4
M A G A Z I N 6 Ħarġa Numru 46 – Meju 2012 Pubblikazzjoni tas-Sitt Klassi, Kulleġġ De La Salle, Kottonera. Editur: Patrick Sammut. 1 ID-DESTIN TAL-WERQA DGĦAJFA Lorella Spiteri Il-bniedem mhu xejn aktar minn dik il-werqa dgħajfa li bla ma trid qed tiġġerra mar-riħ. Ja riħ li ma tħenn għal ħadd li ġġorr dak kollu li miegħek jiltaqa’. Riħ li bħall-ħin jibqa’ għaddej mingħajr ma jħares lura li f’għajnejh tara biss qerda u indifferenza. Iżda jissielet kemm jissielet, il-bniedem għadu dik il-werqa, għaliex ir-riħ hu bħaż-żmien, bla ħniena, jibqa’ għaddej sakemm lil dik il-werqa jwassalha f’sekonda, bla ma jħalliha tinduna, f’xifer id-dlamijiet it-tmiem. Iżda hu dejjem ikompli jitlajja qalb l-infinit, qalb l-eżistenza bla ħjiel ta’ għejja f’ġismu jħoss għaliex l-għejja ma jafx x’inhi. STUDENTI TAS-SIXTH FORM IŻURU L-LAKE DISTRICT Grupp ta’ studenti tas-Sixth Form telgħu fuq żjara edukattiva fiż-żona tal-Lake District, l-Ingilterra. Dan seħħ fl-aħħar jiem ta’ April u l-bidu ta’ Mejju 2012. L-okkażjoni ġiet organizzata mill-għalliem tal-Bijoloġija u tax-Xjenzi Ambjentali, is- Sur Konrad Pirotta. L-istudenti li ħadu sehem f’dan il-proġett attendew għal programm ta’ preparazzjoni matul is-sena. Fil-Lake District qagħdu f’kampijiet li tellgħu magħhom, flimkien mal-utensili u ħwejjeġ oħra li kellhom bżonn biex jieklu u jinħaslu. Kienet sessjoni li fiha dawk li pparteċipaw tgħallmu numru ta’ tekniki ta’ sopravvivenza, għamlu field work fiż-żona msemmija u setgħu jgawdu l-isbuħija pittoreska tal-ambjent permezz ta’ passiġġati twal li laqqgħuhom ma’ għoljiet, widien u għadajjar tipiċi tal-post. Żaru wkoll postijiet marbutin ma’ kittieba Ingliżi bħal William Wordsworth u oħrajn. Dan kollu kien parti mill-Outdoor Education Programme li jiġi mtella’ fil- Kulleġġ bejn Ottubru u Ġunju. Ta’ min jawgura li fil-ġejjieni aktar studenti jkunu jistgħu jgawdu minn opportunità unika bħal din. Prosit tassew Sur Pirotta! WAQTIET LI MA JINTESEWX FIL-LAKE DISTRICT

STUDENTI TAS- WAQTIET LI MA JINTESEWX LAKE DISTRICT FIL … · 2013-04-15 · l-pur issjoni bil-vara titulari madwar ir-ra ħal, insibu wkoll il-festi interni li jse ħħu fil-knisja

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: STUDENTI TAS- WAQTIET LI MA JINTESEWX LAKE DISTRICT FIL … · 2013-04-15 · l-pur issjoni bil-vara titulari madwar ir-ra ħal, insibu wkoll il-festi interni li jse ħħu fil-knisja

MMMM

AAAA

GGGG

AAAA

ZZZZ

IIII

NNNN

6666

Ħarġa Numru 46 – Meju 2012

Pubblikazzjoni tas-Sitt Klassi, Kulleġġ De La Salle, Kottonera.

Editur: Patrick Sammut.

1

ID-DESTIN TAL-WERQA DGĦAJFA

Lorella Spiteri

Il-bniedem mhu xejn aktar

minn dik il-werqa dgħajfa

li bla ma trid qed tiġġerra mar-riħ. Ja riħ li ma tħenn għal ħadd

li ġġorr dak kollu li miegħek jiltaqa’.

Riħ li bħall-ħin jibqa’ għaddej mingħajr

ma jħares lura

li f’għajnejh tara biss qerda u indifferenza.

Iżda jissielet kemm jissielet, il-bniedem

għadu dik il-werqa, għaliex

ir-riħ hu bħaż-żmien, bla ħniena, jibqa’

għaddej

sakemm lil dik il-werqa jwassalha

f’sekonda, bla ma jħalliha tinduna,

f’xifer id-dlamijiet it-tmiem.

Iżda hu dejjem ikompli jitlajja

qalb l-infinit, qalb l-eżistenza

bla ħjiel ta’ għejja f’ġismu jħoss

għaliex l-għejja ma jafx x’inhi.

STUDENTI TAS-SIXTH FORM

IŻURU L-LAKE DISTRICT

Grupp ta’ studenti tas-Sixth Form telgħu

fuq żjara edukattiva fiż-żona tal-Lake

District, l-Ingilterra. Dan seħħ fl-aħħar

jiem ta’ April u l-bidu ta’ Mejju 2012.

L-okkażjoni ġiet organizzata mill-għalliem

tal-Bijoloġija u tax-Xjenzi Ambjentali, is-

Sur Konrad Pirotta. L-istudenti li ħadu

sehem f’dan il-proġett attendew għal

programm ta’ preparazzjoni matul is-sena.

Fil-Lake District qagħdu f’kampijiet li

tellgħu magħhom, flimkien mal-utensili u

ħwejjeġ oħra li kellhom bżonn biex jieklu

u jinħaslu. Kienet sessjoni li fiha dawk li

pparteċipaw tgħallmu numru ta’ tekniki ta’

sopravvivenza, għamlu field work fiż-żona

msemmija u setgħu jgawdu l-isbuħija

pittoreska tal-ambjent permezz ta’

passiġġati twal li laqqgħuhom ma’

għoljiet, widien u għadajjar tipiċi tal-post.

Żaru wkoll postijiet marbutin ma’ kittieba

Ingliżi bħal William Wordsworth u oħrajn.

Dan kollu kien parti mill-Outdoor

Education Programme li jiġi mtella’ fil-

Kulleġġ bejn Ottubru u Ġunju. Ta’ min

jawgura li fil-ġejjieni aktar studenti jkunu

jistgħu jgawdu minn opportunità unika

bħal din. Prosit tassew Sur Pirotta!

WAQTIET LI MA JINTESEWX

FIL-LAKE DISTRICT

Page 2: STUDENTI TAS- WAQTIET LI MA JINTESEWX LAKE DISTRICT FIL … · 2013-04-15 · l-pur issjoni bil-vara titulari madwar ir-ra ħal, insibu wkoll il-festi interni li jse ħħu fil-knisja

2

IL-KOMPONIMENT ĠENERALI

IS-SEHEM TAL-FESTI FIL-KULTURA MALTIJA

Ian Aquilina

Ta’ kull sena nistennew dik il-ġimgħa speċjali, fejn

it-toroq jibdew jiżżejnu bil-liedna u l-kukkardi, meta

l-vara titulari toħroġ min-niċċa fejn tkun ilha magħluqa

għal diversi xhur, fejn il-każini jibdew jippreparaw

ruħhom għall-marċi li jkunu ser iseħħu, u diversi

affarijiet oħrajn li flimkien joħolqu l-festa tar-raħal

tagħha. Illum il-ġurnata tista’ tgħid li l-festi fil-gżejjer

Maltin saru parti mill-kultura Maltija, u dan għal diversi

raġunijiet differenti.

Mal-miġja tal-festa fir-raħal jew belt fejn noqogħdu nafu

sew kif il-belt kollha tieqaf kemm hi mill-monotonija li

tkun ilha fiha matul is-sena u tibda ġimgħa ta’ xalar u

briju f’ġieħ il-patrun jew patruna ta’ dik il-belt jew raħal

partikulari. Hemm ċerti rħula, bħaż-Żurrieq jew Ħal

Għaxaq, li jkollhom iktar minn festa waħda, minħabba

l-patruni differenti, u dan ikompli jżid mal-briju li

jinħoloq f’dawn il-festi. Il-festi fil-gżejjer Maltin juru

b’mod ċar l-għeruq sodi li għandhom il-Maltin

fir-reliġjon Kattolika, u dan narawh l-iktar fid-diversità

ta’ patruni differenti li kull raħal jew belt ikollhom.

Għalkemm insibu ammont ta’ rħula li jkollhom l-istess

protettur jew protettriċi, bħal pereżempju Ħ’Attard, Ħad-

Dingli, Ħal Għaxaq, Il-Gudja, l-Imġarr, l-Imqabba,

ir-Rabat f’ Għawdex, il-Mosta, il-Qrendi u ż-Żebbuġ f’Għawdex, li kollha jiċċelebraw il-festa ta’ Marija

Assunta, jew kif nafuha aħjar Santa Marija,

il-maġġoranza tal-irħula għandhom qaddis uniku.

Barra l-festi esterni, li jinkludu l-marċi, ċelebrazzjonijiet

oħrajn imtellgħa mill-każini ta’ dak ir-raħal, u

l-purċissjoni bil-vara titulari madwar ir-raħal, insibu

wkoll il-festi interni li jseħħu fil-knisja parrokkjali, li

juru b’mod iktar ċar is-sinifikat tal-festa u x’għandna

x’nitgħallmu għal ħajjitna mill-patrun jew patruna

tar-raħal. Matul il-ġimgħa tal-festa, il-knisja tiżżejjen

bid-damask u l-linef, u l-vara titulari titpoġġa f’post

prominenti. Fl-aħħar tliet ijiem ta’ qabel il-ġurnata

tal-festa, isir dak li jissejjaħ it-Tridu, jiem fejn wieħed

jiffoka aktar fuq il-ħajja ta’ dak il-qaddis u x’għandna

x’nitgħallmu minnu. Dan kollu hu wirt nazzjonali, fejn

l-antenati tagħna għamlu diversi sagrifiċċji u ħadmu

kemm felħu sabiex jagħmlu festa kif tixraq lill-patrun

jew patruna tar-raħal.

Barra minn hekk, fil-festa tar-raħal insibu diversi

tradizzjonijiet marbuta magħha. Fil-ġurnata tal-festa

kulħadd jilbes l-aħjar ilbies li għandu, u l-għaqda fil-

familja tinħass ħafna iktar.

Insibu wkoll lil tal-qubbajt, xi ħaġa li ħafna

min-nies jieħdu biss matul il-festa. Ma jonqosx

ukoll il-logħob tan-nar, kemm dak tal-art kif ukoll

dak tal-ajru, li llum il-ġurnata ħa prominenza

qawwija fil-festa tipika tar-raħal. Ħaġa oħra li

nsibu hi x-xalata, li tiġi l-ġurnata ta’ wara l-festa,

fejn kulħadd jistrieħ u jiftakar f’ dak li jkun għadu

kif iċċelebra.

Madanakollu, fil-festi ta’ llum il-ġurnata nsibu

diversi affarijiet u mġiba li qed inaqqsu mid-dinjità

tal-festa tipika Maltija. Il-pika bejn il-każini hi

waħda mill-iktar evidenti, fejn in-nies jinqasmu

bejniethom u sseħħ firda fir-raħal li tibqa tinħass

matul is-sena kollha, minħabba festa li tispiċċa

wara ġimgħa. Ma jkun hemm xejn ħażin billi jkun

hemm ftit kompetizzjoni bejn żewġ każini

differenti, iżda f’dawn l-aħħar snin seħħew diversi

aċċidenti minħabba l-irjus sħan ta’ xi individwi

fanatiċi. It-turisti li jiġu għal dawn il-festi llum

il-ġurnata m’għadhomx jistgħu jieħdu l-istampa

sħiħa tal-festa tar-raħal minħabba l-ġlied li jkun

qed iseħħ bejn in-nies. Il-festa ddegredajnieha sal-

punt fejn saret festa ta’ idolatrija, fejn għandek

ħafna nies li joffendu qaddis partikulari

sempliċiment għax ikun dak li l-każin oppost

jonoraw. Is-sens propju tal-festa, dak reliġjuż u

spiritwali, ġie mormi u mbiddel ma’ xalar sfrenat

bla ebda siwi. Il-kummerċ żejjed hu aspett ieħor li

jtellef is-sens tal-festa, fejn kull sena jintefqu flejjes

kbar sabiex inkunu nistgħu nikkompetu ma’ rħula

oħrajn. Dan kollu jkerrah is-sens tal-vera festa

tipika Maltija.

Kif rajna, il-festa tar-raħal saret parti essenzjali

mill-kultura tipika Maltija; madanakollu hemm

diversi fatturi li qed itellfu l-veru sens tal-festa għal

kull individwu Nisrani. Hemm bżonn li nerġgħu

lura għan-normi tal-festa kif suppost għandha ssir

b’unur għall-qaddis jew qaddisa tar-raħal, u mhux

sempliċiment biex ngħidu li żidna avveniment

ieħor fil-kalendarju tal-parroċċa.

Page 3: STUDENTI TAS- WAQTIET LI MA JINTESEWX LAKE DISTRICT FIL … · 2013-04-15 · l-pur issjoni bil-vara titulari madwar ir-ra ħal, insibu wkoll il-festi interni li jse ħħu fil-knisja

IL-KOMPONIMENT ĠENERALI

3

F’SALA TA’ SPTAR

Juan Ellul

Malli ħassejt moħħi mall-ħġieġ tal-windscreen

intlift minn sensija. Waqghet fuqi paċi liema

bħalha, sliem li lanqas jekk ikollok il-flus kollha

tad-dinja ma tkun tista’ tixtrih. Kont qiegħed miexi

f’kuritur li ma kien jispiċċa qatt. Kien hemm dlam

ċappa għajr għal tikka żgħira bajda daqs is-silġ, direttament quddiemi. Bħal ħassejt x’jiġbidni lejha

dik it-tikka , u ma’ kull pass li għamilt, bdiet tikber

u tikber. Waqa’ fuqi stat ta’ paniku , u bdjet niġri kemm niflaħ.

F’ħin minnhom, meta dak id-dawl kien sar daqs ta’

ponn, bħal ħassejt xokk jiġri ma’ ġismi kollu.

Ħasadni u waqajt mal-art. Pero’ id-daqqa baqgħet

ma ġiet qatt. Minflok, ftaħt għajnejja beraħ u erġajt

għalaqthom malajr. Kont qisni ħraqt għajnejja, u

n-nervituri f’rasi bdew iwerżqu bi protesta.

Minkejja dan, erġajt ftaħt għajnejja, din id-darba

iktar bil-mod, u tajt ħarsa madwari. L-ewwel ħaġa

li rajt kienu par għajnejn ta’ mara, direttament fuq

tiegħi, b’ħarsa ta’ ferħ u sodisfazzjon fihom.

In-naħa t’isfel ta’ wiċċha kien mgħotti b’maskra

ħadra ċara. Minn warajha stħajjitlha titbissem u

dawk l-għajnejn suwed tuta resqu ’l fuq, ’il

bogħod minni. Meta tajt salt biex inqum, bħal

ħassejt xi jżommni ’l isfel, u erġajt intfajt u għalaqt

għajnejja.

Ħadt nifs twil ’il ġewwa, u r r-riħa qawwija ta’ arja

u affarijiet disinfettati ħarqitli mnieħri. Qarrast

wiċċi, u propju dak il-ħin ħassejt par idejn, waħda

poġġuta b’guffaġni, tagħfas fuq sidri , u oħra, ħafna

aktar ġentili, tmissli wiċċi. Par swaba fetħuli

għajnejja u did-darba rajt lil raġel, bi ħwejjeġ simili

u huwa wkoll liebes maskra bħal tal-mara. Kien

qiegħed iħares lejja u f’ħin minnhom niżżel

il-maskra fuq għonqu u beda jċaqlaq ħalqu.

Ippruvajt inċaqlaq idejja biex nurih li ma kontx

qiegħed nisimgħu, iżda ma ħassejt xejn, daqs li

kieku kont bla jdejn. F’ħin minnhom bdejt nara

ħafna tiżliġ f’għajnejja, tant ma stajt nara xejn,

ħlief dak id-dawl qawwi dieħel jinvadili l-vista ta’

għajnejja. It-telqa li waqgħet fuqi ġibditni b’saħħa

kbira. Irqadt, imma d-dawl kien qiegħed jikber.

Però ma domtx rieqed, għax erġajt qomt bil-ġirja

meta ħassejt xokk kbir jiġri ma’ ġismi kollu. Ħarist

lejn dawk it-tobba u infermiera kollha, u nnutajt li

kien hemm madwar għaxar persuni b’kollox.

Kollha kienu qegħdin jiġru u jduru madwar

is-sodda li kont mimdud fuqha jien. Sodda b’saqqu

iebes u saqajn tal-ħadid bir-roti. Infermier mibni

sew ġie min-naħa tal-lemin tiegħi u għollieni

bilqiegħda, b’dahri jserraħ mat-tustiera tas-sodda.

Poġġa fuq banketta maġenbi, neża’ l-maskla u beda

jkellimni. Din id-darba bdejt nisma’ kollox. Anzi,

iżżejjed! Kien qed isaqsini dwar kif kont qiegħed

inħossni, iżda ma flatħx inkellmu. U kieku stess,

x’ridt ngħidlu? Biex jagħlaq ħalqu għax qabadni

uġigħ ta’ ras? Komplejt inħares madwari u ndunajt

li eżattament faċċata tiegħi kien hemm ħġieġa

kbira, u warajha kien hemm ommi, missieri u oħti, kollha b’uċuħ imbikkma.

Issa bdejt inħossni mmur lura għan-normal. Bdejt

nara, nisma’, inħoss, inxomm, kollox normali bejn

wieħed u ieħor. Idejja ndunajt li t-tnejn kienu

f’posthom, iżda xorta bqajt ma nistax inċaqlaqhom,

u jekk niġu f’dan, ma stajtx inċaqlaq il-bqija ta’

ġismi! Dawwart wicci lejn l-infermier li kien

qiegħed jistennieni niġi f’tiegħi. Beda jkellimni

bil-mod, biex nifhmu, u ma kull kelma li beda

jgħidli bdejt inħoss id-dmugħ iżid. Kont

ipparalizzajt ġismi kollu bid-daqqa, għax kont

ilqatt parti minn moħħi, kemkemm braxtha, meta

qsamt rasi mas-siġra. Sirt naf ukoll li sieħbi

Matthew, is-sewwieq, kien qiegħed taħt it-trab, u li

l-pulizija, li minn taħt il-għajn indunajt li kienu

ħdejn ommi u missieri, riedu jsaqsuni xi affarijiet.

Dakinhar, wara li kellimt lill-pulizija, tħallejt

inkellem lil ommi u missieri, u oħti wkoll. Wara

ġimgħa kura u terapija l-isptar, tħallejt immur

id-dar, u issa ilni għoxrin sena fuq siġġu tar-roti.

Kull meta nħares lura lejn dak iż-żmien li għamilt

fis-sala tal-isptar, u kemm ili f’din il-qagħda,

tgħallimt napprezza l-affarijiet żgħar fil-ħajja, li

bihom u mingħajrhom id-dinja ma tkunx l-istess.

Kienet dik is-sala tal-isptar li salvatli ħajti, b’kull

dettall, kull kulur u kull riħa li kien fiha, u nibqa’

nafulha għal dejjem!

Page 4: STUDENTI TAS- WAQTIET LI MA JINTESEWX LAKE DISTRICT FIL … · 2013-04-15 · l-pur issjoni bil-vara titulari madwar ir-ra ħal, insibu wkoll il-festi interni li jse ħħu fil-knisja

4

IL-KOMPONIMENT TAL-POEŻIJA

L-IDEALIZZAZZJONI TA’ MALTA FL-EWWEL

NOFS TAS-SEKLU 20

Luca Balzan

Fil-poeżija Maltija, speċjalment dik tal-ewwel nofs

tas-seklu għoxrin, tispikka ħafna l-idealizzazzjoni ta’

Malta. B’dan il-mezz, poeti bħal Dun Karm, Ġużè

Chectcuti u Ġorġ Pisani għollew mas-smewwiet dak

kollu li hu Malti u għalhekk dan jagħmel parti

mill-ġens uniku tagħna. B’hekk, dawn il-poeżiji servew ta’ propaganda, jiġifieri ta’ riklam, għall-

gżejjer tagħna.

Fis-sunett Petrarkjan Lil Mikiel Anton Vassalli,

b’referenza għal Vassalli, promotur kbir tal-lingwa

Maltija li ħadem bis-sħiħ biex Malta ma tkunx “bil-ħan

maħkuma”, Dun Karm jagħti ġieħ lill-“Malti safi

tassew”. Dan jispikka fil-kliem “l-ġmiel, is-saħħa,

il-għana / tal-lsien”. It-tifħir lejn il-lingwa jidher ukoll

f’Ilsien Pajjiżi ta’ Anastasju Cuschieri, li sa

mill-ewwel żewġ versi juri l-qima tiegħu lejn l-ilsien:

“Fost l-ilsna kollha, ja lsien pajjiżi, / isbaħ u bħalek

jien ma narax”. Ir-ripetizzjoni tal-ewwel strofa lejn

l-aħħar tal-poeżija tenfasizza l-importanza tal-ilsien

Malti għall-poeta, u huwa jsostni wkoll li l-lingwa

Maltija hija safja meta jorbotha man-natura u mat-

tfulija: “Int li tfakkarni fi żmien tfuliti”. Bħal dawn

iż-żewġ poeti, Nikol Biancardi jidealizza l-ilsien

tagħna fil-poeżija Lill-Ilsien Malti. L-iskop tal-poeta

huwa li jħeġġeġ lill-Maltin kollha biex jitkellmu bil-

lingwa tagħhom: “Jekk ma tkunx il-kelma tiegħek, /

min hu Malti, tkellem ... min?”, u dan għaliex dak

iż-żmien, il-Malti kien meqjus bħala lsien tal-kċina, bla

ebda preġju. Għall-kuntrarju ta’ dan, hu jemmen li

għalkemm il-Malti huwa “lsien qadim”, xorta huwa

lsien ħaj: “Rajtek miexi mingħajr heda, / bla serħan

f’dawn l-aħħar snin.”

It-twemmin jingħata ġieħ bħala aspett ta’ ġensna

f’Il-Għanja tar-Rebħa ta’ Dun Karm. Din hija poeżija

iperbolika li titkellem ukoll dwar l-Istorja, preċiżament

l-Assedju l-Kbir. Il-poeta nazzjonali jorbot il-qlubija

ta’ missirijietna direttament mat-twemmin tagħhom:

“Iżda ġo sidrek qatt ma birdet l-emmna / li Alla

l-qawwi tiegħek kien ħabib”, filwaqt li jfaħħar dan

l-avveniment storiku. L-istess jagħmel Ġużè Delia, li

f’Għanja lil Malta jsemmi l-Assedju bħala dak

l-avveniment li fih spikka l-kuraġġ tal-Maltin: “U

rajtek imdawra b’uliedek qalbenija, / li waqgħu f’Sant

Anġlu, f’Sant Jiermu għalik”. Hawnhekk, Delia

jesprimi mħabba kbira lejn il-patrija.

Kemm Ġużè Delia, kif ukoll Ġużè Chetcuti kitbu dwar

it-Tieni Gwerra Dinjija fil-poeżiji tagħhom. F’Air-Raid

bil-Lejl Delia jippreżentalna stampa mill-memorji ta’

missirijietna u fl-istess ħin jagħti ġieħ lit-twemmin

u l-għaqda tagħhom: “Mgħaqqdin fehma u qalb

waħda / f’ratba li ma tinħallx, ta’ mħabba u talb”.

Min-naħa l-oħra, Chetcuti kiteb il-poeżija Il-Qniepen

tar-Rebħa, poeżija b’funzjoni ritrattistika billi l-poeta

esperjenza l-gwerra hu stess. F’estasi ta’ ferħ, huwa

jikteb dwar il-qlubija kbira u s-sagrifiċċji li urew

missirijietna biex b’hekk wasal il-jum tar-rebħa:

“Malta, mbiċċra imma qalbha sħiħa”.

Il-poeta tal-Istorja, Ġorġ Pisani, għall-kuntrarju tal-

poeti l-oħrajn, ħares aktar ’il bogħod u għalhekk

kiteb dwar iż-żminijiet bikrin f’Malta. Fis-saffika

F’Ħaġar Qim, huwa bħal donnu jmur lura u jagħmel

parti mit-talba tal-“ġens ewlieni”: “għax rajt il-ħalfa,

rajt it-talb għar-rebħa / ta’ Malta tiegħi” biex jegħreq

l-għadu u Malta tibqa’ ħielsa. Fis-saffika l-oħra

Il-Ġgantija t’Għawdex, huwa jippreżenta sitwazzjoni

li min jaf kemm-il darba Għawdex għadda minnha,

sitwazzjoni ta’ ġuħ. Għalhekk, bħala sagrifiċċju,

“tfajla, xuxtha tad-deh’b, għajnejha żoroq” tagħżel li

“immut għal Għawdex tiegħi”. F’dawn il-poeżiji jingħataw ġieħ kemm lill-Istorja kif ukoll lit-

twemmin.

Dawn ix-xogħlijiet kollha juruna kemm għandna

biex inkunu kburin li aħna Maltin. Ifakkruna li

bis-saħħa ta’ missirijietna, għandna identità unika li

tagħmilna Maltin u li tiddistingwina minn ġnus oħra.

Għalhekk, għandna nagħmlu minn kollox biex mhux

biss napprezzaw dawn il-poeżiji, iżda nħaddnu dawn

l-aspetti ta’ ġensna bħala parti mill-kultura tagħna.