Upload
marisaxaghra
View
1.265
Download
4
Embed Size (px)
Citation preview
Aħna Wlied San Pawl
Jekk immorru dawra ma’ Malta insibu knejjes u postijiet imsemmija għal San Pawl.
Aħna l-Maltin għandna mħabba speċjali għal San Pawl.
Għax
mingħandu
ħadna
t-tagħlim
sabiħ ta’ Ġesu.
Kienet riesqa x-xitwa meta Pawlu telaq bil-ġifen...
.... mill-Palestina għal Ruma.
Hu kien sejjer Ruma biex jidher fil-Qorti t’hemm.
…imħabba li arrestawh talli kien Appostlu ta’ Ġesu.
Qamet tempesta kbira.
Fuq il-ġifen kien hemm
ħafna nies li bdew
jibżgħu li se
jegħerqu.
Pawlu qalilhom : “Tibżgħux, bil-lejl deherli anġlu u qalli li ħadd mhu se jintilef...
Għaddew 14-il ġurnata f’dik it-tempesta.
Il-ġifen ħabat ma’ blata.
Saru jafu li l-gżira kien jisimha Malta.
Il-Maltin laqgħuhom tajjeb ħafna u qabbdulhom ħuġġieġa biex jisħnu.
Minn qalb il-ħatab, telgħet lifgħa u gidmet lil Pawlu f’idu.
Pawlu ma ġralu xejn u l-Maltin ħasbuh xi alla.
Pawlu qalilhom
mill-ewwel...
Il-mexxej ta’ Malta ta’ dak iż-żmien kien jismu Publiju.
Missieru kien marid ħafna.
Pawlu talab
għalih
u
fejqu.
Pawlu dam Malta madwar
3 xhur.
Publiju sar l-ewwel isqof ta’ Malta.
Meta Pawlu telaq lejn Ruma, Publiju baqa’ jieħu ħsieb il-familja l-ġdida ta’ Alla f’Malta.