1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] Taf xi jfissru dawn? Xibka mdaqqsa (seine net) li jkollha tle ixbiek meħjuta flimkien tarf ma’ tarf biex jiġu biċċa waħda. Tintuża biex iddawwar ġliba ħut, bħall- makku u l-aċċoli, dawramejt u jagħlquha ġo ċirku li ma tkunx sta’ taħrab minnu. Skorpjun li jħobb jistaħba taħt il-ġebel umdu u l-weraq niexef. Jaqbad l-inse billejl u għandu l-velenu f’denbu biex jgħaxxex u jaqbad il-priża. GĦAQREB Skorċa rqiqa ta’ silġ li ksi l-uċuh tar-raba’ meta jkun għamel lejl ta’ kesħa kbira. Din tagħmel ħsara kbira lill- prodo miżrugħa tal-għalqa. Tfisser ukoll marda tal-pjan kaġunata mill-moffa. BERGAMOTT Fro taċ- ċitru li jixbah lil- lumi iżda ġieli jkun ikbar u jixbah lil-lanġas. Il-meraq egħu huwa aċiduż u ma jikilx iżda jintuża għall-fwejjaħ. Marsa jfisser post fejn a’ l-ankri. Hija nom mimmat mill-verb rasa. Marfa huwa nom mimmat ġej mill-verb rafa li isser trakka. Għalhekk marsa isser ‘port’ filwaqt li marfa isser ‘moll.’ MARSA / MARFA ĠLATA TARTARUN [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] FRAR Fi Frar kull laqxa alla’ l-inwar. Fi Frar il-kampanja bda eħu r-ruħ. Frar daqqa fawwar, daqqa qaar. Frar jaf jiġi b’ħafna xita jew inkella b’irxiex. Frar fawwar jimla l-bjar. Fi Frar il-bjar jimtlew u jafu jfuru. Frar jgħakkes lix-xjuħ u liż-żgħar. Il-maltemp ta’ Frar jgħakkes lix-xiħ u liż-żgħir. Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer. Jannar u Frar huma l-eqqel xhur tax-xitwa. MARZU F’Marzu l-barri jħoss il-bard minn qrunu. Marzu Marzellu, in-nanna toħroġ il-moxt* u r-rixtellu* (*għodda tal-injam tan-newl). Marzu qala’ mnieħru u qartsu. F’Marzu taf tagħmel kesħa fina li jħossu kulħadd anke l-annimali. APRIL April ħobżna fil-mindil (tvalja). Fi tmiem April il-bidwi jiġbor flusu mill-prodo tar-raba’. F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lilhinn. F’April il-maltemp jonqos u jibda jidher id-dubbien. April jagħmel il-uri u Mejju jieħu l-unuri. Tingħad meta xi ħadd jagħmel biċċa xogħol u l-unur jieħdu ħaddieħor. Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb fin. Ix-xita fi tmiem Marzu u l-bidu t’April swa ħafna għall-biedja.

GĦAQREB TARTARUN MARSA / MARFA - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/18_lehha.pdf · 2018. 9. 6. · jħossu kulħadd anke l-annimali. April ħobżna fil-mindil

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • leħħ

    il-Malti

    Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

    dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

    Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

    u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

    Taf xi

    jfissru

    dawn?

    Xibka mdaqqsa (seine net) li

    jkollha tlett ixbiek meħjuta

    flimkien tarf ma’ tarf biex jiġu

    biċċa waħda. Tintuża biex

    iddawwar ġliba ħut, bħall-

    makku u l-aċċoli, dawramejt u

    jagħlquha ġo ċirku li ma tkunx

    tista’ taħrab minnu.

    Skorpjun li jħobb jistaħba taħt il-ġebel umdu u l-weraq niexef. Jaqbad l-insetti billejl u għandu l-velenu f’denbu biex jgħaxxex u jaqbad il-priża.

    GĦAQREB

    Skorċa rqiqa ta’ silġ li tiksi

    l-uċuh tar-raba’ meta jkun

    għamel lejl ta’ kesħa kbira.

    Din tagħmel ħsara kbira lill-

    prodotti miżrugħa tal-għalqa.

    Tfisser ukoll marda tal-pjanti

    kaġunata mill-moffa.

    BERGAMOTT Frott taċ-

    ċitru li

    jixbah lil-

    lumi iżda

    ġieli jkun

    ikbar u

    jixbah lil-lanġas. Il-meraq tiegħu

    huwa aċiduż u ma jittikilx iżda

    jintuża għall-fwejjaħ.

    Marsa jfisser post fejn titfa’

    l-ankri. Hija nom mimmat

    mill-verb rasa. Marfa huwa

    nom mimmat ġej mill-verb rafa

    li tfisser trakka. Għalhekk marsa

    tfisser ‘port’ filwaqt li marfa

    tfisser ‘moll.’

    MARSA / MARFA

    ĠLATA

    TARTARUN

    leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

    FRAR

    Fi Frar kull laqxa ttalla’ l-inwar. Fi Frar il-kampanja tibda tieħu r-ruħ.

    Frar daqqa fawwar, daqqa qattar. Frar jaf jiġi b’ħafna xita jew inkella b’irxiex.

    Frar fawwar jimla l-bjar. Fi Frar il-bjar jimtlew u jafu jfuru.

    Frar jgħakkes lix-xjuħ u liż-żgħar. Il-maltemp ta’ Frar jgħakkes lix-xiħ u liż-żgħir.

    Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer. Jannar u Frar huma l-eqqel xhur tax-xitwa.

    MARZU

    F’Marzu l-barri jħoss il-bard minn qrunu.

    Marzu Marzellu, in-nanna toħroġ il-moxt* u r-rixtellu* (*għodda tal-injam tan-newl).

    Marzu qala’ mnieħru u qartsu.

    F’Marzu taf tagħmel kesħa fina li jħossu kulħadd anke l-annimali.

    APRIL

    April ħobżna fil-mindil (tvalja). Fi tmiem April il-bidwi jiġbor flusu mill-prodotti tar-raba’.

    F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lilhinn. F’April il-maltemp jonqos u jibda jidher id-dubbien.

    April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri. Tingħad meta xi ħadd jagħmel biċċa xogħol u l-unur jieħdu ħaddieħor.

    Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb fin. Ix-xita fi tmiem Marzu u l-bidu t’April tiswa ħafna għall-biedja.