1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] P ietru Pawl Saydon twieled iż-Żurrieq nhar l-24 ta’ Lulju tal-1895. Fl-1912 beda jistudja l-leeratura fl-università u ta’ għoxrin sena kiseb il-Baċellerat. Fl-1919 iggradwa fil-Liġi Kanonika u kiseb id-Doorat fit-Teoloġija. Billi ġie l-ewwel wieħed fl-eżamijiet u għadda lill-istuden tal-fakultajiet kollha, ingħata borża ta’ studju mill-Gvern biex seta’ jkompli l-istudji egħu barra minn Malta. Fl-istess sena ġie ordnat saċerdot u s-sena ta’ wara telaq lejn Ruma jistudja fl-Istuto Biblico minn fejn fl-1923 kiseb il-Liċenzjat fl-Iskriura Mqaddsa. “Kotra kbira ta’ ħu l-Maln ma jafux jaqraw ħlief bi lsienhom, u qa u qa ma ħassew f’qalbhom il-ħlewwa li jisimgħu fi lsienhom il-kelma t’Alla hekk kif ħarġet minn fommU mijiet u eluf ta’ snin ilu. Għalihom l-ewwel ma ħsibt fix-xogħol egħi. Iżda barra minn dawn, jien ħaddant fil-ħsieb egħi l-Maln kollha, li jħobbu u jgħożżu lsienhom.” Hekk kiteb Saydon fil-Kelmtejn Qabel għall-Keb tal-Ġenesi, l-ewwel keb tal-Bibbja li qaleb għall-Mal fl-1929. Il-Professur Pietru Pawl Saydon għamel “miraklu” meta rnexxielu jiraduċi l-Iskriura sħiħa waħdu mill-oriġinal, xogħol li kull meta sar, dejjem sar b’m magħmul minn diversi studjużi. Din it-traduzzjoni swiet lill Saydon tlen sena sħaħ ta’ ħidma u dedikazzjoni, bejn l-1929 u l-1959. It-33 sena li għamel fil-kariga ta’ Professur kienu snin ta’ ħidma sfiqa u bla waqfien b’risq it-tagħlim u r-riċerka. Mal-istuden kien imur tajjeb. Professur żagħżugħ u mhux imkabbar, ma setax ma jisraqx il-qalb tal-istuden żgħażagħ, li dlonk inġibdu lejh u ħabbewh. Saydon miet id-dar egħu ż-Żurrieq, raħal twelidu, nhar it-22 ta' Marzu 1971. PIETRU PAWL SAYDON... studjuż tal-ilsien Malti, l-ilsna Semitiċi u tal-Bibbja Il-ĠIMGĦA l-KBIRA u l-GĦID il-KBIR P eress li fil-Ġimgħa l-Kbira nfakkru l-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, matul il-ġurnata jiajru l-bnadar mezzasta filwaqt li l-membri tal-każini jħallu bieba waħda magħluqa u biċċa sewda mal-pum tal-bieb. Ħafna rġiel kienu jilbsu qmis bajda u ingravata sewda u la kienu jixorbu u lanqas ipejpu. It-al ma kinux jitħallew jilagħbu fit-toroq. L-ikla popolari tal-jum kienet il-qaqoċċ u l-bebbux bl-aljoli. Filgħodu jitkomplew l-viż fil-knejjes, u min-nofsinhar sat-tlieta kienet issir il-prietka tat- tliet sigħat tal-agunija. Wara ssir l-adorazzjoni tas-salib peress li f’dan il-jum ma jsirx quddies. Imbagħad joħorġu l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira minn xi parroċċi. Minbarra l-vari, ikun hemm diversi personaġġi bibliċi u l-baned idoqqu marċi funebri. Xi nies kienu jimxu wara l-vari ħain filwaqt li xi rġiel iġorru salib tal-injam fuq spallithom jew jorbtu l-ktajjen ma’ saqajhom bħala tpaja ta’ dnubiethom jew inkella b’wegħda. Nhar Sibt il-Għid jibqa’ kollox kif kien il-ġurnata ta’ qabel sakemm jasal id-daqq tal-Glorja fil-quddiesa li ssir tard filgħaxija. Matul il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid kienu jindaqqu ċ-ċuqlaj minflok il-qniepen. Drawwa marbuta ma’ Sibt il-Għid hi li waqt id-daqq tal-Glorja, l-ommijiet kienu jagħtu banju lit-trabi tagħhom, li fih kien ikollu l-uri li kienu jżejnu l-artal tas-sepulkru. Kienu jemmnu li dan kien ikollu effe tajjeb fuq it-al li kienu jsofru mill- qtajja’ jew għax kienu jemmnu li dan jgħin lit-al jibdew jimxu kmieni kemm jista’ jkun. L-Għid jew it-ira tal-Qawmien ta’ Kristu mill-mewt hija l-ikbar festa tal-Knisja. Filgħodu jew filgħaxija jsiru l-purċissjonijiet bl-istatwi tal-Irxoxt u xi wħud anke bil-ġirja tradizzjonali tal-Irxoxt. It-al jaqilgħu l-figolli u dawn jitbierku nhar l-Għid filgħodu mill-kappillan.

PIETRU PAWL SAYDON - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_28.pdf · 2018-09-06 · jitħalle Á jilagħbu fit-toroq. L-ikla popolari tal-jum kienet il-qaqoċċ

  • Upload
    others

  • View
    12

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: PIETRU PAWL SAYDON - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_28.pdf · 2018-09-06 · jitħalle Á jilagħbu fit-toroq. L-ikla popolari tal-jum kienet il-qaqoċċ

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

[email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

P ietru Pawl Saydon twieled iż-Żurrieq nhar l-24 ta’ Lulju tal-1895. Fl-1912 beda

jistudja l-letteratura fl-università u ta’ għoxrin sena kiseb il-Baċellerat. Fl-1919 iggradwa

fil-Liġi Kanonika u kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija. Billi ġie l-ewwel wieħed fl-eżamijiet u

għadda lill-istudenti tal-fakultajiet kollha, ingħata borża ta’ studju mill-Gvern biex seta’ jkompli

l-istudji tiegħu barra minn Malta. Fl-istess sena ġie ordnat saċerdot u s-sena ta’ wara telaq

lejn Ruma jistudja fl-Istituto Biblico minn fejn fl-1923 kiseb il-Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa.

“Kotra kbira ta’ ħuti l-Maltin ma jafux jaqraw ħlief bi lsienhom, u qatt u qatt ma ħassew f’qalbhom il-ħlewwa li jisimgħu

fi lsienhom il-kelma t’Alla hekk kif ħarġet minn fommU mijiet u eluf ta’ snin ilu. Għalihom l-ewwel ma

ħsibt fix-xogħol tiegħi. Iżda barra minn dawn, jien ħaddant fil-ħsieb tiegħi l-Maltin kollha, li jħobbu u jgħożżu lsienhom.”

Hekk kiteb Saydon fil-Kelmtejn Qabel għall-Ktieb tal-Ġenesi, l-ewwel ktieb tal-Bibbja li qaleb għall-Malti

fl-1929. Il-Professur Pietru Pawl Saydon għamel “miraklu” meta rnexxielu jittraduċi l-Iskrittura sħiħa

waħdu mill-oriġinal, xogħol li kull meta sar, dejjem sar b’tim magħmul minn diversi studjużi. Din

it-traduzzjoni swiet lill Saydon tletin sena sħaħ ta’ ħidma u dedikazzjoni, bejn l-1929 u l-1959.

It-33 sena li għamel fil-kariga ta’ Professur kienu snin ta’ ħidma sfiqa u bla waqfien b’risq

it-tagħlim u r-riċerka. Mal-istudenti kien imur tajjeb. Professur żagħżugħ u mhux imkabbar, ma

setax ma jisraqx il-qalb tal-istudenti żgħażagħ, li dlonk inġibdu lejh u ħabbewh. Saydon miet

id-dar tiegħu ż-Żurrieq, raħal twelidu, nhar it-22 ta' Marzu 1971.

PIETRU PAWL SAYDON... studjuż tal-ilsien Malti, l-ilsna Semitiċi u tal-Bibbja

Il-ĠIMGĦA l-KBIRA u l-GĦID il-KBIR

P eress li fil-Ġimgħa l-Kbira nfakkru l-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, matul il-ġurnata jittajru l-bnadar mezzasta filwaqt li l-membri tal-każini jħallu bieba waħda magħluqa u biċċa sewda mal-pum tal-bieb. Ħafna rġiel kienu jilbsu qmis bajda u ingravata sewda u la kienu jixorbu u lanqas ipejpu. It-tfal ma kinux

jitħallew jilagħbu fit-toroq. L-ikla popolari tal-jum kienet il-qaqoċċ u l-bebbux bl-aljoli. Filgħodu jitkomplew l-viżti fil-knejjes, u min-nofsinhar sat-tlieta kienet issir il-prietka tat-tliet sigħat tal-agunija. Wara ssir l-adorazzjoni tas-salib peress li f’dan il-jum ma jsirx quddies. Imbagħad joħorġu l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira minn xi parroċċi. Minbarra l-vari, ikun hemm diversi personaġġi bibliċi u l-baned idoqqu marċi funebri. Xi nies kienu jimxu wara l-vari ħafjin filwaqt li xi rġiel iġorru salib tal-injam fuq spallithom jew jorbtu l-ktajjen ma’ saqajhom bħala tpattija ta’ dnubiethom jew inkella b’wegħda. Nhar Sibt il-Għid jibqa’ kollox kif kien il-ġurnata ta’ qabel sakemm jasal id-daqq tal-Glorja fil-quddiesa li ssir tard filgħaxija. Matul il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid kienu jindaqqu ċ-ċuqlajti minflok il-qniepen. Drawwa marbuta ma’ Sibt il-Għid hi li waqt id-daqq tal-Glorja, l-ommijiet kienu jagħtu banju lit-trabi tagħhom, li fih kien ikollu l-fjuri li kienu jżejnu l-artal tas-sepulkru. Kienu jemmnu li dan kien ikollu effett tajjeb fuq it-tfal li kienu jsofru mill-qtajja’ jew għax kienu jemmnu li dan jgħin lit-tfal jibdew jimxu kmieni kemm jista’ jkun. L-Għid jew it-tifkira tal-Qawmien ta’ Kristu mill-mewt hija l-ikbar festa tal-Knisja. Filgħodu jew filgħaxija jsiru l-purċissjonijiet bl-istatwi tal-Irxoxt u xi wħud anke bil-ġirja tradizzjonali tal-Irxoxt. It-tfal jaqilgħu l-figolli u dawn jitbierku nhar l-Għid filgħodu mill-kappillan.