. De la Salle 25 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien

- NOVEMBRU 2012 - 2011 -

NIFTAKRU LI QEG}DIN

FIL-PRE|ENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

Nota Importanti: Bejn nofsinhar tal-1 ta’ Novembru u l-jum tal-g]ada tista’ tinkiseb indul[enza plenarja b’suffra[ju g]all-mejtin. Biex ting]ata din l-indul[enza jridu ji[u osservati xi punti:

a) żjara f’xi knisja. b) re`ità tal-Missierna, Kredu u talba g]all-Papa. c) qrara u tqarbina.

Bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru ting]ata indul[enza plenarja lil min imur fi`-`imiterju u jitlob g]all-mejtin.

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

SIGNUM FIDEI 3

Il-Ħamis, l-1 ta’ Novembru Festa tal-Qaddisin Kollha

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 7: 2-4,9-14 Rajt kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha. 2. Salm 23: 1-6 Dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. 1Ġwanni 3: 1-3 Naraw ’l Alla kif inhu. 4. Mattew 5: 1-12a Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. SOLLENNITÀ TAL-QADDISIN KOLLHA L-eqdem ċelebrazzjoni ta’ festa ta’ qaddis hi dik tal-martri San Polikarpu,

isqof ta’ Smirna, li miet fis-sena 155. Jgħarrafna mbagħad, il-għaref Duttur tal-Knisja, San Efrem, li f’Edessa fil-Mesopotamja (l-Iraq tal-lum), kienet issir fis-seklu IV il-festa tal-“Martri tad-dinja kollha”.

Il-patrijarka ta’ Kostantinopoli, il-kbir duttur tal-Knisja San Ġwann Kriżostmu, kiteb li wkoll fir-raba’ seklu f’Antjokja tas-Sirja, fejn kien twieled, kienet issir il-festa tal-Qaddisin Kollha, fl-Ewwel Ħadd wara Għid il-Ħamsin.

Meta mbagħad fis-sena 610, il-Papa San Bonifaċju IV, bidel il-Panteon ta’ Ruma minn tempju pagan tal-allat foloz kollha, fi knisja Nisranija ddedikata lill-Madonna u lill-Qaddisin Martri kollha, bdiet issir f’Ruma l-festa tal-“Martri Kollha’ bħal f’Edessa) fit-13 ta’ Mejju.

Kien però fis-sena 853, li l-Papa Girgor IV, bi ftehim mal-Imperatur Ludoviku “l-Piju” iffissa l-jum tas-sollennità tal-“Qaddisin Kollha” (u mhux il-Martri biss) għall-1 ta’ Novembru, kif għadha sal-lum fil-Punent kollu.

Hi l-festa ta’ kull min jinsab fis-sema: Kristu, il-Madonna, l-Anġli u l-qaddisin l-oħra, kanonizzati u mhumiex. Ta’ kull żmien ta’ kull post, anke ta’ dawk li għexu qabel Kristu, jew li mingħajr tort tagħhom ma daħlux fil-Knisja tiegħu, imma għexu mill-aħjar li setgħu ħajja tajba.

Riflessjoni: Il-qaddisin huma l-mudell tagħna tat-talb. Aħna nitolbuhom biex jinterċedu quddiem it-Trinità Mqaddsa, għalina nfusna u għad-dinja kollha. Bl-interċezzjoni tagħhom huma l-aktar servizz għoli fil-pjan ta’ Alla. Matul l-istorja tal-Knisja, ix-xirka tal-qaddisin żviluppat spiritwalitajiet differenti li jgħallmuna kif għandna ngħixu u kif nitolbu. Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

4 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.183, l-1 parti

The happiness of the saints is something so great and so far above human thoughts that Saint Paul says, when he speaks of it, Eye has not seen; ear has not heard, nor has the heart of man ever conceived what God has prepared for those who love him. It is, he says, the hidden wisdom of God, which he has prepared before all ages for our glory. This eternal wisdom, which is filled with glory and majesty and constitutes all the glory and happiness of the saints, is hidden from us in this life and is known to us only through faith. It is just that only in heaven will we see God unveiled and entirely revealed. We know, says Saint John, that when Jesus appears, we will be like him, because we will see him as he is. What a joy for the saints to be made like God through participation in his nature and in his divine perfections! There God is truly in the saints by a holy sharing in his greatness, and the saints are in God, because their entire being is penetrated by God, so that they can think of and love only God. Today, pay homage to the saints, but let it be in God, because it is in him that you find them all. Admire how great is the happiness they enjoy in heaven, how wonderful is the glory they receive, and beg them to obtain from God for you the grace to share in their glory after your death.

TALBA

O Alla, qawwi u etern, li xgħelt dik il-fjamma ta’ mħabba

fil-qalb tal-qaddisin, agħmel li aħna jkollna wkoll

dik l-istess fidi u qawwa ta’ mħabba li kellhom huma,

u waqt li nifirħu bir-rebħa li kisbu agħmel li aħna nimxu fuq l-eżempju tagħhom,

bi Kristu Sidna, Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 5

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru L-Għid tal-Imwiet

Ta’ min jiftakar bejn nofsinhar tal-lum u l-ġurnata ta’ għada

tista’ tintrebaħ Indulġenza Plenarja kull darba. (ara l-kundizzjonijiet tal-ewwel paġna)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

għtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom. Jistrieħu fis-Sliem. Ammen.

Illum kull saċerdot jista’ jqaddes tliet quddisiet. Jitqaddsu b’dawn l-intenzjonijiet skont il-Liturġija:

1. Skont l-intenzjoni tas-saċerdot. 2. Għall-erwieħ kollha tal-Purgatorju. 3. Skont l-intenzjoni tal-Papa.

Qari: Is-saċerdot jagħżel il-Qari skont kif jixtieq hu. IL-FIDILI MEJTIN KOLLHA Fit-2 ta’ Novembru, il-Knisja turi b’mod speċjali, is-simpatija tagħha ma’

wliedha li qed jiġu ppurifikati fil-Purgatorju. Dan il-jum huwa magħruf ukoll bħala l-Għid tal-Imwiet.

Il-Knisja fuq l-art tonora b’rispett kbir lill-mejtin tagħha, u billi huwa ħsieb qaddis u siewi li titlob għall-mejtin biex jinħelsu minn dnubiethom, (2 Mark 12:

46) toffri suffraġi għalihom. Sa mill-bidunett, l-insara kellhom ġranet fis-sena li fihom kienu jiftakru b’mod

iktar mis-soltu fil-mejtin tagħhom. Fis-sena 800, kien sar ftehim bejn il-monasteri ta’ San Gall u ta’ Reichenaw li

fl-14 ta’ Novembru ta’ kull sena ssir tifkira tar-reliġjużi mejtin taż-żewġ komunitajiet, u kull saċerdot iqaddes tliet quddisiet.

Fis-sena 998, San Odilo, abbati tal-monasteru ta’ Cluny, ordna li l-membri tiegħu josservaw it-2 ta’ Novembru bħala Jum it-Tifkira tal-Insara mejtin kollha.

Dan il-jum ta’ tifkira daħal f’monasteri oħra. Fl-1008, Liegi fil-Belġju, kienet l-ewwel djoċesi li addottat dan l-użu. Minn hemm baqa’ dejjem jixtered bla ma qatt ġie impost uffiċjalment mill-Knisja.

Fil-Gwerra l-Kbira, il-Papa Benedettu XV, fl-10 t’Awwissu 1915, estenda dan l-użu mal-Knisja tal-Punent u ddikjara li kull saċerdot jista’ joffri tliet quddisiet.

A

6 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni - X’jiġri mill-ġisem u r-ruħ tagħna wara l-mewt: “Wara l-mewt, hekk kif ir-ruħ tissepara minn mal-ġisem, il-ġisem jitħassar, filwaqt li r-ruħ, li hija immortali, tmur tiltaqa’ mal-ġudizzju ta’ Alla u hekk tistenna sakemm tingħaqad mal-ġisem, biex tqum mill-imwiet f’sura oħra, meta l-Mulej jiġi lura. ‘Aħna nemmnu fil-qawmien tassew mill-imwiet tal-istess ġisem li għandna issa’. Iżda fil-qabar ‘jinżera’ ġisem li jitħassar u jqum ġisem li ma jitħassarx’ (1Korintin 15:42) ġisem spiritwali (1Korintin 15:44). Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.185, l-1 parti It is a holy and wholesome thought to pray for the dead that they may be delivered from their sins. This is what Judas says in the Second Book of Maccabees, chapter 12. This is, indeed, one of the best and most holy instructions that can be given to us, because it leads us to do what is most advantageous for the souls in purgatory. Because they cannot help themselves and cannot secure any of the relief they need to be delivered from their sufferings, they need to be assisted by the prayers and good works of those who are still living. What a painful condition it is for them to be detained in devouring flames because during this life they did not make up for some less serious sins or for not having entirely expiated the sins that caused them to lose sanctifying grace! This is why these holy souls, although entirely submissive in this state to the will of God, urgently beg for the prayers of the living, which can obtain for them, often quite easily, what is impossible for them, because God is unwilling to accept in expiation for their sins whatever good they can do, for he gave them enough time during life to satisfy for their sins. Look with compassion on the state of these holy souls, who, although free from fear, yearn for their deliverance so that they will be able quickly to enjoy God, which they await with hope in the infinite goodness of God, assured that they will have the benefit of being delivered from their sufferings.

TALBA

O Missier ħanin, Isma’ t-talba tagħna u sabbarna.

Hekk kif inġeddu l-fidi tagħna f’Ibnek, li qajjimt mill-imwiet,

qawwilna t-tama għal dawk ħutna li ħallewna. Agħmel li jieħdu sehem fil-qawmien tiegħu mill-imwiet,

Hu li jgħix u jsaltan flimkien miegħek u mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 7

Is-Sibt, 3 ta’ Novembru San Martin de Porres

Beatu Rupert Mayer, Ġiżwita

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 1: 18b-26 Għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ. 2. Salm 41: 2-3.5 Ruħi għatxana għal Alla. 3. Luqa 14: 1,7-11 Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar. Siltiet mill-Omelija tal-Beatu Papa Ġwanni XXIII, nhar il-Kanonizzazzjoni ta’ San Martin de Porres:

San Martin de Porres, bl-eżempju ta’ ħajtu, jurina liema hi t-triq li twassalna għall-qdusija u s-salvazzjoni, it-triq li l-Mulej stess jurina.

Din it-triq hi li tħobb ’l Alla fuq kollox b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu u tħobb ’l-għajrek bħalek innifsek.

Meta għaraf li Kristu bata għalina u tgħabba bi dnubietna sa fuq is-salib, Martin tqanqal bi mħabba liema bħala għal Kristu imsallab, u meta kien jikkontempla t-tbatijiet ħorox li l-Mulej ġarrab għalina, ma kienx jista’ jżomm id-dmugħ.

Kellu wkoll imħabba speċjali għas-Sagrament Imqaddes tal-Ewkaristija, kien jgħaddi sigħat sħaħ jadura ’l Ġesù moħbi fit-tabernaklu u dejjem kellu xewqa kbira li jirċevih fit-tqarbin.

Kien dejjem lest jiskuża n-nuqqasijiet tal-oħrajn u jaħfer l-agħar tkasbir, għax kien jidhirlu li jistħoqqlu l-akbar kastigi minħabba dnubietu.

Kien jagħmel ħiltu biex ireġġa’ lura l-ħatjin fit-triq it-tajba; bi tjieba liema bħala kien idur bil-morda.

Kien iqassam ikel, ilbies u mediċini lill-foqra; kien jgħin sa fejn jista’ b’kull mezz u b’ħerqa kbira, lill-bdiewa, lis-suwed u lin-nies ta’ razza mħallta, li dak iż-żmien kienu ttrattati agħar mill-ilsiera, u għalhekk kien jistħoqlu li jsejħulu Fra Martin tal-karità.

Dan il-qaddis li bi kliemu, u bl-eżempji tal-imġiba tajba tiegħu, ġibed ħafna nies għand Alla, illum wkoll jista’ jerfagħlna b’mod tal-għaġeb ħsibijietna lejn is-sema.

Mhux kulħadd, jaħasra, jifhem dawn il-ħwejjeġ qaddisa, mhux kulħadd jagħtihom ġieħ, anzi tant huma dawk li jħajjarhom il-ħażen, li dawn il-ħwejjeġ jew ma jistmawhomx jew idejquhom, jew jittraskurawhom.

Jalla l-eżempju ta’ San Martin ikun ta’ tagħlim għal ħafna biex jurihom it-triq tas-salvazzjoni.

8 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni – Kull nisrani hu msejjaħ għall-qdusija : “Il-fidili kollha huma msejħa għall-qdusija nisranija. Din hija l-milja tal-ħajja nisranija u l-perfezzjoni tal-imħabba li hi magħmula bl-għaqda intima ma’ Kristu, u fi Kristu, mat-Trinità Qaddisa. It-triq tal-qdusija għan-nisrani tgħaddi mis-salib u tilħaq il-qofol tagħha fil-qawmien mill-mewt tal-ġusti, li fihom ikun jinsab Alla. Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 186 “... X’barka t’Alla hija dik li wieħed jiġi mrobbi tajjeb u jitrawwem fil-virtujiet. Dan ikun ta’ għajnuna kbira fiż-żgħożija biex wieħed ikun jista’ jikkontrolla l-ġibdiet tan-natura, li jkunu fl-aqwa tagħhom, u jiġi influwenzat biex jagħmel dak li hu tajjeb ...”

TALBA O Mulej,

f’dawn iż-żminijiet meta s-suppervja tal-bniedem qiegħda tnessi l-preżenza tiegħek, fakkarna fl-għeġubijiet li int wettaqt bl-għajnuna tal-qaddej umli tiegħek

Martin de Porres, matul ħajtu. Nitolbuk sabiex id-dinja kollha tagħraf

lil San Martin de Porres speċjalment fil-virtù eċċezzjonali tal-umiltà,

li dan il-qaddis kien tant jipprattika. Dan nitolbuh bi Kristu Sidna,

Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 9

Il-Ħadd, 4 ta’ Novembru L-31 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 6: 2-6 Isma’, o Iżrael: ħobb lill-Mulej b’qalbek kollha. 2. Salm 17: 2-4,47,51ab Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi. 3. Lhud 7: 23-28 Ġesù għandu saċerdozju li ma jintemm qatt. 4. Mark 12: 28b-34 Il-kmandament tal-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-Vanġelu tallum jeħodna fil-qalba tal-messaġġ tal-Kristjaneżmu iżda fl-istess ħin jagħtina impressjoni ta’ xi ħaġa li drajna nisimgħu dwarha. L-istedina għall-imħabba insibuha kullimkien; mill-poeżija għall-kanzunetti. Jekk tassew l-imħabba hi ħaġa daqshekk sabiħa u faċli, għaliex madwarna naraw daqshekk mibgħeda u pika; kif il-qrati dejjem għandhom x’jagħmlu? L-impressjoni hi li din l-imħabba hija prodott ta’ kunċett ta’ valuri astratti li iżjed qegħdin jiġu esibiti milli pprattikati.

Biex nevitaw li naqgħu f’din in-nassa, fil-vanġelu tallum irridu nħarsu iktar lejn min qed iwasslilna l-messaġġ milli lejn il-messaġġ fih innifsu. Hekk naraw kif għal Alla u għall-proxxmu l-imħabba mhijiex xi ħaġa banali jew li tiġi waħeda imma hija l-verita assoluta li jiproponiha fil-persuna ta’ Ġesù li mhux biss jipriedkha imma jgħixha b’kull ma jgħid u jagħmel.

L-istedina tiegħu li npoġġu l-imħabba fiċ-ċentru tal-ħajja jistħoqqilha turija ta’ fidi għax Hu għex l-imħabba f’ħajtu. Għalhekk Kristu biss jista’ jgħidilna xi jfisser li tħobb u flimkien jgħinna biex inħobbu ‘l xulxin tassew. Għalhekk inħallu l-Kelma t’Alla ddawwalna, din tgħidilna kif qabel kollox għandna nħobbu lil Alla. Tajjeb nirrepetuha għaliex dan l-aħħar, anki fost dawk li jemmnu u jipprattikaw kien hemm xi distrazzjonijiet dwar dan. Alla ma jippretendix li nħobbu lilu biss, anzi li nħobbbu lilu l-ewwel imbagħad insiru kapaċi nħobbu lilna nfusna u lill-proxxmu tagħna b’mod awtentiku u ladarba Alla Hu l-imħabba perfetta jerġa’ jibgħat l-imħabba li nagħtuh fuqna bħala grazzja tiegħu, imkattra u ippurifikata minn kull nuqqas u minn kull egoiżmu. Din hi ħaġa kbira wisq biex nifhmuha. Dan mhux xi twemmin astratt jew xi sentiment vojt. Ġesu jisħaq li lill-Missier għandna nħobbuh b’qalbna kollha, b’ruħna kollha u bil-qawwa tagħna kollha.

L-imħabba tagħna lejh għandha ssir ħajjitna stess. Dak li ħabbna l-ewwel, ma qagħadx jixxaħħah f’imħabbtu lejna u ma waqafx mal-mewt tiegħu għalina, imma ried li jsir l-ikel ta’ ruħna fl-ewkaristija. Il-prova tal-imħabba tagħna lejn Alla hija l-imħabba tagħna għall-proxxmu. Hawnhekk ma nistgħux ninħbew

10 SIGNUM FIDEI

jew naħarbu. L-imħabba lejn il-proxxmu toffrilna xi ħaġa konkreta u konsistenti li tikxef il-verita fuq dak li wieħed jgħid u dak li fil-fatt hu.

Lill-bniedem modern li jimxi wisq fuq is-sentimenti, Ġesù jgħidlu li l-imħabba hija vera biss jekk ikollha l-għeruq fl-imħabba lejn Alla. Lil dawk li jemmnu jfakkarhom biex ma jafdawx biss fuq il-fidi tagħhom, l-imħabba lejn Alla hi vera biss jekk magħha hemm l-imħabba għall-proxxmu.

Illum, 4 ta’ Novembru, taħbat ukoll il-festa ta’ San Karlu Borromeo. San Ġwann Battista De La Salle kiteb meditazzjoni sabiħa fuq dan il-qaddis u ser nippreżentaw parti minna:

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.187, l-1 parti

What was most special and most remarkable in Saint Charles was his perfect detachment from the goods of this earth. He made this quite clear while he was still very young, when he was given a rich abbey and his father wanted to appropriate the revenue. Saint Charles took the liberty of telling his father that this revenue did not belong to him but to the poor and he took care that it was distributed to them. He continued to act in this manner even after he became the proprietor of his estate. When he was bishop, he renounced the considerable revenues that his uncle, the Pope, had bestowed on him. He then sold all his possessions and gave the proceeds to the poor.

TALBA

Ieqaf Mulej nitolbok, u ibqa’ miegħi għal ftit ħin!

Ieqaf Mulej nitolbok u fissirli xi trid minni! Ieqaf miegħi nitolbok u agħmel li nara b’għajnejja

l-pjan li ħejjejt għalija! Agħtini għajnejn biex nara triqtek,

agħtini widnejn biex nisma’ leħnek, agħtini saqajn sodi biex ma ngħejjiex nimxi warajk,

agħtini għerf biex nifhem kelmtek, agħtini Mulej, qalb ġdida, qalb ħielsa mill-wiċċ b’ieħor,

ħielsa mill-beżgħat, ħielsa mid-dubji, biex inkun nista’ nimxi warajk u mhux wara d-dinja!

Hawn jien, Mulej, illum, ħa nsir dak li trid INT! Ammen.

Kliem ta’... Fidi – Pubblikazzjoni ĊAK Missierna ...

SIGNUM FIDEI 11

It-Tnejn, 5 ta’ Novembru Beata Franġiska t’Amboise – reliġjuża

Il-Qaddisin kollha tal-Kumpanija ta’ Ġesù San Żakkarija u Santa Eliżabetta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filippin 2: 1-4 Kunu fehma waħda u ferrħuni. 2. Salm 130: 1-3 Mulej, ħarisli ruħi fis-sliem. 3. Luqa 14: 12-14 Tistedinx lil ħbiebek, imma nies foqra u msejkna. SAN ŻAKKARIJA U SANTA ELIŻABETTA Kull ma nafu dwar dawn iż-żewġ qaddisin, il-ġenituri ta’ San Ġwann il-

Battista, nafuh mill-Evanġelju ta’ San Luqa li jitkellem dwarhom fl-ewwel kap. Żakkarija kien saċerdot lhudi, ġej minn nisel ta’ Abija, u martu Eliżabetta kienet ġejja mill-familja ta’ Aron.

San Luqa jżid jgħid li t-tnejn kienu nies ġusti, iħarsu l-Liġi ta’ Alla bla nuqqas. It-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien imma ma kellhomx ulied, minkejja li kienu jitolbu ħafna biex Alla jiftakar fihom u hekk iwarrab minn fuqhom dak li għalihom kien jidher għajb.

Ġara li darba, waqt li Żakkarija kien qed jitlob fit-tempju u mess lilu bix-xorti li jidħol fis-santwarju u joffri l-inċens, deherlu l-anġlu Gabrijel u qallu li t-talb tiegħu u ta’ martu nstema’ u li martu Eliżabetta kien se jkollha iben li hu kellu jsemmih Ġwanni u li dan kellu jkun dak li jħejji t-triq għall-Messija. Żakkarija ma setax iniżżilha li fi xjuħithom kellhom isiru l-ġenituri ta’ tarbija u ddubita mill-kliem tal-anġlu. Imma Gabrijel qallu li hu kien mibgħut minn Alla biex jagħtih dik l-aħbar. Qallu wkoll li, talli ma emmix fi kliemu li kellu jseħħ f’waqtu, hu kellu jsir mutu u ma jerġax jibda jitkellem qabel ma jseħħ kulma qallu.

Il-wegħda tal-anġlu seħħet u Eliżabetta saret omm. Tlett xhur qabel ma twieldet it-tarbija, Żakkarija u Eliżabetta kellhom ż-żjara mingħand qaribthom Marija li kienet għadha kemm aċċettat li tkun Omm il-Messija. Fid-dar tagħhom ta’ Għajn Karem, Marija faħħret lil Alla bil-Magnificat.

Meta twieldet it-tarbija, in-nies stagħġbu meta anke Eliżabetta riedet issemmih Ġwanni.

Meta resqu fit-tempju u Żakkarija kiteb li se jsemmih Ġwanni, dan infetaħlu fommu u beda jfaħħar ’l Alla.

12 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni – Il-familja nisranija hija l-Knisja domestika: “Il-familja nisranija hija msejħa l-Knisja domestika għaliex din il-familja turi u tgħix għal kollox skont l-għaqda u n-natura familjari tal-Knisja bħala familja ta’ Alla. Kull membru tal-familja, skont ir-rwol tiegħu, iħaddem is-saċerdozju li tagħti l-magħmudija u jkollu sehem biex il-familja tkun komunità ta’ grazzja u talb; skola ta’ ħajja nisranija u għanja ta’ umanità, fejn titkabbar l-ewwel fidi tal-ulied.” Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR 9, silta mit-2 punt

“... Huwa għall-Knisja - li hija l-Ġisem ta’ Kristu - li intom taħdmu. Intom sirtu ministri bil-ħidma li Alla tagħkom biex ixxandru l-kelma tiegħu lil dawn it-tfal ...”

TALBA

Qiegħed Mulej fi qlubna xewqat li inti tista’ ttemm.

Qiegħed fuq xofftejna talb li tista’ tisimgħu.

Qiegħed f’dak li nagħmlu għemejjel li tista’ tberikom.

Kliem ta’... Fidi – Pubblikazzjoni ĊAK

Missierna ...

It-Tlieta, 6 ta’ Novembru San Leonardu - abbati

Beatu Alfons Navarrati u sħabu martri tal-Ġappun Beata Ġużeppa Naval Girbes – verġni

Beatu Ewsebju tal-Bambin Ġesù - martri Beatu Ewfrazju tal-Bambin Ġesù - presbiteru u martri

Beatu Alfonz Lopez – presbiteru u martri Beata Elena Enselmini - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

SIGNUM FIDEI 13

Qari: 1. Filippin 2: 5-11 Ċekken lilu nnifsu, għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet.

2. Salm 21: 26-32 Mulej, minnek ġej it-tifħir tiegħi f’ġemgħa kbira.

3. Luqa 14: 15-24 Ġiegħel lin-nies tidħol, ħalli dari timtela.

BEATA ĠUŻEPPA NAVAL GIRBES – verġni, Karmelitana Sekulari Josefa Navel Girbes, twieldet fil-11 ta’ Diċembru 1820, f’Algemesi, provinċja

ta’ Valencia, fi Spanja. Hi kienet il-kbira, mill-ħames ulied ta’ Franġisku Naval u Ġużeppina Girbes. Kienet familja spiritwali ħafna u għalhekk ħadet trobbija ta’ valuri sodi u nsara. Għad li ma marritx skola, tgħallmet taqra u tikteb u kienet taf tirrakkma ħafna.

Ta’ 13-il sena ommha mietet u huma marru joqogħdu man-nanna. Għenet lil missierha jrabbi lil ħutha iżgħar minna. Iktar ma kibret iżjed saħħet id- devozzjoni tagħha lejn Sidna Ġesù Kristu u l-Verġni Marija. Bid-direzzjoni tal-kappillan tal-paroċċa ta’ 18-il sena kkonsagrat lilha nnifisha lil Alla u għamlet il-vot tal-kastità perpetwa.

Fil-mixja tagħha ta’ qdusija, iddedikat ħajjitha ’l Alla u wegħdet li sservi lill-Knisja u lill-proxxmu. Bdiet tlaqqa’ nisa f’darha biex tgħallimhom ir-rakkmu u waqt dawn il-lezzjonijiet jaqraw kotba spiritwali u jiddiskutuhom. Għalmithom il-katekiżmu u kienet tisħaq ħafna fuq l-importanza tat-talb u l-meditazzjoni.

Kienet bniedma ta’ ħajja interjuri profonda ta’ talb u meditazzjoni. Kienet dejjem tirrepeti kemm hu importanti li wieħed jiltaqa’ ma’ Alla fit-talb kuljum, sabiex ikun jista’ jgħix aħjar ħajtu u d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Kienet ixxerred id-devozzjoni lejn Ġesù fl-Ewkaristija.

Fil-paroċċa bdiet tipprepara lit-tfal biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Tlaqqa’ tfajliet qabel jieħdu l-istat tagħhom ta’ nisa miżżewġa u ommijiet, jew reliġjużi.

Josefa daħlet mat-terz’ordni tal-Karmelu u l-komunità lajka tagħha kienet taqa’ taħt is-superviżjoni tal-Patrijiet Karmelitani tal-Provinċja ta’ Valencia.

Saħħitha bdiet sejra lura u mietet ta’ 72 sena, f’darha f’Algamesi, fl-24 ta’ Ottubru, 1893, wara li rċeviet is-Sagramenti Mqaddsa. Kienet midfuna bl-abiti Karmelitani.

Fl-20 ta’ Ottubru 1946, il-fdalijiet tagħha tpoġġew f’tebut tal-ħġieġ u ttrasferewhom għall-knisja Parokkjali ta’ San Ġakbu, fejn kienu esposti għall-venerazzjoni tal-fidili.

Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, għamilha venerabbli f’Jannar tal-1987 u fil-25 ta’ Settembru tal-1988, ibbeatifikaha.

Il-beata f’ħajjitha kienet mudell ta’ qdusija, kienet dejjem tirrepeti, “qaddes lilek innifsek u lill-oħrajn”.

14 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: X’inhu t-talb? It-talb hu l-irfigħ tar-ruħ lejn Alla jew id-domanda lil Alla, għall-ġid li jkun jaqbel mar-rieda tiegħu. Huwa dejjem rigal mingħand Alla li jixtieq jiltaqa’ mal-bniedem. It-talb nisrani hu relazzjoni personali u ħajja bejn ulied Alla ma’ Missierhom ta’ tjieba bla qies, ma’ ibnu Ġesù Kristu u mal-Ispirtu s-Santu li jgħammar f’qalbhom. Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR 35, parti mill-1 punt “... Ħares lejn it-tjubija ta’ Alla li jipprovdi lill-kreaturi dak kollu li hemm bżonn, li jagħtihom l-għerf tal-verità, li hu s-salvazzjoni ta’ ruħhom. Offri lilek innifsek lil Alla għal dan il-għan, biex tgħin it-tfal fdati lilek kif inhu mitlub mingħandek ...”

TALBA

O Alla tiegħi, jiena nemmen li inti t-teżor ta’ ruħi ... Int tiġi tgħammar fija

biex nieħu gost fil-kumpanija tiegħek u tagħmilha lok tal-għaxqa tiegħek.

Jiena nadurak f’ruħi ... Imlieni bil-barkiet

u bil-grazzja tiegħek. Ammen.

Missierna ...

L-Erbgħa, 7 ta’ Novembru Beatu Franġisk Palau ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi - presbiteru

San Willibrord - isqof Beatu Grazzja ta’ Kotor - reliġjuż Beata Maria Assunta - reliġjuża

Beatu Antonio Baldinucci

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.

SIGNUM FIDEI 15

Qari:

1. Filippin 2: 12-18 Ħabirku għas-salvazzjoni tagħkom.

2. Salm 26:1,4,13,14 Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.

3. Luqa 14: 25-33 Min ma jiċħadx għal ġidu kollu, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.

Il-BEATU ANTONIO BALDINUCCI – ġiżwita – konfessur ( 1665-1715) Twieled Firenze, fid-dar fejn kien jgħammar San Alwiġi Gonzaga meta kien

f’dik il-belt. Ta’ 12-il sena bagħtuh fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti, fejn sħabu laqqmuh “l-anġlu”, għax kien iħobb joqgħod jitlob fil-knejjes speċjalment f’dik tad-Dumnikani.

Ħuh il-kbir kien Dumnikan, u hu wkoll, ta’ 15-il sena wera x-xewqa li jidħol Dumnikan. Missieru stagħġeb, għax kien jaħseb li Antonju kien għal Ġiżwita, u għalhekk talbu biex jagħmel l-eżerċizzi ta’ Sant’Injazju qabel ma jiddeċiedi. Waqt l-irtir ħass li hu kien għal Ġiżwita u daħal fl-1681.

Xtaq li jibagħtuh missjunarju l-Indja, iżda billi kien delikat f’saħħtu, bagħtuh Terni u Ruma jgħallem liż-żgħażagħ. Ordna ta’ tletin sena(1695), u reġa’ talab il-missjoni. Minflok bagħtuh Viterbo, Frascati u fl-inħawi fejn baqa’ sa mewtu jipprietka u jaħdem bħala missjunarju qalb il-poplu.

Kien jorganizza purċissjonijiet ta’ penitenti b’kuruni tax-xewk f’rashom u jagħmlu d-dixxiplina fuq ġisimhom: huwa kien jimxi quddiem b’salib tqil fuq spallejh, bil-ktajjen f’riġlejh u jagħmel id-dixxiplina. Wara li kienu jaslu fil-pjazza kien jipprietka. Kien jagħlaq b’ħuġġieġa ta’ stampi u kotba ħżiena, ta’ karti tal-logħob, eċċ. Ħafna kienu jikkonvertu tassew u jagħtu ruħhom għal opri tajba.

Biex il-ġid iseħħ, kien iwaqqaf kongregazzjonijiet tal-ħaddiema, tal-professjonisti, tan-neguzjanti, tal-mewt tajba - u b’hekk kien jikseb frott dejjiemi.

Matul għoxrin sena pprietka 448 missjoni fi tlettax-il djoċesi tal-Abruzzi u tar-Romagna. Ħafna prietki u struzzjonijiet kien jiktibhom u kien iżomm korrispondenza estiża.

Fl-1708, ipprietka r-Randan, Livorno. Wasal ħafi b’libsa mqatta’ bil-kaxxa fuq spallejh. Għall-ewwel il-fidili ma ridux imorru jisimgħuh. Fl-aħħar ħareġ rebbieħ u s-snin ta’ wara kellu jipprietka r-Randan f’xi waħda mill-ibliet ewlenin tal-Italja.

Ma kienx jorqod aktar minn tliet sigħat, fuq twavel, u kien isum tliet darbiet fil-ġimgħa.

Fl-1716, waqa’ ġuħ kbir fl-Italja ċentrali: il-Beatu ħaseb għal erba’ mitt ruħ. Kien għad għandu 52, iżda mqadded bil-ħidma u bil-penitenzi ma felaħx aktar.

Miet Pofio, ħdejn Veroli, fis-7 ta’ November tas-sena ta’ wara, waqt missjoni Carpineto, fejn kien jgħix mal-familja Pecci

Il-Papa Ljun XIII ibbeatifikah fl-1893.

16 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni – kif għandu wieħed jagħti xhieda tal-verità: “In-nisrani jrid jagħti xhieda għall-verità tal-Evanġelju f’kull aspett tal-ħajja pubblika u privata tiegħu, ukoll, jekk meħtieġ, bis-sagrifiċċju ta’ ħajtu stess. Il-martirju hu l-aqwa xhieda li tingħata lill-verità tal-fidi.” Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58.1 “... Inti li tajt lilek innifsek lil Alla, għandek tikkonsagra LILU, kull mument ta’ ħajtek ...”

TALBA

Issa li sejjaħtli biex inxandar il-Kelma Tiegħek,

għinni ngħix bik, Mulej, u nkun strument tal-paċi tiegħek.

Ġorrni mit-Tabor tal-kontemplazzjoni, lejn il-witja tal-impenn fil-ħajja ta’ kull jum.

U jekk l-għemil inixxifli ħajti, mexxini lejn il-għolja tas-silenzju.

Minn hemm fuq nikxef is-sigrieti tal-kontemplazzjoni, u l-ħarsa tiegħi missjunarja tasal aktar malajr

lejn it-trufijiet tal-art. Ammen.

Don Tonino Bello – Kliem ta’... Fidi – Pub. ĊAK Missierna ...

Il-Ħamis, 8 ta’ Novembru Beata Eliżabetta tat-Trinità – verġni

Beatu Ġwann Duns Scotus - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 3: 3-8ª Dak kollu li għalija kien qligħ, jien għaddejtu bħala telf

minħabba Kristu.

2. Salm 104: 2-7 Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej!

3. Luqa 15: 1-10 Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li

jindem.

SIGNUM FIDEI 17

BEATU ĠWANNI DUNS SCOTUS (c1266-1308), saċerdot Franġiskan. Twieled f’Duns, ftit mili ’l bogħod minn Berwick-upon-Tweed, fl-Iskozja.

Jingħad li kien edukat minn ħu missieru fil-kunvent tal-Franġiskani f’Dumfries u mbagħad hu nnifsu daħal Franġiskan meta kellu 15-il sena. Hu mar jistudja f’Oxford. Kien ordnat saċerdot ta’ 24 sena f’Northampton fis-17 ta’ Marzu 1291.

Wara l-ordinazzjoni tiegħu mar Pariġi biex jieħu l-masters’ degree fit-teoloġija, fejn baqa’ sal-1296.

Fl-1297, reġa’ kien lura f’Oxford – u anki Cambridge – jagħti konferenzi fuq is-Sentenzi ta’ Pietru Lombardo, li hu kien dejjem jirrevedi sal-1301.

Fl-1302 irritorna Pariġi, imma kellu jitlaq minn hemm għax ma riedx jissapportja l-appell tar-re Franċiż Filippu IV s-Sabiħ (li ħakem bejn l-1285 u 1314) biex isir konċilju ġenerali kontra l-Papa Bonifaċju VIII (1294-1303). Il-kwistjoni bejn dawn iż-żewġ mexxejja kienet tirrigwardja r-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Istat.

B’danakollu, Ġwanni Duns Scotus ma tantx dam wisq imbiegħed minn Pariġi, u meta rritorna ħa miegħu ittra ta’ rakkomandazzjoni minn Gonsalvos Hispanus li kien is-surmast tiegħu f’Pariġi bejn 1293-1296 u li issa kien il-Ministru Ġenerali tal-Ordni Franġiskan. Fl-ittra Gonsalvos jirreferi għall-“ħajja ta’ min ifaħħarha” ta’ Scotus u “l-ġenju mill-aktar sottili” tiegħu – aktar tard hu ġie mlaqqam id-“Duttur Sottili”.

Fl-aħħar, fl-1305, Scotus kiseb il-grad għoli tant mixtieq ta’ magister regens mill-Università ta’ Pariġi u għadda s-sentejn ta’ wara jgħallem hemm.

Fl-aħħar tal-1307, Scotus iddefenda pubblikament it-tagħlim tiegħu – li allura sa dak iż-żmien kien kontroversjali – li l-fidwa ta’ Ġesù kienet applikata bil-quddiem lil Marija minħabba li hi kellha tkun l-Omm ta’ Alla magħmul bniedem. Biex jevitawh minn xi ħsara, kien mibgħut fl-Università ta’ Cologne (Ġermanja) fejn iddefenda (l-ortodossija) t-twemmin kattoliku kontra l-Begardi u l-Begini. (Dawn kienu membri ta’ gruppi ta’ lajċi, li bdew jiffurmaw ruħhom fis-seklu 12, u li l-awtoritajiet ekklesjastiċi kienu jħarsu lejhom b’suspett.)

Il-Beatu Ġwanni Duns Scotus miet f’Cologne is-sena ta’ wara, fit-8 ta’ Novembru 1308, meta kien għad kellu biss 43 sena. Kien midfun fil-knisja tal-Franġiskani f’Cologne u mill-ewwel beda jingħatalu l-ġieħ ta’ qaddis.

Il-Papa Ġwann Pawlu II, fl-20 ta’ Marzu 1993, ikkonferma uffiċjalment il-kult lejh bħala Beatu u ried li jkun imweġġah mhux biss mill-Ordni Franġiskan imma mill-Knisja kollha.

Riflessjoni: L-Isqof Donal Murray, fil-ktieb tiegħu: Keeping Open the Door of Faith, joħroġ ħames temi li wieħed għandu jaħseb fuqhom, speċjalment f’din is-Sena tal-Fidi. Dawn it-temi huma:

1. Il-Knisja mhix primarjament istituzzjoni, imma komunjoni bejn Alla u l-fidili, fejn kull nisrani huwa msejjaħ għall-qdusija.

18 SIGNUM FIDEI

2. Il-Knisja kollha, jiġifieri kull membru, huwa msejjaħ biex ikun missjunarju – fi kliem il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II – “kulħadd għandu rwol ta’ evanġelizzazzjoni”.

3. Il-lajċi għandhom ikollhom rwol importanti fil-Knisja. 4. Kull uman għandu jkollu d-dinjità tiegħu fid-dawl ta’ Kristu. 5. Matul din is-Sena tal-Fidi aħna lkoll għandna nisimgħu, nirriflettu u nitolbu ta’

spiss. L-isfida tal-fidi llum għandha tkun li nerġgħu niskopru l-fidi f’Alla. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36.3 “... Illum irċievi lil Ġesù b’rispett u gratitudni. Agħti mħabbtek lil Ġesù b’radd il-ħajr ta’ mħabbtu lejk ...”

TALBA

Verb Etern, Kelma ta’ Alla tiegħi,

irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek. Beata Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran f’Ruma

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżekjel 47: 1,2,8,9,12 Rajt l-ilma ħiereġ mit-tempju.

jew

1 Korintin 3: 9b-11,16,17 Intom it-tempju ta’ Alla.

2. Salm 45: 2,3,5,6,8,9 Tifraħ il-belt ta’ Alla.

3. Ġwanni 2: 13-23 Ġesù tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu.

SIGNUM FIDEI 19

ID-DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKA TAL-LATERAN F’RUMA Mill-Martiroloġju Ruman It-tradizzjoni tgħidilna li bħal-lum, sa mis-seklu 12, isir l-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-bażilka li l-imperatur Kostantinu kien bena fuq l-għolja tal-Lateran. Għall-ewwel din il-festa kienet issir f’Ruma biss, imbagħad bdew jagħmluha wkoll dawk kollha li jużaw ir-rit Ruman, bħala xiehda ta’ ġieħ lill-bażilka li hi “l-Omm u r-ras tal-knejjes kollha tal-Belt u tad-Dinja” kif ukoll bħala sinjal ta’ mħabba u għaqda mal-Katedra ta’ Pietru, li skont Injazju ta’ Antjokja, “tippresiedi fuq il-ġemgħa kollha magħquda fl-imħabba.” Storja - Inkunu xhieda ta’ Fidi: Missier waħda li kienet fil-klassi tagħha mitilha missierha. It-tfal tal-klassi tagħha kollha attendew għall-funeral tiegħu. Id-devozzjoni u l-imġiba tat-tfal waqt il-quddiesa kienet tassew sabiħa. Ġimgħa wara wieħed raġel mar għand il-Kappillan u talbu jgħallmu r-reliġjon bi preparazzjoni għall-Magħmudija biex jingħaqad mal–Knisja Kattolika. Il-Kappillan ġietu l-kurżità u staqsa lil dan ir-raġel kif kien ħa din id-deċiżjoni u r-raġel wieġeb: ‘‘Jiena attendejt il-quddiesa tal-funeral u bqajt kommoss u mistagħġeb b’dak kolllu li smajt speċjalment bid-devozzjoni li wrew it-tfal.’’ Tagħlima: L-aħjar mezz biex tgħin lill-oħrajn biex jiddedikaw lilhom infushom għal Ġesù,

huwa, li wieħed jiddedika lilu nnifsu kollu kemm hu. Wieħed ftit jagħti każ ta’ li ngħidu fuq ir-reliġjon tagħna, aktar jara kif qed

ngħixuha! Jeħtieġ ngħaddu qalbiena minn bosta tbatijiet biex niddefendu s-sewwa u l-

verita’. Br. Louis

Riflessjoni: F’idejn min hu afdat id-depożitu tal-fidi? Id-depożitu tal-fidi ġie fdat mill-appostli lill-Knisja kollha. Il-Poplu ta’ Alla kollu, permezz tas-sens sopranaturali tal-fidi, imsaħħaħ u mqanqal mill-Ispirtu s-Santu u mmexxi mill-Maġisteru tal-Knisja, jilqa’ r-rivelazzjoni divina, jifhimha dejjem aktar u japplikaha għall-ħajja ... Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 48, punt mit-3 parti

Seeing that the Jews found it difficult to believe what he was telling them, Jesus Christ added that he was himself the bread of life, that their forefathers who had eaten the manna had all died, but that those who eat of this bread come down from

20 SIGNUM FIDEI

heaven will never die; that if anyone eats of this bread, he will live forever; that this bread which he will give is his own flesh. When we receive the body of Jesus Christ, we have the advantage of sharing in our Savior’s life, of having in us an assurance of eternal life. We are even guaranteed to live forever if we preserve in ourselves the Spirit of Jesus Christ, which is what he leaves in us.

TALBA

Mulej Ġesù Kristu sawwab fuqna l-grazzja tiegħek, biex minnek nitolbu u minnek nirċievu

il-milja tal-ħajja vera. Itlob il-Missier għalina

sabiex jagħtina l-fidi vera, u b’hekk nidħlu fil-ħajja ta’ dejjem.

Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek, li int il-bidu u t-tmiem, jistħoqlok kull tifħir, Alla tal-għaġeb, li ħadd ma jista’ jfisser,

għal kemm itul ż-żmien. Ammen.

Sant’Antnin ta’ Padova

Missierna ...

Is-Sibt, 10 ta’ Novembru

San Iljun il-Kbir – papa u duttur tal-Knisja San Andrea Avellino – saċerdot 1521-1608

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filippin 4: 10-19 Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini.

2. Salm 111:1,2,5,6,8,9 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej.

3. Luqa 16: 9-15 Ma kontux fidili fil-qligħ diżonest; min se jafdalkom il-ġid

veru?

San Ljun il-Kbir - papa u duttur tal-Knisja († 461) San Ljun dam Papa 21 sena u insista ħafna fuq il-primat tal-Papa billi għallem

u fisser ċar dan it-tagħlim. Għadhom jeżistu 96 priedka tiegħu, il-biċċa l-kbira qosra u li għamilhom fi ġranet ta’ festi.

SIGNUM FIDEI 21

Kien bniedem spiritwali ħafna u kellu fiduċja kbira fil-providenza ta’ Alla. L-istorja tfakkar il-laqgħa ta’ Ljun ma’ Attila sultan tal-Unni f’Mantova fis-sena 452 u kif il-Papa pperswadieh li ma jeqridx lil Ruma billi jitħallas tribut kull sena u hekk Attila rtira ’l hemm mid-Danubju.

123 ittra tiegħu juruna li kien bniedem eżatt, metodiku. Hu kellu ġenju għat-tmexxija u kien jieħu deċiżjonijiet l-aktar għaqlin. Kien jiddefendi bil-qawwa l-liġi u t-tradizzjonijiet tal-Knisja. L-akbar kisba tiegħu kienet it-tmexxija ċerta li wasslet għall-Konċilju ta’ Kalċedonja fis-sena 451.

Meta nqrat l-ittra tiegħu, it-Tome, li kienet stqarrija klassika fuq iż-żewġ naturi ta' Kristu magħqudin f'persuna waħda, il-ġemgħa ta’ aktar minn 600 approvawha unanimament u qalu: “Pietru tkellem permezz tal-Papa Ljun.”

Silta minn omelija ta’ San Ljun il-Kbir: “... Għeżież, hija diffiċli għall-bniedem li jemmen dak li ma jarax u li jittama f’dak kollu li ma jafx. Għalhekk dawk li kellhom jiġu mħarrġa għat-tradizzjonijiet divini, kien jeħtieġ li jibbenifikaw b’mirakli li jaraw b’għajnejhom u jmissu b’idejhom, biex b’hekk ma jkollhom l-ebda dubju mill-unità sħiħa tat-tagħlim ta’ Ġesù meta jesperjenzaw il-ħlewwa tal-poter tiegħu. B’hekk Alla għażel li jfejjaq lill-bniedem fiżikament, bħala introduzzjoni għall-fejqan internament. Sabiex wara li jfejjaq il-ġisem jkun jista’ jikkura r-ruħ ...” Riflessjoni – Għaliex fil-bniedem hemm ix-xewqa għal Alla? Alla stess, meta ħalaq lill-bniedem skont ix-xbieha tiegħu, naqqax fil-qalb tal-bniedem din ix-xewqa li jara lil Alla. Anki jekk din ix-xewqa ta’ spiss hija injorata, Alla ma jiqafx jiġbed lill-bniedem lejh, biex jgħix u jsib fih dik il-milja tal-verità u tal-hena, li jfittex mingħajr waqfien. Min-natura tiegħu u skont is-sejħa tiegħu, il-bniedem għalhekk huwa esseri reliġjuż, li kapaċi jidħol f’komunjoni ma’ Alla tagħti lill-bniedem id-dinjità fundamentali tiegħu. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 114, it-2 parti Saint Leo’s zeal for strengthening the Church and for defeating her enemies and the heresies that arose in his time manifested itself in an extraordinary manner. He was eminently successful in this; having assembled several Councils, especially the Fourth General Council, he confirmed the faith of the entire Church in the mystery of the Incarnation. When we are called to an apostolic work, if we do not know how to join zeal to action, all we do for our neighbor will have little effect. In your work you ought to devote your effort to oppose the interior and exterior enemies that would prevent the progress of your disciples in piety, mainly, their wayward companions and their own evil inclinations. There is no means you must fail to use to prevent your students from being corrupted by either one of these enemies. Is this what you try especially to do to procure the good of their souls? Often reflect that it is for this purpose that God has commissioned you.

22 SIGNUM FIDEI

TALBA

“Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bil-għerf għamilthom;

mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek. Dan il-baħar ta’ kobor u wisa’ bla tarf,

li fih jimraħ ħut bla għadd; bhejjem żgħar u bhejjem kbar.

Id-dgħajjes jimxu fuq il-mewġ tiegħu, fih jitliegħeb il-Levjatan, li int għamilt.

Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha li tagħtihom ikilhom f’waqtu. Inti tagħtihom u huma jiġbru; tiftaħ idejk u jixbgħu bil-ġid. Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej.”

(Salm 103, 24-28.35).

Missierna ...

Il-Ħadd, 11 ta’ Novembru It-32 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1.1Slaten 17: 10-16 L-armla għamlet ftira żgħira u ġibitha lil Elija.

2. Salm 145: 7-10 Faħħar, ruħ tiegħi, ’il-Mulej!

3. Lhud 9: 24-28 Kristu offra lilu nnifsu darba biss.

4. Mark 12: 38-44 L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd.

Il-lum ser tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fl-10 ta’ filgħodu, b’suffraġju għal-Brothers u l-membri

tal-familja Lasaljana. Kullħadd mistieden biex jattendi

SIGNUM FIDEI 23

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Iċ-ċanfira ta’ Ġesù lill-kittieba hija ċara ħafna, b’awtorita jikxef id-dnub tagħhom – l-ipokresija – li kultant tinbet anke fil-mod kif tiġi interpretata ir-reliġjon. Il-Mulej jispjega kif l-ipokresija hi li “tagħti miż-żejjed” jew minn dak li jibqa’ b’hekk ma nħossux in-nuqqas tiegħu. Ilkoll nafu din kemm tagħmel ħsara. Tiffalsifika l-ħajja personali u dik soċjali, u tnaqqar il-fiduċja fir-relazzjonijiet.

Iżda Ġesù biss għamel konnessjoni bejn l-ipokresija u “ż-żejjed”, u jfiehemna kif biex naħarbu minn l-ewwel waħda irridu wkoll nevitaw it-tieni waħda, billi nagħtu dak li għandna u nimpenjaw dak kollu li aħna bl-aħjar mod.

Din hija kundanna iebsa għall-fariżej u l-kittieba li kienu jaħsbu li biex jogħġbu lil Alla biżżejjed li josservaw il-Liġi b’mod metikoluż, mingħajr ma jipprattikaw dak il-kmandament li jiġbor u jagħti sens sħiħ lill-oħrajn kollha. “Ħobb mela l-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’moħħok kollu u bil-qawwa tiegħek kollha…Ħobb lill-għajrek bħalek innifsek” kif qrajna il-Ħadd li għadda.

Dan jgħodd għalina u għall-bnedmin ta’ kull żmien u post. Jekk fil-fatt dan Alla li Ġesù irrivelalna hu l-Missier ħanin li jingħata mingħajr riservi, allura kull darba li nippruvaw inżomm xi ħaġa għalina quddiem Alla bħal dan; isir tradiment lejn imħabbtu. Kull tentazzjoni biex ma nqiegħdux dak li għandna u dak li aħna għad-disposizzjoni tal-proxxmu issir attentat kontra l-ġustizza u l-paċi.

Fil-qari tallum għandna żewġ mudelli awtentiċi ta’ kif għandna ngħixu r-reliġjon, iż-żewġ romol li jagħtu kull ma kellhom. Il-ġenerożita assoluta mingħajr kalkoli, tiġbed il-grazzja t’Alla. Tikxef mhux biss l-ipokresija tal-kittieba imma wkoll l-imġieba falza tagħna.

Naraw kif fil-ħajja ta’ kuljum malli naqbżu l-familja u l-ħbieb l-iktar intimi, r-relazzjonijiet jinbidlu; m’għandix biżżejjed flus, m’għandix ħin. U Alla - jew ma jeżistix jew jekk jeżisti jaf kemm aħna mħabbtin bil-problemi tagħna u ma jibqax ħin għalih. Din is-soċjeta hekk hi għax tqiegħed il-qies tal-kuntentizza fuq l-akkwisti fuq id-dehra, fuq il-virtwali.

B’xorti tajba il-ħanin Alla ma jieqaf qatt jgħarrex għal dawk li, bħall-armla mingħajr ma jafu jikkumbattu l-ipokresija bl-għotja tagħhom infushom, billi jaqdu lil ħuthom bl-umilta, u b’fidi li ma tqis xejn imma tafda kollox f’idejn Alla anke l-ħajja.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.189, l-1 parti

Illum taħbat il-festa ta’ S. Martin Isqof. San Ġwann Battista De La Salle kiteb meditazzjoni fuq dan il-qaddis: While still quite young, Saint Martin became a soldier, and he remained one until he was 40, but he had even more care to enroll in the Christian militia than in that of the emperor. Although born of a pagan father, he had his name entered in the Church on the list of catechumens when he was only eleven years old. Afterward he devoted himself entirely to piety and to the service of God in such a way that he

24 SIGNUM FIDEI

was admired for his virtue even among those who had already received the grace of Baptism. He had especially such great tenderness for the poor that when he was still in the military and had come upon a naked man who begged him for something to cover himself, Saint Martin cut his own mantle in two and gave the beggar half. This led Jesus Christ to let him know that he acknowledged this gift as made to himself. He appeared to him the next night, wearing the half-mantle and saying, Martin, although he is only a catechumen, clothed me with this mantle. You, enrolled in the army of Jesus Christ, are in his service and, as it were, on his payroll. Do you have the service of God as much at heart as Saint Martin did? Are you also as charitable toward the poor as he was, even though he was still only a catechumen? Every day you are with the poor, and you are commissioned by God to clothe them with Jesus Christ and with his Spirit.

TALBA

Alla Missierna, Int it-triq, il-verità u l-ħajja,

tħallina qatt nitbiegħdu minnek int li inti t-TRIQ;

lanqas tonqsilna l-fiduċja fik, int li inti l-VERITÀ;

lanqas li noqogħdu fuq xi ħadd iktar minnek int li inti l-ĦAJJA.

Għallimna nagħmlu kollox bil-għaqal, nemmnu b’fidi ferma fl-Aħbar it-Tajba,

u li nħobbu lil xulxin b’tenerezza. Ammen.

Missierna ...

It-Tnejn, 12 ta’ Novembru San Teodoru Studita, abbati - Tifkira (abjad) jew

San Ġosofat, isqof u martri – Tifkira (aħmar)

Illum jaħbat l-anniversarju ta’ Br. John Johnston. Kien superjur ġenerali tal-Brothers.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

SIGNUM FIDEI 25

Qari: 1. Titu 1: 1-9 Aħtar presbiteri, skont ma ordnajtlek.

2. Salm 23: 1-6 Dan hu n-nisel li jfittxek, Mulej.

3. Luqa 17: 1-6 Jekk idur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, ‘jisgħobija,’ aħfirlu.

SANTA FRANĠISKA XAVIER CABRINI Franġiska Xavier Cabrini twieldet fil-15 ta’ Lulju 1850, f’Sant’Angelo, 20 mil il-

bogħod minn Milan, l-Italja. Missierha kien bidwi li kien jaqlagħha mhux ħażin. Kienet waħda minn 13-il wild.

Missierha, wara l-ikla ta’ filgħaxija kien iħobb joqgħod jaqralhom dwar il-missjoni fiċ-Ċina. Dan żera’ x-xewqa li tmur missjunarja fiċ-Ċina fiċ-ċkejkna Franġiska.

Ħadet l-edukazzjoni għand is-sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù u laħqet għalliema. Xtaqet tidħol reliġjuża ma’ dawn is-sorijiet, però ġiet irrifjutatha, minħabba saħħitha li kienet fraġli ħafna.

Bdiet xogħol karitattiv f’orfanatrofju tal-Providenza ġo Cadogno. Fl-1877, għamlet il-voti hemmhekk stess u ħadet l-abitu reliġjuż.

Meta l-arċisqof tad-djoċesi għalaq l-orfanatrofju, poġġa lil Franġiska bħala superjura tas-Sorijiet Missjunarji tal-Qalb ta’ Ġesù. Seba’ tfajliet mill-orfanatrofju ngħaqdu magħha.

Il-Papa Ljun XIII bagħatha għall-missjoni fl-Istati Uniti, flimkien ma’ sitt sorijiet oħra, biex taħdem fost l-eluf ta’ emmigranti Taljani li kienu qed jgħixu hemm.

Waslet New York u sabet diffikultajiet kbar f’kull pass li kienet tagħmel, tant li l-arċisqof taha l-parir li terġa’ lura l-Italja. Iżda Franġiska, mara ta’ qlubija liema bħalha kienet determinata li tiftaħ orfanatrofju fil-post u b’kuraġġ kbir irnexxiela.

Fl-1909 ħadet iċ-ċittadinanza tal-Istati Uniti. Kellha fiduċja għamja fl-imħabba infinità t’Alla. Dan taha s-saħħa biex tkun

mara kuraġġuża u twettaq ix-xogħol ta’ Kristu. F’35 sena Franġiska Xavier Cabrini rnexxiela twaqqaf 67 istituzzjoni ta’ kura

għall-foqra, l-abbandunati u l-morda. Billi bdiet tara li l-fidi kienet qed tonqos b’rata mgħaġġla fost l-immigranti Taljani, organizzat skejjel u klassijiet edukattivi għall-adulti.

Meta kienet għadha żgħira kienet tibża’ ħafna mill-ilma. Kienet tibża’ li tegħreq. Madanakollu qasmet l-Oċean Atlantiku iżjed minn 30 darba.

Hija mietet bil-malarja fl-isptar tagħha stess, f’Colombus, Chicago, fit-22 ta’ Diċembru 1917. Kellha 67 sena.

Fis-7 ta’ Lulju 1946, il-Papa Piju XII, ikkanonizzaha. Qal dawn il-kelmiet waqt il-kanonizzazzjoni: “Għalkemm persunità kienet fraġli, kellha spirtu tant qawwi, li meta kienet tkun ċerta li hi r-rieda t’Alla, ma kienet tħalli xejn ifixkilha li twettaq dak li kien jidher mhux fil-kompitu u s-saħħa ta’ mara.”

Kienet l-ewwel ċittadina tal-Istati Uniti li ġiet ikkanonizzata.

26 SIGNUM FIDEI

Hija l-patruna tal-emigranti, tal-każi impossibbli u tal-amministaturi tal-isptarijiet.

Riflessjoni – Nemmen fil-maħfra tad-dnubiet: “Il-magħmudija hi l-ewwel sagrament u s-sagrament prinċipali għall-maħfra tad-dnubiet. Għad-dnubiet li jitwettqu wara l-magħmudija, Kristu waqqaf is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni jew Penitenza, li permezz tiegħu l-imgħammed jerġa’ jirrikonċilja ruħu ma’ Alla u mal-Knisja. Kristu ta lill-Knisja l-missjoni u s-setgħa li taħfer id-dnubiet: ‘Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.” (Ġw. 20,22-23) Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, it-2 parti In the Gospel Jesus Christ gives two reasons for the efficacy of prayer. The first is the faith and confidence we have in praying. Whatsoever you ask in prayer with faith, says Jesus Christ, you will receive. He says all whatsoever, and he makes no exceptions. Would anyone believe that faith would have such an effect that we would obtain infallibly whatever we ask of God, if the Son of God, who is Truth, had not assured us of this? He not only made this known to you by his words but also gave you a great example of it in the Canaanite woman. She had insistently prayed and entreated with Jesus Christ to deliver her daughter, who was possessed by a demon. Because of her faith, she merited that Jesus Christ give her what she requested. Oh woman! exclaimed Jesus, how great is your faith! Let it be done as you desire. Be convinced, then, that God is ready to refuse you nothing that you ask of him with faith and confidence in his goodness.

TALBA Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,

li għandu d-dnub tiegħu mistur! Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej

u ma għandu ebda qerq f'qalbu! Jien bqajt sieket u nfena ġismi,

jiena u nokrob il-jum kollu. Għax lejl u nhar it-toqol ta' idek fuqi; saħħti nfniet bħal bis-sħana tas-sajf.

Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx.

Jien għedt: "Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti." U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.

Salm 32: 2-5

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 27

It-Tlieta, 13 ta’ Novembru San Staniżlaw Kostka

Santa Agostina Pietrantoni - verġni San Diegu minn Alcalà

Beatu Artemidis Zatti - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.Titu 2: 1-8,11-14 Ngħixu bit-tjieba, u nistennew id-dehra ta’ Ġesù Kristu.

2. Salm 36: 3,4,18,23,27,29 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej.

3. Luqa 17: 7-10 Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss

dak li kellna nagħmlu.

STANISLAW KOSTKA - reliġjuż (1550-1568) Dan il-qaddis kien it-tieni iben ta’ senatur Pollakk. Huwa talab biex jidħol fil-Kumpanija ta’ Ġesù wara li għadda diversi snin fl-

iskola tagħhom fi Vjenna. Iżda l-provinċjal beża’ li l-ġenituri ta’ Stanislaw jagħmlu oppożizzjoni u għalhekk il-qaddis telaq bil-moħbi lejn il-Ġermanja fejn S. Pietru Kanisju ppruvah f’xogħlijiet ħfief għal tliet ġimgħat u mbagħad bagħtu għand il-Ġeneral tal-Ġiżwiti f’Ruma.

Dan kien S. Franġisk Borgia, li aċċetta lin-novizz minkejja t-theddida ta’ missieru li kien ser jaħdem għat-tkeċċija tal-Ġiżwiti mill-Polonja.

Ħuh ikbar minnu, Pawlu, intbagħat Ruma biex jieħu lura lejn id-dar lil Stanislaw b’kull mezz. Iżda x’ħin Pawlu wasal Ruma sab li ħuh Stanislaw kien mejjet.

Ġimagħtejn qabel il-festa tal-Assunta il-qaddis qal li kien jittama li jkun fis-sema għall-festa.

Huwa marad fl-10 ta’ Awwissu u miet fil-15 tal-istess xahar, ftit wara li qal lill-qassis li kien jassistih, li kien ra lill-Madonna.

Stanislaw miet ta’ 17-il sena wara 9 xhur bħala novizz Ġiżwita. Illum huwa wieħed mill-padruni tal-Polonja.

Riflessjoni – Il-qassis huwa l-qaddej tal-poplu: Għaliex jissejjaħ Sagrament tal-Ordni? Ordni tfisser korp (grupp) ekkleżjali, li tidħol fih permezz ta’ konsagrazzjoni speċjali (ordinazzjoni), li permezz ta’ don speċjali tal-Ispirtu wieħed ikun jista’ jeżerċita setgħa mqaddsa f’isem u bl-awtorità ta’ Kristu għas-servizz tal-poplu ta’ Alla. Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

28 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.71, it-2 parti

When we are in the presence of Jesus, that is, when some passing inspiration enlightens us, whether it comes on our part or from those who guide us, let us wait until Jesus speaks to us and restores our health and movement, as he did for the paralytic. Let us rely on the firmness of our faith, even though we have no feeling of God and are without any movement toward God. Let us be assured that this view of faith will be very pleasing to God and that after he has helped us and stirred up our confidence, he will say, as he did to the paralytic, Stand up, that is, rise up to God. All our strength will return to us; we will easily rise. We will find nothing to hold us back any longer, no obstacle to hinder our exterior movements and to prevent us from going to God. This is why, as soon as Jesus says to us, Go home, we will find it so easy to go to God and to converse with him that nothing will be more pleasing to us. This will be the result of our patience, which God delights to reward in his servants. Sometimes this kind of disposition results from some sin we have committed. In this case we must express great sorrow before God and deplore our misery, for this is usually what Jesus is expecting before he does good for a sick soul and repairs in it what human weakness has made it lose. Watch, then, so that your failures will not cause God to withdraw his graces from you.

TALBA

Kemm inħossni nistrieħ meta nħalli ’l qalbi tobdi l-liġi tiegħek.

Għaliex għandek biss insib l-għerf biex ma naqax fis-sakra ta’ din id-dinja,

li ma tixrobx ħlief il-pjaċiri biex tirnexxi fil-ħajja bit-tajjeb jew bil-qerq.

Nixtieq li jiena nafda fik Mulej. Nisma’ u nagħti kas ta’ leħnek biss

u nibqa’ fidil lejk għax int biss il-Mulej!

B’hekk biss nista’ ngħix il-vera Ħajja li ngħixuha kuljum

taħt il-kenn tal-imħabba tiegħek li fik insib l-għaxqa tiegħi.

Ammen. Br. Louis

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 29

L-Erbgħa, 14 ta’ Novembru San Nikola Tavelić u sħabu - martri

San Ġużepp Pignatelli - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Titu 3: 1-7 Konna nies li tilfu t-triq, iżda Alla fil-ħniena tiegħu salvana.

2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

3. Luqa 17: 11-19 Ħadd minnhom ma nstab rieġa’ lura biex jagħti glorja ’l Alla

ħlief dan il-barrani!

SAN NIKOLA TAVELIC U S}ABU MARTRI Twieled fil-belt ta’ Sibenik, fil-Kroazja, madwar l-1340. Daħal mal-

Franġiskani Konventwali ta’ belt twelidu u sar saċerdot madwar l-1365. Għal 20 sena ħadem fil-Bosnija kontra l-ereżija tal-Patareni u tal-Manikej.

Imma meta t-Torok daħlu fis-Serbja u fil-Kroazja, San Nikola deherlu li l-aħjar ħaġa li kellu jagħmel kienet li jmur missjunarju fl-Art Imqaddsa, biex jikkonverti lill-Misilmin.

Telaq għalhekk ma’ tliet patrijiet oħra, Dijodatu minn Rodez, Franċiż, Stiefnu minn Cuneo, Taljan, li dawn kienu Konventwali bħalu, u Pietru minn Norbonne, Franċiż ukoll, li dan kien dixxiplu tal-Beatu Pauluccio Trinci, il-Fundatur fl-1368, tar-Riforma Osservanti.

Għexu għal xi żmien fil-kunvent ta’ Sijon, ħdejn iċ-ċenaklu. Imma fil-11 ta’ Novembru 1391, marru fil-Moskea ta’ Omar, mibnija flok it-tempju ta’ Ġerusalemm, u b’kuraġġ li ma jitwemminx, qalu lill-Qadi, li jekk ma jsirx nisrani, ma jistax isalva. Il-Qadi wieġeb li jekk huma ma jsirux Misilmin jieħdu l-mewt.

Wara tlett ijiem, dawn l-erba’ Franġiskani mietu martri għal Kristu, imqattgħin biċċiet bix-xwabel. Il-metodu tagħhom illum ma nifhmuhx, imma huma fil-fatt ħadu l-mewt biex ixandru lil Kristu.

Għalhekk il-Papa Pawlu VI mar jikkanonizzahom fil-21 ta’ Ġunju 1970. Il-fdal ta’ San Nikola Tavelic jinsab meqjum fil-knisja ta’ San Franġisk ta’

Sibenik, tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Konventwali.

Riflessjoni- Kemm hu faċli tkun umli: Silta min-noti spiritwali tal-Beatu Papa Ġwanni XXIII – 7 ta’ Mejju 1899 “Is-sena l-oħra, fl-1 ta’ Mejju, tlabt lil Marija żewġ affarijiet: umiltà u mħabba. Sal-aħħar tax-xahar it-talba tiegħi nqalgħet, għax f’żewġ okkażżjonijiet stajt nipprattikahom it-tnejn. Din is-sena ninsab fejn kont, u nittama li l-Madonna terġa’ tismagħni. Kemm hi ħanina! Biex ngħid il-verità nsibha tassew iebsa li numilja lili

30 SIGNUM FIDEI

nnifsi, imma nittama li dan ikun sforz li għalih niġi ppremjat. Kollox jiddependi minn kemm ikolli bidu tajjeb. Ġesù, Marija, intom tafu li jien irrid nikkuntentakom u li nħobbkom.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 95.1 “... Aktar ma inti tiddedika ruħek għat-talb, iżjed twettaq xogħol siewi, għaliex waħdek m’għandekx il-kapaċità li tagħti l-għajnuna meħtieġa għas-salvazzjoni tal-erwieħ ...”

TALBA O Ġesù,

agħtina x-xorti tajba li fid-dar u l-imkejjen kollha fejn naħdmu

joħorġu minn qalbna u mill-imġiba tagħna r-raġġi tal-ħlewwa u l-umiltà

sabiex inkunu fil-grazzja tiegħek kull fejn ngħammru.

B’hekk insiru ċentri ta’ serħan, tgawdija, sabar u faraġ.

Ammen Dun Ġużepp Cauchi – Saċerdot Għawdxi 1900-1955

Missierna ...

Il-Ħamis, 15 ta’ Novembru

San Albertu l-Kbir - isqof u duttur tal-Knisja

Beata Madalena Morano - verġni

Beata Marija tal-Passjoni - fundatriċi tal-Franġiskani Missjunarji ta’ Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filemon 7-20 Ilqgħu, mhux bħala lsir, imma bħala ħuk għażiż.

2. Salm 145: 7-10 Hieni min f’Alla jsib il-għajnuna tiegħu.

3. Luqa 17: 20-25 Is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.

SIGNUM FIDEI 31

SAN ALBERTU L-KBIR – isqof u duttur tal-Knisja San Albertu l-Kbir twieled f’Lauingen f’xatt id-Danubju, fil-Ġermanja, għall-ħabta tal-1206. Studja Padova u Pariġi. Daħal fl-Ordni tal-Predikaturi u għallem f’ħafna postijiet. Sar isqof ta’ Regensburg, u tħabat bla heda għall-paċi bejn il-popli u l-istati. Kiteb ħafna kotba ta’ għerf kbir fuq it-teoloġija u x-xjenzi naturali. Miet f’Köln fl-1280. BEATA MADDALENA MORANO – Verġni Maddalena Caterina Morano twieldet f’Chieri, fil-provinċja ta’ Turin, l-Italja, fil-

15 ta’ Novembru 1847. Meta kellha biss 8 snin miet missierha u hi bdiet tgħin lil ommha fix-xogħol, biex trabbi l-familja.

Bil-għajnuna ta’ zijuha, kompliet l-istudji tagħha u ta’ 17-il sena kisbet iċ-ċertifikat ta’ għalliema.

Ta’ 19-il sena bdiet tgħallem f’Montaldo Torinese, u għamlet hemm 14-il sena. Kienet għalliema kompitenti ħafn u kisbet stima u rispett kbir min-nies tal-post.

Maddalena, fuq il-parir tad-Direttur Spiritwali tagħha, marret tkellem lil Don Bosco, li diġà kienet għamlet konoxxenza tiegħu f’Asti xi 16-il sena qabel.

Dan idderiġiha biex tmur tgħallem Mornese għand is-sorijiet, u Madre Mazzarello laqgħatha b’idejha miftuħa.

Fl-1880, ikkonsagrat ruħha lil Alla u ħadet il-voti perpetwi u fl-1881, l-Arċisqof ta’ Katanja bagħatha tieħu ħsieb dar ta’ tagħlim fi Trecastagni, fejn mexxiet għal 4 snin.

Reġgħet marret Turin, u kienet Direttriċi tal-Komunità ta’ Valdocco, iżda damet biss sena, għaliex reġgħet inbagħtet Sqallija bħala direttriċi. Kellha l-impenn li tifforma komunitajiet ġodda ta’ sorijiet qaddisa. Ma’ Sqallija kollha rnexxiela tiftaħ skejjel, orfanatrofji, oratorji, residenzi għal studenti u żgħażagħ u werkxops. Il-katekisti kollha ta’ Katanja kienu taħt is-superviżjoni tagħha.

Iż-żelu u l-ispirtu ta’ komunità li kienet toħloq madwara, nibbtu ħafna vokazzjonijiet. Kellha devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u Marija l-Għajnuna tal-Insara, li kienu jiggwidawha f’kull biċċa xogħol li hija twettaq. Kienet timxi ħafna fuq il-kariżma ta’ Don Bosco.

Hija mietet bil-kankru fis-26 ta’ Marzu tal-1908, f’Katanja. Sa mewtha kienet ħalliet 18-il dar fi Sqallija, 142 soru, 20 novizza u 9 postulanti.

Fil-5 ta’ Novembru 1994, il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, ibbeatifikaha, f’Katanja. Il-fdalijiet tagħha jinsabu għall-qima, f’Terme ġewwa Messina.

Riflessjoni: “Id-definizzjoni favorita tiegħi tal-fidi hija dik li nsibu fil-katekeżi l-qadima. Ir-risposta għall-mistoqsija, ‘X’inhi l-fidi?’, hi dik li ‘l-fidi hija don supranaturali ta’ Alla li kapaċi tagħmilna nemmnu mingħajr ma niddubitaw dak kollu li Alla rrivelalna’. Din togħġobni għax tfakkarna li l-fidi hija don jew grazzja. Hija l-mod kif Alla, li hu l-VERITÀ nnifisha, jgħidilna nemmnu fih bħala l-ħallieq tagħna, u f’Ibnu Ġesù, s-

32 SIGNUM FIDEI

SALVATUR tagħna. Hemm libertà qawwija fil-fidi, għaliex bħala don, aħna jew naċċettawha jew nagħżlu li nirrifjutawha. Ir-raġuni, madanakollu, minħabba l-loġika titlobna li naċċettaw il-konklużjoni bħala l-verità. Min-naħa l-oħra,kuntrarjament għar-raġuni il-fidi hi aktar ħanina u tgħinna nemmnu minħabba l-IMĦABBA li Alla għandu għalina.” L-Isqof Malcolm McMahon – Isqof ta’ Nottingham Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.70, parti mit-3 punt

By thinking about God at all times, we fulfill this commandment and also by referring to him all our thoughts about creatures in such a way that we do not think about anything that relates to them unless it leads us to love God or keeps us in his holy love. Nothing shows better that we love another person than when we cannot help thinking about that person. How happy you would be if all your thoughts tended only to God and were only for God! Then you would have found your paradise in this world, because you would be engaged in the same activity as the saints, and the happiness that they are enjoying would be yours. True, there would still be this difference, that the saints see God clearly in his own nature, whereas we enjoy God only by faith. But this view of faith gives so much pleasure and joy to a soul who loves God that even in this life it has a foretaste of the delights of heaven.

TALBA X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem, biex taħseb fih?

Ftit inqas mill-allat għamiltu, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu.

Mulej, sid tagħna, kemm hu kbir ismek

fl-art kollha! (Salm 8)

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 33

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru

Beatu Brother Aurelio Maria u sħabu martri - frère San Ġeltrude - verġni

Santa Margarita tal-Iskozja

San Rokku Gonzalves - Ġiżwita u sħabu martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Ġwanni: 4-9 Min jibqa’ fit-tagħlim, għandu sew lill-Missier u sew lill-

Iben.

2. Salm 118:1,2,10,11,17,18 Hieni min jimxi fil-liġi tal-Mulej.

3. Luqa 17: 26-37 Hekk ikun il-jum li fih jidher Bin il-Bniedem.

BEATU BROTHER AURELIO MARIA U S}ABU TA’ ALMERIA 1936-37 Il-belt ta’ Almeria tinsab fir-reġjun ta’ Andalusia, fin-naħa ta’ nofsinhar lvant

tal-Kosta ta’ Spanja. Il-Brothers fetħu skola hemmhekk, wara li fl-1904 ġew imkeċċija minn Franza

u l-kolonji tagħha, wara l-liġi ta’ Combes. Fit-22 ta’ Lulju 1936, ħames Brothers ġew arrestati fil-bini tal-iskola u

mitfugħa l-ħabs. Tnejn oħra ġew arrestati fit-triq waqt li kienu sejrin jimpustaw xi ittri lill-qraba tagħhom. Brothers Analio, Edmigio u Valerio baqgħu miżmuma l-ħabs għal tliet ġimgħat u wara ġew trasferiti f’bastiment tal-faħam li kien mibdul bħala ħabs. Fil-lejl tat-30 t’Awwissu ġew meħuda ħdejn bir u b’riġlejhom marbuta wara daharhom, kienu maqtula b’tir f’rashom. Wara, ġisimhom kien mitfugħ f’bir. Meta nstabu l-fdalijiet tagħhom, minn testijiet li saru skoprew li Br. Valerio ġie mitfugħ ħaj ġol-bir.

Brothers Teodomiro u Evencio kienu ilhom sitt ġimgħat morda ġo ċella, meta ħaduhom barra l-belt u b’pistola ma’ rashom interrogawhom. Wara ttieħdu fl-istess bastiment tal-faħam u fit-8 ta’ Settembru ġew xkubettjati f’post imwarrab.

Lid-direttur, Br. Aurelio, u lil Br. Josè dawruhom f’diversi ħabsijiet sakemm fl-aħħar sparawlhom fl-iskola tagħhom u tefgħuhom ukoll f’bir.

Dawn is-seba’ Brothers ġew ibbeatifikati nhar l-10 ta’ Ottubru 1993, flimkien ma’ żewġ isqfijiet.

Bejn l-1934 u l-1939, ġew maqtula 165 Brother mill-1432, li kien hemm ġewwa Spanja. Dan għaliex kienu għalliema reliġjużi.

34 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni – Il-bniedem jixxennaq għal Alla: “Alla stess, meta ħalaq lill-bniedem skont ix-xbiha tiegħu, naqqax fil-qalb tal-bniedem din ix-xewqa li jara lil Alla. Anki jekk din ix-xewqa ta’ spiss hija injorata, Alla ma jiqafx jiġbed lill-bniedem lejh, biex jgħix u jsib fih dik il-milja tal-verità u tal-hena, li jfittex mingħajr waqfien. Min-natura tiegħu u skont is-sejħa tiegħu, il-bniedem għalhekk huwa esseri reliġjuż, li kapaċi jidħol f’komunjoni ma’ Alla tagħti lill-bniedem id-dinjità fundamentali tiegħu.” Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.17, parti mit-2 punt

What ought to induce a soul truly given to God to be always ready to meet temptation is what Job says: human life is a temptation or, according to the Vulgate, a constant warfare. From this we may conclude that if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation.

TALBA

Mulej Alla, agħmel li xhieda tal-martri t’Almeria

isaħħaħna fil-fidi. Agħmel li l-martirju tagħhom ikun żerriegħa

biex nikbru fil-qdusija. Għinna biex ninkuraġixxu d-dgħajfa,

niddefendu n-nies bla saħħa, ikollna l-kuraġġ li f’nofs id-diffikultajiet

nkunu sinjal tas-saltna tiegħek, ma’ dawk li int tibgħat f’nofsna.

Agħtina l-qawwa tal-Ispirtu biex infittxu l-ftehim u l-maħfra, u ngħixu ħajja ġusta u fil-paċi bħala aħwa ta’ Ġesù ibnek.

Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 35

Is-Sibt, 17 ta’ Novembru Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ San Ġwann Battista De La Salle

Santa Eliżabetta tal-Ungerija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 3Ġwanni: 5-8 Għandna nilqgħu lil ħutna, ħalli b’hekk nissieħbu magħhom fil-

ħidma għat-tixrid tal-verità.

2. Salm 111: 1-6 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej.

3. Luqa 18: 1-8 Alla jagħmel ħaqq lill-magħżulin tiegħu.

SANTA ELIŻABETTA TAL-UNGERIJA (1207-1231) S. Eliżabetta hi l-patruna tat-Terzjarji Franġiskani u tal-Karitajiet kollha

kattoliċi. Eliżabetta kienet bint is-sultan Andrea II tal-Ungerija, iżda rċeviet l-edukazzjoni tagħha fil-qorti tat-Turinġja fil-Ermanja. Minn tfulitha kienet devota u tgħin kif tista’ lill-proxxmu.

Bilkemm kellha 14-il sena meta żżewġet lill-futur Lwiġi (Ludvig) IV tat-Turinġja. Kellha tlett itfal. Il-ħajja miżżewġa tagħhom, minkejja li kienet waħda qasira, kienet għal Eliżabetta perijodu ta’ hena kbir.

F’dan iż-żmien l-ewwel Patrijiet Franġiskani daħlu fil-pajjiżi Ġermaniċi, u nġibdet tant mill-ispirtu Franġiskan, li qanqal f’din id-dukessa żagħżugħa x-xewqa għal ħajja (ta’ tgħakkis) mortifikata.

Il-ħajja tagħħa nbidlet meta f’daqqa meta żewġha li kienet tant tħobb miet fi triqtu għall-Palestina biex jieħu sehem fil-Kruċjata (1227), 18-il ġurnata wara t-twelid tat-tielet tarbija tagħha Ġertrude.

Eliżabetta, li issa kellha 20 sena, waqgħet f’faqar kbir għax il-qraba tagħha (min-naħa ta’ żewġha?) ċaħħdu lil din l-armla żagħżugħa minn kull kenn u mezzi għaliha u għal uliedha. Hi kellha tmur minn post għal ieħor tittallab il-karità, imma l-virtujiet tagħha kienu akbar mill-isfortuni tagħha.

Irrifjutat li terġa’ tiżżewweġ. Daħlet terzjarja franġiskana. Xejn ma seta’ jtellef jew inaqqas il-ġentilezza jew it-tjubija tagħha, lanqas is-severità eċċessiva tas-saċerdot li għażlet bħala direttur spiritwali tagħha.

Fl-aħħar, kisbet lura xi ftit mill-ġid li kellha u permezz tiegħu ħasbet għall-futur ta’ wliedha imma qassmet il-bqija tas-sehem tagħha f’opri ta’ karità.

Waqqfet sptar f’Marburg u għaddiet il-bqija ta’ ħajjitha ddur bil-morda u tgħin lill-fqar.

Mietet fis-16 ta’ Novembru 1231 ta’ 24 sena. Il-virtujiet tagħha tant impressjonaw lin-nies ta’ żmienha li erba’ snin biss wara mewtha kienet ikkanonizzata "bħala t-tieni Santa Klara."

36 SIGNUM FIDEI

Mill-istorja tal-istitut: Kien fl-1937, li twettqet ix-xewqa ta’ De La Salle - hu dejjem kellu x-xewqa li jmur Ruma - meta l-fdalijiet tiegħu ġew meħuda Ruma u tqiegħdu fil-knisja tal-istitut. Il-knisja tinsab fin-nofs tad-Dar Ġenerali f’Ruma u nbniet fl-1936. Kien fis-17 ta’ Novembru tal-1951, meta l-knisja ġiet sollennament iddedikata lill-Fundatur. F’din is-sena kienu qed isiru ċelebrazzjonijiet speċjali f’għeluq it-300 sena mit-twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle. Fid-Dar Ġenerali tiġi ċċelebrata l-liturġija solenni ta’ din l-okkażjoni. Riflessjoni: Mill-enċiklika tal-Beatu Papa Ġwanni XXIII: Ad Petri Cathedram “Tant elmu u xogħol qed jintefa’ fiż-żminijiet tal-lum biex jikber l-għerf tal-bniedem, dak l-għerf li fiż-żmienna qed jissibaħ – u bi dritt – u qed jagħmel progress ħelu fil-qasam tax-xjenza. Imma għaliex ma niddedikawx aktar enerġija, għaqal u entużjażmu fit-tagħlim siewi li għandu x’jaqsam, mhux ma’ din il-ħajja dinjija, li tintemm, imma mal-ħajja tas-smewwiet li għad trid tiġi? L-ispirtu tagħna jistrieħ fil-paċi u jsib il-ferħ, meta jilħaq il-verità kif inhi mgħallma fil-Vanġelu, u kif din titwettaq f’azzjoni f’ħajjitna.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.190, l-1 parti

The piety of Saint Elizabeth was so great that from the age of five, she took no pleasure except to be in church or in her room in order to pray there to God. This led her to speak rarely, because she knew that it is easy to converse often with God when we talk rarely to people and that silence is one of the best means to avoid sin and to keep ourselves in fervor. So that her children might belong entirely to God, she had the custom of taking them in her hands, as soon as they were born, to offer them to the Lord with fervent prayer. Although married, she got up every night for prayer. Early in the morning, she went to church, where, kneeling on the ground, she remained in prayer for a long time. By these practices this saint was a model of piety and virtue in her family and in her dominion. Also in this way this saint showed by her good deeds, as Saint Paul requires of women, the piety of which she had made profession. Following this saint’s example, let us practice piety, for, says Saint Paul, Piety is a great wealth, and it is useful for everything; to it the good things of this life and those of the future life have been promised. Act, then, to procure these benefits by using this means, which is very sure and without which you cannot succeed in possessing the true goods that alone ought to be the object and the goal of all your desires.

TALBA Mal-Knisja kollha jien nipproklama l-fidi tiegħi

f’Alla wieħed li hu l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu

jiena nista’ nagħraf aktar fil-fond il-misteru tat-tliet persuni f’Alla wieħed. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 37

Il-Ħadd, 18 ta’ Novembru It-33 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 12: 1-3 F’dak iż-żmien il-poplu tiegħek jinħeles.

2. Salm 15: 5, 8-11 Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.

3. Lhud 10: 11-14,18 Kristu għamel perfetti għal dejjem ’il dawk li huwa jqaddes.

4. Mark 13: 24-32 Jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Jekk saħansitra s-setet l-iktar fundamentalisti m’għadhomx ibassru l-jum li fih għad tispiċċa d-dinja , sinjal li din it-tip t’ aħbar m’għada tinteressa lil ħadd, forsi għaliex biżżejjed naraw ix-xeni tat-terroriżmu internazzjonali biex nitwerwru. Huma biss l-ambjentalisti u l-klimatoloġi li jallarmawna dwar it-taqlib tan-natura u l-possibiilta tal-qerda tar-razza umana. Anqas dawn ma jirnexxilhom jikkonvinċu lil dawk li ma jarawx fil-bogħod jew ma jridux jaħsbu fil-futur, mhedijin kif inhuma bl-impenji immedjati biex jippruvaw iżommu kollox taħt kontroll assolut. Propju għalhekk il-bniedem għandu bżonn min ifakkru li xi darba jrid imut, li anke is-sistemi politiċi miżmuma b’daqshekk reqqa mis-setgħanin tad-dinja jridu jisfaw fix-xejn.

Il-Knisja għal dawn l-aħħar elfejn sena, fl-aħħar tas-sena liturġika tagħha tfakkarna fl-aħħar tad-dinja li ħadd ma jaf kif u meta se jiġri. Messaġġ inkoraġġanti għal dawnk li jħossuhom skomdi f’din ir-realta li ngħixu fiha imma skomdu għal dawk li huma arroganti u prużuntużi.

Messaġġ ċar għal dawk li jgħixu bil-fidi, theddida għal dawk li jinnegaw l-oriġini divin u jisirquh lil fqar. Messaġġ li jfakkarna li kollox irid jispiċċa max-xemx u l-qamar, il-vanita u t-tlellix tad-dinja. Bħal susa, il-Kelma t’Alla tnaqqar fl-għeruq ta’ din is-sistema inġusta li żżomm id-dinja kif inhi. Għaliex kif hu ċert li d-dinja u s-sistemi tagħha ser jiġu fix-xejn, daqshekk ieħor huwa żgur li kollox, aħna inklużi, mexjin lejn dak it-tmiem li l-Bibbja ssejjaħ “sema ġdid u art ġdida” – il-persuna ta’ Ġesù, il-bidu tal-umanita ġdida. Għal dawk kollha li issa jbatu minħabba l-għatx għall-ġustizzja, għall-fqar, għall-umli, għal dawk li jġibu l-paċi, m’hemmx aħbar isbaħ minn din.

Il-vanġelu tallum iħabbrilhom li l-ħażen li donnu jiggverna d-dinja m’huwiex l-aħħar kelma, għaliex kollox għad jgħaddi minbarra l-kelma t’Alla li hi Kristu – il-bniedem il-ġdid u miegħu dawk kollha li bil-paċenzja u bil-fidi stennew il-miġja tiegħu.

Il-parabbola tat-tina li tarmi l-ewwel weraq titfa’ raġġ ta’ dawl f’dan id-diskors inkwetanti ta’ Ġesù. Hija turina x’inhi it-tama nisranija, ħaġa żgħira quddiem il-poteri tad-dinja u trid tkun imwieżna mill-fidi u l-karita. Iżda t-tama ma

38 SIGNUM FIDEI

tintrebaħx għaliex hi marbuta mal-wegħda t’Alla u timxi lejn it-twettieq tagħha waqt li tegħleb it-tfixkil kollu bil-perseveranza taż-żgħar u l-paċenzja tal-fqar.

Ħsieb: It-tajjeb u l-ħażin jimxu id f’id – dan Alla jippermettih biex jagħti ’l-bniedem il-libertà li jagħżel. Fil-parabbola tas-Sikrana, Kristu jwieġeb: “Erħuhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal żmien il-ħsad, ngħid lill-ħassadin: ‘iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta’ qatta’ għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi’.” (Mattew13:30) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.32, parti mit-3 punt

At the sight of Jesus Christ, Saint Thomas, filled with this light and this conviction inspired by faith, cannot keep from crying out: My Lord and my God! because up to then he saw Jesus Christ only with eyes weakened and blinded by the darkness of incredulity. He was not able to perceive the divinity veiled beneath the shadows of human nature. But now, thanks to this light of faith, which the presence of the Risen Savior strongly imparted to him, he sees all that is divine in our Lord. His faith, strengthened this way, gives him the courage to confess that he who had died on the cross and had been buried in the tomb is his Lord and his God.

TALBA

O Missier ħanin, waqt it-talba tal-Missierna

nitolbuk biex ma nidħlux fit-tiġrib. O, Missier, aħna nafu

li xi drabi inti tippermetti li f’ħajjitna niġu mġarrba.

Nitolbuk, biex waqt din il-prova, l-imħabba tiegħek tieħu ħsiebna

sabiex nibqgħu sodi fil-fidi. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 39

It-Tnejn, 19 ta’ Novembru San Rafel Kalinowski ta’ San Ġużepp - presbiteru

Santa Matilde - verġni Santa Anjeże ta’ Assisi - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 1: 1-4; 2: 1-5a Ġib quddiem għajnejk fiex waqajt u indem.

2. Salm 1: 1-4,6 Lir-rebbieħ nagħtih jiekol mis-siġra tal-ħajja.

3. Luqa 18: 35-43 “Xi tridni nagħmillek? - Li nara, Mulej.”

SANTA ANJEŻE TA’ ASSISI (c.1197-1253) Twieldet f’Assisi. Irruftat proposta għaż-żwieġ, u ta’ 15-il sena telqet mid-dar u

marret fil-kunvent tas-sorijiet Benedittini ta’ Sant’Angelo di Panzo fejn ukoll oħtha akbar minnha, Klara, sittax-il ġuranta qabel kienet marret.

Kienet determinata biex fuq l-eżempju ta’ San Franġisk, hi wkoll tgħix ħajja ta’ faqar u penitenza.

Niesha ma qablux mal-ġest tagħha imma Anjeże rreżistiet t-tentattivi tagħhom biex terġa’ lura d-dar.

San Franġisk laqa’ l-professjoni tagħha, qatgħalha xuxitha, libbisha l-abitu u bagħatha fil-kunvent ta’ San Damiano flimkien ma’ Klara u b’hekk ngħata bidu għall-Ordni tal-Klarissi Fqar.

Fl-1219 hija ġiet maħtura badessa (superjura) tal-kunvent tal-Klarissi ta’ Monticelli qrib Firenze minn San Franġisk innifsu. Waqqfet kunventi ġodda f’Mantova, Venezja u f’Padova, u għenet lil oħtha Klara fil-ġlieda tagħha għall-vot ta’ povertà fl-ordni tagħhom.

Anjeże kienet ħdejn oħtha Klara waqt il-mewt tagħha, u Anjeże mietet tlett xhur wara, fis-16 ta’ Novembru 1253, jingħad kif ħabbritilha Klara stess.

Ħafna mirakli jingħad li saru fuq il-qabar tagħha fil-knisja ta’ Santa Kjara f’Assisi.

Riflessjoni – L-imħabba tat-Trinità Qaddisa: “X’hemm akbar mill-esperjenza ta’ mħabba, meta tirċievi lil Ġesù fit-tqarbin? Waqt li nirċevuh aħna nsiru nemmnu aktar fih. B’hekk xi duttrina tal-Knisja tiftiehem aħjar b’dan il-mod. Huwa diffiċli għalina biex nifhmu u nispjegaw id-duttrina Trinitarja, imma kull meta nkunu qrib Ġesù, l-Ispirtu tiegħu jitlob fina mill-Iben għall-Missier, hi esperjenza reali fit-talb tagħna ta’ kuljum. Waqt li qed ngħixu fl-imħabba t’Alla, il-fidi tagħna fih, tissoda. L-Isqof Malcolm McMahon – Isqof ta’ Nottingham

40 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.26, it-3 parti

The love of Jesus Christ for us led him to institute this divine sacrament in order to give himself entirely to us and to remain always with us. He knew that immediately afterward he would suffer and die for us, that this offering he would make of himself on the cross would occur only once, and that after his Ascension into heaven, he would no longer appear among us. This is why, to give us a sign of his tender love and goodness before dying, he left to his Apostles and to the whole Church in their person, his body and blood to be for us in the ages to come a precious proof of the tender love he feels for us. Today, receive this gift with respect and thanksgiving. Give Jesus love in return for his love, considering what a great benefit you receive. May this love you have for him and the desire you have to be united with him lead you to have a great love for frequent Communion.

TALBA Fl-imħabba kbira tiegħek O Alla,

inti rrivelajt il-misteru tal-ħajja tiegħek trinitarja.

Inti sejjaħtli biex naqsam miegħek din il-ħajja.

Żomm dan il-misteru dejjem quddiem moħħi

u ġewwa qalbi. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 41

It-Tlieta, 20 ta’ Novembru Beata M. Fortunata Viti - verġni

Beatu Baskal Fortuno Almela u sħabu - martri

San Feliċ ta’ Valois

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 3: 1-6,14-22 Jekk xi ħadd jiftaħli l-bieb, jien nidħol għandu u niekol

miegħu.

2. Salm 14: 2-5 Ir-rebbieħ joqgħod maġenbi fuq it-tron.

3. Luqa 19: 1-10 Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva ’l-mitluf.

BEATA MARIA FORTUNATA VITI Anna Felicia Viti twieldet ġewwa Veroli fl-Italja fil-provinċja ta’ Frosinone, nhar

l-10 ta’ Frar 1827. Missierha kien Luiġi Viti, li għalkemm kien sid ta’ ħafna artijiet, kellu l-vizzju tal-logħob tal-azzard u tax-xorb. Ommha, Anna, mietet meta Maria kellha 14-il sena.

Maria kienet it-tielet wild minn disa’ aħwa u minħabba f’hekk kellha tieħu ħsieb il-familja wara l-mewt t’ommha.

Biex ikollha l-flus għall-familja ħarġet taħdem bħala seftura. Kellha proposta għaż-żwieġ imma ddeċidiet li minflok tagħti ħajjitha għall-

ħajja reliġjuża. Fil-21 ta’ Marzu, 1851, fl-età ta’ 24 sena, Maria ngħaqdet mal-Benedittini fil-

Monasteru ta’ Santa Maria de’ Franconi, ġewwa Veroli. Għaddiet aktar minn 70 sena fl-ordni u peress li baqgħet illitterata, għaddiet

ħajjitha tagħmel xogħol tal-ħjata, ħasil u tiswija tal-ħwejjeġ – ħajja verament umli. Iżda kellha devozzjoni kbira lejn is-Sagrament Imqaddes.

Mietet fl-20 ta’ Novembru 1922 u ħdejn il-qabar tagħa seħħew ħafna mirakli. Matul ħajjitha kienu rrapurtati xi mirakli u jingħad li kellha d-don tal-profeżija.

Darba fost l-oħrajn, waqt quddiesa nstemgħet tibki għax kellha viżjoni li l-qassis li kien iqaddes kien ser jitlaq il-vokazzjoni tiegħu. Jingħad ukoll li żewġ tfajliet fiequ mill-marda tal-meninġite wara t-talb tagħha.

Fl-1935, il-fdalijiet tagħha twasslu fil-knisja tal-monasteru hekk kif beda l-proċess tal-kanonizzazzjoni.

Fit-8 ta’ April, 1964, il-Papa Pawlu VI ddikjarha venerabbli, u fit-8 t’Ottubru ġiet ibbeatifikata. Il-kawża tal-kanonizzazjoni tagħha għadha sejra.

Riflessjoni – L-anġli fil-ħajja tal-knisja: “Fuq ix-xhieda tal-Vanġelu u t-tradizzjoni, il-Knisja fehmet li l-eżistenza tal-anġli hija verità tal-fidi tagħna. Ir-rwol tal-anġli hu li jaqdu ’l Alla u jagħmluha ta’ messaġġiera.

42 SIGNUM FIDEI

In-natura tagħhom hija spirtu. Fil-Vanġelu nsibu diversi sitwazzjonijiet fejn insibuhom, waqt it-twelid, il-ħajja u l-qawmien ta’ Kristu. Insibuhom ukoll fil-ħajja u l-liturġija tal-Knisja. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 191.2 “... Inti għandek tifraħ li tinsab fil-Knisja t’Alla, u li ntrabatt għas-servizz tiegħu. Għandek timtela bil-grazzja tal-prattika qaddisa tat-talb ...”

TALBA

Missier f’idejk nerħi dawk l-affarijiet li ma nistax nagħmel. Missier f’idejk nintelaq għal dawk id-drabi meta għaddejt mit-tiġrib

ta’ ruħi u ġismi. Missier f’idejk nintelaq jien għax int turini

minn fejn għandi ngħaddi. Għaliex jiena naf li dejjem nista’ nafda fik

Br. Louis Missierna ...

L-Erbgħa, 21 ta’ Novembru Il-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Żakkarija 2: 14-17 Għajjat bil-ferħ, Sijon, għax il-Mulej ġej.

2. Salm Luqa 1:46-55 Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja ’l Bin il-Missier

etern.

3. Mattew 12: 46-50 Medd idu lejn id-dixxipli u qal: dawn huma ommi u ħuti.

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA Din il-festa tfakkar il-jum tal-konsagrazzjoni (fis-sena 543) tal-knisja ta’ Santa

Marija mibnija qrib it-tempju ta’ Ġerusalemm.

SIGNUM FIDEI 43

Permess ta’ din il-festa, aħna niċċelebraw il-“konsagrazzjoni” ta’ Marija lil Alla, li sa minn ċkunitha tatu lilha nnifisha kollha kemm hi, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu li mlieha bil-grazzja tiegħu fit-tnissil tagħha bla tebgħa.

Skont tradizzjoni antika ħafna, meta l-Madonna kienet għadha tifla żgħira, il-ġenituri tagħha , Sant’Anna u San Ġwakkin, għamlu vjaġġ ta’ madwar mija u tletin kilometru, minn Nażaret għal Ġerusalemm, biex jippreżentawha lil Alla, u jħalluha f’idejn in-nisa twajba tat-tempju.

Dan għamluh biex iżommu wegħda li kienu għamlu, li jekk ikollhom tarbija jikkonsagrawha lil Alla.

Minn dak iż-żmien il-Madonna ġiet imrobbija u edukata ma’ tfal oħra, minn dawn in-nisa.

Għalhekk il-Madonna kibret f’ambjent ta’ talb, meditazzjoni u fil-qadi tas-sagrifiċċju lil Alla.

Din il-festa oriġinat fis-Sirja u daħlet fil-Punent fiż-żmien meta l-Papiet kienu f’Avignon, mill-Papa Girgor XI.

Għall-ewwel kienu jiċċelebrawha biss il-Patrijiet Franġiskani Minuri, iżda ma damitx ma bdiet tiġi ċċelebrata wkoll fil-kurja tal-Papa f’Avignon.

Mill-istorja tal-ordni tal-Frères:

Bħal-lum, 21 ta’ Novembru 1691, San Ġwann Battista De La Salle flimkien ma’ Brother Nocholas Vuyart – u Brother Gabriel Drolin, inġabru quddiem is-Santissimu Sagrament fl-oratorju tal-komunità ta’ Vaugirard, mingħajr ma kien jaf ħadd mill-Brothers l-oħra – u għamlu vot erojku li jibqgħu magħqudin flimkien biex imexxu l-iskejjel, anke lesti li jittalbu l-ħobż biex jgħixu.

Għaliex għamlu dan il-vot?

o Il-fundatur kien qed jara li n-novizzi qed jitilqu. o Ma kienx hemm novizzi ġodda. o L-għalliema tal-iskejjel l-oħra qajjmu kampanja kontra tiegħu. o Għamlulu kawżi waħda f’waħda. o Għalhekk irrikorra lejn Ġesù fl-ewkaristija. o Għażel żewġ Brothers li kien jorbot ħafna fuqhom. o It-tnejn kienu diretturi ta’ skola.

F’mument ta’ dalma għamlu att ta’ fidi

f’Ġesù ewkaristija. Riflessjoni - Marija hi sinjal ta’ tama u faraġ Omm Ġesù, li kisbet diġà fil-ġenna il-glorja tal-ġisem u r-ruħ, hija xbiha tal-knisja meta fiż-żmien li għad irid jiġi, tikseb il-glorja; hija l-bidu ta’ din il-kisba. Sadanittant, hawn fuq l-art, sakemm jasal il-jum meta jiġi ’l-Mulej, hi (omm Ġesù) tassew hi s-sinjal jiddi tat-tama u l-faraġ tal-poplu t’Alla fil-pellegrinaġġ tiegħu.

“Lumen Gentium” – Il-Konċilju Vatikan II

44 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.191, it-2 parti

The Most Blessed Virgin dedicated herself entirely and without any reservation to God on this holy day. Her parents, who had accompanied her for this holy action, left her in the Temple to be brought up in its precincts with other virgins and to devote herself there to the practice of all kinds of virtues. It was quite right that God, who one day would want to make of Mary a temple for his divinity, would do something great for her from her childhood by the eminence of the grace with which he would honor her and by the excellence of the virtues he would produce in her. This is why a pious author says that she constantly occupied herself in the Temple in the service of God and in the holy exercise of fasting and prayer, which she practiced day and night. In this way the all-pure virgin lived a holy life during the entire time she spent in the Temple. You have the happiness of being in God’s house, and you are bound there to his service. You must be filled with graces by the holy practice of prayer and strive to practice the virtues that are most fitting to your state. By these holy exercises, you will be able to fulfill your duties well, for you will not fulfill them as God requires of you except insofar as you are faithful to and diligent at the holy practice of prayer. By this means the Holy Spirit will come to you and will teach you, as Jesus Christ promises his holy Apostles, all the truths of religion and the maxims of Christianity that you must know and practice perfectly, because you are obliged to inspire them in others.

TALBA

O Alla, int ħlaqt kollox mix-xejn. Kollox jiddependi fuqek

għall-eżistenza tagħhom. Għinni biex nistagħġeb b’dan il-kobor tiegħek

fil-ħwejjeġ li jien qed nara. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 45

Il-Ħamis, 22 ta’ Novembru Santa Ċiċilja – verġni u martri

San Salvatore Lilli u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 5: 1-10 Il-Ħaruf il-maqtul fdiena b’demmu minn kull poplu u ġens.

2. Salm 149 : 1-6,9 Int għamiltna għal Alla tagħna saltna u qassisin.

3. Luqa 19 : 41-44 Mhux li għaraft x’inhu ta’ ġid għalik.

BEATU SALVATORE LILLI U SĦABU – martri Patri Salvatore Lilli twieled il-Kappadoċja, provinċja ta’ Aquila fl-Italja, nhar id-

19 ta’ Ġunju 1853. Ta’ età żgħira, ta’ 17-il sena, daħal mal-Ordni tal-Franġiskani Minuri.

Fis-snin 70 tas-seklu dsatax, l-Italja kienet għaddejja minn żmien diffiċli, allura Fra Lilli kellu jkompli l-istudji tiegħu fil-Lvant Nofsani.

Għal xi żmien għex ġewwa Betlem, fejn studja l-filosofija, u wara mar jistudja t-teoloġija f’Ġerusalemm.

Fis-6 ta’ April, 1878, laħaq presbiteru, u baqa’ jagħti s-servizz tiegħu fil-knejjes ta’ San Saver u l-Bażilika tas-Sepulkru Mqaddes.

Fl-1880, mar għall-missjoni fil-belt ta’ Marase, it-Turkija, fejn qatta’ l-aħħar 15-il sena jaħdem fost l-Armeni. Wettaq l-appostolat tiegħu b’ħeġġa kbira u rnexxielu jressaq lura ħafna kattoliċi li kienu tbiegħdu mill-Knisja. Stabilixxa żewġ villaġġi u xtara xi artijiet sabiex in-nies jkunu jistgħu jiżviluppawhom.

Fl-1891, faqqgħet il-kolera u damet għal madwar sitt ġimgħat. Ħadem bis-sħiħ biex jgħin lill-morda.

Fl-1894, laħaq kappillan u superjur tal-kunvent tal-Franġiskani. Matul dan il-perjodu fit-Turkija kien hemm ħafna vjolenza ċivili, taqlib politiku, u ħafna kattoliċi kienu qed jiġu maqtula. Il-kappillan u xi nies mir-raħal ġew arrestati u mġegħla jiċħdu l-fidi nisranija. Iżda Dun Salvatore u sħabu żammew sħiħ fil-fidi. Ta’ dan ġew maqtula bl-aktar mod krudili. Wara l-iġsma tagħhom ġew maħruqa.

Il-Papa Ġwann Pawlu II, ibbeatifika lil Patri Salvatore u sħabu nhar it-3 ta’ Ottubru 1982. Il-Papa b’dan ried ifakkar li żmien il-martri għall-fidi għadu ma spiċċax.

Riflessjoni – X’inhi l-fidi? Il-fidi, rigal li Alla ta b’xejn lill-bniedem u li tinkiseb minn kull min jitlobhielu bl-umiltà, hi l-virtù sopranaturali meħtieġa biex insalvaw. L-att ta’ fidi huwa att uman, jiġifieri att tal-intelliġenza tal-bniedem li, taħt l-imbuttatura tal-volontà mċaqilqa minn Alla, jagħti liberament il-kunsens tiegħu lill-verità divina. Il-fidi, barra minn hekk, hija

46 SIGNUM FIDEI

ċerta, għax mibnija fuq il-Kelma ta’ Alla; taħdem “permezz tal-imħabba” (Gal 5,6); dejjem qed tikber, minħabba s-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u tat-talb. Minn issa stess twassalna biex induqu l-ferħ tas-sema. Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22.2 “… Ara li mil-lum ’il quddiem inti tagħmel minn kollox biex tirċievi lil Kristu fil-milja kollha tal-ispirtu tiegħu billi: tintelaq għal kollox f’idejh ħalli jiggwidak hu, u billi tħalli l-intern tiegħek (jiġifieri: kuxjenza – qalb – ruħ) ikun immexxi mir-rieda tiegħu …”

TALBA

Mulej Alla, San Benedittu għallimna

li l-akbar xogħol tagħna huwa fl-att ta’ qima u adorazzjoni.

Għinni sabiex kuljum nagħmel minn kollox

u nsib ħin għat-talb u adorazzjoni. Ammen.

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru San Klement I - Papa u martri

San Kolumbanu - abbati Beatu Mikiel Pro - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 10: 8-11 Jien ħadt il-ktieb żgħir u blajtu.

2. Salm 118: 14,24,72,103,111,131 Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek, Mulej.

3. Luqa 19: 45-48 Id-dar ta’ Alla għamiltuha għar tal-ħallelin.

BEATU MIKIEL PRO – ġiżwita, martri Twieled fi Guadalupe l-Messiku fit-13 ta’ Jannar tal-1891, minn familja ta’

ħaddiema fil-minjieri. Kien it-tielet minn 11-il wild, li 4 minnhom mietu meta kienu trabi.

SIGNUM FIDEI 47

Tnejn minn ħutu daħlu sorijiet u hu daħal mas-Soċjetà ta’ Ġesù (Ġiżwiti), f’El Llano, fil-15 ta’ Awwissu tal-1911. Studja Nicaragwa, il-Belġjum u Spanja, u kien ordnat saċerdot fl-1925.

Dejjem kien iħobb jgħin lil dawk fil-bżonn u ħa l-vokazzjoni għaliex bħala saċerdot seta’ jkun iżjed viċin tal-batut.

Fl-1926 faqqgħet il-persekuzzjoni mdemma kontra l-insara. Dun Mikiel kien dejjem qalb il-morda u l-moribondi u jagħti l-għajnuna u s-sapport lill-kattoliċi ppersegwitati. Kien jilbes pajżan u jwettaq dan ix-xogħol b’kuraġġ u ottimiżmu kbir. Klandestinament kien jiċċelebra l-Ewkaristija u jgħallem il-katekiżmu. Kellu sens umoristiku qawwi u sikwit kont tarah jaqbad il-kitarra u jipprovaha biċ-ċajt u l-kant tiegħu jgħolli l-moral tal-imsejkna kattoliċi. Kellu devozzjoni kbira lejn il-Qalb ta’ Ġesù.

Il-pulizija kienet il-ħin kollu għajnejha fuqu u fl-aħħar, wara li ġie akkużat bla ħtija li kien kompliċi f’komplott biex joqtlu ġeneral, ġie arrestat, u mingħajr dritt ta’ ġurija ġie kkundannat. Patri Mikiel Pro ġie xkubettjat fit-23 ta’ Novembru 1927.

L-awtoritajiet ippruvaw li l-eżekuzzjoni tiegħu tiġi mxandra mill-gazzetti u ssir qisa’ spettaklu, sabiex mingħalihom li jagħtu twiddiba lill-kattoliċi u jippreżentawhom bħala beżżiegħa, però l-media rrappurtat l-eroiżmu ta’ Patri Pro.

Għall-funeral tiegħu attendew madwar 20,000 ruħ għalkemm kien hemm l-liġijiet kontra l-kattoliċi.

Il-Papa Beatu Ġwann Pawlu II ibbeatifika lil Dun Mikiel Pro fil-25 ta’ Settembru 1988.

Riflessjoni – Il-bniedem maħluq fix-xebh ta’ Alla: “L-umanità hi l-ħolqien ta’ Alla. Aħna, maqsumin bejn ir-realtà tad-dinja u dik tal-ġenna. Magħmulin kemm mill-materja (il-ġisem) u kemm mill-ispirtu (ir-ruħ). Hija din l-għaqda unika tal-materja u l-ispirtu li tagħmel ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla, unika. Aħna kapaċi nkunu nafu u nħobbu ’l Alla. Aħna nixbhu ’l Alla u msejħin minnu biex nagħmlu patt miegħu u nġibu lura lejh il-ħolqien kollu. Id-destin etern tagħna jidher ċar biss fil-misteru tal-kelma magħmul bniedem.” Doorway to Faith

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR. 16, it-2 parti

Those who instruct many people in Christian justice will shine like stars throughout all eternity. They will shine, indeed, in the midst of those whom they have instructed, who will eternally bear witness to the great gratitude they have for so many instructions they received from their teachers, whom they will regard as the cause, after God, of their salvation. Oh, what joy a Brother of the Christian Schools will have when he sees a great number of his students in possession of eternal happiness, for which they are indebted to him by the grace of Jesus Christ!

48 SIGNUM FIDEI

TALBA Mulej Alla,

x’dinjità kbira sawwabt fuqna l-bnedmin, għaliex aħna biss kapaċi nafuk

u nħobbuk, ħallieq twajjeb tagħna; u aħna biss imsejħa

biex naqsmu miegħek l-għerf u l-imħabba fil-ħajja ta’ Alla nnifsu.

Ammen. Missierna ...

Is-Sibt, 24 ta’ Novembru Sant Andrija Dung-Lac u Sħabu – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 11: 4-12 Dawn iż-żewġ profeti kienu jaħqru lil min jgħammar fuq l-art.

2. Salm 143: 1,2,9,10 Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi.

3. Luqa 20: 27-40 Mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin.

SANT ANDRIJA DUNG-LAC U SĦABU – martri Il-kanonizzazzjoni ta’ 117-il martri tal-Vjetnam saret mill-Papa Ġwanni Pawlu

II fid-19 ta’ Ġunju 1988. Kienet waħda mhux tas-soltu fl-istorja tal-kanonizzazzjoni tal-qaddisin.

In-numru kien 117, l-ikbar għadd ta’ qaddisin martri li qatt kienu kkanonizzati f’daqqa. Fosthom kien hemm tmien isqfijiet, ħamsin saċerdot, seminarista u lajċi. Minnhom 96 kienu vjetnamiżi, 11 spanjoli u 10 franċiżi. Kien hemm 35 patri mill-Ordni Dumnikan, 10 kienu saċerdoti tas-soċjetà tal-Missjoni Estera ta’ Pariġi, oħrajn kienu minn fost il-kleru indiġenu u seminarista.

Barra minn hekk fost il-lajċi kien hemm missirijiet ta’ familji, omm, 16-il katekist, sitt suldati, erba’ tobba, ħajjat, bdiewa, sajjieda u kapijiet ta’ komunitajiet insara.

Sitta minnhom inqatlu fis-seklu 18, waqt li l-oħrajn fis-seklu 19 bejn l-1835 u l-1862.

Ħamsa u sebgħin minnhom mietu bi qtugħ ir-ras, oħrajn mgħallqin, oħrajn maħruqin ħajjin, oħrajn qattgħulhom ġisimhom biċċa, biċċa, oħrajn mietu minħabba it-turmenti kbar li sofrew.

Ngħidu xi ħaġa fil-qosor fuq wieħed minnhom. Sant’Andrija Dung-Lac twieled fit-tramuntana tal-Vjetnam, fl-1795, minn ġenituri pagani li f’dawh f’idejn wieħed katekista. Meta kiber sar katekista, imbagħad saċerdot fl-1823, u

SIGNUM FIDEI 49

ħadem f’bosta nħawi tal-pajjiż. Tefgħuh il-ħabs iktar minn darba. Miet martri fl-1839, fl-età ta’ 44 sena.

Riflessjoni - B’liema isem Alla wera lilu nnifsu? Alla wera lilu nnifsu lil Mosè bħala Alla l-ħaj, “Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, Alla ta’ Ġakobb” (Eż 3,6). Alla wera l-isem misterjuż tiegħu lill-istess Mosè: “jien hu dak li hu (YHWH)”. Sa mill-Antik Testment l-isem ta’ Alla, isem li ma jistax jitfisser bil-kliem, kien mibdul għall-kelma Mulej. Għalhekk fit-Testment il-Ġdid, Ġesù msejjaħ Mulej, jidher bħala Alla veru. Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR. 16, it-3 parti

The sight of God fills all the powers of a person’s soul in such a way that all consciousness of self is lost, so to speak. The person is entirely present within the divinity and totally penetrated with God. This is the happiness that will be possessed in heaven by those who have procured the salvation of souls, who have done this in a way that has been useful to the good of the Church, who have by their care restored the robe of innocence to a great number of their disciples, who might have lost it through sin, and who have helped preserve the innocence of many others who have never lost it. This will happen to those who have carried out the role of Guardian Angels for the children whom Providence has entrusted to them and who have had ardent zeal in their work, practiced this zeal continually, and saved a great number of these children.

TALBA

Mulej Alla ibgħat l-ispirtu tal-qawwa tiegħek fuqi, matul il-jiem kollha ta’ ħajti.

Aqbadni minn idejja, erfgħani mit-toqol tiegħi

hekk kif inħossu fil-ħajja ta’ kuljum! Semmgħani l-kelma tiegħek itmagħni bil-ħobż tas-sema,

sabiex il-ħajja tiegħi jkolla l-qawwa tiegħek,

u nkun nista’ nagħtiha l-impenn sħiħ tul iż-żminijiet.

Ammen. Br. Louis

Missierna ...

50 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 25 ta’ Novembru

Sidna Ġesù Kristu sultan tal-ħolqien kollu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Danjel 7: 13,14 Il-ħakma tiegħu, ħakma għal dejjem.

2. Salm 92 : 1,2,5 Il-Mulej isaltan, il-kobor libes.

3. Apokalissi 1: 5-8 Kristu huwa l-prinċep tas-slaten tad-dinja.

4. Ġwanni 18 : 33b-37 Int qiegħed tgħid li jien sultan.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Jekk immorru lura lejn il-vanġelu biss, nistgħu neħilsu l-festa ta’ Kristu Re mill-ambigwita li hemm marbuta magħha. Din il-festa bdiet tkun iċċelebrata fil-bidu tas-seklu l-ieħor bħala reazzjoni tal-Knisja għall-klima politiko-kulturali mwiegħra u ppruvat tirbaħ fuq l-ostilita li kienet tezisti. It-tentazzjoni kienet minn dejjem kif jurina l-vanġelu ta’ San Ġwann: mogħmija bil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, in-nies riedu jagħmluh sultan, iżda hu warrab u mar waħdu fuq muntanja. Lanqas it-titlu “bin David” kif sejħulu l-folol waqt id-daħla trijonfali f’Ġerusalemm ma jogħġob lil Ġesù għaliex ried li jkun riekeb fuq ħmar. Huwa biss waqt li kien quddiem Pilatu fl-agħar sitwazzjoni possibbli, li Ġesù jippproklama li hu Sultan.

Dan il-paradoss huwa biss frott tal-loġika ta’ ħajja iebsa. Quddiem Pilatu, Ġesù jaqleb ir-rwoli u jirina kif hu l-priġunier tal-poter meta Hu kien l-uniku weħed tassew ħieles. Peress li huwa xhud u qaddej tal-verita, Alla jagħtih l-awtorita li jiġġudika Hu lil min ired jiġġudikah filwaqt li s-saltna tiegħu hi awtentika propju għaliex “mhijiex ta’ din id-dinja” għaliex ma timxix fuq ir-regoli tas-setgħat tad-dinja.

Il-vanġelu tallum juri kif is-saltna tiddependi fuq il-verita għalhekk il-veru Re huwa dak li jħalli l-Veru jirrenja. L-esperjenza tagħna tgħallimna mod ieħor. Fil-fatt illum bħal qabel ma tantx hemm x’jgħaqqad il-poter mal-verita anzi donnu teżisti opposizzjoni sħiħa. Mhijiex milqugħa kif jurina Pilatu “il-vertita x’inhi?”. Xettiċiżmu bħal ta’ Pilatu qabad sewwa fostna. Ħafna, iżżejjed huma dawk li tgħallmu jfasslu verità għall-użu u l-bżonnijiet personali tagħhom. L-aħħar għajta hi waħda li tibdel din il-virtu iebsa u eżiġenti, mal-iktar kapaċitajiet flessibbli tal-ispontanjeta u s-sinċerita li bihom wieħed jiżvoga x-xewqat u s-sentimenti. Dawn jingannaw tassew imma r-riżultati li jġibu ma jigdbux, juru kif ċerti setgħanin huma fil-poter biss minħabba t-titlu li għandhom.

SIGNUM FIDEI 51

Ġesù mhux hekk, ipproklamat Re tal-Univers propju għax qered mill-għeruq l-ideja falza li d-dinja torbot mar-regalita. Biex jurina l-awtorita tiegħu, Kristu mhux biss jikkundanna kull tip ta’ vjolenza u ‘l kull min jaħbi u jgħawweġ il-verità, imma jirrifjuta li juża l-armi biex jiddefenti d-drittijiet tiegħu. Ir-regola tas-saltna tiegħu huma l-Beatitudni u jwettaqha b’ħajtu stess. Għalhekk Alla jagħtih l-art bħala wirt. Ġesù huwa Re għax ħabb lil kulħadd sa ma ta ħajtu, sar qaddej biex jagħtina d-dinjita ta’ wlied Alla.

Il-verità hija nkarnata fil-Mulej u ssaltan għal dejjem u minkejja kull tentattiv biex jaħbuha, hi toħroġ rebbieħa. Allura ma jifdlilna xejn aktar x’nagħmlu ħlief li inħalluh isaltan fl-ubbidjenza tal-Ispirtu tal-Verità, li fl-Imħabba infintita t’Alla għandu l-bidu tiegħu, u fl-għaqda bejn l-aħwa jsib il-milja tiegħu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.96, parti mit-3 punt

At this sight, how could the Magi not fear to have been deceived? Are these the marks of a king? asks Saint Bernard. Where is his palace, his throne, his court? The stable, the saint says, is his palace; the crib serves as his throne, and his court is the company of the Most Blessed Virgin and Saint Joseph. This stable does not appear to the Magi as deserving of disdain. These poor swaddling clothes are not shocking in their eyes. They feel no disappointment at seeing a poor child being nursed by his mother. They prostrate themselves before him, says the Gospel. They honour him as their King and adore him as their God. Behold the faith that profoundly filled their spirit and caused them to respond in this way.

TALBA

Mulej, sultan tiegħi, jien kont bħal nagħġa mitlufa u inti ġejt tfittixni, ħadt ħsiebi

u erġajt daħħaltni mal-merħla tiegħek u jien erġajt ħadt ir-ruħ.

Ngħidlek grazzi, Kristu Sultan tiegħi. Ibqa miegħi ħalli nibqa’ fil-merħla tiegħek,

biex ngħin lil nagħaġ oħra, li huma mitlufa … li huma dgħajfa …

li huma minsijin, li huma mwarrbin … Brother Louis

Missierna ...

52 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 26 ta’ Novembru San Silvestru Gozzohn - abbati

San Leonardu minn Porto Maurizio - presbiteru

San Ġwann Berchmans - reliġjuż Santa Katerina ta’ Lixandra

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 14: 1-5 Isem Kristu u isem missieru miktub fuq ġbinhom.

2. Salm 23: 1-6 Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfitxxu ’l wiċċek, Mulej.

3. Luqa 21: 1-4 Ra waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus.

SAN ĠWANN BERCHMANS - reliġjuż (1599-1621) Kien l-iben il-kbir ta’ skarpan u twieled fi Diest, fil-Brabante (Belġju). Minn kmieni kellu xewqa li jsir saċerdot. Ta’ 13-il sena daħal bħala qaddej ta’ kanonku tal-katedral f’Malines. Fl-1615 daħal fil-kulleġġ li l-Ġiżwiti kienu għadhom kemm fetħu f’Malines, u s-

sena ta’ wara daħal novizz ġiżwita. Fl-1618 bagħtuh biex ikompli l-istudju f’Ruma. Kien xempju ta’ diliġenza u

tjubija u impressjona lil kulħadd bil-qdusija tiegħu u l-perfezzjoni fl-affarijiet żgħar.

Miet ta’ 22 sena f’Ruma fit-13 t’Awwissu tal-1621. Xtaq imut bil-kurċifiss, bil-kuruna tar-rużarju u bil-ktieb tar-Regola, it-tliet armi li bihom inqeda biex jitqaddes.

Diversi mirakli saru wara mewtu tant li fl-1888 ġie ddikjarat qaddis minn Ljun XIII.

Hu l-patrun tat-tfal abbatini.

Riflessjoni - Liema huma l-karatteristiċi tal-poplu ta’ Alla? Dan il-poplu, li tiegħu wieħed isir membru bil-fidi fi Kristu u bil-magħmudija, għandu bħala għajn lil Alla Missier, bħala ras lil Ġesù Kristu, bħala kundizzjoni d-dinjità u l-ħelsien ta’ wlied Alla, bħala liġi l-kmandament il-ġdid tal-imħabba, bħala missjoni dik li jkun il-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja, bħala għan is-Saltna ta’ Alla, li nbdiet fuq din l-art. Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.192, parti mit-3 punt

What an admirable thing it is, of what great help to those who wish to live in piety and in the practice of virtue, to meditate often on the holy and exalted maxims contained in Holy Scripture! They are far above all that the human mind can conceive by itself. Holy Scripture enlightens the mind with divine light, which, Saint John says, enlightens everyone who comes into this world. Because, according to

SIGNUM FIDEI 53

Saint Paul, the precepts of the Lord are in Holy Scripture, meditation on them inspires us to practice them.

TALBA O Alla,

għalkemm inti tajtni d-don tar-raġuni u nissilt ġewwa qalbi

x-xewqa għall-preżenza tiegħek, jien għadni nitħabat biex insibek.

Jiena għandi bżonn tal-grazzja tiegħek.

Fil-bżonnijiet tiegħi ejja għandi Mulej. Ammen.

‘Doorway to Faith’ Missierna ...

It-Tlieta, 27 ta’ Novembru San Franġisk Anton Frasani – presbiteru

Il-Madonna tal-Midalja Mirakoluża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 14: 14-19 Waslet is-siegħa biex taħsad, għax il-ħsad fuq l-art

misjur ħafna.

2. Salm 95: 10-13 Il-Mulej ġej jagħmel ħaqq mid-dinja.

3. Luqa 21: 5-11 Dan it-tempju ma tibqax ġebla fuq oħra minnu.

Il-Madonna tal-Midalja Mirakoluża Il-Madonna dehret diversi drabi lil Santa Katerina Labouré, soru tal-Karità ta’

San Vinċenz, fil-monasteru ta’ Rue du Bac, Pariġi, meta Katerina kienet għadha novizza. Dawn id-dehriet bdew f’Novembru tal-1830 u komplew sa kważi sena wara.

54 SIGNUM FIDEI

L-aktar dehra importanti minn dawn kienet dik tas-27 ta’ Novembru, li fiha l-Verġni Marija talbitha biex tagħmel medalja f’għamla ovali skont id-dettalji li wrietha. Jiġifieri: fuq naħa kien hemm ix-xbiha tal-Madonna fuq globu, b’riġlejha tgħaffeġ ras is-serpent, b’idejha miftuħin li minnhom ħerġin ir-raġġi, [li aktar tard il-qaddisa fissret bħala l-grazzji li l-Madonna lesta tagħti lil min jitlobhomlha] u mad-dawra ovali kien hemm il-kelmiet: O Marija, imnissla mingħajr dnub oriġinali, idħol għalina li nirrikorru lejk. Fuq in-naħa ta’ wara kien hemm l-ittra M, li minn ġo fiha kienet għaddejja strixxa u li fuq din l-istrixxa kien hemm salib. Madwar dawn is-simboli kien hemm tnax-il kewkba, waqt li taħt l-ittra M kien hemm żewġt iqlub, waħda inkurunata bix-xewk u l-oħra minfuda bis-sejf.

Katerina ma għarrfet lil ħadd dwar dawn id-dehriet ħlief lill-konfessur tagħha M. Aladel, li f’Ġunju tal-1832 għamel l-ewwel domni skont kif xtaqet il-Madonna.

Bdew jiġu rrapportati tista’ tgħid mill-ewwel każijiet ta’ fejqan tal-għaġeb, konverżjonijiet kbar u favuri spiritwali, marbutin ma’ din il-medalja, tant li popolarment bdiet tissejjaħ il-Medalja Mirakoluża.

Fl-1836, tribunal f’Pariġi approva l-medalja bħala waħda ta’ oriġini sopranaturali. Imma l-medalja kisbet prestiġju kbir bil-konverżjoni f’daqqa waħda u bla mistennija għall-Fidi Kattolika tal-Lhudi Alfonsu Ratisbonne, bniedem ateu u antikattoliku waqt li kien imlibbes biha meta żar knisja f’Ruma biex jirranġa għall-funeral. Ratisbonne aktar tard waqqaf il-kongregazzjoni reliġjuża ta’ Sidtna Marija ta’ Sijon biex taħdem għall-ftethim bejn il-Lhud u l-insara.

Fl-umiltà kbira tagħha Katerina Labouré rnexxielha żżomm is-sigriet dwar dawn id-dehriet tagħha sa mewtha 40 sena wara.

F’Malta, id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluża kienet imxerrda ħafna mill-qaddej t’Alla Dun Ġorġ Preca, u llum il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-Blata l-Bajda taħt l-unika knisja f’Malta li hi ddedikata lill-Madonna taħt dan it-titolu.

Riflessjoni - Xi jfisser l-isem ‘Ġesù’? Mogħti mill-Anġlu fil-waqt tat-Tħabbira, l-isem “Ġesù” jfisser “Alla jsalva”. Huwa jfisser l-identità u l-missjoni tiegħu, “għax huwa jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom” (Mt 1,21). Pietru jistqarr li “mkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bniedem li bih aħna għandna nkunu salvi” (Atti 4,12). Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.106, parti mill-1 punt

Jesus Christ has given the Church his power and authority over us, and he tells us that anyone who does not listen to the Church must be regarded by us as a pagan and a publican. This caused Saint Augustine to say that he would not believe the Gospel if he were not bound to do so by the authority of the Church.

SIGNUM FIDEI 55

TALBA

Sinjur Alla, għinni nifhem li l-uniku mod

li nagħraf il-fond tal-waqa’ tiegħi, hu billi nifhem il-fond tal-imħabba tiegħek għalina,

meta bgħattilna lill-ibnek, Alla magħmul bniedem,

Ġesù ta’ Nazzaret. Ammen.

‘Doorway to Faith’

Missierna ...

L-Erbgħa, 28 ta’ Novembru Santa Katerina Labouré

San Ġakbu Gangala – 1349-1476 - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 15: 1-4 Huma jgħannu l-kantiku ta’ Mosé u l-kantiku tal-Ħaruf.

2. Salm 97: 1-3,7-9 Tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek, Mulej.

3. Luqa 21: 12-19 Kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi; imma xagħra

waħda minn raskom ma tintilifx.

SAN ĠAKBU GANGALA (1394 - 1476) Dan il-qaddis jissejjaħ ukoll S. Ġakbu delle Marche billi kien minn Marche di

Ancona. Kien ġej minn familja fqira ħafna. Bl-għajnuna ta’ zijuh, li kien qassis, irnexxielu jkompli l-istudji tiegħu u jikseb id-dottorat fil-liġi ċivili mill-università ta’ Perugia.

Ta’ 20 sena ngħaqad mal-Franġiskani Osservanti. Għamel iż-żmien tal-formazzjoni spiritwali tiegħu fil-famuż kunvent tal-Carceri, fejn S Franġisk kien jgħix f’ħajja ta’ penitenza. Huwa u San Ġwann minn Capistrano kienu studenti taħt S. Bernardinu minn Siena. Dawn it-tlieta baqgħu msemmija fl-istorja Franġiskana bħala promuturi partikolarment ħerqana tal-fergħa Osservanti tal-Ordni.

56 SIGNUM FIDEI

S. Ġakbu ppriedka fl-Italja, fil-Polonja, fil-Bożnija u diversi pajjiżi oħra fl-Ewropa Ċentrali. (Il-Beati Bernardinu ta’ Fossa u Bernardinu ta’ Feltre nġibdu lejn l-Ordni bil-priedki ta’ S. Ġakbu.) Priedka li San Ġakbu għamel f’Ħamis ix-Xirka tal-1442 lis-sorijiet agostinjani ta’ Cascia li fosthom kien hemm Santa Rita, tant laqtet lil din il-qaddisa li talbet lil Ġesù Msallab li jagħtiha sehem mit-tbatijiet tal-passjoni, u rċeviet l-istimmata ta’ xewka fuq xbinha li baqgħet sa mewtha 15-il sena wara.

Kellu sehem fil-Konċilji ta’ Bażilea u Firenze, u wettaq ħafna missjonijiet papali. Hu ġie magħżul nunzju fl-Ungerija minflok S. Ġwann Capistrano. Meta l-papa offrielu li jsir arċisqof ta’ Milan, hu pprefera li jkompli x-xogħol missjunarju tiegħu bħala patri sempliċi.

San Ġakbu delle Marche kellu sehem kbir fit-twaqqif tal-Monti di Pietà bħala għajnuna għall-foqra.

L-aħħar snin ta’ ħajtu għaddihom f’Napli fejn miet fit-28 ta’ Novembru 1476 fil-għomor ta’ 82 sena.

Kien iddikjarat qaddis minn Benedittu XIII fl-1726. Fl-arti, bosta drabi jġibuh qed iżomm f’idu kalċi, b’serp ħiereġ minnu,

minħabba li jingħad li l-eretiċi ppruvaw jivvalenawh .

Riflessjoni: Min hu msejjaħ biex “jgħallem ’il Kristu” irid l-ewwelnett ifittex “il-qligħ kbir li hemm filli jagħraf lil Kristu”; irid jaċċetta “li jitlef kollox ... biex jirbaħ lil Kristu u jkun jinsab fih” u “jagħraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet u jaqsam miegħu t-tbatijiet tiegħu u jkun jixbhu fil-mewt biex jirnexxielu jikseb il-qawmien mill-imwiet” (ara Fil 3,8-11). Katekezi tal-Knisja Kattolika – Artiklu 428

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 192.1 “... Huwa mportanti ħafna għalik li tkun taf tajjeb il-Kotba Mqaddsa ... Aqra ta’ spiss l-Iskrittura u ħalli dan il-qari qaddis jimliek bl-ispirtu ta’ Alla biex b’hekk tkun tista’ tagħmel kollox għal dawk li ġew fdati f’idejk ...”

TALBA

Mulej Ġesù, inti dħalt f’konflitt mat-tentatur biex lilna ssalvana u teħlisna

mill-ħakma li hu jrid jeżerċita fuqna. Aħna nfaħħruk

għall-mewt u l-qawmien tiegħek, li ħelsuna mill-jasar u mexxewna

għas-saltna ta’ Alla. Ammen.

‘Doorway to Faith’ Missierna ...

SIGNUM FIDEI 57

Il-Ħamis, 29 ta’ Novembru Beatu Dionisju tan-Natività, presbiteru u Beatu Redent tas-Salib, reliġjuż - martri

Beatu Federiku minn Regensburg - reliġjuż Beatu Bernardu Franġisk de Hoyos - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 18: 1,2,21,23; 19: 1-3,9ª Iġġarfet Babel il-kbira.

2. Salm 99: 2-5 Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla

tat-tieġ tal-Ħaruf.

3. Luqa 21: 20-28 Ġerusalemm tibqa’ tintrifes taħt saqajn il-

ġnus sa ma jkun għadda żmien il-ġnus.

BEATI DJONISJU TAN NATIVITÀ U REDENT TAS-SALIB - martri († 1638) Il-Beatu Djonisju kien saċerdot u l-Beatu Redent kien ajk, it-tnejn Karmelitani

Skalzi (Tereżjani) u sofrew il-martirju f’Sumatra. Djonisju kellu 37 sena, kien għadu kif ġie ordnat saċerdot u kien ilu biss 4

snin Karmelitan. Qabel huwa kien navigatur professjonali u jagħmel il-mapep. Xi mapep tiegħu jinsabu ppreservati fil-Mużew Brittaniku.

Hu kien jismu Pierre Berthelot u twieled fin-Normandija, beda jaħdem fuq il-baħar u nqabad mill-pirati Olandiżi fl-ewwel vjaġġ tiegħu lejn l-Indji. Wara li nħeles mill-ħabs f’Ġava huwa mar f’Malacca, innegozja xi ftit għal rasu u ħa l-kmand ta’ vapur Portugiż.

Kien f’Goa meta ġie f’kuntatt mal-Karmelitani Tereżjani. Il-Beatu Djonisju nħatar kappillan ta’ spedizzjoni Portugiża f’Sumatra u l-

Beatu Redent, li qabel serva bħala suldat fl-Indja qabel ma daħal ajk, ingħażel bħala assistent tiegħu.

Huma nqabdu priġunieri kważi mill-ewwel malli waslu u nqatlu għax ma ridux li jħaddnu l-Islam.

Riflessjoni: Ġesù jtemm ir-rivelzzjoni: Wara li Alla ħafna drabi u b’ħafna manjieri tkellem permezz tal-profeti, “f’dan l-aħħar żmien huwa kellimna permezz ta’ Ibnu’’ (Lhud 1, 1-2). Għaliex huwa bagħat ’l ibnu, jiġifieri l-Verb Etern, li jdawwal il-bnedmin kollha, biex jgħammar fost il-bnedmin u jgħarrfilhom il-misteri l-aktar profondi kollha, biex jgħammar fost il-bnedmin u għarrfilhom il-misteri l-aktar profondi ta’ Alla (Ġw 1, 1-18). Għalhekk Ġesù Kristu, l-

58 SIGNUM FIDEI

Iben ta’ Alla magħmul bniedem, mibgħut bħala “bniedem lill-bnedmin’’, jitkellem il-kliem ta’ Alla (Ġw 3,34) u jwassal sat-tmiem l-opra tas-salvazzjoni li fdalu l-Missier (cf. Ġw 5,36; 17,4). Għalhekk hu, li min jara lilu jara lill-Missier (cf. Ġw 14,9), bl-għemil, bis-sinjali u bil-mirakli, u l-aktar bil-mewt u bil-qawmien glorjuż tiegħu mill-imwiet, u fl-aħħarnett billi bagħat l-Ispirtu tal-verità, ikompli u jikkompleta r-rivelazzjoni u jsaħħaħha bix-xhieda ta’ Alla, jiġifieri li Alla hu magħna biex jeħlisna mid-dlamijiet tad-dnub u tal-mewt u jqajjimna għall-ħajja ta’ dejjem. Dak li ġara fl-inkarnazzjoni ta’ Kristu skont il-pjan ta’ Alla, inkwantu hu alleanza ġdida u definittiva, ma jgħaddi qatt iżjed, u ma għandna nistennew l-ebda rivelazzjoni pubblika oħra qabel id-dehra glorjuża ta’ Sidna Ġesù Kristu (cf. 1 Tim 6,14; Tit 2,13). Dei Verbum – ir-4 punt

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med . 78.1 “... Huwa privileġġ kbir għalik li timxi wara Ġesù ... Inti timxi lealment wara l-leħen ta’ Alla meta Hu jkellmek?...”

TALBA Mulej,

bid-diżubbidjenza ta’ Adam aħna tbegħdna minnek;

filwaqt li bl-ubbidjenza ta’ Ġesù Kristu aħna erġajna tħabbibna miegħek mill-ġdid.

Grazzi Mulej talli bgħattilna lill-ibnek biex jerġa’ jagħmilna mill-ġdid ħbieb tiegħek.

Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 59

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru Sant’Andrija - appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Rumani 10: 9-18 Il-fidi tiġi mis-smigħ u s-smigħ permezz tax-xandir tal-kelma

ta’ Kristu.

2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom.

3. Mattew 4: 18-22 Minnufih telqu x-xbiek u marru warajh.

SAN ANDRIJA - appostlu Dan l-appostlu jissemma ġeneralment ma’ Ġakbu u Ġwanni, it-tliet appostli l-

aktar qrib ta’ Ġesù. Il-Knisja Griega ssejjaħlu “L-Ewwel Imsejjaħ”. L-evanġelju ta’ S. Ġwann juri lil Andrija bħala dixxiplu ta’ S. Ġwann Battista u

l-għada li sab lill-Messija, ġab lil Pietru. Ir-rakkont skont il-vanġeli sinottiċi juri lil Pietru u lil Andrija bħala l-ewwel li rċevew l-istedina biex jimxu wara Kristu.

S. Andrija għamilha ta’ medjatur bejn Ġesù u l-Griegi, li riedu jarawh. Huwa wkoll ġibed l-attenzjoni dwar it-tifel li kellu 5 ħobżiet tax-xgħir u żewġ

ħutiet li bihom Ġesù tema’ ’l fuq minn 5,000 ruħ. Ewsebju jsemmi tradizzjoni li S. Andrija xandar il-Vanġelu f’parti mir-Russja,

fit-tramuntana tal-Baħar l-Iswed. Huwa padrun tar-Russja u tal-Iskozja. F'Malta, il-parroċċa ta' Ħal Luqa hija ddedikata lilu. Statwa mdaqqsa tiegħu

tinsab fix-xatt ta' Marsaxlokk u oħra fix-Xlendi Għawdex billi l-qaddis hu l-padrun tas-sajjieda.

Riflessjoni - Kobor tal-konsagrazzjoni reliġjuża Ir-reliġjużi għandhom jagħmlu kull ma jistgħu biex permezz tagħhom, il-Knisja tkun xiehda kull jum aħjar, kemm għal dawk li jemmnu u kemm għal dawk li ma jemmnux, ta' Kristu li jikkontempla ’l Alla fuq il-muntanja, jew li jħabbar lill-folol is-Saltna ta' Alla, jew ifejjaq ’il-morda u ’l-midruba, jew jikkonverti lill-midinbin, jew ibierek lit-tfal, jew jagħmel il-ġid lil kulħadd, iżda li qiegħed dejjem jobdi r-rieda tal-Missier li bagħtu. ‘Lumen Gentium’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.78, parti mill-1 punt

Saint Andrew, who was for a time a disciple of Saint John the Baptist, became a follower of Jesus Christ when our Lord, passing along the shore of the sea, called him with his brother, Saint Peter, and told them to come with him and he would

60 SIGNUM FIDEI

make them fishers of men. Saint Andrew left everything at once and followed Jesus Christ. He had the advantage of knowing Jesus sometime previously, because Saint John the Baptist had pointed him out to him, and from that moment he followed him. That is how this saint had the honor of being the first disciple of Jesus Christ, who always showed him very special affection and often had him as his companion. The way to be specially loved by Jesus is to be attached to him, to give up everything for him and without hesitation, and to do everything he asks and everything he inspires in us as soon as we hear his voice.

TALBA

Grazzi Mulej, għall-fedeltà tal-Appostli,

li kontinwament taw xhieda ta’ Kristu anke fil-mument tal-mewt tagħhom.

Illum nitolbuk għas-suċċessuri tagħhom. Ammen.

Missierna ...

JG}IX {ESU’

F’QALBNA !

G}AL DEJJEM

SIGNUM FIDEI 61

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-Providenza tieg]ek, Inti g]o[bok tag]\ilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfu\joni u in`ertezzi. Ixg]el fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u {ENEROŻITA’, ]alli meta ni[i biex nikkommetti ru]i fl-appostolat, nimxi fuq l-e\empju ta’ San {wann Battista De La Salle, u ndawwal o]rajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ]ajjithom, ]alli jwasslu l-Van[elu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xog]ol ta’ ]utna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entu\ja\mu tal-Ispirtu tal-im]abba tieg]ek, insiru dejjem aktar il-Mel] tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bog]od mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ [ewwa dirg]ajk lil ]utna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-pa`i tieg]ek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, Ibnek l-G]a\i\. Amen

Direzzjoni: Min jixtieq tag]rif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw: M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira. Tel. 21317422, Mob. 79317422 E-mail: [email protected]

62 SIGNUM FIDEI

“The Passage of Souls” Painting by Louis Janmot

Huwa l-ġudizzju li bih, kull bniedem, ma’

mewtu, jirċievi mingħand Alla fir-ruħ

tiegħu li ma tmut qatt il-ħlas li jistħoqqlu

skond għemilu u twemminu. Dan il-ħlas

jikkonsisti fid-dħul fil-hena, minnufih jew

wara purifikazzjoni xierqa, jew

dannazzjoni minnufih għal dejjem fl-

infern.

Kompendium tal-Katekezi tal-Knisja

Kattolika