30

L-Imdina - belt siekta

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Social Studies Year 5 Primary

Citation preview

Page 1: L-Imdina - belt siekta
Page 2: L-Imdina - belt siekta

Maħdum u ppreżentat mill-klassi

tal-Ħames sena tal-iskola tal-

Baħrija li se joħdukom dawra mal-

belt tal-Imdina.

Page 3: L-Imdina - belt siekta

L-Imdina

nsejħulha l-Belt

Kapitali l-Qadima

ta’ Malta għaliex

inbniet ħafna snin

ilu, wisq qabel

mal-kavallieri

bnew il-Belt

Valletta.

Page 4: L-Imdina - belt siekta

Aktarx kienu r-Rumani, li waqt il-ħakma

tagħhom f’Malta, bnew belt fuq għolja sabiex

ikunu jistgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u

jkunu jistgħu jiddefendu aħjar lil din il-belt.

Kienu l-Għarab li

ċekknu lil din il-

belt u tawha l-

isem ta’ Mdina.

Page 5: L-Imdina - belt siekta

L-Imdina hija mdawra bis-swar għoljin għax fiż-

żmien ta’ ġlied, in-nies kienu jiġu mill-irħula,

jidħlu fil-belt u jingħalqu wara s-swar.

Page 6: L-Imdina - belt siekta

Fid-daħla prinċipali

tal-Imdina, insibu l-

Main Gate. Dan il-

bieb għandu kitba li

turina meta ġew

irrestawrati l-ħitan ta’

din il-belt, kif ukoll l-

arma tal-Gran Mastru

Manoel de Vilhena.

Page 7: L-Imdina - belt siekta

Fuq ġewwa tal-bieb hemm il-figuri ta’ San Pawl,

San Publiju u Sant’ Agata li huma l-protetturi

tal-Imdina u qaddisin patruni ta’ Malta.

Page 8: L-Imdina - belt siekta

Fid-daħla tal-Imdina nsibu l-Palazz de

Vilhena li huwa palazz maġistrali li nbena

fl-1730 mill-Gran Mastru de Vilhena. Illum

dan huwa l-Mużew tal-Istorja Naturali.

Page 9: L-Imdina - belt siekta

Fuq in-naħa l-oħra tal-

Palazz de Vilhena nsibu t-

Torri tal-Istandard li

qabel kien jintuża mill-

gwardjani tal-belt biex

iżommu l-ordni. Illum dan

it-torri qiegħed jintuża

bħala Uffiċċju

Informazzjoni għat-turisti.

Page 10: L-Imdina - belt siekta

Kif nidħlu fi triq

Villegaignon insibu l-

kappella ta’ Sant’Agata.

Jingħad li meta t-Torok

attakkaw lil Malta fl-1551,

din il-qaddisa dehret lil soru

f’ħolma u qaltilha li jekk

joħorġu l-istatwa tagħha

fuq is-swar, il-Maltin

isalvaw. Hekk kien ġara.

Page 11: L-Imdina - belt siekta

Fl-istess triq, insibu wkoll bini ieħor importanti

fosthom Casa Inguanez (palazz tas-seklu 14),

il-Kunvent tas-Sorijiet tal-klawsura tal-

Benedittini u l-Banca Giuratale li fih l-Arkivji

Nazzjonali tad-dokumenti storiċi ta’ pajjiżna.

Casa InguanezKunvent tas-

sorijiet

Banca Giuratale

Page 12: L-Imdina - belt siekta

Kif naslu f’nofs triq Villegaignon nieqfu biex

nitpaxxew bil-ġmiel tal-pjazza tal-Katidral. Wara

t-terremot din il-pjazza saret ħerba, imma meta

reġa’ nbena l-katidral, il-pjazza twessgħet u

tela’ dak il-bini sabiħ li qed naraw illum.

Page 13: L-Imdina - belt siekta

Il-katidral tal-Imdina huwa

mibni fuq il-post fejn qabel

kien hemm il-palazz tal-

gvernatur Publiju meta ġie

San Pawl Malta. Għalhekk

kif inhu xieraq, il-katidral

hu ddedikat lill-konverżjoni

ta`San Pawl u nbena fuq

id-disinn tal-perit Lorenzo

Gafà.

Page 15: L-Imdina - belt siekta

Maġenb il-Katidral insibu l-Palazz tal-Isqof u l-

Mużew tal-Katidral li huwa wieħed mill-aqwa

mużewijiet tal-knejjes li nsibu fl-Ewropa.

Palazz tal-Isqof

Mużew tal-Katidral

Page 16: L-Imdina - belt siekta

Lura fi triq Villegaignon insibu Palazzo

Falson, magħruf ukoll bħala d-Dar Normanna.

Hawnhekk il-Gran Mastru l`Isle Adam ġie

milqugħ meta żar l-Imdina fl-1530. Illum huwa

mużew li fih insibu kollezzjoni interessanti u

unika ta` tpinġijiet, għamara u fidda antika.

Page 17: L-Imdina - belt siekta

Faċċata tad-Dar Normanna nsibu l-Knisja ddedikata

lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-knisja hija magħrufa

għall-irvell kontra l-Franċiżi li riedu jisirqu t-

tapezzerija u oġġetti sagri oħra minn din il-knisja.

Page 18: L-Imdina - belt siekta

Hekk kif tasal fuq is-sur tal-Imdina tara

waħda mill-isbaħ veduti ta’ Malta.

Page 19: L-Imdina - belt siekta

L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-

Siekta minħabba l-kwiet li hemm fiha. Fl-

Imdina hemm ħafna toroq dojoq u mserpin.

Dan sabiex kien ikun aktar diffiċli għall-

għadu biex jattakkaw.

Page 20: L-Imdina - belt siekta

Insibu żewġ bibien oħra li

minnhom tista’ tidħol fl-

Imdina. Wieħed mill-bibien

jissejjaħ Bieb il-Griegi għax

probabbli kien taħt il-ħakma

ta’ xi Griegi li kienu jgħixu

f’dik il-parti tal-Imdina.

Il-bieb l-ieħor huwa bieb

sekondarju li qiegħed fil-ġenb

ta’ din il-belt.

Page 21: L-Imdina - belt siekta

L-Imdina tissejjaħ ukoll Città Notabile, titlu li

ngħata lilha mir-Re Alfonsu V wara r-

rewwixta kontra Monroy. L-Imdina llum hija

waħda mill-attrazjonijiet ewlenin għat-turisti

kif ukoll għall-Maltin.

Page 22: L-Imdina - belt siekta
Page 23: L-Imdina - belt siekta

Veru jew Falz?

1. L-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt is-Siekta?

2. Il-patruni tal-Imdina huma San Ġwann, San Martin u Santa Marija.

Page 24: L-Imdina - belt siekta

3. L-Imdina bnewha l-Ispanjoli.

4. L-Imdina qegħda fuq għolja.

5. L-Għarab ċekknu l-Imdina.

Page 25: L-Imdina - belt siekta

6. L-Imdina għandha ħames bibien.

7. Fl-Imdina hemm aktar minn knisja waħda.

8. Fil-post fejn hemm il-Katridal illum, kien hemm il-palazz tal-gvernatur Publiju.

Page 26: L-Imdina - belt siekta

2. Fl-Imdina hemm toroq ( dojoq,

dritti, wisgħin).

3. Il-katidral inbena wara (t-terremot, t-

tieni gwerra dinjija, l-ewwel gwerra

dinjija).

Liema hi t-tajba?

1. L-Imdina hija mdawra bis- (swar,

siġar, slielem).

Page 27: L-Imdina - belt siekta

6. L-Imdina tissejjaħ ukoll Città (Notabile,

Suprema, Serja).

5. Illum il-palazz de Vilhena huwa l-mużew

(tal-katidral, tal-Istorja Naturali, tal-

Isqof)

4. L-Imdina tissejjaħ il-Belt is-Siekta għax

ma jgħaddux ħafna (żwiemel, għasafar,

karozzi).

Page 28: L-Imdina - belt siekta

Irranġa dawn is-sentenzi.

1. tinsab L-Imdina għolja fuq

1. L-Imdina tinsab fuq għolja.

2. tal-Imdina Il-patruni San PawlSant’Agata huma San Publiju.

2. Il-patruni tal-Imdina huma San Pawl, Sant’Agata u San Publiju.

Page 29: L-Imdina - belt siekta

3. kienet L-Imdina milli hiakbar illum.

3. L-Imdina kienet akbar milli hi illum.

4. Publiju Il-katidral flokinbena il-palazz ta’

4. Il-Katidral inbena flok il-palazz ta’ Publiju.

5. saħħew L-Għarab bis-swarl-Imdina

5. L-Għarab saħħew l-Imdina bis-swar.

Page 30: L-Imdina - belt siekta

Ħadu sehem f’dan il-proġett:

Kulleġġ: San Nikola

Skola: Baħrija

Klassi: Il-Ħames Sena

Għalliema: Ms. M. Muscat

LSA: Ms. R. Pisani

Tfal: Ayrton, Geert, Jake, Tyrone

Casey, Charmaine, Cheyenne, Lourdes, Maria