4
www.eesc.europa.eu 1 Il‑KESE jadotta l‑pożizzjoni tiegħu dwar it‑tabakk Fi tmiem is‑sena l‑oħra, il‑Kummiss‑ joni Ewropea nediet il‑proposta tagħha dwar ir‑reviżjoni tad‑Direttiva tal‑1991 dwar it‑tabakk. Bħall‑istituzzjonijiet l‑oħra, il‑KESE adotta pożizzjoni soda dwar ir‑riforma. Filwaqt li l‑PE ser jadotta l‑pożizzjoni uffiċjali tiegħu f’Settembru, il‑KESE adotta l‑Opin‑ joni tiegħu dwar ir‑reviżjoni rigward it‑tabakk fil‑11 ta’ Lulju. Il‑kwistjoni ma tikkonċernax sempliċement it‑twissijiet tas‑saħħa u s‑sigaretti tal‑mentol, iżda tolqot ukoll il‑futur taż‑żoni rurali u l‑pro‑ dutturi tat‑tabakk. Jista’ jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l‑ekonomija, is‑saħħa u l‑impjiegi? L‑Opinjoni tal‑KESE Skont il‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il‑bidliet li qed tipproponi l‑Kummissjoni Ewro‑ pea ser ikollhom konsegwenzi serji għall‑impjiegi, l‑ekonomija u d‑dħul mit‑taxxi, u b’hekk imorru kontra objettivi fundamentali oħra tal‑UE bħal‑livell massimu ta’ impjiegi u l‑irkupru tat‑tkabbir. Madankollu, il‑KESE jaf tajjeb ukoll bir‑riskji li għandu t‑tabakk għas‑saħħa pub‑ blika. Huwa essenzjali li s‑saħħa tiġi qabel kull kunsiderazzjoni eko‑ nomika, minkejja li għad hemm xettiċiżmu dwar kif il‑miżuri li qed tipproponi l‑Kummissjoni Ewropea ser jgħinu lin‑nies biex jieqfu jpejpu bil‑mod il‑mod. “M’għandniex ninsew il‑preven‑ zjoni tal‑mard. Madankollu, bħala attur fis‑suq intern, it‑tabakk jinvolvi wkoll impjiegi u l‑industrija,” qal José Isaías Rodríguez García‑Caro, relatur tal‑Opinjoni tal‑KESE dwar “Il‑manifattura, il‑preżentazzjoni u l‑bejgħ tat‑tabakk u prodotti rela‑ tati”. “Il‑kunsiderazzjonijiet tas‑saħħa u dawk ekonomiċi għandhom jitqiesu t‑tnejn li huma,” żied jgħid. Il‑prevenzjoni Il‑Kumitat jisħaq fuq l‑impor‑ tanza tal‑istrateġiji edukattivi u ta’ pariri mwettqa fl‑iskejjel fil‑livell tal‑UE sabiex jiġi żgurat li kull tifel/ tifla jew żgħażugħ/a jiġu infurmati dwar ir‑realtajiet tat‑tipjip u l‑ħsara li jagħmel. Il‑KESE jappoġġja għal kollox il‑promozzjoni tal‑edukazz‑ joni pubblika kif ukoll il‑kampanji li jqajmu kuxjenza dwar l‑effetti serji għas‑saħħa li jirriżultaw mill‑esponiment għad‑duħħan tat‑tabakk fl‑ambjent. Iż‑żoni rurali Il‑produzzjoni tat‑tabakk tikkon‑ tribwixxi għall‑impjiegi rurali. Il‑KESE jirrikonoxxi t‑theddida għall‑impjiegi f’żoni agrikoli fejn ma ġiet żviluppata ebda alternattiva u fejn is‑sussidji tal‑PAK m’għadhomx disponibbli. Il‑fondi ta’ koeżjoni u l‑fondi strutturali, il‑fondi reġjonali u dawk għar‑riċerka u l‑innovazzjoni għandhom jintużaw b’mod effettiv biex inaqqsu kemm jista’ jkun dawn ir‑riskji għas‑suq tax‑xogħol u biex jiġu implimentati skemi ta’ taħriġ għall‑ħaddiema, flimkien mal‑appoġġ xjentifiku, tekniku u ta’ innovazzjoni għall‑impriżi u l‑azjendi agrikoli. It‑twissijiet tas‑saħħa L‑inklużjoni tat‑twissijiet tas‑saħħa, li jkopru 75 % taż‑żewġ uċuħ tal‑pakketti tas‑sigaretti flimkien mal‑kliem informattiv ġdid li jkopri 50 % tal‑ġnub, mhumiex ibbażati fuq evidenza xjentifika definittiva. Barra minn hekk, din il‑bidla fl‑ippakkjar tista’ thedded l‑impjiegi fl‑industrija tal‑ippakkjar, li għadha settur eko‑ nomiku importanti ħafna f’diversi pajjiżi Ewropej. Dan ikun qed imur ukoll kontra d‑drittijiet intellettwali u industrijali leġittimi tal‑manifatturi biex huma jużaw il‑marki kummerċjali rreġistrati tagħhom. Jekk titħalla ssir differenzazzjoni abbażi tal‑prezzijiet, dan iwassal biex il‑produzzjoni ta’ tabakk ta’ kwalità għolja fl‑UE issir inqas attraenti, minħabba li l‑prodotti jispiċċaw kollha kważi l‑istess. Il‑mentol u s‑sigaretti rqaq Il‑projbizzjoni tas‑sigaretti rqaq u dawk tal‑mentol, li huma popo‑ lari f’diversi pajjiżi Ewropej, tfisser li l‑konsumaturi jinċaħdilhom l‑aċċess għal dan it‑tip ta’ sigaretti. L‑istan‑ dardizzar tal‑format u tat‑togħma x’aktarx li twassal għal żieda fil‑kuntrabandu tat‑tabakk, jiġifieri d‑domanda pubblika tintlaħaq minn sorsi mhux regolati. L‑awtoritajiet tat‑taxxa tal‑Istati Membri diġà jitilfu EUR 10 biljun kull sena mid‑dħul fis‑ kali marbut mat‑tabakk. Barra minn hekk, jekk ma tiġix ikkontrollata l‑kwalità ta’ dawn il‑prodotti, dan ifisser li s‑sigurtà tal‑konsumaturi ser tkun tassew kompromessa. Barra dan, dawn il‑prodotti tat‑tabakk huma kkunsmati prinċipalment mill‑adulti, u għalhekk f’dan il‑każ speċifiku ma jistax jintuża l‑argument li dan huwa mfassal sabiex jipprevjeni lill‑minorenni milli jkoll‑ hom aċċess għat‑tabakk. l DATI GĦAD-DJARJU 24 ta’ Settembru 2013 KESE, Brussell: Seduta Pubblika “Ir-rwol u l-futur tal- professjonisti awtonomi fis- soċjetà ċivili Ewropea 2020” 25‑27 Settembru 2013 KESE, Sopot: Forum Ewropew għal Ideat Ġodda 16‑17 Ottubru 2013 KESE, Brussell: Sessjoni Plenarja tal-KESE F’DIN IL-ĦARĠA 2 Żjara Ewropea pożittiva fil-qalba tas-soċjetà ċivili Griega 2 Pass ‘il quddiem lejn kollaborazzjoni msaħħa bejn iż-żewġ Assembleji Ewropej 3 Il-Kumitat iħeġġeġ lill- Ewropa tiggarantixxi s-sovranità tal-cloud wara l-allegazzjonijiet ta’ spjunaġġ fil-kuntest tal-PRISM 4 Tomasz Jasiński: Ir-riedni issa f’idejn ħaddieħor! © Andresr EDITORJAL Lesti għall‑isfidi eċċezzjonali ta’ din il‑ħarifa! Għażiż qarrej, għażiża qarrejja, Dan ix‑xahar ta’ Settembru jfisser għalina lkoll il‑bidu ta’ perjodu twil mimli sfidi u proġetti kbar. Fid‑dawl tad‑diffikultajiet kbar li għandhom quddiemhom aktar u aktar ċittadini Ewropej, il‑kelma li tiggwidana trid tkun ‘azzjoni’: azzjoni biex tissaħħaħ il‑kompetittività, azzjoni biex jissaħħu l‑impjiegi u azzjoni biex jissaħħaħ it‑tkabbir. Ix‑xhur li ġejjin ser ikunu kruċjali għall‑Ewropa u ċ‑ċittadini tagħha, b’mod partikolari l‑isfida l‑kbira li jirrappreżentaw l‑elezzjonijiet ta’ Mejju. Ir‑rappreżentanti tas‑soċjetà ċivili ser ikunu minn ta’ quddiem biex ifakkru l‑valuri marbutin mal‑prinċipju tas‑solidarjetà, isemmgħu t‑talbiet taċ‑ċittadini u jpoġġu lill‑Unjoni Ewropea mill‑ġdid fit‑triq it‑tajba, biex jaqdu lill‑popola‑ zzjonijiet u lill‑intrapriżi li joħolqu l‑ġid. Bla dubju ser ikun hemm xi kunflitti fl‑ideat. Iżda ninsab konvint li ser ikun hemm ukoll sħubijiet ġodda x’jinħolqu, ideat innovattivi x’jiġu appoġġjati u proġetti x’jitnedew. Ladarba nerġgħu nibdew il‑ħidma tagħna, ma għandi l‑ebda dubju li ser inħabirku lkoll bis‑sħiħ biex nidde‑ fendu l‑interess Komunitarju u, b’hekk, iċ‑ċittadini Ewropej. F’isem il‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u f’ismi, nilqagħkom lura għal perjodu ġdid ta’ ħidma mimli opportunitajiet! Henri Malosse President tal-KESE M’għandniex ninsew il‑prevenzjoni tal‑mard. Madankollu, bħala attur fis‑suq intern, it‑tabakk jinvolvi wkoll impjiegi u l‑industrija. Il‑kunsiderazzjonijiet tas‑saħħa u dawk ekonomiċi għandhom jitqiesu t‑tnejn li huma. Ċifri ewlenin Is-settur tat-tabakk iħaddem kważi 1.5 miljun persuna fl-UE, jippromovi l-iżvilupp rurali u ekonomiku, u huwa wieħed mill-ftit setturi ewlenin tal-esportazzjoni li għad għandhom bilanċ pożittiv, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’ħafna Stati Membri. Attwalment, il-ħsad tal-weraq tat-tabakk fl-UE huwa ta’ 250,000 tunnellata tabakk fis-sena u jipprovdi impjieg għal 400,000 persuna. José Isaías Rodríguez García-Caro, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar id-Direttiva dwar it-Tabakk Fid‑dawl tad‑diffikul‑ tajiet kbar li għandhom quddiemhom aktar u aktar ċittadini Ewropej, il‑kelma li tiggwidana trid tkun ‘azzjoni’: azzjoni biex tissaħħaħ il‑kompetitti‑ vità, azzjoni biex jissaħħu l‑impjiegi u azzjoni biex jissaħħaħ it‑tkabbir. Settembru 2013/07 MT ISSN 1830-513X KESE info Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew pont bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

ISSN 1830-513X Settembru 2013/07 MT KESE info Il-Kumitat ...il‑ħarifa! Għażiż qarrej, għażiża qarrejja, Dan ix‑xahar ta’ Settembru jfisser għalina lkoll il‑bidu ta’

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ISSN 1830-513X Settembru 2013/07 MT KESE info Il-Kumitat ...il‑ħarifa! Għażiż qarrej, għażiża qarrejja, Dan ix‑xahar ta’ Settembru jfisser għalina lkoll il‑bidu ta’

www.eesc.europa.eu1

Il‑KESE jadotta l‑pożizzjoni tiegħu dwar it‑tabakkFi tmiem is‑sena l‑oħra, il‑Kummiss‑joni Ewropea nediet il‑proposta tagħha dwar ir‑reviżjoni tad‑Direttiva tal‑1991 dwar it‑tabakk. Bħall‑istituzzjonijiet l‑oħra, il‑KESE adotta pożizzjoni soda dwar ir‑riforma. Filwaqt li l‑PE ser jadotta l‑pożizzjoni uffiċjali tiegħu f’Settembru, il‑KESE adotta l‑Opin‑joni tiegħu dwar ir‑reviżjoni rigward it‑tabakk fil‑11 ta’ Lulju.

Il‑kwistjoni ma tikkonċernax sempliċement it‑twissijiet tas‑saħħa u s‑sigaretti tal‑mentol, iżda tolqot ukoll il‑futur taż‑żoni rurali u l‑pro‑dutturi tat‑tabakk. Jista’ jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l‑ekonomija, is‑saħħa u l‑impjiegi?

L‑Opinjoni tal‑KESE

Skont il‑Kumitat Ekonomiku u  Soċjali Ewropew il‑bidliet li qed tipproponi l‑Kummissjoni Ewro‑pea ser ikollhom konsegwenzi serji għall‑impjiegi, l‑ekonomija u d‑dħul mit‑taxxi, u  b’hekk imorru kontra objettivi fundamentali oħra tal‑UE bħal‑livell massimu ta’ impjiegi u l‑irkupru tat‑tkabbir. Madankollu, il‑KESE jaf tajjeb ukoll bir‑riskji li għandu t‑tabakk għas‑saħħa pub‑blika. Huwa essenzjali li s‑saħħa tiġi qabel kull kunsiderazzjoni eko‑nomika, minkejja li għad hemm xettiċiżmu dwar kif il‑miżuri li qed tipproponi l‑Kummissjoni Ewropea ser jgħinu lin‑nies biex jieqfu jpejpu bil‑mod il‑mod.

“M’għandniex ninsew il‑preven‑zjoni tal‑mard. Madankollu, bħala attur fis‑suq intern, it‑tabakk jinvolvi wkoll impjiegi u  l‑industrija,” qal José Isaías Rodríguez García‑Caro, relatur tal‑Opinjoni tal‑KESE dwar “Il‑manifattura, il‑preżentazzjoni u l‑bejgħ tat‑tabakk u prodotti rela‑tati”. “Il‑kunsiderazzjonijiet tas‑saħħa u dawk ekonomiċi għandhom jitqiesu t‑tnejn li huma,” żied jgħid.

Il‑prevenzjoni

Il‑Kumitat jisħaq fuq l‑impor‑tanza tal‑istrateġiji edukattivi u  ta’ pariri mwettqa fl‑iskejjel fil‑livell tal‑UE sabiex jiġi żgurat li kull tifel/tifla jew żgħażugħ/a jiġu infurmati dwar ir‑realtajiet tat‑tipjip u l‑ħsara li jagħmel. Il‑KESE jappoġġja għal

kollox il‑promozzjoni tal‑edukazz‑joni pubblika kif ukoll il‑kampanji li jqajmu kuxjenza dwar l‑effetti serji għas‑saħħa li j irriżultaw mill‑esponiment għad‑duħħan tat‑tabakk fl‑ambjent.

Iż‑żoni rurali

Il‑produzzjoni tat‑tabakk tikkon‑tribwixxi għall‑impjiegi rurali. Il‑KESE jirrikonoxxi t‑theddida għall‑impjiegi f’żoni agrikoli fejn ma ġiet żviluppata ebda alternattiva u fejn is‑sussidji tal‑PAK m’għadhomx disponibbli. Il‑fondi ta’ koeżjoni u l‑fondi strutturali, il‑fondi reġjonali u dawk għar‑riċerka u l‑innovazzjoni għandhom jintużaw b’mod effettiv biex inaqqsu kemm jista’ jkun dawn ir‑riskji għas‑suq tax‑xogħol u biex jiġu implimentati skemi ta’ taħriġ għall‑ħaddiema, flimkien mal‑appoġġ xjentifiku, tekniku u ta’ innovazzjoni għall‑impriżi u l‑azjendi agrikoli.

It‑twissijiet tas‑saħħa

L ‑ i n k l u ż j o n i t a t ‑ t w i s s i j i e t tas‑saħħa, li jkopru 75  % taż‑żewġ uċuħ tal‑pakketti tas‑sigaretti flimkien mal‑kliem informattiv ġdid li jkopri 50 % tal‑ġnub, mhumiex ibbażati fuq evidenza xjentifika definittiva. Barra minn hekk, din il‑bidla fl‑ippakkjar tista’ thedded l‑impjiegi fl‑industrija tal‑ippakkjar, li għadha settur eko‑nomiku importanti ħafna f’diversi pajjiżi Ewropej. Dan ikun qed imur ukoll kontra d‑drittijiet intellettwali u industrijali leġittimi tal‑manifatturi biex huma jużaw il‑marki kummerċjali rreġistrati tagħhom.

Jekk titħalla ssir differenzazzjoni abbażi tal‑prezzijiet, dan iwassal biex il‑produzzjoni ta’ tabakk ta’ kwalità għolja fl‑UE issir inqas attraenti, minħabba li l‑prodotti jispiċċaw kollha kważi l‑istess.

Il‑mentol u s‑sigaretti rqaq

Il‑projbizzjoni tas‑sigaretti rqaq u  dawk tal‑mentol, li huma popo‑lari f’diversi pajjiżi Ewropej, tfisser li l‑konsumaturi jinċaħdilhom l‑aċċess għal dan it‑tip ta’ sigaretti. L‑istan‑dardizzar tal‑format u  tat‑togħma x’aktarx li twassal għal żieda fil‑kuntrabandu tat‑tabakk, jiġifieri d‑domanda pubblika tintlaħaq minn sorsi mhux regolati. L‑awtoritajiet tat‑taxxa tal‑Istati Membri diġà jitilfu EUR 10 biljun kull sena mid‑dħul fis‑kali marbut mat‑tabakk. Barra minn hekk, jekk ma tiġix ikkontrollata l‑kwalità ta’ dawn il‑prodotti, dan ifisser li s‑sigurtà tal‑konsumaturi ser tkun tassew kompromessa.

Barra dan, dawn il‑prodotti t a t ‑ t a b a k k h u m a k k u n s m a t i prinċipalment mill‑adulti, u għalhekk f’dan il‑każ speċifiku ma jistax jintuża l‑argument li dan huwa mfassal sabiex jipprevjeni lill‑minorenni milli jkoll‑hom aċċess għat‑tabakk. l

DATI GĦAD-DJARJU24 ta’ Settembru 2013 KESE, Brussell: Seduta Pubblika “Ir-rwol u l-futur tal-professjonisti awtonomi fis-soċjetà ċivili Ewropea 2020”

25‑27 Settembru 2013 KESE, Sopot: Forum Ewropew għal Ideat Ġodda

16‑17 Ottubru 2013 KESE, Brussell: Sessjoni Plenarja tal-KESE

F’DIN IL-ĦARĠA

2 Żjara Ewropea pożittiva fil-qalba tas-soċjetà ċivili Griega

2 Pass ‘il quddiem lejn kollaborazzjoni msaħħa bejn iż-żewġ Assembleji Ewropej

3 Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Ewropa tiggarantixxi s-sovranità tal-cloud wara l-allegazzjonijiet ta’ spjunaġġ fil-kuntest tal-PRISM

4 Tomasz Jasiński: Ir-riedni issa f’idejn ħaddieħor!

© An

dres

r

EDITORJAL

Lesti għall‑isfidi eċċezzjonali ta’ din il‑ħarifa!

Għażiż qarrej, għażiża qarrejja,

Dan ix‑xahar ta’ Settembru jfisser għalina lkoll il‑bidu ta’ perjodu twil mimli sfidi u proġetti kbar. Fid‑dawl tad‑diffikultajiet kbar li għandhom quddiemhom aktar u aktar ċittadini Ewropej, il‑kelma li tiggwidana trid tkun ‘azzjoni’: azzjoni biex tissaħħaħ il‑kompetittività, azzjoni biex jissaħħu l‑impjiegi u azzjoni biex jissaħħaħ it‑tkabbir.

Ix‑xhur li ġejjin ser ikunu kruċjali għall‑Ewropa u ċ‑ċittadini tagħha, b’mod partikolari l‑isfida l‑kbira li jirrappreżentaw l‑elezzjonijiet ta’ Mejju. Ir‑rappreżentanti tas‑soċjetà ċivili ser ikunu minn ta’ quddiem biex ifakkru l‑valuri marbutin mal‑prinċipju tas‑solidarjetà, isemmgħu t‑talbiet taċ‑ċittadini u jpoġġu lill‑Unjoni Ewropea mill‑ġdid fit‑triq it‑tajba, biex jaqdu lill‑popola‑zzjonijiet u lill‑intrapriżi li joħolqu l‑ġid. Bla dubju ser ikun hemm xi kunflitti fl‑ideat. Iżda ninsab konvint li ser ikun hemm ukoll sħubijiet ġodda x’jinħolqu, ideat innovattivi x’ jiġu appoġġjati u proġetti x’jitnedew.

Ladarba nerġgħu nibdew il‑ħidma tagħna, ma għandi l‑ebda dubju li ser inħabirku lkoll bis‑sħiħ biex nidde‑fendu l‑interess Komunitarju u, b’hekk, iċ‑ċittadini Ewropej.

F’isem il‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u f ’ismi, nilqagħkom lura għal perjodu ġdid ta’ ħidma mimli opportunitajiet!

Henri Malosse President tal-KESE

“M’għandniex ninsew il‑prevenzjoni tal‑mard. Madankollu, bħala attur fis‑suq intern, it‑tabakk jinvolvi wkoll impjiegi u l‑industrija.”

“Il‑kunsiderazzjonijiet tas‑saħħa u dawk ekonomiċi għandhom jitqiesu t‑tnejn li huma.”Ċifri ewleninIs-settur tat-tabakk iħaddem kważi 1.5 miljun persuna fl-UE, jippromovi l-iżvilupp rurali u ekonomiku, u huwa wieħed mill-ftit setturi ewlenin tal-esportazzjoni li għad għandhom bilanċ pożittiv, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’ħafna Stati Membri.

A t t w a l m e n t , i l - ħ s a d t a l - w e r a q tat-tabakk fl-UE huwa ta’ 250,000 tunnellata tabakk fis-sena u jipprovdi impjieg għal 400,000 persuna.

José Isaías Rodríguez García-Caro, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar id-Direttiva dwar it-Tabakk

“Fid‑dawl tad‑diffikul‑tajiet kbar li għandhom quddiemhom aktar u aktar ċittadini Ewropej, il‑kelma li tiggwidana trid tkun ‘azzjoni’: azzjoni biex tissaħħaħ il‑kompetitti‑vità, azzjoni biex jissaħħu l‑impjiegi u azzjoni biex jissaħħaħ it‑tkabbir. ”

Settembru 2013/07 MTISSN 1830-513X

KESE info Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropewpont bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

Page 2: ISSN 1830-513X Settembru 2013/07 MT KESE info Il-Kumitat ...il‑ħarifa! Għażiż qarrej, għażiża qarrejja, Dan ix‑xahar ta’ Settembru jfisser għalina lkoll il‑bidu ta’

2 KESE info — Settembru 2013/07

Żjara Ewropea pożittiva fil‑qalba tas‑soċjetà ċivili GriegaF’Ġunju, il‑President tal‑KESE, is‑Sur Henri Malosse, ħa l‑ħin biex iżur pajjiż u poplu li bħalissa qed iġorru l‑piż kbir tal‑kriżi ekonomika u  finanz‑jarja attwali. L‑għanijiet taż‑żjara, li saret f’kollaborazzjoni mal‑membri Griegi tal‑KESE, kienu l‑valutazz‑joni tas‑sitwazzjoni reali tal‑pajjiż u l‑effett tar‑riċessjoni fuqu, id‑dja‑logu maċ‑ċittadini Griegi, b’mod partikolari ż‑żgħażagħ li qed iġorru l‑piż kbir ta’ livelli għoljin ta’ qgħad, l‑impatt sħiħ tal‑miżuri tal‑awsterità u l‑enfasi fuq il‑kapaċità tas‑soċjetà ċivili li żżomm ir‑rabtiet soċjali tagħha permezz ta’ ġesti sempliċi ta’ solidar‑jetà. Il‑KESE, rappreżentat mill‑Presi‑dent tiegħu, ried li qabel l‑elezzjonijiet Ewropej tas‑sena li ġejja jkompli juri li l‑UE tinsab maċ‑ċittadini Griegi.

Ateni wriet interess kbir fiż‑żjara u dan ikkonferma x‑xewqa tal‑Griegi li jsemmgħu leħinhom mal‑mexxejja Ewropej u jiltaqgħu mal‑istituzzjoni

Ewropea li tirrappreżenta aspett ieħor tal‑Unjoni Ewropea u hija kkonċernata mis‑sitwazzjoni reali tan‑nies.

Iż‑żjara ħadet id‑direzzjoni tagħha mal‑ewwel ġurnata stess meta stu‑dent universitarju b’Masters esprima li jħossu qisu immigrant f’pajjiżu għax jaħseb li l‑opinjoni tiegħu mhix rilevanti għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed u li tolqtu direttament. Iktar tard, intraprenditur esprima l‑istess sentiment u qal li ma jarax soluzz‑joni għas‑sitwazzjoni ekonomika att‑wali. Kulħadd madanakollu esprima x‑xewqa li jgħin lil pajjiżu u li jirċievi linji gwida ta’ kif jista’ jagħmel dan.

Henri Malosse ma ltaqax biss mal‑mexxejja politiċi tal‑pajjiż – inkluż il‑Prim Ministru Samaras – iżda anki ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet tax‑xogħol, fosthom il‑Kunsill Ekono‑miku u Soċjali tal‑Greċja fejn ġew dis‑kussi f’dettall kwistjonijiet ta’ negozju

u produzzjoni, u l‑NGO Griega ‘The Smile of the Child’ li għandha rabtiet fl‑Ewropa kollha u li turi kuljum li ini‑zjattivi ċivili u ta’ valur minn Greċja mifnija bid‑dejn jistgħu jiksbu suċċess fuq skala globali permezz ta’ ġesti sempliċi ta’ solidarjetà.

Bloggers stabbiliti li jixtiequ jisimgħu daqs kemm jixtiequ wkoll isemmgħu leħinhom, studenti u intra‑prendituri żgħażagħ, dawk li għadhom kemm bdew attività kreattiva, kit‑tieba, tweeters, nies minn kwalunkwe qasam tal‑ħajja għadhom qed jisten‑new soluzzjonijiet sostenibbli minn Brussell u huma lesti jipparteċipaw fid‑djalogu u fl‑azzjoni.

Il‑Presidenza Griega tal‑UE li ser tibda f’Jannar 2014 tista’ tkun sejħa għall‑azzjoni fl‑Ewropa. Il‑KESE ser jorganizza żjara ta’ segwitu f’Novembru sabiex jindirizza lill‑Par‑lament Grieg f’laqgħa konġunta sabiex

jenfasizza dan l‑approċċ, b’mod par‑tikolari fir‑rigward tas‑sitwazzjoni

urġenti tal‑qgħad fost iż‑żgħażagħ fil‑Greċja u fil‑bqija tal‑UE. (ak) l

Pass ‘il quddiem lejn kollaborazzjoni msaħħa bejn iż-żewġ Assembleji EwropejMinn Ġunju, il‑Kumitat Ekono‑miku u  Soċjali Ewropew qed ikun rappreżentat b’mod sistematiku għas‑sessjonijiet plenarji tal‑Parlament Ewropew fi Strasburgu. Bi tweġiba għal din ix‑xewqa ta’ avviċinament, il‑President Martin Schulz għamel disponibbli għall‑KESE uffiċċju per‑manenti viċin l‑Emiċiklu. Dan huwa l‑bidu ta’ kollaborazzjoni msaħħa bejn iż‑żewġ istituzzjonijiet.

“Hemm bżonn li ċ‑ċittadini jerġgħu jsiru l‑fulkru tal‑preokkupazzjonijiet tal‑Ewropa, ukoll jekk iridu jirbħu lura posthom huma stess.” Bl‑appell tal‑Pre‑sident il‑ġdid tal‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Henri Malosse, biex iċ‑ċittadini jkunu l‑mutur tal‑Ewropa, sentiment li ilu ma jinħass snin fi Brus‑sell, Malosse jixtieq ifakkar li l‑Unjoni Ewropea ma tista’ tagħmel xejn mingħajr l‑appoġġ tal‑Ewropej. Din il‑viżjoni tieħu s‑sinifikat kollu tagħha f’dan li waqt li avveniment importanti huwa magħna, l‑elezzjonijiet parla‑mentari Ewropej tal‑2014: jeħtieġ li r‑rappreżentanti kollha taċ‑ċittadini jkunu mobilizzati sabiex jerġa’ jins‑tema leħinhom u jitnaqqas id‑distakk bejnhom u l‑Unjoni Ewropea.

Il‑kisba ta’ dan il‑għan funda‑mentali titlob li l‑KESE, l‑Assemblea tas‑soċjetà ċivili organizzata Ewro‑pea, toqrob lejn il‑Parlament Ewro‑pew, l‑Assemblea tar‑rappreżentanti Ewropej eletti. Fil‑programm poli‑tiku tiegħu, il‑President Malosse diġà wera x‑xewqa li titpoġġa enfażi fuq l‑iżvilupp tar‑relazzjonijiet bejn dawn iż‑żewġ istituzzjonijiet Ewropej bħala xprun għall‑azzjoni. Dan sar realtà

fit‑12 ta’ Ġunju li għadda fi Strasburgu meta l‑President tal‑Kumitat intlaqa’ uffiċjalment mill‑President tal‑Parla‑ment Ewropew fis‑sessjoni plenarja.

B i e x d a n l ‑ a v v i ċ i n a m e n t jissaħħaħ, il‑Kumitat ser ikollu uffiċċju mhux bogħod mill‑Emiċiklu għad‑dispożizzjoni tiegħu, sabiex jiġu ffaċilitati l‑laqgħat bejn il‑membri taż‑żewġ Assembleji, u  minn Sett‑embru, ser ikollu wkoll żewġ siġġijiet fl‑Emiċiklu stess. Il‑Parlamentari Ewropej u  l‑membri tal‑Kumitat jittamaw li joħorġu aktar fid‑deher il‑preokkupazzjonijiet taċ‑ċittadini u juru preċiżament kif l‑Ewropa tista’ tirrispondi għalihom billi jqarrbu fli‑mkien l‑aspettattivi taċ‑ċittadini li huma jirrappreżentaw u l‑esperjenza li huma stess għandhom fil‑lokali‑tajiet. Għaldaqstant, id‑delegazzjoni tal‑KESE kellha skambju ta’ fehmiet mad‑Deputat Speaker tal‑Parlament Ewropew László Surján, il‑Viċi Pre‑sident tal‑Kumitat għall‑Affarijiet Kostituzzjonali Constance Le Grip u  l‑Viċi President tal‑Kummissjoni dwar il‑Baġits Gardiazábal Rubial. B’hekk id‑deputati Ewropew urew l‑appoġġ sħiħ tagħhom għar‑riformi interni (“winds of change”) li daħħal il‑President tal‑KESE, b’mod par‑tikolari t‑twettiq ta’ valutazzjoni tal‑impatt ippjanat tal‑politiki u l‑leġislazzjoni tal‑UE.

Il‑bidu tas‑sena ta’ ħidma 2013/2014 għandha turi aċċellerazzjoni ta’ dan l‑avviċinament u  l‑konkretiz‑zazzjoni tal‑iskambji, bil‑għan li l‑votanti Ewropej jifhmu li l‑Ewropa tismagħhom.(ll/mm) l

Ir-roaming fl-UE: X’tista’ tistenna s-soċjetà ċivili minn twaqqif ħesrem tat-tariffi tar-roaming tal-mowbajl?Il‑KESE nieda konsultazzjoni onlajn tal‑partijiet interes‑sati sabiex jiġbor kontributi għat‑tfassil ta’ strateġija konkreta sabiex jispiċċaw it‑tariffi tar‑roaming għall‑komunikazzjoni k o l l h a f l ‑ U E . I l ‑ K E S E j i x ‑t ieq l i l ‑part i‑j i e t in teressa t i tas‑soċjetà ċivili, b ħ a l l ‑ i n d u s t r i j a t a t ‑ t e l e k o ‑m u n i k a z z j o n i u  industriji relatati u  l‑assoċjazzjonijiet t a l ‑ k o n s u m a t u r i jkunu jistgħu jagħtu l ‑ fehma tagħhom q a b e l j i t t i e ħ d u deċiżjonijiet impor‑tanti mil‑leġislaturi. Ir‑riżultati tal‑kon‑s u l t a z z j o n i s e r j iġu inkorporati f’rapport ta’ informa‑zzjoni li ser jagħmel parti mill‑kontri‑but tal‑Kumitat

għad‑dibattitu dwar il‑futur tar‑roaming li probabbil‑ment ikun fuq l‑aġenda tal‑UE fil‑Ħarifa.

S t e d i n n a l i l l ‑ p a r ‑t j i e t i n t e r e s s a t i

jwieġbu għal t l iet mistoqsijiet ewlenin:

• X ’ i m p a t t għandhom it‑tariffi tar‑roaming fuq il‑mobbiltà profes‑sjonali u personali tagħhom?

• Kif, speċifikament, ikun ta’ benefiċċju għalihom jekk it‑tariffi tar‑roa‑ming jitneħħew?

• X ’ i m p a t t q e d j i s t e n n e w f u q it‑tariffi domestiċi t a l ‑ m o w b a j l tagħhom?

Il‑konsultazzjoni onlajn tal‑KESE, miftuħa sal‑aħħar ta’ Settembru, ser tiġi segwita minn seduta pubblika, fejn il‑KESE ser jistieden lill‑atturi prinċipali interessati fir‑roaming, inkluż il‑promo‑turi tal‑Inizjattiva taċ‑Ċittadini Ewropej “Tariffa Unika”, il‑leġislaturi tal‑UE u partjiet interessati oħra tas‑soċjetà ċivili. Din l‑inizjattiva hija f’waqtha, hekk kif Neelie Kroes, Viċi President tal‑Kummissjoni Ewropea responsab‑bli mill‑Aġenda Diġitali, reċentament ħabbret l‑intenzjoni tagħha li tneħħi kompletament it‑tariffi tar‑roaming tal‑mowbajls sa nofs l‑2014. Għal dan il‑għan, reċentament ippreżentat pro‑posta leġislattiva dwar din it‑tema.

Billi l‑mobbiltà u  l‑kummerċ bejn il‑fruntieri interni tal‑Unjoni qed j iżdiedu b ’mod kostant i , it‑tariffi tar‑roaming internazzjonali tal‑mowbajls qed jaffettwaw miljuni ta’ Ewropej li jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor tal‑UE għal raġunijiet privati jew professjonali. Il‑proverbju “id‑dinja ma saritx f’daqqa” japplika wkoll għas‑Suq Intern tal‑UE u huwa marbut ma’ ser‑vizzi relatati bħat‑telekomunikazzjoni. (ms) l

Progress lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina – nibnu pontijiet ta’ qbil fi Brussell“Għandna bżonn niżguraw Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) per‑mezz ta’ pilastru ekonomiku b’saħħtu u pilastru monetarju sod. Għal dak li għandu x’jaqsam mal‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għandu jsir użu sħiħ kemm mill‑istruttura tiegħu biex jiżdiedu t‑tkabbir u l‑impjiegi kif ukoll mir‑rwol tiegħu ta’ korp li jsellef bħala l‑aħħar riżorsa,” qal Carmelo Cedrone,

relatur tal‑Opinjoni dwar Unjoni ekono‑mika u monetarja profonda u ġenwina. Huwa għamel l‑appell tiegħu matul il‑konferenza organizzata mill‑Kumi‑tat Ekonomiku u  Soċjali Ewropew (KESE) biex jiġu diskussi r‑riżultati tas‑summit Ewropew ta’ Ġunju, li kien iddedikat għar‑riforma tant meħtieġa tal‑Unjoni Ekonomika u  Monetarja. David Croughan, relatur tal‑KESE għall‑Opinjoni dwar L‑introduzzjoni ta’ Strument ta’ Konverġenza u Kom‑petittività u Koordinazzjoni u koordi‑nazzjoni ex ante ta’ pjani għal riformi maġġuri ta’ politika ekonomika, żied jgħid li hemm bżonn isir aktar xogħol fil‑koordinazzjoni tal‑politika ekono‑mika, kif ukoll li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għat‑tmexxija tal‑UEM.

Rappreżentanti tal‑Istati Membri, membri tal‑KESE u  uffiċjali għoljin mill‑Kunsill tal‑UE u mill‑Kummis‑sjoni Ewropea ddiskutew il‑progress li sar s’issa u xtarru modi kif jistgħu jiġu implimentati bla dewmien id‑deċiżjonijiet ċentrali li ttieħdu fis‑summit, partikolarment dawk immirati għat‑tlestija tal‑UEM, it‑tisħiħ tal‑kompetittività tal‑UE, l‑ixprunar tat‑tkabbir u l‑ħolqien tal‑impjiegi.

I l ‑parteċipanti laħqu dawn il‑konklużjonijiet inkoraġġanti: minkejja nuqqas ta’ qbil żgħir dwar it‑termini ta’ implimentazzjoni, l‑isti‑tuzzjonijiet Ewropej kollha jaqblu li l‑unika triq ‘il quddiem għall‑UE hija li jitgħaġġlu l‑proċessi u li l‑ksib ta’ UEM ġenwina jinżamm fuq nett tal‑aġenda. (ak) l

Carmelo Cedrone, relatur tal-opinjoni Unjoni ekonomika u monetarja ġenwina u profonda

David Croughan, relatur tal-opinjoni tal-KESE dwar L-introduzzjoni ta’ Strument ta’ Konverġenza u Kompetittività u koordinazzjoni ex ante ta’ pjani għal riformi maġġuri ta’ politika ekonomika

Henri Malosse, President tal-KESE, u Antonis Samaras, Prim Ministru tal-Greċja

© EU 2013 - PE il-bini Louise Weiss: © Architecture Studio

© Architectes ART & BUILD + Atelier d’architecture Paul NOËL

© ha

rtpho

togr

aphy

“H e m m b ż o n n l i ċ‑ċittadini jerġgħu jsiru l‑fulkru tal‑preokkupazzjo‑nijiet tal‑Ewropa, ukoll jekk iridu jirbħu lura posthom huma stess.”

Page 3: ISSN 1830-513X Settembru 2013/07 MT KESE info Il-Kumitat ...il‑ħarifa! Għażiż qarrej, għażiża qarrejja, Dan ix‑xahar ta’ Settembru jfisser għalina lkoll il‑bidu ta’

3KESE info — Settembru 2013/07

Il‑KESE jħeġġeġ lill‑Ewropa tiggarantixxi s‑sovranità tal‑cloud wara l‑allegazzjonijiet ta’ spjunaġġ fil‑kuntest tal‑PRISME r i c P i g a l ( F r a n z a , G r u p p tal‑Ħaddiema), ir‑relatur tal‑Kumi‑tat Ekonomiku u  Soċjali Ewropew tal‑Opinjoni dwar l‑Istrateġija tal‑UE “L‑isfruttar tal‑potenzjal tal‑Cloud Computing fl‑Ewropa” ma qagħadx jomgħod il‑kliem u ddikjara li l‑pro‑gramm klandestin Amerikan ta’ tkixxif ta’ data u ta’ sorveljanza elettronika, imsejjaħ PRISM, kien twissija biex l‑Ewropa taġixxi.

Huwa qal li “L‑iskandlu tal‑PRISM, li żvela sa fejn l‑aġenziji tas‑sigurtà jimmonitorjaw il‑komunikazzjo‑nijiet elettroniċi taċ‑ċittadini, għal darb’oħra enfasizza l‑importanza ta’ strateġija ġenwina Ewropea tal‑cloud. Il‑leġislazzjoni strinġenti tal‑Ewropa dwar il‑protezzjoni tad‑data hija ass li jista’ jiffavorixxi l‑introduzzjoni ta’ operaturi bbażati fl‑UE”.

Pigal stqarr dan waqt konferenza reċenti f’Varsavja, li saret b’mod konġunt mill‑KESE u l‑ospitant lokali, l‑assoċjazzjoni EuroCloud Polska, li l‑President tagħha, Anna Nietyksza, hija wkoll membru tal‑grupp perma‑nenti tal‑KESE dwar l‑Aġenda Diġitali. L‑objettiv prinċipali tal‑avveniment kien li jiġi promoss it‑tkabbir tal‑cloud, iżda peress li l‑konferenza seħħet eżatt wara li Edward Snowden, il‑kuntrattur tal‑NSA li sar informatur (whistle‑blower), żvela l‑eżistenza u l‑firxa ta’ PRISM, naturalment il‑kuntest sar ħafna usa’.

Il‑maġġoranza vasta tal‑atturi globali tas‑suq tal‑cloud attwal‑ment jinsabu bbażati fl‑Istati Uniti tal‑Amerka, u dan ifisser li l‑klijenti Ewropej qegħdin jgħaddu d‑data personali u  professjonali tagħhom lil server farms ġestiti fl‑Istati Uniti u  li jistgħu għalhekk jiġu ssorvel‑jati. Fil‑valutazzjoni kritika tiegħu tal‑istrateġija tal‑UE dwar il‑cloud,

il‑KESE kkritika l‑approċċ żbilanċjat tal‑Kummissjoni Ewropea peress li tħeġġeġ l‑użu tal‑cloud mingħajr ma tagħti biżżejjed attenzjoni lill‑post fejn id‑data Ewropea kienet qiegħda fil‑fatt tinħażen.

Is‑Sur Pigal qal li “Jekk ikun hemm enfasi esklussiva fuq il‑pro‑mozzjoni ta l ‑użu tas‑serv izz i tal‑cloud, dan iwassal sabiex l‑Ewropa tkun tiddependi dejjem aktar fuq il‑provvedituri barranin”.

Strateġija maqsuma fuq tliet partijiet

Minflok, il‑Kumitat ressaq strateġija maqsuma fi tliet partijiet: l‑espansjoni tal‑użu tal‑cloud, l‑iżvilupp ta’ softwer ibbażat fuq il‑cloud u l‑bini ta’ cloud computing fl‑Ewropa.

Fl‑intervent inawgurali tiegħu waqt il‑konferenza ta’ Varsavja, Stéphane Buffetaut, President tas‑Sezzjoni Speċjalizzata għat‑Trasport, l‑Enerġija, l‑Infrastruttura u s‑Soċjetà tal‑Infor‑mazzjoni, qal, “L‑implimentazzjoni tal‑istrateġija Ewropea tal‑cloud trid tkun ibbażata fuq tmexxija b’saħħitha mill‑Kummissjoni Ewropea u koopera‑zzjoni serja bejn il‑gvernijiet Ewropej abbażi tas‑solidarjetà u l‑fiduċja”.

Fil‑fehma tal‑Kumitat, il‑Kum‑missjoni Ewropea għandha tuża l‑mezzi kollha, finanzjarji u oħrajn, li huma disponibbli għaliha, sabiex tħeġġeġ l‑iżvilupp ta’ infrastruttura Ewropea għall‑cloud computing. Franza gradwalment qiegħda tuża dan it‑tip ta’ infrastruttura, u l‑istess qed tagħmel il‑Polonja, iżda dawn jeħtieġu appoġġ b’saħħtu mill‑Kum‑missjoni Ewropea sabiex jibqgħu f’din it‑triq. Gunta Anča, membru Latvjana tal‑KESE, qalet li n‑numru

dejjem jikber ta’ soluzzjonijiet tal‑cloud fl‑Ewropa għandu wkoll ikun qabża lejn l‑aċċessibbiltà tal‑web u li l‑persuni b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa kellhom tamiet kbar li l‑awtoritajiet nazzjonali tagħhom ser jadattaw aħjar is‑servizzi diġitali għall‑bżonnijiet tagħhom.

“M’għandhiex tibqa’ kwistjoni ta’ jekk għandniex niżviluppaw l‑infras‑truttura tal‑cloud iżda ta’ kif u meta”, qalet Anna Nietyksza.

Is‑Sur Pigal żied jgħid li l‑amminis‑trazzjonijiet pubbliċi Ewropej u nazzjo‑nali għandhom jużaw il‑prinċipju “l‑ewwel il‑cloud” meta jakkwistaw prodotti u servizzi tal‑IT. Huwa qal li “Huwa biss jekk is‑soluzzjonijiet l‑oħra ma jkunux adegwati li l‑amministra‑zzjonijiet għandhom jitħallew jagħżlu soluzzjonijiet li ma jkunux ibbażati fuq il‑cloud”.

Huwa appella li tinħoloq skema ta’ ċertifikazzjoni mifruxa mal‑UE għall‑fornituri tas‑servizzi tal‑cloud li għandha tissostitwixxi l‑eċċess att‑wali ta’ standards tekniċi. Huwa qal li “standards komuni tal‑cloud com‑puting għandhom inaqqsu l‑ispejjeż għan‑negozji u jippermettu li l‑ammi‑nistrazzjoni pubblika taċċetta l‑cloud computing aktar malajr u  mingħajr problemi”. (mb) l

IS-SESSJONI PLENARJA FIL-QOSORIr‑riforma tas‑sistema ferrovjarja Ewropea: Parti IV

Ir‑raba’ pakkett ferrovjarju, imħabbar mill‑Kummissjoni Ewropea f’Jannar, għandu l‑għan li jtejjeb is‑servizzi ferrovjarji billi tiġi promossa l‑inno‑vazzjoni u jinfetħu s‑swieq nazzjonali tal‑passiġġieri għall‑kompetizzjoni.

F’Opinjoni pjuttost kritika dwar il‑pakkett, imfassla mis‑Sur André Mordant (Belġju, Grupp tal‑Ħaddiema) u adottata mis‑sess‑joni plenarja f’Lulju, il‑Kumitat jitlob

lill‑Kummissjoni twettaq valutazzjoni, “issorveljata mill‑partijiet interessati kollha”, tar‑riżultati tal‑pakketti ferrovjarji preċedenti fir‑rigward t a l ‑ i n d i r i z z a r t a l ‑ b ż o n n i j i e t taċ‑ċittadini, tal‑iżvilupp tal‑konnes‑sjonijiet transkonfinali u tal‑kwalità tas‑servizzi ferrovjarji.

Il‑Kumitat jappella wkoll għal pakkett ġdid imfassal sabiex iħassar “l‑effetti tal‑fruntieri” bejn l‑Istati Membri billi jiġu żviluppati konnes‑sjonijiet transkonfinali u  tinħoloq l‑infrastruttura neċessarja.

Fl‑analiżi tiegħu dwar il‑ftuħ ipp‑janat tas‑swieq nazzjonali tat‑trasport tal‑passiġġieri, il‑Kumitat jiddikjara li l‑Istati Membri għandhom jis‑tinkaw sabiex iżommu l‑għadd ta’ impjiegi għall‑operaturi tradizzjo‑nali tagħhom, il‑ftehimiet kollettivi tal‑persunal, kif ukoll il‑paga u l‑kun‑dizzjonijiet tax‑xogħol tagħhom. Huwa jargumenta li “fil‑każ ta’ bidla fl‑operatur, għandhom jinżammu l‑persunal ikkonċernat u l‑garanziji kollettivi tiegħu”. (mb) l

Jeħtieġ li jsir iżjed għall‑promozzjoni ta’ investiment fit‑tul li jkun “utli mil‑lat soċjali”

Il‑Green Paper tal‑Kummissjoni Ewropea dwar il‑finanzjament fit‑tul tal‑ekonomija Ewropea naqqset milli tirrikonoxxi l‑bżonn ta’ investiment fit‑tul ikbar li jkun “utli mil‑lat soċjali”, argumenta l‑KESE fl‑Opin‑joni tiegħu mfassla minn Michael Smyth (Grupp ta’ Interessi Varji, ir‑Renju Unit).

Il‑Green Paper għandha l‑għan li trawwem l‑investiment produttiv

u tagħti spinta ‘l‑ħolqien ta’ kapi‑tal dewwiemi. Jekk il‑banek aktarx ser jaqdu rwol inqas prominenti fil‑ġejjieni bħala provvedituri ta’ finanzjament fit‑tul, mela jistgħu jinħolqu opportunitajiet għal inter‑medjarji oħra bħall‑banek nazzjo‑nali u multilaterali għall‑iżvilupp, l ‑ i n v e s t i t u r i i s t i t u z z j o n a l i , il‑fondi sovrani u, b’mod kruċjali, is‑swieq tal‑bonds.

Fl‑Opinjoni, il‑KESE qal li għandu jiġi kkunsidrat iżjed l‑użu kkoordinat tal‑allowances ta’ taxxa fuq il‑qligħ kapitali sabiex tiġi inċentivata l‑parteċipazzjoni azzjo‑narja fuq medda itwal ta’ żmien mill‑ġesturi tal‑fondi.

Bil‑għan li jħeġġeġ iktar ippjanar finanzjarju fit‑tul, il‑KESE huwa mis‑tenni wkoll li jissuġġerixxi l‑ħolqien ta’ prodotti tat‑tfaddil personali b’rata baxxa ta’ taxxa u mekkaniżmu tat‑tfaddil fil‑livell taż‑żona tal‑euro bi primjum tar‑rata tal‑imgħax li tista’ tintuża biex tiffinanzja l‑investiment soċjali fuq skala iżjed wiesgħa. l

Il‑kontribut tas‑settur pubbliku għall‑irkupru tal‑UE

Saret ftit li xejn analiżi tal‑impatt tal‑kumpaniji tal‑Istat fuq l‑eko‑nomija Ewropea u  jekk dawn jistgħux jagħtu kontribut ikbar għall‑kompetittività tal‑UE. Fuq talba tal‑Presidenza Litwana tal‑UE, is‑sessjoni plenarja ta’ Lulju tal‑KESE adottat Opinjoni dwar “Il‑potenzjal ekonomiku tal‑UE – l‑intrapriżi pubbliċi”.

‘’Insemmu dejjem in‑nuqqas ta’ effiċjenza tal‑kumpaniji pubbliċi, iżda m’għandna l‑ebda mod kif nevalwawhom, la fil‑livell nazzjonali u lanqas fil‑livell tal‑UE,’’ qal Ray‑mond Hencks (Grupp tal‑Ħaddiema, il‑Lussemburgu), relatur tal‑Opinjoni tal‑KESE. ‘’L‑għan ta’ din l‑Opinjoni esploratorja huwa li tanalizza kif l‑intrapriżi pubbliċi jistgħu jikkon‑tribwixxu għall‑irkupru ekonomiku.’’

L‑Istati Membri, taħt il‑liġi tal‑UE għandhom id‑dmir li jipprovdu dawn “is‑servizzi ta’ interess ekono‑miku ġenerali”. Madanakollu, il‑kejl tal‑prestazzjoni tal‑intrapriżi pubbliċi ma jistax ikun limitat sempliċiment

għall‑indikaturi ekonomiċi: għandu jqis ukoll l‑għanijiet soċjali u l‑obbligi kollha li jridu jirrispettaw.

I l ‑Kumitat jappel la wkol l għall‑ħolqien ta’ provvedituri transkonfinali integrati fl‑industriji li jinvolvu netwerk bħal tal‑gass u  l‑elettriku. Diġà jeżisti statut għall‑kumpaniji privati Ewro‑pej. Il‑KESE jixtieq statut parallel għall‑intrapriżi pubbliċi tal‑UE. l

André Mordant, membru tal-KESE

Michael Smyth, membru tal-KESE

Raymond Hencks, membru tal-KESE

“L‑iskandlu tal‑PRISM, li żvela sa fejn l‑aġenziji tas‑sigurtà jimmonitor‑jaw il‑komunikazzjonijiet elettroniċi taċ‑ċittadini, għal darb’oħra enfasizza l‑impor‑tanza ta’ strateġija ġenwina Ewropea tal‑cloud.”

Eric Pigal, relatur tal-opinjoni tal-KESE dwar l-Istrategija tal-UE L-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa

Anna Nietyksza, membru tal-grupp ta’ studju permanenti tal-KESE dwar l-Aġenda Diġitali

Page 4: ISSN 1830-513X Settembru 2013/07 MT KESE info Il-Kumitat ...il‑ħarifa! Għażiż qarrej, għażiża qarrejja, Dan ix‑xahar ta’ Settembru jfisser għalina lkoll il‑bidu ta’

Settembru 2013/07

Ir-riedni issa f’idejn ħaddieħor!Wara’ erba snin bħala editur tan‑newsletter KESE Info, fejn kien jirrappreżenta l‑membri u  jipprovdi konsulenza lit‑tim editorjali dwar il‑kontenut, Tomasz Jasinski, mem‑bru Pollakk tal‑Grupp tal‑Ħaddiema tal‑KESE, qed jgħaddi dan ix‑xogħol lil Béatrice Ouin, kollega Franċiża mill‑istess grupp. Fl‑okkażjoni tal‑aħħar ħarġa editjata minn Tomasz, Jane Morrice, Viċi President tal‑KESE intervistatu, u  staqsietu x’iħeġġu f’xogħlu: id‑dedikazzjoni li ma jikko‑munikax ħlief il‑verità.

Jane Morrice: Bħala editur tal‑KESE Info għal dawn l‑aħħar erba’ snin, liema kienet l‑iżjed storja li kienet ta’ sfida għalik, jew dik li kienet l‑iżjed delikata jew diffiċli li tkopri?

Tomasz Jasinski: Kien hemm mhux ħażin. Imma ma hemmx għalfejn inħarsu wisq ‘il bogħod. F’din il‑ħarġa stess insibu waħda: id‑direttiva dwar it‑tabakk. Probabbilment, dan kien wieħed mill‑iżjed suġġetti diskussi fil‑Kumitat f’dawn l‑aħħar għaxar

snin, u kien h e m m bżonn ta ’ għadd kbir ta’ laqgħat u  ammont e s t r e m a ‑ment kbir ta’ negozjati biex jinstab i l ‑ b i l a n ċ ġ u s t fl‑Opinjoni finali. Kull kelma f’din l‑Opinjoni k i e n e t il‑frott ta’ n e g o z j a t i

estensivi, u  ħsibna li kien ser ikun ferm diffiċli li jiġi abbozzat artiklu ġurnalistiku li ma jagħmilx għajb lit‑test tal‑Opinjoni tal‑Kumitat. Nispera li rnexxielna. Deċiżjonijiet editorjali diffiċli oħra li kelli niffaċċja kienu it‑tħejjija tal‑”In Memoriam” għall‑membri li ħallewna. Mhux biss kont inħoss niket kbir li nħabbar il‑mewt ta’ kollega, iżda kien ukoll diffiċli li nagħmel unur lill‑ħbieb jew lill‑kollegi b’mod teneru, filwaqt li nirrikonoxxi wkoll il‑kisbiet dewwiema kollha tagħhom.

X’kien li ġiegħlek tieħu interess fil-kariga ta’ editur? Ġieli ħdimt f’dan il-qasam, u beħsiebek terġa’ tagħmel dan għal ġurnali oħra?

Meta ntlabt inkun editur, l‑ewwel ħsieb tiegħi kien – mhux jien! Qatt ma ħdimt bħala ġurnalist qabel. L‑unika esperjenza li kelli kienet li nikteb rapport fin‑newsletter tal‑organizzazzjoni tiegħi dwar ċerti

attivitajiet internazzjonali. Insomma, iddeċidejt li naħtaf din l‑opportu‑nità u niżviluppa l‑ħiliet tiegħi f’dan il‑qasam. Naturalment, mingħajr tant għajnuna u  appoġġ mit‑tim tal‑istampa, ma kienx ser jirnexxili naqdi tajjeb dan ir‑rwol ġdid tiegħi. Wara erba’ snin tal‑ħidma tiegħi marbuta mal‑KESE Info, nista’ ngħid li x‑xogħol ta’ editur huwa verament interessanti u jekk xi darba xi ħadd jis‑taqsini nerġa’ nagħmlu, nikkunsidra l‑offerta b’interess.

Dalwaqt ser tiċċelebra l-għaxar anniversarju tas-sħubija tiegħek fil-KESE u s-sħubija tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea – kienet faċli l-bidla?

Jiena għext żewġ sistemi politiċi u  ekonomiċi totalment diffe‑renti. Niftakar li kien hemm ċerti mumenti diffiċli ħafna għall‑pajjiżi u  l‑konċittadini tiegħi. Stajt nara lill‑Ewropa tal‑Punent biss fi pro‑grammi televiżivi u films. Għalhekk, fil‑fatt, il‑bidla għalija kienet iżjed diffiċli u  naħseb li t‑tibdil f’pajjiżi li beda fl‑1989 ġab miegħu ħafna żbalji, u  kien hemm spejjeż soċjali kbar. L‑adeżjoni man‑NATO u l‑UE ftit tas‑snin wara kienet importanti ħafna, imma kienet konsegwenza naturali tad‑direzzjoni li ħa l‑pajjiż fl‑1989. Is‑sħubija fl‑UE ċertament ħolqot bosta opportunitajiet ġodda u għenet lill‑Polonja tiżviluppa b’rata iżjed mgħaġġla. U dan issa nistgħu narawh f’kull rokna tal‑pajjiż. Nixtieq li lkoll nużaw opportunità bħal din biex nipparteċipaw dejjem iżjed aħjar fil‑proġett Ewropew fi ħdan il‑perspet‑tiva finanzjarja l‑ġdida.

Li nikkomunikaw l-Ewropa hija ħaġa iebsa f’dawn iż-żminijiet ta’ awsterità ekonomika u ta’ tnaqqis fil-fiduċja fil-kapaċità tal-UE li ssib it-tweġibiet adatti; x’parir tagħti lil xi ħadd li jaħdem f’dan il-qasam illum il-ġurnata?

Tagħmilx tabirruħek li s‑sitwazz‑joni hija aħjar milli verament hi. Minn dejjem ħsibt li l‑uniku mod ta’ komu‑nikazzjoni huwa li tingħad il‑verità. Jekk hemm fehmiet, deċiżjonijiet jew soluzzjonijiet diffiċli x’jitressqu, l‑aħjar huwa li jiġu ppreżentati b’mod miftuħ. Barra minn hekk, dejjem uri l‑punti dgħajfin u  oħloq ambjent għad‑diskussjoni u l‑preżentazzjoni ta’ fehmiet differenti. Ikolli ngħid li f’dawn l‑aħħar ftit snin tal‑kriżi, in‑nies sikwit ħassewhom traditi mill‑politiċi u  l‑mezzi tax‑xan‑dir, u  dan aggrava l‑atmosfera. Il‑ġurnalisti, anke f’dawn iż‑żminijiet tant diffiċli, iridu juru l‑aspetti pożittivi tal‑proġett Ewropew. Naf liema huma l‑iżbalji li saru mill‑2008 ‘l hawn. Iżda min qatt ma ħa żball? Jeħtieġ biss li nippreżentaw il‑verità.

Membri ġodda mill-Kroazja: leħen iktar b’saħħtu tas-soċjetà ċiviliIs‑sħubija tal‑Kroazja hija stadju ieħor fil‑bini ta’ Ewropa magħquda. Il‑pajjiż sar it‑28 Stat Membru tal‑Unjoni Ewropea f’Lulju u  għaldaqstant akkwista rappreżentazzjoni fl‑isti‑tuzzjonijiet kollha tal‑UE. Fil‑Kumi‑tat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

il‑membri laqgħu b’mod uffiċjali d‑disa’ kollegi ġodda mill‑Kroazja fis‑sessjoni plenarja li saret fl‑10 u l‑11 ta’ Lulju. Sindakalisti, negoz‑janti, ambjentalisti u rappreżentanti oħra tas‑soċjetà ċivili Kroata ħadu posthom fi l‑gruppi tal‑KESE

u  ħadu sehem f’dibattiti u votazzjonijiet.

Xi sondaġġi jissuġġerixxu li l‑interess tal‑Kroazja fl‑UE għadu biered, iżda dan huwa ferm ‘il bogħod mill‑verità. Il‑mezzi tax‑xandir tal‑Kroa‑zja taw kopertura dettal‑jata ta’ dan l‑aħħar tkabbir u tal‑proċess sħiħ tat‑teħid ta’

deċiżjonijiet tal‑UE, inkluż ix‑xogħol li jagħmel il‑KESE.

I l ‑preżentazz joni u f f i ċ ja l i tal‑membri Kroati l‑ġodda tal‑KESE fis‑sessjoni plenarja ta’ Lulju ġibdet mhux biss korrispondenti Kroati fi Brussell, iżda wkoll ġurnalisti bbażati f’Żagreb li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar il‑Kumitat, ir‑rwol u  l‑mem‑bri tiegħu. Bis‑saħħa ta’ kopertura sussegwenti fil‑mezzi tax‑xandir fil‑Kroazja u l‑parteċipazzjoni attiva tal‑membri l‑ġodda, il‑KESE huwa eqreb minn qatt qabel lejn il‑pubbliku Kroat. Inbena pont ġdid bejn l‑isti‑tuzzjonijiet tal‑UE u s‑soċjetà ċivili. (ail) l

INTERVISTA BEJN IL-PARI

FIL-QOSOR

Il-verżjonijiet stampati tal-KESE Info bil-Ġermaniż, Ingliż u Franċiż jistgħu jinkisbu b’xejn mis-servizz tal-Istampa tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Il-KESE Info hija disponibbli wkoll bi 23 lingwa f’verżjoni PDF mis-sit tal-internet tal-Kumitat:

URL: http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.eesc-info

Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat.

Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info titniżżel bħala s-sors u tintbagħat kopja lill-editur.

Numru ta’ kopji stampati: 12 310 kopja.

Ħarġa li jmiss: Ottubru 2013

Stampata fuq karta riċiklata 100 %

Il-KESE Info huwa disponibbli wkoll fi 23 lingwa f’verżjoni PDF mis-sit tal-internet tal-Kumitat: http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.eesc-info

Editur:Karin Füssl Tomasz Jasiński - rappreżentant tal-membri tal-KESE fil-Kumitat Editorjali (Grupp tal-Ħaddiema, PL)Maciej Bury (mb)

Kontributuri għal din l-edizzjoni huma:Alejandro Izquierdo López (ail)Angeliki Karampourouni (ak)Jane Morrice (jm)Laure Limousin (ll)Martin Schneider (ms)Milan Minchev (mm)

Koordinazzjoni ġenerali:Agata Berdys

Indirizz:Kumitat Ekonomiku u Soċjali EwropewBini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040 Brussell, il-BelġjuTel. (+32 2) 546.94.76Faks (+32 2) 546 97 64Indirizz elettroniku: [email protected]: http://www.eesc.europa.eu/Il-KESE Info tiġi ppubblikata disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE.

QE-A

A-13-007-M

T-N

Nikkomunikaw il-valur miżjud tal-EwropaGħas‑seba’ sena konsekuttiva, il‑Kumi‑tat Ekonomiku u  Soċjali Ewropew (KESE) qed jorganizza s‑seminar tas‑soċjetà ċivili dwar il‑mezzi tax‑xan‑dir għal esperti tal‑komunikazzjonijiet u għal speċjalisti nazzjonali u interna‑zzjonali tal‑mezzi tax‑xandir. Dan ser isir fil‑25 u s‑26 ta’ Novembru fis‑sede tal‑Kumitat, u l‑enfasi tiegħu ser tkun fuq modi effettivi kif nikkomunikaw il‑valur miżjud tal‑UE.

I s ‑ s e m i n a r s e r i k u n m a q ‑sum f’erba’ partijiet: il‑branding u  t‑tiswir tal‑immaġni tal‑Ewropa, i l ‑ k o m u n i k a z z j o n i t a l ‑ p r e z z tan‑non‑Ewropa, il‑midja l‑ġodda u l‑komunikazzjoni elettorali.

Fl‑ewwel parti, il‑kelliema ser jip‑pruvaw jevalwaw l‑utilità ta’ strateġiji għall‑branding korporattiv tal‑UE kif ukoll iħeġġu d‑diskussjoni bejn l‑istrateġisti korporattivi u  dawk li jsostnu li l‑Ewropa ma tistax titqabbel ma’ prodott għaliex mhix ċara u m’għandhiex l‑impatt ta’ brand kor‑porattiva. Ser ikollhom ċans jitkellmu wkoll dawk li huma tal‑fehma li l‑immaġni ta’ organizzazzjoni jew binja politika għandha tkun imsejsa fuq dak li fil‑fatt “timplimenta”.

It‑tieni parti, li ser tiffoka fuq il‑modi kif nikkomunikaw il‑prezz tan‑non‑Ewropa, ser tistħarreġ il‑benefiċċji u l‑iżvantaġġi meta nikko‑munikaw din il‑verżjoni b’kuntrast mal‑komunikazzjonijiet aktar tra‑dizzjonali li jagħmlu enfasi fuq ste‑jjer li rnexxew. Minħabba li, sa ċertu punt, il‑komunikazzjoni tal‑prezz tan‑non‑Ewropa tidher li hija dwar kif ser jingħata sens pożittiv lil dak li jid‑her li huwa messaġġ negattiv, il‑panil tad‑diskussjoni ser jeżamina l‑aħjar prattiki mill‑komunikazzjonijiet f’każ ta’ kriżi.

It‑tielet parti tas‑seminar ser teżamina l‑impatt li x‑xenarju tal‑mezzi tax‑xandir, li qed jinbidel, iħalli fuq il‑komunikazzjoni pubblika. Minkejja li dan ix‑xenarju ġdid huwa affaxxi‑nanti, għax huwa karatterizzat minn għadd kbir ta’ mezzi u  pjattaformi, u karatterizzat mill‑importanza li qed tikber tal‑ġurnaliżmu miċ‑ċittadini u mill‑ammont fenomenali ta’ konte‑nut, dan huwa wkoll ta’ sfida, mhux l‑inqas għal dawk li jikkomunikaw mal‑pubbliku. Ser jiġu diskussi diversi approċċi għal dan l‑ambjent il‑ġdid.

Minħabba li qed joqorbu l‑elezzjoni‑jiet Ewropej, li għandhom isiru f’Mejju 2014, ir‑raba’ parti tal‑konferenza ser tħares lejn l‑effikaċja ta’ diversi strateġiji ta’ komunikazzjoni elettorali li huma mmirati biex jinkoraġġixxu lin‑nies biex jivvutaw u biex jinvolvu lill‑votanti. Il‑kelliema u l‑parteċipanti ser jindirizzaw kwistjonijiet dwar l‑implimentazzjoni tal‑aħjar kampanja ta’ komunikazzjoni mal‑UE kollha, ir‑rispons għall‑preġudizzji tal‑votanti dwar l‑UE u l‑għażla tal‑messaġġi biex iħallu l‑akbar impatt.

Il‑kelliema mill‑gruppi politiċi, mill‑mezzi tax‑xandir u mill‑organizza‑zzjonijiet tas‑soċjetà ċivili ser jittrattaw dawn it‑temi u ħafna oħrajn.

D a n i s ‑ s e m i n a r q e d j i ġ i o r g a n i z z a t f ’ k o o p e r a z z j o n i mal‑Parlament Ewropew.

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok żur is‑sit tagħna: http://www.eesc.europa.eu/ jew iktbilna fuq: pres‑[email protected]. (mb) l

© Aleksandar Mijatovic

Sessjoni ta’ merħba għall-membri Kroati

DALWAQT FIL-KESE

Béatrice Ouin ser tieħu r-riedni ta’ editur f’idejha dan ix-xahar. Għandek xi suġġerimenti għaliha hija u tibda din il-kariga ġdida?

L‑ewwel nett, nibda biex ngħid li ili naf lil Béatrice bosta snin u jien kon‑vint li hija l‑persuna adatta għall‑kariga ta’ editur tal‑KESE Info. Naħseb li jeħtiġilha taħdem iżjed mill‑qrib mal‑membri tal‑KESE, u tinkludihom iżjed fil‑verżjoni finali tan‑newslet‑ter. Jeħtieġ li lkoll niftakru li l‑KESE Info tiġi tradotta bil‑lingwi nazzjo‑nali kollha, u  li mbagħad il‑verżjoni elettronika ssir disponibbli għalina lkoll fil‑ħidma tagħna ta’ kuljum fi ħdan l‑organizzazzjonijiet differenti tagħna. L‑isfida hija li jinstab bilanċ bejn l‑informazzjoni mill‑KESE nni‑fsu u mill‑UE inġenerali. Ma rridux li jkollna ġurnal li jippreżenta biss xi avvenimenti tal‑passat, iżda wieħed ukoll li jressaq ċerti kwistjonijiet ġodda għad‑diskussjoni. Béatrice, ser ikollok tim żagħżugħ eċċellenti li ċertament se jiggwidak u  jgħinek. U nixtieq inżid ftit kliem ta’ ringrazzjament tal‑aħħar lill‑ħbieb tiegħi fuq il‑bord editorjali. Mingħajrkom ma kienx ikun possibbli. Grazzi ta’ din l‑esperjenza!

Għal darb’oħra, grazzi ħafna.

© w

ellph

oto

Tomasz Jasiński, membru tal-KESE

Jane Morrice, viċi president inkarigata mill-komunikazzjoni

KESE info