9
Ġ or ġ Zammit

Ġorġ Zammit - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/gelmus_ta_gorg_zammit.pdf · Imm’għaliex ma tistax qalb il-bniedem toħloq dinja ta’ ġid fost il-ġnus,

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Ġorġ Zammit

Fuq għoljietek, Gelmus, irrid nitla’ fejn inħosshom joqorbu s-smewwiet, fejn id-dinja, b’tilwimha, titbiegħed, u tissaffa bis-sliema u s-skiet;

Fuq għoljietek, Gelmus, irrid nitla’ fejn inħosshom joqorbu s-smewwiet, fejn id-dinja, b’tilwimha, titbiegħed, u tissaffa bis-sliema u s-skiet;

fuq għoljietek, Gelmus, irrid nitla’, fuq għoljietek naf ninsa kull hemm: Kulma ħażżen u ħażżem il-ħajja bid-dmugħ u bid-demm.

Imm’għaliex ma tistax qalb il-bniedem toħloq dinja ta’ ġid fost il-ġnus, fejn issaltan l-imħabba, li tfewwaħ daqs is-sagħtar ta’ blatek, Gelmus?

Imm’għaliex ma jafx joqgħod il-bniedem bla ma jgħargħar lil għajru fis-semm, bla ma jtebba’ triqatu bis-saħta u djaru bid-demm?

Fuq għoljietek, Gelmus, irrid nitla’ fuq għoljietek il-ġid tal-Mulej:

Kull fejn timraħ il-ħarsa, madwarek, mill-Ġurdan u Għar Ilma, safej’ l-ikħal baħar fost l-ibħra jgħassislek lil din artek minn hawn u minn hemm, ma tarax ħlief il-barka li tfejjaq bi ġmielha kull semm.

Minn għoljietek, Gelmus, ħadt ġo ħobbi xitla sagħtar; saqqejtha bid-dmugħ: mhux id-dmugħ li jitnissel mill-ħtija, iżda l-biki li jserraħ ir-ruħ.

U bi dmugħi jien nibqa’ nsaqqiha ja Gelmus, sa ma żmieni jintemm: għax fweħitha tnissini li fostna isaltan is-semm!

U bi dmugħi jien nibqa’ nsaqqiha ja Gelmus, sa ma żmieni jintemm: għax fweħitha tnissini li fostna isaltan is-semm!