32
Jannar 2016 | Numru 134 Newspaper Post ĠUBLEW TAL-ĦNIENA Inħennu bħall-Missier 14 Test sħiħ tal-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet Maltin għall-ftuħ tas-Sena tal-Ħniena ŻGĦAŻAGĦ Titħajjar iżżomm journal? 10 L-ALKOĦOL Is-serp fil-komma 9 Meta x-xorb isir velenu – mhux biss għalik PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUN Tliet problemi bl-iffriżar tal-embrijuni 6 X’se jiġri mill-embrijuni żejda. Inugwaljanza bejn l-ulied. Ambjent insigur. L-AĦĦAR PAĠNA Skandlu f’Ġeriko! 30 Mid-djarji ta’ persuni li ltaqgħu ma’ Wiċċ il-Ħniena

Flimkien Jannar 2016

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: Flimkien Jannar 2016

J a n n a r 2 0 1 6 | N u m r u 1 3 4

New

spap

er P

ost

Ġ U B L E W TA L-Ħ N I E N A

Inħennu bħall-Missier 14Test sħiħ tal-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet Maltin għall-ftuħ tas-Sena tal-Ħniena

ŻGĦA Ż AG Ħ

Titħajjar iżżomm journal? 10

L-A L KO Ħ O L

Is-serp fil-komma 9Meta x-xorb isir velenu – mhux biss għalik

PROT E Z Z J O N I TA L- E M B R I J U N

Tliet problemi bl-iffriżar tal-embrijuni 6X’se jiġri mill-embrijuni żejda. Inugwaljanza bejn l-ulied. Ambjent insigur.

L-AĦ ĦA R PAĠ N A

Skandlu f’Ġeriko! 30Mid-djarji ta’ persuni li ltaqgħu ma’ Wiċċ il-Ħniena

Page 2: Flimkien Jannar 2016

L-Gœid f’Lourdes

¢479MINN

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

5-8 Frar

INŸURU Ruma, il-Vatikan u Assisi

ESKURSJONIJIETINKLUŸI

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

INŸURU INŸURU INŸURU

Il-Æisem Qaddis ta’ Patri Piju gœall-qima f’Ruma

¢479MINN

23-28 Marzu(25 Mar - Festa Pubblika)

INŸURU Lourdes, Betherram, St Jean de Luz, Col d’Ibardin u Pont d’Espagne

FULLBOARD

TITJIRIET DIRETTI GŒAL

LOURDES

L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid TITJIRIET

Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis

Page 3: Flimkien Jannar 2016

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Jannar 2016

Torqdux fi stat ta’ gwerraTispiċċawx il-ġurnata bla ma titolbu maħfra lil xulxin, bla ma tagħmlu paċi bejn ir-raġel u l-mara, bejn il-ġenituri u t-tfal, bejn l-aħwa, bejn il-kunjati … M’hemmx bżonn xi diskorsi kbar. Biżżejjed karezza … u jgħaddi kollox. Imma torqdux fi stat ta’ gwerra bejnietkom!

Tv u smartphonesFamilja fejn kulħadd jippreferi jara t-TV jew jilgħab bl-ismartphones minflok jitkellmu madwar il-mejda tal-ikel … ma tantx tista’ ssejħilha familja!

K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U

Editorjal • Dun Anton Portelli

Dawk l-għajnejn!

L-Gœid f’Lourdes

¢479MINN

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

5-8 Frar

INŸURU Ruma, il-Vatikan u Assisi

ESKURSJONIJIETINKLUŸI

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

INŸURU INŸURU INŸURU

Il-Æisem Qaddis ta’ Patri Piju gœall-qima f’Ruma

¢479MINN

23-28 Marzu(25 Mar - Festa Pubblika)

INŸURU Lourdes, Betherram, St Jean de Luz, Col d’Ibardin u Pont d’Espagne

FULLBOARD

TITJIRIET DIRETTI GŒAL

LOURDES

L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid L-Gœid TITJIRIET

Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis Il-Æisem Qaddis

Flimkien fuq Radju RTK

Tista’ tisma’ partijiet mill-magażin Flimkien jinqraw fuq il-websajt

ta’ RTK: www.rtk.org.mt

L-aktar ħaġa li tolqtok fil-logo tal-Ġublew tal-Ħniena bla dubju ta’ xejn hija l-għajnejn. Il-fatt li hemm tliet għajnejn

u mhux erbgħa. Hemm xi għajn nieqsa? Jew hemm xi ħsieb wara dan kollu? Hemm xi żball li l-għajn tan-nofs donnha akbar mill-oħrajn?

Naturalment il-logo ma fihx biss dawn l-għajnejn imma jikkonsisti f ’Ġesù li bħala r-Ragħaj it-Tajjeb qed jerfa’ fuq spallejh “nagħġa” li kienet mitlufa imma li issa nstabet. Dik in-“nagħġa” jew aħjar dak il-bniedem huwa Adam, jiġifieri jien u int, li aħna midinbin. Ġesù jerfagħna fuq spallejh. Ġesù bil-pjagi, b’saqajh għadhom imwaħħlin mas-salib. Dan huwa s-salib li Ġesù jġorr: id-dnub u n-niket kollu tagħna lkoll. Ġesù jitgħabba bina l-midinbin, jitgħabba b’piż li fil-fatt mhux tiegħu, u jeħlisna mill-ħażen kollu tagħna.

Imma l-ispirazzjoni l-aktar oriġinali tal-artist kienet dawk it-tliet għajnejn. L-għajn il-leminija ta’ Ġesù titwaħħad mal-għajn ix-xellugija tal-bniedem. Kristu jara b’għajnejn Adam, u Adam jara b’għajnejn Kristu. Jiġifieri, bil-ħniena ta’ Alla, Kristu u l-bniedem jaraw mill-istess għajn. Mill-istess lenti.

Il-Ġublew hu okkażjoni għalina biex nistqarru bl-umiltà u bis-sinċerità li aħna midinbin, u niftakru kemm hi kbira l-ħniena ta’ Alla għalina u sa fejn din il-ħniena wasslet lil Ġesù. Għalhekk aħna mħeġġa nersqu lejn din il-Ħniena u mbagħad naqsmuha ma’ dawk ta’ madwarna billi naħfru, inħennu, ma niġġudikawx u ma nikkundannawx.

Fil-paġni tan-nofs ta’ din il-ħarġa qed inġibu t-test sħiħ tal-Ittra Pastorali li l-Isqfijiet Maltin kitbu fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena. Għamilnieha b’mod li tista’ tinqala’ u tinżamm għaliha. Awguri għal din is-Sena Ġdida u s-Sena tal-Ħniena.

Page 4: Flimkien Jannar 2016
Page 5: Flimkien Jannar 2016

Meta naslu lura mix-xogħol jew l-iskola u nsibu lil min jilqagħna bi tbissima.

Meta nsibu t-te lest filgħodu, b’xi biċċa towst tfuħ.

Meta nsib li għamlulna l-lunch għax-xogħol jew għall-iskola.

Meta r-raġel jew il-mara japprezzawna u jfaħħruna ta’ xi ħaġa li nkunu għamilna u nħossuna apprezzati … u speċjalment meta dan jagħmluh quddiem ħaddieħor!

Dan hu l-brevjar tagħna l-miżżewġin u l-familji. Xejn kbir. Il-kobor ta’ dawn il-“ġrajjiet” qiegħed f ’li huma żgħar, imma jsiru ta’ kuljum u magħmulin bl-imħabba. Dan hu l-mod kif Alla jħobb lill-ieħor u lil uliedna permezz tagħna. Trid taqra ftit oħrajn?

Meta nkunu inkwetati minħabba xi ħaġa, u l-ieħor joqgħod jismagħna … jismagħna bla ma jinterrompi … jagħtina ċans nibku.

Li nkunu għajjiena mejta … u nsibu li xi ħaddieħor ħasel il-platti jew l-art jew naxar il-ħwejjeġ hu.

Li żewġek jew martek iċemplulek mix-xogħol biex juru li ftakru fik.

Li titlaq kollox fil-ġenb, u tpoġġi bilqiegħda ħdejn it-tifla tismagħha x’għandha tgħidlek, tagħtiha l-attenzjoni, tagħtiha l-ħin …

Li nieklu flimkien, nirrakkuntawlhom

l-istejjer, nilagħbu magħhom, ninteressaw ruħna fid-dinja tagħhom.

Li ma nħallux it-televixin u t-tablets isiru ċ-ċentru tal-ħajja u tal-familja, kollox idur magħhom.

Li mmorru nżuru l-ġenituri tagħna, anki meta jikbru u jkunu weħidhom.

Li nsibu ħin biex nitolbu. (Jekk importanti għalina, ħin insibu żgur!)

Li nwasslu lit-tfal l-iskola jew għall-privat jew l-isports – attivitajiet li jieħdu mill-ħin tagħna.

Meta naħfru lil xulxin meta nweġġgħu lil xulxin u nkunu kapaċi wkoll nitolbu maħfra lil xulxin – u anki lit-tfal meta hemm bżonn!

Li nattendu kors dwar kif inrabbu lil uliedna. (Ħadd minna ma jaf kollox!)

Li nsibu ħin bħala koppja biex nitkellmu, nippjanaw, noħolmu, nieħdu gost flimkien, noħorġu nieklu weħidna, nimxu, nagħmlu eżerċizzju fiżiku.

Dawn kollha u oħrajn huma modi kif inħossuna maħbuba fil-familja. Atti żgħar magħmulin bl-imħabba li minn ordinarji jsiru straordinarji, għax dak li hemm straordinarju fihom mhuwiex il-kobor imma għal min tagħmilhom u kif tagħmilhom. Dan hu l-“brevjar” tagħna l-miżżewġin. Alla tagħna huwa tassew qrib tagħna.

Lis-saċerdoti spiss narahom għaddejjin bi ktieb oħxon, iswed, li jeħduh magħhom kważi kullimkien. Ktieb tat-talb li jgħiduh f’ċerti

ħinijiet tal-ġurnata. Imma aħna l-miżżewġin bil-familja wkoll għandna l-“brevjar” tagħna. U ngħiduh mhux biss f’ċerti ħinijiet

imma tul il-ġurnata kollha. Ngħidilkom fiex jikkonsisti dal-brevjar?

Il-“brevjar” tagħna

Jannar 2016 | 5

Page 6: Flimkien Jannar 2016

S Av E T h E E M B RyO PROT Ec T I O N Ac T M A LTA

Tliet problemi bl-iffriżar tal-embrijuniIl-proposta ġdida li jkunu ffriżati l-embrijuni fiha tliet problemi serji.

INUGWALJANZA bejn l-ulied. Bħalissa l-ulied kollha li jitnisslu fil-laboratorju jitpoġgew fil-ġuf. Il-fatt li bil-liġi l-ġdida mhux l-ulied kollha se jitqiegħdu fil-ġuf ifisser li se ssir għażla bejn l-ulied. Min se jingħata ċ-ċans li jgħix u min se jiġi ffriżat. Dan ifisser li l-ulied mhux se jiġu ttrattati b’mod indaqs, b’mod ugwali. Dan se jwassal biex tinħoloq inugwaljanza ġdida fis-soċjetà. It-tfal li jkunu mixtieqa se jkollhom iċ-ċans li jgħixu u jkunu maħbuba waqt li dawk li mhux mixtieqa jista’ jkollhom futur imċajpar. Dawn it-tip ta’ għażliet ma jirrispettawx il-ħajja tal-bniedem. L-inugwaljanzi dejjem iġibu tbatijiet kbar fis-soċjetà.

L-EMBRIJUNI ŻEJDA huma destinati għal kwalità ta’ ħajja inferjuri. Bil-liġi l-ġdida se tkun tista’ tiffriża tliet embrijuni wara li jkunu ddaħħlu tnejn fil-ġuf tal-mara. Nistaqsu: kemm fadal familji li jridu tliet jew erbat itfal? Mara Maltija ftit xhur ilu welldet tewmin bl-IVF. Issa din kieku flok bajd iffriżat kellha embrijuni, x’kienet se tagħmel? Tgħix bil-piena li wliedha l-oħra qatt mhuma se jaraw ħajja? Jew jingħataw lil xi koppja li ma tafx? U jekk ma jkunx hemm min jaddottahom, x’se jiġri?

AMBJENT INSIGUR. Xi ċelloli tal-embrijun jistgħu jġarrbu ħsara waqt il-proċess tal-iffriżar jew huwa u ħiereġ mill-friża peress li l-embrijun irid ikun jiflaħ għal temperatura ta’ -196oC. Jista’ wkoll jevapora l-likwidu (liquid nitrogen) li l-embrijuni jkunu miżmuma fih għax l-alarm li suppost idoqq meta l-likwidu jevapora jġarrab ħsara; jew jinqata’ d-dawl u sseħħ bidla fit-temperatura għal xi ħin; jew tintilef jew taqa’ t-tabella li tkun qed timmarka l-istraw li fiha jkun l-embrijun. Dawn każijiet li ġew irrappurtati. Il-ħajja tal-embrijun kienet maħsuba li tgħix fis-siġurtà u s-sħana ta’ ġuf l-omm, mhux fil-friża. Ma jixraqx lill-embrijun li jkun espost għal dan kollu. Għal aktar tagħrif aqra l-artiklu tal-embrijoloġista Dr Maureen Ward: Embryo Freezing: is it safe? www.bionews.org.uk/page_37753.asp

Bħalissa għandna liġi tal-IVF li qed taħdem tajjeb bl-iffriżar tal-bajd. Għandna rati tajbin anki meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra. Fil-mument, koppji infertili għandhom l-opportunità li jużaw kemm it-teknoloġija tal-IVF u tan-NaPro fis-servizzi tal-Gvern jew fil-privat. Jistgħu wkoll jaddottaw jew jagħmlu fostering. Ejjew inżommu dal-bilanċ li għandna bejn l-uġigħ tal-koppji infertili u l-bżonnijiet tat-tfal.

Żurna fuq facebook: Save The Embryo Protection Act Malta (anki jekk m’għandekx facebook).

Mariella Catania, Martha Fitz, Suzanne Vella, Christine Rossi u Marisa Gatt. Ommijiet u ħaddiema fil-qasam edukattiv, soċjali u taż-żgħażagħ.

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Jannar 2016

F’mistoqsija 57 (Kif għandha tingħaraf il-Knisja?) konna għedna li l-Knisja tingħaraf għax matul l-istorja tgħaddi l-Kelma ta’ Alla u s-Sagramenti. Fil-ħarġa ta’ Diċembru tkellimna fil-qosor dwar l-ewwel waħda, jiġifieri l-Kelma ta’ Alla fl-Iskrittura Mqaddsa (il-Bibbja). Dan ix-xahar se naraw dwar is-Sagramenti.

Is-Sagramenti

63. X’inhu Sagrament?Sagrament hu sinjal qaddis li bih nagħtu qima ’l Alla, li bih Alla jurina l-imħabba tiegħu, u bih jitwettaq ix-xogħol tas-salvazzjoni ġewwa fina. Fis-Sagramenti Alla jurina (u għalhekk jissejjaħ “sinjal”) dak li Hu jagħmel għalina u fl-istess ħin iwettaq fina dak li jurina billi jgħaddilna l-ħajja divina stess u għalhekk ngħidu li jagħti l-“grazzja”.

64. Liema hu l-Ewwel Sagrament?L-ewwel Sagrament hu l-umanità ta’ Ġesù, “ix-xbieha t’Alla li ma jidhirx” (kif qal San Pawl fl-Ewwel Ittra lill-Korintin, 1:15). It-tieni Sagrament hu l-Knisja nnifisha, li hi s-Sagrament tal-għaqda ma’ Alla u tar-rabta tal-bnedmin flimkien (Konċilju Vatikan II, Lumen Gentium, 1).

65. Liema huma s-Sagramenti tal-Knisja?Is-Sagramenti tal-Knisja huma: l-Ewkaristija, il-Magħmudija, il-Griżma tal-Isqof, l-Ordni Sagri, iż-Żwieġ, il-Qrar u l-Griżma tal-Morda.

66. Nistgħu nsejħulhom “talb” lil dawn is-Sagramenti?Dawn is-Sagramenti huma l-ewwel talba fundamentali tal-Knisja li tgħaqqadna ma’ Kristu fit-talba tiegħu lill-Missier.

67. Il-kelma “sagrament” tfisser “misterju”. Mela liema misterji qed juru u jwettqu s-Sagramenti tal-Knisja?L-ewwel nett, kull Sagrament juri u jwettaq il-misterju tal-Knisja nnifisha li jiġbor fih il-ħidma ta’ Kristu bħala saċerdot. It-tieni nett, Sagrament juri l-misterju tas-Saltna t’Alla, tal-Ispirtu s-Santu fina, jiġifieri l-misterju tal-grazzja.

68. Is-Sagrament dejjem iħalli effett?Is-Sagrament, jekk iċċelebrat kif jixraq, dejjem iwassal il-misterju tal-Knisja u permezz ta’ dan iwassal ukoll il-misterju tal-grazzja f ’dawk li huma tassew imħejjija biex jirċievu l-Ispirtu.

69. Nistgħu nieħdu sehem fil-misterju tal-grazzja mingħajr ma niċċelebraw is-Sagrament?Nistgħu nieħdu sehem fil-misterju tal-grazzja, fl-Ispirtu, kull meta nixtiequ nirċievu s-Sagrament iżda għal xi raġuni ma stajniex niċċelebrawh. F’dal-każ ma jkunx twettaq il-misterju tal-Knisja.

Fil-ħarġa li jmiss nibdew dwar l-Ewkaristija.

Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

Jannar 2016 | 7

Page 8: Flimkien Jannar 2016

Industrial Motors Ltd. National Road, Blata L-Bajda, HMR 9010 Tel: 25969641/3 Mob: 99991666 Email: [email protected] Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: [email protected] www.suzuki.com.mt

Window Sticker

XLSMALL CARROOMY

EASY

254L

3.6L/100kmStarting from

€8,999 (Incl. Scrappage Scheme)

DEPOSIT

AVAILABLE0%

Page 9: Flimkien Jannar 2016

S T E v E L I B R E R I

Is-serp fil-komma

Qatt smajt li tazza nbid abjad hi tajba għall-pressjoni? Jew li tazza nbid ħamra tagħmel tajjeb liċ-ċirkulazzjoni

u l-vini? U li pinta birra tajba għal kontra l-kolesterol, u grokk whiskey tajjeb għal xi ħaġa oħra?

Kieku dawn verità, mela allura lkoll kemm aħna għandna skuża tajba biex niskru sakra tajba kuljum!

Il-mediċina llum turina li konsum moderat ta’ alkoħol fil-ġurnata jista’ jkollu effett pożittiv fuq saħħitna. Imma din xi drabi neħduha bħala skuża tajba biex nixorbu aktar!

Qatt ħsibt kemm hu faċli titlef il-kontroll fuq l-alkoħol? Qatt ħsibt kemm hu faċli li minn sempliċi “grokk mal-ħbieb” jew minn “naqra grokk filgħaxija wara ġurnata xogħol” tista’ ħelu ħelu qed iddaħħal is-serp fil-komma? Qatt ħsibt kemm hu faċli tgħaddi minn grokk wieħed għal tnejn? Jew kemm hu aktar faċli li tgħaddi mit-tieni grokk għat-tielet wieħed?

Meta taqbeż il-limitu tiegħek kull ġid li jista’ joħroġ mill-alkoħol jintilef u l-alkoħol isir velenu. U dan il-velenu ma jkunx biss għal ġismek imma jippenetra f ’aspetti oħra fil-ħajja tiegħek u tal-familja.

Meta ġismek jiżviluppa tolleranza għall-alkoħol, ikollok bżonn tixrob ċertu ammont ta’ alkoħol biex tkun tista’ tiffunzjona, inkella l-ġisem ikun muġugħ u batut. Bil-mod il-mod il-velenu jkun inxtered. Ma jibqax aktar grokk mal-ħbieb jew naqra rilassament filgħaxija. U mhux lakemm tgħid taqtgħu!

U meta jkun daħal tassew ’il ġewwa, l-alkoħol iġiegħlek titfa’ l-attenzjoni tiegħek fuqu biss. Ikun sar l-aktar ħaġa importanti f ’ħajtek. Aktar minn żewġek jew martek jew uliedek. Il-flus ikunu merfugħin għax-xorb, u affarijiet oħra importanti jingħataw il-ġenb.

Ħaġa tal-iskantament xi tkun kapaċi tissagrifika u titlef f ’ħajtek biex sempliċement tikseb dak il-“high” li tħoss taħt l-effett tal-alkoħol. Issir tirrabja malajr u tkun aggressiv anki mal-aktar persuni viċin tiegħek.

Dak in-naqra “gost” li tkun daħħalt fil-bidu nett biex tissoċjalizza u tiċċelebra ftit, bil-mod il-mod ikun sar jikkmanda kull rokna ta’ ħajtek – u anki ta’ dawk qrib tiegħek.

Għajnuna teżisti. Jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għaddej minn ċirkostanza simili, tista’ titlob is-sapport neċessarju kemm għalik kif ukoll għall-familjari tiegħek.

Steve Libreri huwa Parent Coach & Lead Social Worker ma’ Willingness (www.willingness.com.mt; Tel. 7929 1817)

Jannar 2016 | 9

Page 10: Flimkien Jannar 2016

S I LvA N A c A R DO N A

Ftit ilu fettilli mmur Għajn Tuffieħa biex nammira x-xemx nieżla fuq il-baħar kaħlani. Neħħejt il-karkur minn

saqajja u bdejt miexi fuq ir-ramel. F’nofs il-bajja waqaft, frixt ix-xugaman u poġġejt fuqu. Bdejt inħares lejn is-sema u nitpaxxa bil-ġmiel tal-kuluri ħerġin mir-raġġi tax-xemx, sakemm din ix-xena tant meraviljuża sparixxiet minn quddiem għajnejja meta niżlet ix-xemx.

Ftit metri ’l bogħod minni resqet tfajla u poġġiet fuq ir-ramel hija wkoll. Mill-basket ħarġet ktieb żgħir, speċi ta’ notebook. Stajt ninnota li l-qoxra ta’ dan il-ktejjeb kienet miksija għall-gosti tagħha, u hekk kif bdiet iddawwar il-paġni bil-linji, qabdet daqsxejn ta’ lapes u lmaħtha tikteb fuqu. Fettlilha tgħolli rasha ’l fuq. U kien dak il-ħin li għajnejha ltaqgħu ma’ tiegħi, u bi tbissima staqsietni, “Titħajjar iżżomm journal?”

Ħasditni, u ma kontx naf kif se nweġibha. Hi bdiet tispjegali kif dan il-ktejjeb kien għaliha “santwarju” fejn tista’ tħossha komda, safe, kalma u sinċiera magħha nnifisha. Fuqu kienet tikteb l-esperjenzi li kienu jispirawha, ħsibijietha, sbieħ kif ukoll koroh. Tniżżel id-diffikultajiet, il-weġgħat u l-ansjetajiet li tiltaqa’ magħhom fil-ħajja tagħha.

“Dan mhux djarju,” kompliet tgħidli. “Dan il-ktejjeb huwa mezz tajjeb biex ikollok suċċess fil-ħajja tiegħek, tħossok kuntent u ssib il-paċi f ’qalbek.”

L-ewwel ħaġa li għamilt l-għada filgħodu kienet li mort għand l-istationery ta’ ħdejna u xtrajt l-ewwel journal tiegħi. Għall-ewwel sibtha diffiċli nikteb għax moħħi kien ibbumbardjat b’ħafna ħsibijiet li ħassejthom itaqqluli moħħi. Imma ppruvajt, u kienu proprju dawn il-ħsibijiet li ktibt fuq l-ewwel paġni tal-Prayer Journal tiegħi:

“Mulej, inħossni mtaqqal. Ma nafx kif se niddeċiedi dwar diversi għażliet f ’ħajti. Qed inħossni waħdi u ma nista’ niftaħ qalbi ma’ ħadd.”

U filli idi ġġammjata, u f ’daqqa waħda sibt lili nnifsi ma nistax nieqaf nikteb! Bil-mod il-mod, qalbi bdiet issib il-mistrieħ hekk kif bdejt inferra’ ħsibijieti fuq il-karta.

Għaddew tliet snin, u s’issa għandi żewġ prayer journals. Matul dawn il-kitbiet inħoss li Alla jkun preżenti ħdejja u miegħi. Dak li ma nkunx kapaċi nitlob bil-fomm, għax kont naħseb li t-talb huwa tan-nanniet, sibt li t-talb tiegħi qed nagħmlu permezz tal-kitba fuq il-journal. Permezz tal-kitba, inħossni nikkomunika ma’ Alla.

TiTħajjar iżżomm

journal?

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Jannar 2016

Bħal żewġt iħbieb li jiftħu qalbhom dwar kollox, jien sibt ħabib ta’ vera f ’dan il-prayer journal.

Kollox sirt nikteb fuqu. Meta nkun imdejjaq niftaħ paġna u nikteb id-dwejjaq. Meta nkun irrabjat għal xi ħadd, jew anke għalija nnifsi, nikteb dak li nkun qed inħoss. Inħossni nistrieħ wara għax inkun ħriġt ir-rabja minn ġo fija.

Dan il-prayer journal qed jagħtini l-opportunità li nieqaf ftit mir-rutina tal-ħajja u nsib spazju fejn jien nikteb anke mistoqsijiet tqal li nħoss ġo fija. Mistoqsijiet kbar li ma nsibx il-kuraġġ nistaqsihom lil ħadd.

Aktar ma jgħaddi ż-żmien qed ninduna kemm sirt kapaċi nesprimi aktar lili nnifsi dwar dak li nkun għaddej minnu. Sirt nikteb il-weġgħat tal-passat, ir-rabja li għandi għal xi ċirkustanża partikolari, l-inkwiet tiegħi li jinqala’ ta’ kuljum, il-mard, u anke l-biżgħat dwar dak li għad isir minni fil-futur. Mhux biss, imma sirt nikteb il-ħolm tiegħi u dak li nixtieq li jseħħ aktar ’il quddiem matul ħajti.

Tgħallimt napprezza aktar il-kobor tal-ħajja u tan-nies li nkun imdawwar bihom. Ta’ dan nikteb talba ta’ ringrazzjament lil Alla. Meta nkun fuq l-internet, speċjalment Facebook, u niltaqa’ ma’ xi kwotazzjoni sabiħa u pożittiva, niktibha wkoll. Nikteb ukoll xi vers sabiħ mill-Iskrittura Mqaddsa. U meta xi ħadd jgħidli xi kelma ta’ ġid immur niktibha malajr biex nibqa’ niftakarha.

Sirt inżejjen il-kitbiet tiegħi b’xi tpinġija għax l-arti hija wieħed mit-talenti tiegħi. Ġieli nwaħħal xi stampa u nikteb dak li jkun laqatni dwarha. Xi drabi nwaħħal xi card jew bookmark biex inkompli nsebbaħ il-kitbiet tiegħi.

Meta jiġu mumenti xotti u ma nkunx naf x’se nikteb, nieħu gost inqalleb fil-paġni u noqgħod naqra dak li nkun ktibt fil-kitbiet ta’ qabel. Nara lili nnifsi nikber u nimmatura kemm f ’dak li nkun għaddejt minnu kif ukoll fl-għaqda sħiħa mal-Mulej.

Illum diġà naf x’se nikteb! Se nikteb li s-sodisfazzjon li nsib fil-kitba, l-hena u l-paċi li niltaqa’ magħhom permezz tal-prayer journal illum qsamtu magħkom!

Grazzi tal-ħin li ħadtu biex taqraw din il-kitba. Jekk titħajru tibdew iżżommu Prayer Journal, tistgħu tieħdu ħafna ideat minn fuq Youtube billi tiktbu Prayer Journals.

Jannar 2016 | 11

Page 12: Flimkien Jannar 2016

ISLAND INSURANCE BROKERS

For all your insurance requirements

7.5% discount on any new motor or home insurance policy on presentation of this advert

Island Insurance Brokers Limited is an enrolled company regulated by the Malta Financial Services Authority

www.islandins.com2385 5555‘Insurance House’, 239 Psaila Street, Birkirkara BKR 9078

W

T

A

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Id-Dipartiment tal-MaltiL-Università ta’ Malta

[email protected]@gov.mt

Kors universitarju ta’ sena

għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-MaltiFrar 2016 - Jannar 2017

IRFINA FIL-KITBA TAL-MALTI

Il-lezzjonijiet isiru:• f’Malta (it-Tnejn u l-Ħamis filgħaxija) fl-Università, l-Imsida• f’Għawdex (il-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu) fiċ-Ċentru Universitarju ta’ Għawdex, ix-Xewkija

L-applikazzjonijiet miftuħin sal-15 ta’ Jannar 2016Tagħrif ieħor: [email protected] www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp

Livell 5 (MQF)

Jean Pierre Cassar u Shanna SpiteriStudenti tal-għaxar kors

Page 13: Flimkien Jannar 2016

DU N h Ec TOR S cER R I

• Aqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ u daħħal f ’darek lill-imsejken bla saqaf, u dan agħmlu bil-ferħ u bil-ħeġġa, għaliex il-bniedem li jħenn, naqraw, iħenn bil-ferħ, u l-ġid li tagħmel ikun jiswielek id-doppju minħabba l-ħeġġa u l-ħeffa li bih tagħmlu (Diskors 14,39).

• Jekk inti Xmun iċ-Ċirinew, erfa’ s-salib u imxi warajh ... Jekk inti Ġużeppi minn Arimatija, itlob ’il ġismu mingħand min sallbu; agħmel tiegħek ’il Dak li patta għad-dnubiet tad-dinja. Jekk int Nikodemu, u fittixt il-Mulej fid-dlam tal-lejl, idilku bil-fwejjaħ u ħejjih għad-difna (Diskors 45,24).

• Jekk, mela, tridu tisimgħuni ... ejjew inżuru ’l Kristu, sakemm dan nistgħu nagħmluh, ejjew induru bi Kristu, ejjew nitimgħuh, ejjew inlibbsuh, ejjew

inxiddulu l-qorq, ejjew nagħtuh ġieħ (Diskors 14,40).

• Nuru ħniena lill-Mulej fil-fqar tiegħu, f ’dawk li jinsabu mixħutin fl-art f ’miżerja liema bħalha, biex, meta nħallu din id-dinja, huma jilqgħuna fl-għamara ta’ dejjem fi Kristu Sidna (Diskors 14,40).

• Noffru lilna nfusna lil Alla, anzi noffru kuljum lilna nfusna u kulma aħna ... Nixbhu fit-tbatijiet tagħna ’l Kristu fit-tbatijiet tiegħu; nagħtu b’demmna ġieħ lid-Demm għażiż tiegħu; u bil-ħeġġa kollha ħa nissallbu miegħu (Diskors 45,24).

• Ir-Ragħaj it-tajjeb, li ta ħajtu għan-ngħaġ tiegħu, ġie jfittex in-nagħġa l-mitlufa fuq il-muntanji u l-għoljiet ... u meta sabha, refagħha fuq dawk l-istess spallejn li refa’ s-salib fuqhom, ħaddanha miegħu, u raddilha l-ħajja tas-sema (Diskors 45,26).

Naqdu lil Kristu fil-foqraMatul is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena, li beda x-xahar li għadda, se nkunu qed nirreferu wkoll għal xi opra tal-ħniena fis-siltiet li nkunu qed inġibu.

San Girgor Nazjanzenu huwa wieħed mit-tliet Missirijiet tal-Knisja msejħin “Kappadoċi” minħabba l-isem tal-art fejn huma għexu. Girgor

(330-389) studja f’Ċesarija fejn iltaqa’ ma’ San Bażilju. Sar raheb. Għal darbtejn irrifjuta li jagħmluh isqof. Waqt l-ewwel Konċilju ta’

Kostantinopli (381) huwa ddefenda l-fidi vera kontra l-Arjani li kienu jiċħdu li Ġesù kien Alla. Kien isqof tal-belt ta’ Sisima, u għal żmien qasir

isqof ta’ Kostantinopli. Magħruf għall-kitbiet tiegħu.

Jannar 2016 | 13

Page 14: Flimkien Jannar 2016

BĦALL-InħennuMissier

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Jannar 2016

I T TR A PA S TO R A L I F I L- B I DU TA L- ĠU B L E W TA L-Ħ N I E N A

Inħennu bħall-Missier

“Inħennu bħall-Missier”. Dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwasslilna l-Ġublew għas-Sena tal-Ħniena li nieda l-Papa Franġisku. Hu Ġesù nnifsu li jagħmlilna din is-sejħa: “Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36).

Il-ħniena: espressjoni tal-imħabba ta’ AllaL-Aħbar it-Tajba tista’ tinġabar fi kliem Ġesù: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16). Alla hu “għani fil-ħniena” (Ef 2:4) u din hi l-kwalità li l-aktar turi s-setgħa bla tarf ta’ Alla (ara Misericordiae Vultus, 6).

Fil-qalba tal-Evanġelju hemm il-ħniena ta’ Alla. Ġesù Kristu juri l-wiċċ kollu ħniena tal-Missier: bil-kelma tiegħu, bil-ġesti tiegħu, b’dak kollu li hu (ara Misericordiae Vultus, 1). L-Evanġelju jurina li kull min jiltaqa’ ma’ Ġesù jista’ jħoss mill-viċin il-balzmu tal-ħniena kbira ta’ Alla, li hi għajn ta’ ferħ kbir.

Il-ħniena: espressjoni tal-imħabba li naqsmu ma’ ħutnaAħna msejħin inħennu għax qabelxejn kien magħna stess li ntweriet il-ħniena (ara Misericordiae Vultus, 9). Il-ħniena li nirċievu mingħand Alla tagħmilna nixbhu lilu. Il-ħniena għalhekk issir espressjoni tal-imħabba li naqsmu ma’ ħutna. Nibdew fil-mod kif nittrattaw lil xulxin, fil-ħajja bejnietna: li nħossu għal xulxin, li nieqfu ma’ xulxin fil-mumenti diffiċli, norbtu l-ġrieħi ta’ dawk li huma mweġġgħin u naħdmu biex negħlbu l-konflitti, il-mibegħda, l-għira, il-kliem ta’ ġudizzju fuq xulxin li jġib il-ħsara (ara Misericordiae Vultus, 14). Jixraq għalhekk li matul din is-Sena ta’ grazzja, ilkoll ngħannu l-ħniena ta’ dak Alla li jħobbna bi mħabba ġewwinija u konkreta. Dan nistgħu nagħmluh billi aħna lkoll konkretament nuru ħniena u hekk inkomplu nxandru lill-bniedem ta’ żmienna l-aħbar tas-Salm 136: “Għal dejjem il-ħniena tiegħu”!

Jannar 2016 | 15

Page 16: Flimkien Jannar 2016

Espressjoni konkreta: il-ħarsien tal-ħlejjaq l-iżjed dgħajfa u vulnerabbli“Meta konna magħkusin ftakar fina, għax għal dejjem il-ħniena tiegħu!” (Salm 136:23). Alla juri l-ħniena tiegħu billi jħares lill-bniedem li għandu bżonn min jipproteġih u jeħilsu minn kulma jhedded il-ħajja u l-libertà tiegħu. Bħala xandara ta’ din il-ħniena, aħna lkoll imsejħa biex inħarsu lil dawk il-persuni li huma l-iżjed dgħajfa u vulnerabbli, li għandhom l-iżjed bżonn tal-protezzjoni. Nibdew mill-ħlejqa umana mill-bidu nett tat-tnissil sat-tmiem naturali tagħha: li aħna nagħmlu ħilitna biex nipproteġu l-ħajja mnissla sa mill-bidu nett, li sal-ewwel tmien ġimgħat tissejjaħ embrijun, imbagħad wara tmien ġimgħat ikollha isem ieħor, imma hija l-istess ħlejqa li, malli mbagħad titwieled, il-liġi tagħrafha bħala persuna. Il-liġi tagħti l-protezzjoni sa mill-bidu tal-eżistenza tal-bniedem, u tagħmel tajjeb, għax il-liġi trid tkun ukoll espressjoni tal-ħniena tagħna li aħna nħarsu l-ħajja umana, b’attenzjoni speċjali lejn dawk li huma l-iżjed vulnerabbli u għalhekk jeħtieġu protezzjoni akbar.

“Lil kulħadd hu jagħti l-ikel, għax għal dejjem il-ħniena tiegħu!” (Salm 136:25). Alla, Missier ta’ kulħadd, juri l-ħniena tiegħu billi jipprovdi l-għajxien għall-bnedmin kollha li huma lkoll uliedu, maħluqa fuq ix-xbieha tiegħu. F’dan il-kuntest, il-Ġublew għandu jżomm dejjem aktar ħajja fina t-tbatija li jgħaddu minnha dawk ħutna immigranti li wħud minnhom jaslu fi xtutna, oħrajn fi xtut oħra tal-Mediterran. Titwaħħax taqra dwar is-sofferenza u l-umiljazzjoni li jġarrbu! Meta

aħna, lil dawn ħutna nilqgħuhom fix-xtut tal-Ewropa, aħna qed nilqgħu nies li diġà għaddew minn kalvarju kbir. Dik ukoll hija ħniena. Imbierka s-soċjetà tagħna meta tuża kliem ta’ mħabba u rispett waqt li titkellem fuq dawn ħutna. Nixtiequ ngħidu b’mod ċar bħala rgħajja: Jekk xi ħadd minna, għal dawn ħutna juża kliem ta’ mibegħda jew kliem ta’ razziżmu, dan imur kontra dak li nemmnu. Ħa jikkonverti min jgħid kliem ta’ tkasbir u ta’ disprezz li jweġġa’!

Espressjoni konkreta: il-ħarsien tal-ħolqien

“Hu li għamel is-smewwiet bil-ħsieb [...], li firex l-art fuq

l-ilmijiet, għax għal dejjem il-ħniena tiegħu!” (Salm 136:5-6). Il-ħolqien huwa ktieb miftuħ li jekk inħarsu lejh b’attenzjoni, jurina l-kobor tal-ħniena ta’ Alla. Għaldaqstant, espressjoni tal-ħniena hi wkoll il-ħarsien

tal-ħolqien. Meta din is-sena, il-Papa Franġisku tana dak

id-dokument sabiħ fuq il-ħarsien tal-ħolqien, l-Enċiklika ‘Laudato

Si’, għażel il-kelma ħolqien biex ifakkarna li l-ambjent li aħna ngawdu ġej

minn Alla l-Ħallieq. Aħna għandna bżonn inħarsu dik is-sbuħija li ħalaq Alla u nfaħħruh bħalma għamel San Franġisk: “Tkun imbierek għal oħtna x-xemx, tkun imbierek għal ħuna l-qamar.” Hi responsabbiltà kbira li nieħdu ħsieb din id-dar komuni tagħna, u niżirgħu l-ġmiel, mhux it-tinġis u l-qerda.

Espressjoni konkreta: il-maħfra tal-għedewwa“U ħelisna mill-għedewwa tagħna, għax għal dejjem il-ħniena tiegħu!” (Salm 136:24).

16 | Flimkien

Page 17: Flimkien Jannar 2016

Il-ħniena ta’ Alla kapaċi teħlisna minn dak li joqtol lir-ruħ (ara Mattew 10:38), mill-veru għadu tagħna li jgħarraqna fil-korla, il-vendetta u l-mibegħda lejn ħutna l-bnedmin. Fil-ħniena kbira tiegħu, Kristu fuq is-Salib jurina li hija l-imħabba dik l-arma li biha nistgħu noħorġu rebbieħa: dik l-imħabba li tingħata, li taħfer u li tħenn. Għaldaqstant, espressjoni tal-ħniena hi l-maħfra tal-għedewwa. Hu u jħeġġiġna biex inħennu bħall-Missier, il-Mulej jagħtina l-qawwa li quddiem il-vjolenza ta’ din id-dinja, quddiem l-inġustizzji, quddiem it-terroriżmu, aħna ma nirrispondux bl-istess lingwaġġ, imma bl-għajnuna tiegħu nirreżistu għat-tentazzjoni li nirrispondu bi vjolenza għall-vjolenza, bil-vendetta għall-ħsara li ssir. Dan hu li tfisser li taħfer lill-għadu tiegħek.

Ġesù għallimna li quddiem ir-rifjut, quddiem il-vjolenza tad-dinja, in-Nisrani jrid jirrispondi b’lingwaġġ differenti. Ġesù Msallab jgħallimna r-risposta fundamentali tal-maħfra u l-ħniena. Dan l-aħħar, aħna, bħala Ewropej, konna milquta mid-daqqa ta’ stallett tar-terroriżmu. Kif se nirrispondu għal tant vjolenza? Aħna bħala komunità ta’ fidi, meta nisimgħu li dawn l-affarijiet orribbli jsiru f ’isem Alla, nitkexkxu. Bħalma qal il-Papa Franġisku: “Hija l-ikbar dagħwa” li tuża dik il-vjolenza li toqtol nies innoċenti f ’isem Alla! Min jagħmel hekk qed jagħmel l-ikbar ħsara, qed joffendi l-qalb tal-Ħallieq.

Ejjew bħala Nsara, bħala Knisja, bħala soċjetà, nieħdu l-opportunità li qed tagħtina din is-Sena qaddisa tal-Ħniena biex naħfru tassew mill-qalb lil xulxin, biex inkomplu l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni. Ejjew meta niftakru kemm drabi weġġajna lil xulxin,

ngħidu: hemm bżonn nieqfu nkunu vittmi tad-dnubiet tagħna nfusna, hemm bżonn nieqfu milli npattuha lil xulxin, milli nużaw kliem iebes u li jweġġa’ kontra xulxin. “Il-maħfra għandha l-qawwa li tqajjimna lura għal ħajja ġdida u timliena bil-kuraġġ biex nistgħu nħarsu b’tama lejn il-ġejjieni” (Misericordiae Vultus, 10).

L-opri tal-ħniena“Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet, għax għal dejjem il-ħniena tiegħu!” (Salm 136:26) Din is-Sena tal-Ġublew għandha tgħinna nistqarru l-“grazzi” tagħna lil Alla, billi fl-istess ħin nilqgħu l-missjoni sabiħa u impenjattiva li fi Kristu nkunu l-wiċċ tal-ħniena tiegħu għall-proxxmu tagħna. Dan jitlob minna li nsiru

aktar midħla tal-opri tal-ħniena. Il-kliem ta’ Ġesù hu ċar ħafna (ara Mattew 25): Kont bil-ġuħ, bil-għatx, għeri, barrani,

marid, fil-ħabs. F’dawn il-mumenti, Ġesù jistenna li meta niġu wiċċ imb wiċċ ma’ ħutna fil-bżonn, naraw lilu; ma nħarsux in-naħa l-oħra, imma nieqfu tassew ma’ min jeħtieġ l-għajnuna tagħna. Il-Papa Franġisku jsemmi wkoll l-opri tal-ħniena spiritwali, li huma wkoll tant importanti: li nagħtu parir tajjeb, ngħallmu lil min ma jafx, niftħu għajnejn il-midneb, infarrġu lill-imnikket, naħfru l-ħtijiet, nistabru b’min idejjaqna, nitolbu ’l Alla għall-ħajjin u għall-mejtin. Ejjew f ’din is-Sena ngħixu bil-ferħ dawn l-opri tal-ħniena fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Ħa nisimgħu l-karba ta’ dawk li qed ifittxu l-għajnuna, “ħa nagħfsulhom idejhom f ’tagħna, u niġbduhom lejna biex iħossu s-sħana tal-preżenza tagħna, tal-ħbiberija u tal-fraternità” (Misericordiae Vultus, 15).

Ejjew bħala Nsara, bħala Knisja, bħala soċjetà, nieħdu l-opportunità li qed

tagħtina din is-Sena qaddisa tal-Ħniena biex naħfru tassew mill-qalb lil xulxin,

biex inkomplu l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni

Jannar 2016 | 17

Page 18: Flimkien Jannar 2016

Il-balzmu tal-ħniena“Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb, għax għal dejjem il-ħniena tiegħu!” (S 136:1). Il-Mulej Alla tagħna hu tajjeb u ħanin. Infatti il-ħniena “hi t-triq li ssieħeb lill-bniedem ma’ Alla, għax tiftaħ il-qalb għat-tama li aħna maħbuba għal dejjem minkejja l-limiti tad-dnub tagħna” (Misericordiae Vultus, 2). Is-Sena tal-Ħniena għandha tħeġġiġna biex qatt ma naqtgħu qalbna. Kultant jista’ jiġrilna hekk minħabba d-dgħufija tagħna. Imma “aħna m’għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder id-dgħufija tagħna, imma għandna wieħed, li huwa Ġesù, li kien imġarrab bħalna f ’kollox minbarra d-dnub” (Lhud 4:15). Jekk irridu nemmnu f ’Ġesù, irridu nemmnu fih bħala dak li jagħdirna, li jaf id-dgħufija tagħna u jgħinna ma nibqgħux imwaħħlin fiha.

Il-Mulej ma qagħadx joqgħod ifittex il-wiċċ ħelu tagħna biex iħobbna, ma qagħadx jara l-qdusija tagħna jew inkella l-punti li ġibna fil-pitazz tal-ħajja tagħna, biex jgħid: “Iva, għandek biżżejjed punti biex jien inħobbok.” Aħna maħbuba minkejja l-limiti tad-dnub tagħna. “Quddiem il-gravità tal-ħażen, Alla jwieġeb bil-milja tal-maħfra. Il-ħniena dejjem se tkun ikbar minn kull dnub, u ħadd ma jista’ jqiegħed limitu għall-imħabba ta’ Alla li jaħfer” (Misericordiae Vultus, 3). Għalhekk għandu valur kbir is-Sagrament

X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

X Mario GrechIsqof ta’ Għawdex

tar-Rikonċiljazzjoni – il-Qrar – li jwasslilna din il-ħniena ta’ Alla b’mod hekk sabiħ. Ejjew b’mod speċjali matul din is-Sena tal-Ħniena napprezzaw dan is-Sagrament, ngħożżuh, u nagħmlu mezz li nersqu lejh bil-ferħ ħa nirċievu l-balzmu tal-ħniena ta’ Alla (ara Misericordiae Vultus, 17).

TalbaĦalli għalhekk il-pellegrinaġġi li sejrin nagħmlu lejn il-bibien tal-Ħniena li ser jinfetħu fil-katidrali u s-santwarji tal-gżejjer tagħna jkunu espressjoni ta’ mixja ta’ konverżjoni sabiex ħajjitna stess tistqarr li “għal dejjem il-ħniena tiegħu”. Hekk tassew ngħaddu minn Kristu, il-bieb li jsalvana u jwassalna lejn il-mergħat ta’ dejjem (ara Ġw 10:9).

Aħna u nibdew din is-Sena Mqaddsa waqt li nħejju ruħna għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Alla li twieled fostna, festa tal-ħniena li tnissel il-ferħ f ’qalbna, ejjew nitolbu lil Marija, Omm il-ħniena, biex tgħinna dejjem ngħożżu f ’qalbna l-ħniena ta’ Alla ħalli aħna wkoll nistgħu nħennu bħall-Missier.

Nagħtukom il-barka pastorali tagħna b’rahan ta’ kull ġid mis-sema.

Illum, 8 ta’ Diċembru 2015, Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija.

Aħna maħbuba minkejja l-limiti tad-dnub tagħna. Quddiem il-gravità tal-ħażen, Alla jwieġeb bil-milja tal-maħfra.

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Jannar 2016
Page 20: Flimkien Jannar 2016

FR c A R L- M A R I O S U LTA N A

Émile Littré kien filosfu Franċiż li għex fis-seklu 19. Meta twieldet bintu, wasal fi ftehim ma’ martu dwar kif kienu se

jieħdu ħsieb binthom u kif se jedukawha. Wara ħafna diskussjoni waslu għal dan

il-ftehim: l-omm trabbi lil binthom kif riedet hi sakemm din ikollha 15-il sena. Wara dan kellha titlaq din il-biċċa xogħol f ’idejh biex, bħala filosfu, jagħtiha ftit mill-ideat tiegħu.

Hekk għamlu. Martu, li kienet mara Kattolika prattikanti ħafna, aċċettat dan il-ftehim – għalkemm kienet taf li hu, bħala filosfu, ma kien jemmen f ’xejn, anzi għall-kuntrarju kien iwaqqa’ kull ħaġa li għandha x’taqsam mar-reliġjon għaċ-ċajt.

Imma l-omm kienet fehmet li jekk se jirnexxilha tnissel f ’qalb bintha mħabba sinċiera u ġenwina lejn Ġesù, ħadd u l-ebda idea oħra li se tiltaqa’ magħha matul ħajjitha ma kienu se jkissru dak li jkun inbena fiha fl-ewwel snin tal-ħajja.

U kemm kellha raġun din il-mara! Meta binthom Sophie għalqet l-età ta’ 15-il sena, u allura kellha tgħaddi f ’idejn missierha għall-edukazzjoni, tant kienet miġbura u bil-għaqal li missierha reġa’ bdielu u ma riedx jaljenaha b’ideat oħra li setgħu jfixklu lil bintu.

U aħna ħafna drabi jkollna teżor daqstant prezzjuż – it-tfal tagħna stess – u ftit nagħtu kas tal-edukazzjoni li qed nagħtuhom!

B’edukazzjoni mhux qed infisser biss dik li jieħdu mill-iskola, u li jużawha biex jgħixu b’dinjità bħala bnedmin. Hawn qed nirreferi għall-edukazzjoni għall-ħajja ... billi ngħinuhom bis-serjetà jiffurmaw kuxjenza Nisranija tajba u soda.

Tħalli ’l ħadd jidħollok fl-għalqa!

Dan ma jiġix mix-xejn. Irridu nsegwu lit-tfal tagħna; inkunu aħna l-ewwel eżempju għalihom biex huma jimxu fuq il-passi tagħna. Hija din il-formazzjoni li aħna rridu nagħtuhom.

Il-kuxjenza tista’ tiffurmaha darba biss: jew b’mod tajjeb, jew inkella b’mod laxk u indifferenti. U jekk inti ma tiħux ħsieb li tagħmel dan, se jkun hemm ħaddieħor li jista’ jagħmel dan ... imma mhux bilfors ikun b’mod li jkun fl-interess tiegħek, jew kif tixtieq inti.

Tagħtix ċans lil ħaddieħor jidħol fl-għalqa tiegħek u jiżra’ żerriegħa li inti ma tridhiex, għax ma tkunx tista’ treġġa’ ż-żmien lura. Din hija biċċa xogħol li jew tagħmilha inti stess illum jew inkella ma tagħmel xejn!

20 | Flimkien

Page 21: Flimkien Jannar 2016

L-Allah hu akbar u l-Anġelus

N E T W E R K D I N J I TA’ TA L B

Kull filgħodu kont inqum bl-għajta Allaa hu akbar, is-sejħa għat-talb tal-fajr. Fl-istess ħin kont nisma’ l-qniepen tal-

knisja jdoqqu għall-Angelus. Twelidt u trabbejt ma’ ġirien Kattoliċi kif ukoll Musulmani. Kien hemm knisja u moskea viċin id-dar tagħna.

Iz-zija tiegħi (oħt missieri) hi miżżewġa Musulman Xiita u toqgħod fl-isqaq tagħna. Għalhekk minn ċkuniti sibt ruħi parti minn ambjent “interreliġjuż”. Ikolli ngħid li ma fixkilni xejn, anzi sibtu jgħinni fit-trobbija tiegħi. Dan wassalni biex ninteressa ruħi f ’reliġjonijiet u kulturi oħra tad-dinja.

Meta bdejt nitfarfar, minn barra l-fidi Kattolika sirt naf ukoll bl-Islam, jew aħjar b’xi nies li jħaddnu dan it-twemmin. Fisser ħafna għalija u għal ħija kull meta lqajna għandna l-familja taz-zija għad-dua fl-aħħar

tas-sawm, u għedna magħhom il-bismallah u ggustajna l-iftar flimkien. U l-istess kienu jagħmlu huma magħna fil-festa tal-Milied u f ’okkażjonijiet reliġjużi oħra.

Illum nirrealizza li kbirt naqsam man-nies tal-familja tiegħi fidi u mhux biss reliġjon. Nirrealizza li dan it-twemmin sawwar fija ċerta fiduċja fi bnedmin oħra. Inrodd ħajr lill-ġenituri tiegħi li qatt ma kienu ta’ ostaklu għall-interess tiegħi fi twemmin oħrajn. Huwa biss bis-saħħa ta’ dawn l-esperjenzi pożittivi li llum nista’ niekol u nixrob mill-qawwa li toħroġ mid-djalogu bejn twemmin reliġjuż u ieħor.

l-Appostolat tat-Talb fil-pajjiżi kollha qed jissejjaħ ukoll “Netwerk Dinji ta’ Talb mal-Papa”. Il-Papa nnifsu jħares lejn id-dinja u jagħżel fehma għal kull xahar biex kulħadd jitlob dwarha flimkien; talb li għandu jwassal lil dak li jkun jirrifletti x’jista’ jagħmel biex dawn l-isfidi jitranġaw skont ix-xewqat tal-Qalb ta’ Ġesù.

Biex jinftiehem aħjar

Naħseb ftit:• X’idea għandi tan-nies ta’ reliġjon oħra?

Kif nista’ nwarrab l-immaġni fissa (u forsi żbaljata) li għandi tagħhom?

• Nista’ nagħmel xi ħaġa biex nippromwovi d-djalogu bejn twemmin u ieħor fil-post fejn ngħix?

F’Jannar il-Papa jħeġġiġna nitolbu biex id-djalogu sinċier bejn nies ta’ reliġjonijiet differenti jġib paċi u ġustizzja.

X’nista’ nagħmel:• Matul dan ix-xahar nitlob għad-djalogu

bejn ir-reliġjonijiet ħalli jkollna aktar paċi fid-dinja.

• Jekk tiġini l-opportunità nipprova nitħaddet bil-ħlewwa ma’ persuna ta’ reliġjon oħra.

Jannar 2016 | 21

Page 22: Flimkien Jannar 2016

I T TR I M I L L- qA R R E JJA

L-akbar rigalXtaqt naqsam l-esperjenza sabiħa u ta’ ferħ tiegħi u ta’ żewġi. Ilna miżżewġin aktar minn 15-il sena u dejjem xtaqna t-tfal, imma din it-tarbija m’hemmx li tasal! Nippruvaw nitolbu kuljum, mingħajr għaġla u mhux bilfors, talb li jġiegħlek tħoss ħafna ferħ. Dejjem ittamajt f ’Alla li xi darba jkollna, u hekk ġara. Fil-Milied li għadda kellna tarbija. Ma xtaqniex inkunu nafu jekk hux tifel jew tifla. Mhux importanti. Ma niqfux nirringrazzjaw lil Alla tal-akbar rigal li qatt seta’ jkollna.

Rachel

ITTRA REBBIEĦA

ITTRI MILL-qARREJJA: L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Sehmi f’każ ta’ separazzjoniMistoqsija: Meta żżewwiġt fid-disgħinijiet diġà kelli maisonette bil-garaxx tiegħi u f ’ismi. Iżda wara ż-żwieġ il-mara ma kellhiex pjaċir toqgħod fiha allura kelli inbigħha. Użajt parti mill-flus tal-bejgħ tal-istess dar biex nixtri t-tieni dar. F’każ ta’ separazzjoni, jien għandi dritt nieħu sehmi mill-bejgħ tal-ewwel dar, u skont il-prezzijiet tal-lum?

CG

Tweġiba: Jekk qabel jew wara ż-żwieġ ma tkunx saret kitba taż-żwieġ b’ kuntratt għand nutar, allura fiż-żwieġ dak kollu li jaqilgħu, jixtru jew jiddejnu l-partijiet ikun tal-komunjoni t al-akkwisti – jiġifieri jkun tat-tnejn. Jekk, imma, xi ħaġa mixtrija fiż-żwieġ tkun inxtrat bi flus li jkun ġab miegħu minn qabel iż-żwieġ xi ħadd mill-miżżewġin, allura f ’każ ta’ separazzjoni dik il-parti li tkun ħarġet dak l-ammont qabel il-qasma għandha tieħu lura dak li tkun ħarġet minn flusha jew mill-ġid tagħha ta’ qabel iż-żwieġ. Għalhekk, fil-każ ta’ dan il-qarrej, dik il-persuna li ħarġet ammont minn dak li ġabet mill-bejgħ tad-dar li kellha qabel iż-żwieġ għandha tieħu dak l-ammont li tkun ħarġet lura qabel il-qasma tal-ġid. Jekk il-kumplament tal-flus li ġie mill-bejgħ tad-dar ta’ qabel iż-żwieġ ukoll intuża għaż-żwieġ allura anke dak l-ammont irid jiġi mogħti lura lill-persuna li tkun ġabitu.

Av. Ray Zammit

Jien illum pensjonant u għaddejt minn ħafna tlugħ u nżul fil-ħajja, u mnalla jkollok lil Alla f ’ħajtek. Xi drabi għamilt it-tajjeb u l-pjaċiri u tħallast bid-deni u batejt ħafna minħabba l-għira u l-gideb. Ftit xhur ilu qrajt l-ittra tas-Sur Fish (Settembru) li fiha kellu kliem ta’ tifħir għal Malta. Naħseb li hu bniedem iffortunat ħafna għax ma ltaqax ma’ nies egositi, ma jimpurtahom minn xejn, moħħhom f ’xulxin, ipattuha, jaqilgħu l-gideb fuqek u jsemmulek id-difetti (jien nieqes mis-smigħ). Saħansitra jarawk kuntent u jippruvaw iweġġgħuk u jkissrulek ħajtek. Jekk tagħti l-lala tispiċċa ma tkellem lil ħadd. Niftakar fi kliem Kristu: Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek. Imma sfortunatament ħafna drabi mhux hekk!

PCB

Ħafna drabi mhux hekk!

22 | Flimkien

Page 23: Flimkien Jannar 2016
Page 24: Flimkien Jannar 2016
Page 25: Flimkien Jannar 2016

G EO F FR E y A X I A K , N U TR IZ Z J O N I S TA

Nitnaddfu wara Diċembru!

Issa li ilna nieklu ħafna ikel li spiss ikun tajjeb fit-togħma imma mhux daqshekk għas-saħħa, wasal iż-żmien li nitnaddfu

u nerġgħu nikkontrollaw l-ikel li nieklu. Jiġifieri nerġgħu nibdew naħsbu f ’ikel li huwa ta’ ġid għalina.

Irridu nżidu l-ħaxix u l-frott. Is-sustanzi u l-vitamini li hemm fihom jgħinu biex innaddfu ġisimna minn “ħmieġ” li jkun inġema’ tul il-ġimgħat li għaddew. Barra minn hekk, inaddfulna l-imsaren, il-fwied, il-kliewi u ċ-ċirkulazzjoni.

Apparti frott u ħaxix irridu nieklu r-ross, speċjalment bil-ħaxix bħal tadam u ħaxix ieħor, tewm, basal u affarijiet mhux xaħmin.

Dan iż-żmien, minħabba l-kesħa, bla ma rridu fl-ikel inżidu s-sopop. Dawn ukoll jistgħu jkunu ta’ ġid għax ikun fihom ħafna ħaxix. Imma importanti li ma ndaħħlux cubes għax dawn ikun fihom ħafna xaħam u melħ.

Bħala laħmijiet, nistgħu nieħdu biċċa waħda fil-ġimgħa. Biċċa laħam hi tajba għas-saħħa, imma minflok naqluha rridu nixwuha u nieħdu porzjonijiet moderati – bejn 80 u 100 gramma. Attenti wkoll li ma nużawx zlazi b’ħafna xaħam.

Inżidu wkoll id-drabi meta nieħdu l-ħut. Ir-riċetta ta’ dax-xahar hija tal-ħut.

Importanti li nerġgħu nnaqqsu l-porzonijiet tal-ikel kollu biex innaqqsu l-piż li żidna u nnaqqsu x-xorb alkoħoliku. Hekk inpattu għal dak li stajna kilna li ma kienx ta’ ġid għalina tul ix-xahar li għadda.

Merluzz il-FornIngredjenti:

(30 minuta; għal 4 persuni) • Kuċċarina żejt taż-żebbuġa• Kikkra qargħa bagħli mqattgħa• Nofs kikkra basal mqatta’• Ras tewm, imqaxxar u mqatta’• 2 kikkri tadam frisk imqatta’• 2 mgħaref ħabaq frisk imqatta’• Kwart ta’ mgħarfa melħ• Kwart ta’ mgħarfa bżar iswed

mitħun• 4 biċċiet merluzz• Terz ta’ kikkra ġobon feta mfarrak

Metodu1. Saħħan il-forn sa 230° Celsius.

Dellek dixx baxx bi ftit xaħam.2. Saħħan iż-żejt f ’kazzola fuq nar bati

u ħawwad il-qargħabagħli, il-basal u t-tewm. Sajjar u ħawwad għal 5 minuti sakemm isir artab. Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar u ħallat it-tadam, il-ħabaq, il-melħ u l-bżar.

3. Irranġa l-biċċiet tal-ħut f ’ringiela waħda fid-dixx. B’mgħarfa qiegħed il-qargħabagħli fuq kull biċċa merluzz u poġġi l-ġobon feta fuqhom.

4. Sajjar għal 15-il minuta fil-forn sħun, jew sakemm il-ħut jinqasam faċilment b’furketta.

Jannar 2016 | 25

Page 26: Flimkien Jannar 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Id-Dipartiment tal-MaltiL-Università ta’ Malta

[email protected]@gov.mt

Kors universitarju ta’ sena

għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-MaltiFrar 2016 - Jannar 2017

IRFINA FIL-KITBA TAL-MALTI

Il-lezzjonijiet isiru:• f’Malta (it-Tnejn u l-Ħamis filgħaxija) fl-Università, l-Imsida• f’Għawdex (il-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu) fiċ-Ċentru Universitarju ta’ Għawdex, ix-Xewkija

L-applikazzjonijiet miftuħin sal-15 ta’ Jannar 2016Tagħrif ieħor: [email protected] www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp

Livell 5 (MQF)

Kirsty AgiusStudenta tat-tieni kors f’Għawdex

Mill-ġdid f’għawdex

Mario Lia (Tal-Kawkaw)24 Hr. Funeral Service

• Tindif ta’ Oqbra • Għażla kbira ta’ twiebet

ta’ Malta u ta’ barra• Nieqfu ma’ tal-familja

f’kull ma jkollhom bżonn• Rispett kbir jingħata lil min ikun ħalliena• Lesti biex nagħtu servizz 24 siegħa kuljum

inkluż Ħdud u festi

46, Sqaq Lajri, Ħaż-Żabbar

M: 7930 4352

PREZZIJIET RAĠONEVOLI ĦAFNA

Irtir għall-koppjiForsi int u żewġek jew martek rari titolbu flimkien? Tixtiequ tissapportjaw lil xulxin fil-vjaġġ spiritwali tagħkom? Ħudu din l-opportunità bħala koppja biex ir-relazzjoni tagħkom tkun mezz biex tikbru fl-intimità tagħkom ma’ Alla.

Irtir residenzjali, b’talb individwali u bħala koppja. Ikun hemm sharing fil-grupp u ma’ min imexxi.

Imexxi: Fr. Godwin Preca SJ

Mill-Ġimgħa 22 sal-Ħadd 24 ta’ Jannar

Mount St Joseph, Tarġa Gap

Ċempel: 22760201; email: [email protected]

Irtir għall-familji bit-tfalĦarġiet fil-kampanja, talb għall-ġenituri u għall-familja kollha, sharing, rilassament bħala familja. Ikun hemm programm separat għat-tfal.

Il-familja tagħkom familja kuntenta? X’qed ifixkilkom? X’jista’ jgħinkom?

Imexxi: Fr. Paul chetcuti SJ

Mill-Ġimgħa 5 sal-Ħadd 7 ta’ Frar

Dar Manresa, victoria, Għawdex

Ċempel 21556635; e-mail: [email protected]

Page 27: Flimkien Jannar 2016

Mimdudin2. Fiha żżomm xi għasfur (5) 5. Ara 14 mimduda6. In-neputi ta’ Mosè (3)7. Minnhom tidħol jew toħroġ (5)9. Ara 18 Mimduda10. L-iben “it-tajjeb” ta’ Adam u Eva (4)11. Rabba l-ġwienaħ (3)13. Inizjali fuq is-Salib ta’ Kristu (4)14. David qatlu bi żbandola (6)15. Tilbisha biex tiżżerżaq fuq il-borra (3)17. Vapur bil-qlugħ (4)18. Paċi; trankwillità (8)19. Magħha torbot xi vapur biex ma jimxix (5)20. Bena arka kbira għalih u għal familtu (3)21. Nużaha biex nikteb jew naqbad (3)22. Vaganza (5)

Weqfin1. Membri fl-Ordni ta’ Santu Wistin (11)3. Lil dan belgħetu balena (3) 4. Titlu lill-Madonna fejn tissejjaħ ‘Kewkba

tal-Baħar’ (6,5)7. Tużaha biex tilqagħlek ix-xemx (7)8. L-Ispirtu s-Santu deher taħt din il-forma

f’Pentekoste (3)12. Patri (3)15. Biċċa blata sporġuta ’l barra (5)16. ... Robinich, kantanta Maltija (3)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-ĦamrunIbgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Sib il-Kliem

Tisliba

Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru żewġ ismijiet ta’ kuluri. Premju voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411). Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, Kurja, Floriana.

Rebbieħ ta’ Alfakodo ta’ Diċembru: M.A. Fenech, in-Naxxar

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 5. FAR, 6. WERAQ, 7. MAFJA, 8. ARA, 9. SAFAR, 12. RBATA, 15. OBDUT, 18. ANIMA, 20. AJK, 21. QASAB, 22. UNITÀ, 23. ORT.Weqfin: 1. ĦARUF, 2. IFQAR, 3. ARMAR, 4. SAFJA, 10. ABB, 11. AKU, 13. BIN, 14. TIM, 16. DISGĦA, 17. TABOR, 18. AKUTI, 19. IMITA.

LOGĦ O B • cL AU D I A cI N I

Soluzzjoni Alfakodo Diċembru

Rebbieħ: R. Falzon, il-Gudja

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

1 2 3 4

5 6

7 8

9 10

11 12

13 14

15 16

17 18

19

20 21

22

Q

B

L

D

ANTIK, AWRAT, BAĦAR, BAJDA, ĦADID, ISQOF, ITTRA, NUTAR, TIFLA, ŻBALL

A B c D E F G h I J K L M5 26 8 12 18 21 24 1 6 19 10 14 4N O P q R S T U v W X y Z2 11 9 13 17 20 3 15 22 25 23 16 7

Jannar 2016 | 27

Page 28: Flimkien Jannar 2016

Macalered

sizes: 36-42

Yavinblue

sizes: 36-42

Melaniegrey

sizes: 36-42

Morgesblue

sizes: 36-42

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres at:

The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta,

Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty

Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies (Scholl).

Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change

and not all sizes and colours may be available.

SALETywin

blue

sizes: 36-42

Loraslilac

sizes: 36-42

Page 29: Flimkien Jannar 2016

Għalina t-tfal

Kif nagħti kas?Jekk trid tagħti kas ta’ ħaddieħor, uri interess fihom. Pereżempju, staqsi: ‘X’għamilt illum?’ jew ‘Qed tħossok aħjar?’ jew ‘Kif nista’ ngħinek?’

Ftakar agħti kas anki ta’ Alla billi titlob u billi tagħti kas ta’ persuni oħra.

Tagħti kas ta’ oġġett ifisser li toqgħod attent kif iżżommu u tużah. Meta jafdawlek xi ħaġa f’idejk, tagħmel kulma tista’ biex tieħu ħsiebha. Dan jgħodd speċjalment jekk jafdaw f’idejk xi annimal.

Tagħti kas ifisser ukoll li tagħmel kollox bl-entużjażmu u bil-ferħa, mhux fuq qalbek jew bilfors. Kemm jekk hi xi biċċa xogħol id-dar kif ukoll l-iskola.

Tfisser ukoll li tagħti kas tiegħek innifsek meta tittratta lil ġismek stess bir-rispett, tilbes nadif, tinħasel spiss, taħsel snienek, tiekol ikel bnin.

Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ tagħti kas jekk:• qabbduk tagħmel xi biċċa xogħol

id-dar;• tinnota li wieħed mill-ħbieb tiegħek

imdejjaq;• għandek aptit tisma’ r-radju wara

nofsinhar;• qalulek tieħu ħsieb il-kelb;• tħossok tixtieq tibki dwar xi ħaġa li

ssibha diffiċli titkellem dwarha;• oħtok issellfek xi ħaġa li hi

prezzjuża għaliha.

Kompetizzjoni bi premjuWara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411). Tweġiba għal ta’ Diċembru: Ewtiku waqa’ mit-tielet sular. Rebbieħ: J. Tanti, Ħ’Attard

1. Il-profeta li ħabbar it-twelid ta’ Ġesù.

2. Skont it-tradizzjoni l-għorrief kien jisimhom Baltażar, Melkjor u ------

3. Kelma oħra flok REJIET.

4. L-għorrief taw lil Ġesù deheb, mirra u ...

5. Warajha mxew l-għorrief li ġew mil-Lvant.

6. Taqlagħhom f’jum għeluq sninek.

1.

2.

3.

4.

5.

6.

Jannar 2016 | 29

Page 30: Flimkien Jannar 2016

SKANDLUf’Ġeriko!

Lili kulħadd jafni bħala raġel sinjurun,kap tal-pubblikani, u għalhekk kulħadd jafni bħala midneb.

Minkejja dan, meta Hu għadda minn fejn kont jien

(mistoħbi kif kont qalb il-weraq u l-friegħi ta’ tina selvaġġa)

ħares ’il fuq lejja, sejjaħli b’ismi u qalli:“Inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli

noqgħod għandek!”

Kif kien jaf x’jisimni?Kien sema’ bija anki Hu?Kien jaf x’għamilt ukoll?Il-fama ħażina tiegħi kienet ġriet daqshekk

qabli?Kien jaf bl-iskandlu li kont nagħti?

Imma fil-verità dakinhar l-akbar skandlu mhux jien tajtu, bid-dnub tiegħi.

L-akbar “skandlu” fil-fatt tah Ġesù!Ġesù ta skandlu meta stieden lilu nnifsu

għandi.Fil-fatt dawk kollha li kienu hemm gemgmu

bejniethom.Gemgmu għax Ġesù daħal jistrieħ għand

wieħed midneb.Forsi ppretendew li jmur għandhom?

Imma l-veru skandlu ma kienx li Ġesù daħal fid-dar ta’ midneb, jiġifieri għandi.

Il-veru skandlu kien li Ġesù ma għamilli l-ebda kundizzjoni biex jiġi għandi.

Ma esiġiex li nikkonverti l-ewwel, imbagħad jiġi.

Ma qallix biex ninbidel l-ewwel, imbagħad jirfes l-għatba ta’ dari.

L-iskandlu kbir għal dawk in-nies kien li lanqas biss talabni nindem minn dnubieti qabel jiġi f ’dari.

Mhux veru li Alla jaħfrilna biss wara li aħna nindmu.

Anzi bil-kontra! Hija l-maħfra tiegħu li tiġi qabel u ġġib l-indiema fina.

Daqshekk hi kbira l-maħfra u l-ħniena ta’ Alla.

Bla qies. Bla kundizzjoni.Għal dawk in-nies, dakinhar, Ġesù esaġera.U għalhekk anki jien esaġerajt: tajt nofs ġidi

lill-foqra.Imma mhux biss! Min-nofs li baqa’, roddejt għal erba’ darbiet lil

kull min qarraqt bih.Ma qgħadtx inkejjel x’se jiswieli.Probabbli ma kien baqa’ xejn aktar għalija.X’jimporta, ġaladarba kont sibt it-teżor?

Żakkew

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Jannar 2016
Page 32: Flimkien Jannar 2016