1
Kwiżż dwar id-Diskrepanza fil-Pagi bejn in-Nisa u l-IrġielMerħba fil-kwiżż dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel!
Dan il-kwiżż qasir juża mistoqsijiet b’għażla multipla biex jispjega l-kawżi u l-impatt tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE. Jinkludi wkoll dettalji dwar fejn għandek tmur biex tikseb iktar informazzjoni u pariri. Ittestja l-għarfien tiegħek billi tagħmel il-kwiżż illum.*
* Jekk jogħġbok innota li għal ċerti mistoqsijiet hemm iktar minn tweġiba waħda possibbli.
2
1. X’inhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
A. Id-differenza bejn kemm jieħdu magħhom paga d-dar in-nisa u l-irġiel fix-xahar.
B. Id-differenza medja bejn id-dħul fis-siegħa tan-nisa u l-irġiel.
C. Id-differenza bejn il-paga tan-nisa u tal-irġiel matul il-liv tal-maternità.
3
1. X’inhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: B
In-nisa għadhom jaqilgħu inqas mill-irġiel fl-Ewropa.
Id-differenza medja bejn id-dħul fis-siegħa tan-nisa u l-irġiel (qabel ma jsir kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa tad-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali) hija magħrufa bħala d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. Din hija d-definizzjoni uffiċjali tal-UE.
4
2. X’inhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel f’Malta?
A. 6.1%
B. 11%
C. 29.5%
5
2. X’inhi d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel f’Malta?
Tweġiba: A
Fl-2010, id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel f’Malta kienet ta’ 6.1%.
Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel tvarja f’kull 27 Stat Membru, minn madwar 5% sa madwar 30%.
Sors: Eurostat 2010.
6
3. X’inhi l-medja ta’ diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE?
A. 16.4%
B. 24%
C. 33%
7
3. X’inhi l-medja ta’ diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE?
Tweġiba: A
Fl-2010, il-medja ta’ diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE kienet ta’ madwar 16.4%.
Sors: Eurostat 2010. (Sors provviżorju)
8
4. Min iħaddem għandu d-dritt li jħallas in-nisa inqas mill-irġiel għall-istess xogħol?
A. Iva
B. Le
C. F’ċerti każijiet
9
4. Min iħaddem għandu d-dritt li jħallas in-nisa inqas mill-irġiel għall-istess xogħol?
Tweġiba: B
Le. Huwa illegali li għall-istess xogħol jew għal xogħol ta’ valur ugwali n-nisa tħallashom inqas.
Jeżistu liġijiet tal-UE fuq il-kwistjoni ta’ paga indaqs għal xogħol ta’ valur ugwali (id-Direttiva 2006/54/KE) li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta’ sess għall-aspetti u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas kollha. L-Istati Membri tal-UE kollha inkorporaw id-Direttiva 2006/54/KE fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom.
10
5. Meta ġew introdotti għall-ewwel darba r-regoli kontra d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
A. 1984
B. 1975
C. 1991
11
5. Meta ġew introdotti għall-ewwel darba r-regoli kontra d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: B
Il-liġijiet tal-UE ilhom jeżistu mill-1975.
Fil-fatt, l-impenn tal-UE li tiżgura paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali jmur lura saħansitra sat-Trattat ta’ Ruma fl-1957.
12
6. X’jikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
A. Min iħaddem li jħallas l-impjegati nisa inqas mill-kollegi rġiel tagħhom għall-istess xogħol.
B. In-nisa li jaħdmu f’setturi differenti u li jagħmlu xogħlijiet differenti minn tal-irġiel.
C. In-nisa li jaħdmu sigħat iqsar jew part-time biex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom.
13
6. X’jikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.
Xi drabi n-nisa sempliċiment ma jitħallsux daqs l-irġiel, minkejja li dawn iwettqu l-istess xogħol jew xogħol ta’ valur ugwali.
14
6. X’jikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.
Ħafna drabi, in-nisa u l-irġiel iwettqu xogħol differenti u jaħdmu f’setturi differenti, u dan jista’ jwassal biex ikun hemm differenza fil-pagi tagħhom. Pereżempju, is-setturi ddominati min-nisa, bħall-kura tas-saħħa, għandhom tendenza li jkollhom pagi iktar baxxi minn dawk fejn l-irġiel huma fil-maġġoranza.
15
6. X’jikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.
Dan iseħħ minkejja li n-nisa ħafna drabi jkollhom kwalifiki tal-edukazzjoni ogħla mill-irġiel. Fil-fatt, fl-2010 in-nisa laħqu kważi s-60% tal-istudenti universitarji kollha fl-UE.
16
6. X’jikkawża d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
Hemm ħafna raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.
Barra minn hekk, peress li n-nisa ġeneralment iġorru l-piż tal-kura tat-tfal, dawn għandhom tendenza li jaħdmu sigħat iqsar jew part-time u b’riżultat ta’ dan jaqilgħu inqas.
17
7. Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta’ mara?
A. Meta tibda taħdem.
B. Meta tiddeċiedi li tibni familja.
C. Meta tirtira.
18
7. Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta’ mara?
Tweġiba: A, B u C
Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel jista’ jkollha impatt tul il-ħajja ta’ mara.
In-nisa li jidħlu s-suq tax-xogħol jistgħu jsibu li l-ħiliet tagħhom huma sottovalutati meta mqabbla ma’ dawk tal-irġiel minħabba t-tipi ta’ impjiegi u setturi ddominati min-nisa, li ħafna drabi jitħallsu inqas tajjeb. Din is-sottovalutazzjoni ta’ ħiliet ħafna drabi tkompli tul il-karriera sħiħa ta’ mara.
19
7. Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta’ mara?
Tweġiba: A, B u C
Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel jista’ jkollha impatt tul il-ħajja ta’ mara.
Peress li n-nisa bil-familji ħafna drabi jġorru l-piż tal-kura tat-tfal, dawn għandhom it-tendenza li jaħdmu sigħat iqsar jew part-time u ma jokkupawx pożizzjonijiet ta’ maniġment, u dawn iż-żewġ raġunijiet jaffettwaw il-kapaċità ta’ qligħ matul il-karriera sħiħa tagħhom. F’ħafna pajjiżi l-punt fejn wieħed jibda jibni familja huwa dak fejn id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel titwessa’.
20
7. Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, meta tħalli l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta’ mara?
Tweġiba: A, B u C
Id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel jista’ jkollha impatt tul il-ħajja ta’ mara.
Il-fatt li n-nisa jaqilgħu inqas tul ħajjithom ifisser ukoll li dawn ikollhom inqas pensjonijiet meta jirtiraw u b’hekk huma f’riskju ogħla ta’ povertà fix-xjuħija meta mqabbla mal-irġiel.
21
8. Għal liema raġuni għandna neliminaw id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
A. Huwa ġust – in-nisa għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod tal-irġiel.
B. Dan kieku jagħti spinta lill-ekonomija.
C. Ikun tajjeb għal min iħaddem.
22
8. Għal liema raġuni għandna neliminaw id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
Minbarra l-argument morali li n-nisa u l-irġiel għandhom jitħallsu l-istess għax-xogħol ta’ valur ugwali, jeżisti wkoll l-argument ekonomiku. In-nisa għandhom ħiliet u talenti li ħafna drabi huma sotto-utilizzati fil-post tax-xogħol u jekk dawn jinfetħu jistgħu jgħinu lil kumpaniji fl-indirizzar tan-nuqqasijiet ta’ ħiliet.
23
8. Għal liema raġuni għandna neliminaw id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
Li wieħed jivvaluta n-nisa għax-xogħol li huma jagħmlu u li l-ħiliet tagħhom jiġu ppremjati b’mod ġust jista’ jtejjeb il-prestazzjoni u l-effikaċja ta’ negozju. Pereżempju, billi jgħin in-negozju sabiex jattira u jżomm persunal li għandu talent, u billi tinħoloq dehra pożittiva tal-kumpanija mal-klijenti u l-investituri tagħha. Dan imbagħad jagħti spinta lill-ekonomija.
24
9. L-UE x’qiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
A. Qiegħda tgħid lil min iħaddem sabiex iħallas in-nisa b’mod ġust.
B. Qiegħda taħdem sabiex tqajjem kuxjenza dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.
C. Qiegħda tħeġġeġ il-gvernijiet nazzjonali sabiex jieħdu azzjoni.
25
9. L-UE x’qiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE.
Barra milli timplimenta l-liġijiet, l-UE torganizza inizjattivi biex tibdel l-attitudni ta’ kif huma perċepiti r-rwoli tal-irġiel u n-nisa - fl-iskejjel, fid-dar, fil-post tax-xogħol u fis-soċjetà in ġenerali.
26
9. L-UE x’qiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE.
Pereżempju, fl-2011 il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Jum Ewropej għall-Paga Indaqs (EEPD). L-EEPD huwa avveniment annwali li fih titqajjem kuxjenza dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel u dwar kif din tista’ tiġi eliminata. Id-data tiegħu, li sejra tvarja kull sena skont il-medja tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, timmarka l-ġranet żejda li n-nisa jridu jaħdmu sabiex jaqilgħu l-istess paga bħall-irġiel matul sena sħiħa ta’ xogħol.
27
9. L-UE x’qiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea organizzat ukoll kampanja ta’ informazzjoni li hi mmirata lejn min iħaddem, l-impjegati u partijiet interessati oħra biex titqajjem kuxjenza dwar id-diskrepanza fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel, il-kawżi tagħha u dwar kif din tista’ tiġi eliminata.
28
9. L-UE x’qiegħda tagħmel sabiex telimina d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Tweġiba: A, B u C
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija dritt fundamentali fl-UE.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar nediet inizjattiva biex tgħin sabiex tqajjem kuxjenza dwar il-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fost il-kumpaniji. Dan sejjer isir permezz tal-promozzjoni ta’ attivitajiet ta' taħriġ u billi jitħeġġeġ l-iskambju ta’ prattiċi tajba fuq il-“każ ta’ negozju” għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
29
10.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista’ jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
A. Uża l-kalkulatur tas-salarju fuq il-websajt tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel biex turi l-impatt tad-diskrepanza fejn taħdem.
B. Tkellem mal-imgħallem tiegħek u itlob spjegazzjoni.
C. Ikkuntattja l-korp għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel biex tieħu parir.
30
10.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista’ jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
Tweġiba: A u C
Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista’ tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.
Jekk tinsab imħasseb, pass ieħor li tista’ tieħu huwa li tikkuntattja lill-korp nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiegħek.
31
10.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista’ jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
Tweġiba: A u C
Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista’ tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.
Il-korpijiet nazzjonali għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma organizzazzjonijiet indipendenti li jipprovdu assistenza lil persuni li qegħdin jesperjenzaw diskriminazzjoni, li jissorveljaw u jipproduċu rapporti dwar kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni, u li jippromwovu l-ugwaljanza. L-organizzazzjoni nazzjonali tiegħek tista’ tagħtik parir iddettaljat u, jekk ikun meħtieġ, tgħinek tipprepara każ.
32
10.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk ninsab inkwetat li jista’ jkun hemm xi diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
Tweġiba: A u C
Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista’ tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.
Tista’ tikkuntattja wkoll trejdjunjin li tista’ tagħtik appoġġ u toffrilek parir f’każ li tiddeċiedi li tieħu azzjoni.
Barra minn hekk, biex isir taf dwar l-esperjenzi ta’ persuni oħra, tista’ taqra studji tal-każijiet fejn fih huma mressqa każijiet legali mill-impjegati minħabba paga mhux indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.
33
11.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
A. Uża l-kalkulatur tas-salarju fuq il-websajt tad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel biex turi l-impatt tad-diskrepanza fl-organizzazzjoni tiegħek.
B. Irrevedi l-istrutturi tas-salarju fl-organizzazzjoni tiegħek.
C. Ikkuntattja l-korp għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel biex tieħu parir.
34
11.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
Tweġiba: A, B u C
Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista’ tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.
Madankollu, l-eżistenza ta’ diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel ma jfissirx awtomatikament li hemm problema ta’ pagi mhux indaqs bejn l-impjegati rġiel u dawk nisa.
35
11.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
Tweġiba: A, B u C
Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista’ tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.
Madankollu, jekk tinsab imħasseb, pass ieħor li tista’ tieħu huwa li teżamina l-istrutturi tal-pagi fl-organizzazzjoni tiegħek biex tara jekk jeżistux xi spjegazzjonijiet għal xi differenzi fil-paga bejn l-impjegati rġiel u dawk nisa.
36
11.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
Tweġiba: A, B u C
Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista’ tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.
Tista’ tikkuntattja lill-korp nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi biex tieħu parir u tingħata appoġġ. Il-korpijiet nazzjonali għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma organizzazzjonijiet indipendenti li jipprovdu assistenza lil persuni li qegħdin jesperjenzaw diskriminazzjoni, li jissorveljaw u jipproduċu rapporti dwar kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni, u li jippromwovu l-ugwaljanza.
37
11.Jiena impjegat – x’nista’ nagħmel jekk għandi suspett li hemm diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-organizzazzjoni tiegħi?
Tweġiba: A, B u C
Billi tuża l-kalkolatur tas-salarju tista’ tagħti l-ewwel ħarsa lejn kwalunkwe diskrepanza possibbli fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel.
Tista’ tikkuntattja wkoll trejdjunjin li tista’ tagħtik appoġġ f’kull pass li tieħu u tipprovdilek parir utli.
38
Għal iktar informazzjoni dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, inkluż il-kawżi tagħha, eżempji ta’ inizjattivi nazzjonali u dwar x’qiegħda tagħmel l-UE sabiex telimina d-diskrepanzi, żur:
http://ec.europa.eu/equalpay
Biex issir taf iżjed dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa f’pajjiżek, żur is-sezzjoni http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-pay-gap/national-situation/index_mt.htm li tinkludi d-dettalji tal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-ugwaljanza.