12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 18 Settembru 2010 Partitarji u mijiet ta’ nies isegwu t-tlugħ tal-istatwa tas-Sagra Familja fuq il-kolonna tagħha nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju. » Aktar f’paġna 2 Proġett li qed ikompli jissawwar Hekk kif għaddiet il-festa titulari 2010, il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-membri u voluntiera komplew jaħdmu qatiegħ b’riżq il-proġett ta’ rinovazzjoni tas- sede tas-Soċjetà, li permezz tiegħu se tingħata dehra kompletament ġdida lill- każin tagħna kollu. Wara li matul ix-xhur ta’ qabel il-festa kien lest ix-xogħol ta’ livellar tal-art tal- bar area permezz tal-konkos, tlestiet store area għall-bar bil-faċilitajiet kollha, u sar it-taraġ bir-raġġ nofs tond, issa kien imiss li jinġieb il-madum tal-art li kien ordnat fil-bidu ta’ din is-sena u dan jitqiegħed f’postu. » 3 Ringrazzjament mistħoqq lil bosta Fi stqarrija maħruġa mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà ntqal li s-suċċess tal-festa ad unur San Ġużepp 2010 kien ikkaratteriz- zat minn ħidma sfieqa li saret minn bosta membri u partitarji. Il-Kumitat wera x-xewqa li jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsieb jaħdmu armar ġdid kif ukoll jarmaw u jżarmaw it-toroq, lid-dilettanti tan-nar li ħadmu u ħarqu nar tal-ajru u anke tal-art, lill-membri tal- Kummissjoni Banda u lis-Surmast Diret- tur għall-programm mużikali u l-marċijiet fit-toroq, lill-Kummissjoni Żgħażagħ u dik tan-Nisa għax-xogħol kbir li twettaq matul sena sħiħa u lil dawk kollha li taw daqqa t’id fid-diversi attivitajiet li saru fosthom min ħa ħsieb it-tisjir. Il-Kaxxier Saviour Persico, fi stqarrija sep- arata, xtaq jirringrazzja lil dawk il-bosta benefatturi li taw donazzjonijiet b’riżq il- festa biex b’hekk din qed tiġi ffinanzjata mill-ġbir u l-għotjiet li jsiru. Huwa ap- pella biex ħadd ma jonqos milli jattendi għall-attivitajiet b’riżq il-festa tas-sena d-dieħla u anki fl-iskema tad-diċina, it- temm tgħid l-istqarrija. ĠR

Gilju Rebbieh Settembru 2010

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Citation preview

Page 1: Gilju Rebbieh Settembru 2010

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 18 Settembru 2010

Partitarji u mijiet ta’ nies isegwu t-tlugħ tal-istatwa tas-Sagra Familja fuq il-kolonna tagħha nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju. » Aktar f’paġna 2

Proġett li qed ikomplijissawwarHekk kif għaddiet il-festa titulari 2010, il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-membri u voluntiera komplew jaħdmu qatiegħ b’riżq il-proġett ta’ rinovazzjoni tas-sede tas-Soċjetà, li permezz tiegħu se tingħata dehra kompletament ġdida lill-każin tagħna kollu.

Wara li matul ix-xhur ta’ qabel il-festa kien lest ix-xogħol ta’ livellar tal-art tal-bar area permezz tal-konkos, tlestiet store area għall-bar bil-faċilitajiet kollha, u sar it-taraġ bir-raġġ nofs tond, issa kien imiss li jinġieb il-madum tal-art li kien ordnat fil-bidu ta’ din is-sena u dan jitqiegħed f’postu. » 3

Ringrazzjament mistħoqq lil bostaFi stqarrija maħruġa mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà ntqal li s-suċċess tal-festa ad unur San Ġużepp 2010 kien ikkaratteriz-zat minn ħidma sfieqa li saret minn bosta membri u partitarji.

Il-Kumitat wera x-xewqa li jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsieb jaħdmu armar ġdid kif ukoll jarmaw u jżarmaw it-toroq,

lid-dilettanti tan-nar li ħadmu u ħarqu nar tal-ajru u anke tal-art, lill-membri tal-Kummissjoni Banda u lis-Surmast Diret-tur għall-programm mużikali u l-marċijiet fit-toroq, lill-Kummissjoni Żgħażagħ u dik tan-Nisa għax-xogħol kbir li twettaq matul sena sħiħa u lil dawk kollha li taw daqqa t’id fid-diversi attivitajiet li saru fosthom min ħa ħsieb it-tisjir.

Il-Kaxxier Saviour Persico, fi stqarrija sep-arata, xtaq jirringrazzja lil dawk il-bosta benefatturi li taw donazzjonijiet b’riżq il-festa biex b’hekk din qed tiġi ffinanzjata mill-ġbir u l-għotjiet li jsiru. Huwa ap-pella biex ħadd ma jonqos milli jattendi għall-attivitajiet b’riżq il-festa tas-sena d-dieħla u anki fl-iskema tad-diċina, it-temm tgħid l-istqarrija. ĠR

Page 2: Gilju Rebbieh Settembru 2010

is-sena, ktieb uniku f’Malta għax maħruġ kollu kemm hu bil-kulur.

Finalment, żgur li sodisfazzjon kbir huwa l-attendenza tal-poplu Kalkariż u tal-par-titarji matul l-attivitajiet u l-marċijiet tal-festa. Kburin li għal aktar minn ġimgħa u nofs ta’ festa l-kulur blu, l-uniku kulur Ġużeppin, iddomina fir-raħal għażiż tal-Kalkara. ĠR

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 20102 Aħbarijiet

Festa suċċess minn kull lat!» 1 Żgur li r-riżultati miksuba waqt il-festa titulari 2010 kienu dehen għal sena sħiħa ta’ ħidma bla waqfien minn diversi membri u partitarji tas-Soċjetà li minn jeddhom u b’mod volontarju jagħtu ħinhom għal dan il-għan.

Jekk nagħtu ħarsa lejn is-servizzi mużikali mill-Banda Sagra Familja nistgħu ngħidu li kollha kienu ta’ kalibru, kemm fejn jidħlu l-marċi, u wisq iktar meta nqisu l-programm mużikali fuq il-planċier. Dan kien jinkludi mużika varjata li paxxiet il-widna ta’ attendenza numeruża. Taħt id-direzzjoni mużikali tas-Surmast Direttur Ugo Buhagiar, u l-preżentazzjoni ta’ Law-rence Farrugia flimkien mall-Kummissjo-ni Banda immexxija minn Mario Attard, dan il-programm issupera kull aspettat-

tiva. Anki l-baned mistiedna, jiġifieri San Leonardu ta’ Ħal Kirkop, Sant’Elena ta’ Birkirkara u San Girgor ta’ Tas-Sliema taw servizzi mużikali eċċellenti.

Matul din il-festa ġew imżanżna diversi opri ġodda tal-armar, fosthom il-pavalju-ni kollha għal Triq is-Sibi u Triq il-Barklori, ġew sfumata l-aħħar erba’ bandalori għal Triq ir-Rnella, u ġiet imżanżna pittura tal-ħolma ta’ San Ġużepp għall-istess sett. Barra minn hekk, ġiet imżanżna liedna ġdida fi Triq is-Sienja, u l-Kummissjoni Żgħażagħ kompliet permezz tal-proġett tal-kolonna ġdida għal San Ġużepp. Din is-sena bdiet tiġi mżanżna xi skultura tal-istess kolonna fl-injam. Tkompla wkoll il-proġett tat-trufej tal-pjazza permezz ta’ sett bnadar tas-suf. Dan minbarra sett supraporti ġodda fi Triq San Ġużepp, u l-armar ta’ pavaljuni għall-ewwel darba fi Triq il-Luqqata.

L-Għaqda tan-Nar tat spettaklu uniku ta’ logħob tan-nar, komplut minn kollox. Matul il-ġimgħa nħarqu bosta settijiet ta’ murtali, u diversi kaxxi, fejn ta’ min isemmi l-kaxxa spettakolari tal-Ġimgħa li kienet miżgħuda b’kollox minn kull daqs, b’differenza ta’ ħaddieħor. L-ispettaklu tan-nar tal-art kien wieħed mill-aqwa fejn iddominaw l-irdieden kbar bl-ingranaġġi li għajr għal waħda sfortunata, daru kollha. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll il-ktieb tal-festa maħruġ mis-Soċjetà din

Skema ta’ DiċinaFi stqarrija maħruġa mill-Kumitat Ċentrali ntqal li hekk kif avżat ukoll fil-ktieb tal-fes-ta maħruġ f’Lulju, minn Settembru ta’ din is-sena se tibda skema ġdida ta’ diċina fost il-membri u l-partitarji tas-Soċjetà b’riżq il-festa 2011.

Għaldaqstant matul dan ix-xahar, membri tal-Kumitat se jkunu qegħdin iħabbtu bieb bieb sabiex jieħdu nota ta’ dawk il-persuni li jixtiequ jieħdu sehem f’din l-iskema. L-iskop tagħha huwa li kull xahar tinġabar għotja ta’ €2 għal għaxar xhur (sa Ġunju 2011).

Il-Kumitat qabel li din id-donazzjoni tis-ta’ tinġabar b’modi differenti, fosthom li

KonservazzjoniB’deċiżjoni tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà, minn dan ix-xahar se jingħata bidu għall-proġett ambizzjuż li permezz tiegħu se ssir konservazzjoni professjonali tad-doku-menti kollha tas-Soċjetà, fosthom minuti, korrispondenza, ritratti u irċevuti. Fost dawn hemm bosta dokumenti li ilhom sa mill-bidu tal-eżistenza tas-Soċjetà u llum il-ġurnata huma parti mill-istorja tal-Ka-lkara. Id-dokumenti kollha, minbarra li qed jiġu arkivjati b’mod professjonali, qed jiġu kollha skenjati u mitfugħa fuq cds sabiex tinħoloq sistema diġitali u b’hekk tonqos il-ħsara tal-elementi. Huwa l-ħsieb tal-Ku-mitat li aktar ‘il quddiem joħroġ ktieb bl-istorja kollha tas-Soċjetà. ĠR

tinġabar darba f’salt (€20) jew inkella kull xahrejn. Kull min huwa interessat li jidħol parti minn din l-iskema l-ġdida b’riżq il-fes-ta jista’ javviċina lill-Assistent Kaxxier Paul Persico, jew jibgħat email fuq [email protected] ĠR

AvviżIl-Kumitat jixtieq javża li n-numru tat-telefon tas-sede tas-Soċjetà inbidel. Għaldaqstant, minflok in-numru l-antik 21809928, in-numru tat-telefon il-ġdid huwa 27352789. Il-mezzi l-oħra kollha tal-komunikazzjoni baqgħu l-istess. Grazzi ħafna talli tieħdu nota. ĠR

L-ewwel pittura minn sett ta’ tmienja imżanżna fil-proġett ta’ bandalori

għal Triq ir-Rnella. Din turi l-ħolma ta’ San Ġużepp u ġiet impittra mill-pittur

żgħażugħ Għawdxi Manuel Farrugia.

Il-Banda Sagra Familja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Ugo Buhagiar waqt il-pro-gramm mużikali fuq il-planċier “Ġawhra Ġużeppina” nhar it-Tlieta 13 ta’ Lulju.

Page 3: Gilju Rebbieh Settembru 2010

Il-Proġett tas-sede tas-SoċjetàILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2010 Aħbarijiet 3

» 1 Għaldaqstant, fil-bidu tax-xahar t’Awwissu, il-membru Mario Zammit beda jqiegħed dan il-madum, proċess li ħa madwar tliet ġimgħat. Jgħinuh konna nsibu lil Noel Mallan, Joseph Camenzuli u Joseph Persico fost l-oħrajn. Paul Per-sico min-naħa l-oħra ħa ħsieb li jinġiebu xi sponsors oħra, u li jinxtara xi materjal li kien hemm bżonn. L-ispiża ta’ dan il-ma-dum ġiet irregalata mill-President Ono-rarju l-Kav. Anthony Ventura. Il-Kumitat Ċentrali, fi stqarrija, xtaq jirringrazzja lil kull min ta sehmu f’dan il-proċess, sabiex issa ftit ftit il-bar area tal-każin tieħu de-hra differenti.

Sakemm morna għall-istampar ta’ din il-gazzetta, Joseph Persico jinsab jagħmel xogħol ta’ pajpijiet tal-ilma u drenaġġ fiż-żewġ toilets tal-bar area filwaqt li Joseph Camenzuli ħa ħsieb li jinqala’ l-madum preċedenti minn mal-ħajt. Dan sabiex fi ftit jiem oħra jibda’ jitqiegħed

il-madum tal-art u tal-ħajt li għadu kif inġieb ftit jiem ilu grazzi għal benefattur ieħor. Kif ikunu lesti t-toilets, mistennija tingħata bidu l-bitħa li se jkollha madum stil parque u dawl dekorattiv modern. Ix-xogħlijiet preparatorji fuq dan diġà ġew mibdija. L-istess jista’ jingħad għall-maħżen żgħir li se jintuża bħala store. Id-Darts Team ħa ħsieb ukoll li jżanżan locker apposta li jingħalaq fejn tintrefa’ d-darts. Inizjattiva imfaħħra ferm!

Bħalissa d-disinjatur Mario Cassar flim-kien ma’ Mario Vassallo jinsabu qed jagħmlu disinn għall-bar counter sabiex dan jiġi approvat mill-Kumitat u muri lill-membri għal suġġerimenti. Fl-istess ħin qed isiru diskussjonijiet ma’ espert fl-irħam dwar l-irħam li se jitqiegħed fit-taraġ bir-raġġ nofs tond li jagħti għall-ewwel sular. Dwar dan inkunu nistgħu ninfurmawkom fil-ħarġa li jmiss ta’ din il-gazzetta. ĠR

Il-membru Mario Zammit jidher qed iqiegħed il-madum tal-art fil-bar area

tas-sede tas-Soċjetà.

Page 4: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 20104 Editorjal

Għaliex neżistu?L-editorjal ta’ din il-ħarġa m’għandux x’jaqsam ma’ xi artiklu psikoloġiku dwar il-ħajja. Għandu x’jaqsam dwar l-eżistenza tas-Soċjetà tagħna fil-ġurnata tal-lum.

Naħseb li kull tant żmien wieħed għandu jħares lejn il-ħajja tas-Soċjetà tagħna, u jevalwa u janalizza l-operat tagħha fil-ħajja mgħaġġla tal-lum. Kemm għadha valida l-ħidma tas-Soċjetà fiż-żminijiet tal-lum? X’għandu jkun ir-rwol kurrenti? Għandna nagħtu lok sabiex isiru bidliet f’affarijiet li jistgħu jitqiesu bħala s-sisien tas-Soċjetà?

Is-Soċjetà tagħna twaqqfet fl-1897, prat-tikament 113-il sena ilu. Dejjem kienet isservi bħala għaqda ta’ rikreazzjoni għall-membri, kemm permezz ta’ sede fejn jiltaqgħu, kif ukoll permezz tal-or-ganizzazzjoni tal-festa (armar u nar), tal-banda u ta’ logħob u sports fost l-oħrajn. Kienet ukoll isservi bħala punt ta’ referenza, fejn is-soċji ma jħossuhomx qasba tixxejjer mar-riħ, iżda parti minn grupp ta’ nies b’għan komuni. Kollha kburin fl-istess ħin li huma wild tal-istess raħal li għad illi żgħir fi ftit żmien irnexx-ielu jinbena b’sisien mill-aktar sodi.

U llum? Għad hemm bżonn ta’ dawn l-istess skopijiet? Għad hemm lok li persu-ni jingħaqdu flimkien biex jilħqu xi għan partikolari? Jew wasal iż-żmien li forsi jinbidlu dawn l-għanijiet?

Forsi għaliex jien bniedem tradizzjonali u li nisħaq li l-valuri tal-bieraħ għandhom ikunu l-valuri tal-lum, nemmen li s-Soċjetà tagħna għandha tibqa’ bl-istess għanijiet, iżda forsi taġġorna l-mod ta’ kif dawn jissarfu fil-prattika.

Il-bżonn li l-bniedem iħossu parti minn grupp huwa ferm importanti. “L-ebda bniedem m’hu gżira” jgħid il-qawl Ingliż. U fuq dan il-punt, is-Soċjetà aġġornat ruħha b’diversi modi fis-snin li għaddew: id-dħul tan-nisa u ż-żgħażagħ mem-bri fis-Soċjetà, il-ktieb tal-festa u dan il-ġurnal, il-website u llum il-ġurnata l-paġna fuq Facebook fost l-oħrajn, kollha huma mertu tat-tibdil fil-mentalità u fil-mezzi tal-komunikazzjoni. Anki l-proġett maġġuri li qed isir bħalissa, dak ta’ rino-vazzjoni tas-sede tas-Soċjetà, nistgħu ngħidu li qiegħed isir propju minħabba dan l-aspett ta’ aġġornament għaż-żmien tal-lum.

Iżda l-imħabba lejn is-Soċjetà, lejn il-fatt li nagħmlu parti minn “familja” akbar minn dik attwali tagħna, lejn il-festa u lejn l-arti hekk kif espressa permezz tal-aspett mużikali, pirotekniku u dak tal-armar, ċertament għadha tberren bħal fjamma qalbiena, hekk kif tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Kull min ikun parti mid-direzzjoni tas-Soċjetà għandu d-dmir li jwassal l-għanijiet dejjiema tagħha mhux biss mall-membri attwali, iżda ma’ dawk prospettivi b’mod speċjali fis-snin li ġejjin. Huwa d-dmir tagħna li nkomplu nsaħħu din il-vuċi, iżda huwa dmir akbar li dan nagħmluh b’mod iżjed attwali u li jappella għall-ġenerazzjoni preżenti u futuri.

Illum aktar minn qatt qabel, is-Soċjetà tagħna għad għandha rwol kbir x’taqdi b’riżq ir-raħal u l-poplu tagħna. F’dinja materjalista, fejn il-bniedem waħdu sar iżjed importanti mill-għaqda kollettiva, iż-żgħażagħ b’mod speċjali għandhom isibu post fejn jiġu milqugħa b’idejn miftuħa u apprezzati għal dak li huma kapaċi jagħmlu. ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew CiliaFesta Magħquda.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan BrincatBrady BugejaAndrew Cilia

Patri Deo DebonoRyan Fava

Kathleen GrimaDaniel Seguna

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Page 5: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2010 Storja 5

Is-St. Joseph Club Saving MoneyMatul is-snin għoxrin, is-Soċjetà bdiet tkabbar il-festa titulari tant li għal xi żmien bdiet tieħu ħsieb torganizza l-festa esterna kollha waħidha. Dan kien ifisser impenn akbar b’mod speċjali fejn jirrigwardja l-ġbir tal-flus.

Fl-1 t’Ottubru 1928, fuq ideja tal-membri tal-Kumitat Antonio Cauchi (Segretarju), Antonio Barbara u Carmelo Zammit (it-tnejn membri), twaqqaf is-St. Joseph Club Saving Money, fergħa ġdida fi ħdan is-Soċjetà. Bħala Kumitat proviżorju ġew maħtura l-istess promoturi, fejn Antonio Barbara ġie maħtur President, Carmelo Zammit bħala Teżorier u Antonio Cauchi bħala Kaxxier. Dawn il-promoturi kell-hom l-inkarigu li jifformulaw sett ta’ re-golament ta’ din il-fergħa l-ġdida.

L-iskop tas-St. Joseph Club Saving Money kien li tħeġġeġ il-membri sabiex ifaddlu xi ftit tal-flus fil-ġimgħa, dawn il-flus jiġu depożitati l-bank, u l-interessi fuqhom imorru fuq is-Soċjetà. Ċertament ideja ġdida għal dak iż-żmien, meta wieħed iqis kemm il-banek kienu għadhom re-moti mill-użu tal-popolin.

L-ewwel Seduta Ġenerali saret nhar it-28 ta’ Novembru 1928 fit-8pm ġewwa s-sede tas-Soċjetà f’1, Triq is-Salvatur, u matulha ġie maħtur dan il-Kumitat: An-gelo Vella President, George Caruana Segretarju, Carmelo Zammit Teżorier, Antonio Cauchi Kaxxier, Carmelo Fava Assistent Kaxxier u Antonio Barbara Awditur. Il-Kumitat proviżorju flimkien mas-soċji kontribwenti approvaw l-eww-el abbozz ta’ regolament li kienu kif ġej:

1. Il-kontribwenti jistgħu jqegħdu il-flus tagħhom fi kwalunkwe ġurnata, kif ukoll jiżbankaw kull meta jridu.

2. Il-President għandu jippresiedi s-seduta kollha u jara li s-Soċjetà hix miex-ja skont ir-regolamenti.

3. Il-President għandu jiffirma s-seduta kollha u kull żbank, meħud b’deċiżjoni f’seduta tal-Kumitat.

4. Is-Segretarju għandu jirreġistra s-

Teżorier u fejn jista’ jara xi kotba tal-kon-tribwenti u jara li r-reġistri jaqblux ma’ tal-bank;b. Kull tliet xhur għandu jiġbor il-kon-tribwenti kollha biex jagħmel reviżjoni ġenerali.

10. Kull meta tintela’ faċċata ta’ kull ktieb u reġistru, wara li l-Kaxxier ilesti t-total komplut bl-iżbank, għandu jekk ikun sewwa jiffirma ismu u kunjomu.

11. Kull żbank isir permezz tat-Teżorier akkumpanjat bid-dikjarazzjoni tal-Presi-dent u s-Segretarju.

12. Il-bank preferut tas-Soċjetà hu The Malta Saving Bank.

Mill-ktieb tal-minuti tal-istess fergħa, jid-her ċar li l-parteċipazzjoni kienet waħda tajba tant li fit-tieni laqgħa nhar il-5 ta’ Diċembru 1928, is-somma miġbura kienet diġà laħqet ₤12.15s.0d., somma konsiderevoli meta tqis il-faqar li kien

hawn fil-pajjiż matul dawk iż-żminijiet. Ġara iżda li fis-Seduta Ġenerali li saret il-Ħadd 24 ta’ Jannar 1937 fl-10am, saret riforma ta’ din il-fergħa, fejn inbidel l-isem u dan sar “Penny Bank”, filwaqt li kienu qed jitħallew jipparteċipaw biss soċji tas-Soċjetà.

Fl-istess seduta ġiet approvata skema oħra għat-tfal taħt it-tmintax-il sena, bl-iskop li “l-ulied tas-soċji jikbru bi prinċipju għaqli għall-futur tagħhom.” Setgħu jidħlu f’din il-fergħa t-tfal, l-aħwa u n-neputijiet tas-soċji.

Ninnutaw ukoll li daħlu regolamenti li jsaħħu l-qawwa tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà fuq din il-fergħa, filwaqt li kull min jitlef il-ktieb tal-kontribwenti kien se jiġi mmultat. Din ir-riforma saret taħt Kumitat proviżorju ieħor magħmul minn Antonio Barbara, Carmelo Fava u Anto-nio Cauchi. Il-Penny Bank kellu jibda’ jiġi mmexxi minn Sotto-Kumitat magħmul minn tliet membri. ĠR

Duncan Brincat

L-ewwel paġna tal-ktieb tal-minuti tal-fergħa“St. Joseph Club Saving Money”.

Fiha jidhru wkoll l-ewwel regolamenti.

seduti kollha u kull depożitu u żbank.

5. Il-Kaxxier għandu jirċievi l-flus mingħand il-kontribwenti u jirreġistrahom fir-reġistru tas-Soċjetà kif ukoll fuq kull ktieb ta’ kull kontribwent.

6. Il-Kaxxier f’kull seduta għandu jiddikjara kemm flus ta lit-Teżorier, kif ukoll għandu jiddikjara kemm u meta jkollu bżonn tal-iżbank.

7. It-Teżorier huwa dak il-per-suna li għandha tiddepożita kif ukoll tiżbanka l-flus mill-bank tas-Soċjetà.

8. It-Teżorier għandu jirċievi irċevuta mingħand il-Kaxxier għal kull żbank li jtieh.

9. L-Awditur għandu dawn l-obbligi:a. Jagħmel reviżjoni kull dar-ba fil-ġimgħa billi jivverifika r-reġistri tal-Kaxxier ma’ tat-

Page 6: Gilju Rebbieh Settembru 2010

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

Richard StraussILĠILJUREBBIEĦ Settembru 20106 Mużika

Ryan FavaRichard George Strauss twieled fil-11 ta’ Ġunju 1864 fi Munich. Fit-tfulija tiegħu rċieva l-edukazzjoni mużikali tiegħu mingħand missieru Franz Strauss. Meta kellu erba’ snin kien ġa jieħu lezzjonijiet tal-pjanu. Beda jikteb il-mużika minn età żgħira ta’ sitt snin u baqa’ jikteb sakemm miet.

Fl-1882 Richard daħal fl-università ta’ Munich fejn studja l-Filosofija u l-Istorja tal-Arti, iżda mhux il-mużika. Sena wara telaq u mar Berlin fejn studja u ħa l-ka-riga ta’ Assistent Direttur tal-orkestra ta’ Hans von Bülow. Bülow kellu stima kbira lejn Strauss u għalhekk għamlu s-suċċessur tiegħu fil-Meiningen Orches-tra meta Bülow irreżenja fl-1885. Strauss kellu 21 sena.

Richard Strauss huwa magħruf l-ak-tar għall-poeżiji simfoniċi u għall-opri. Huwa kiteb ukoll ħafna lieder, kanzu-netti popolari Ġermaniżi, mużika għall-pjanu, xogħlijiet korali u chamber music. Strauss ma kitibx simfoniji għall-orkestra, imma kiteb tone-poems (isem li vvinta hu stess). L-iktar tone poem popolari hija ‘Sprach Zarathustra’ li tinstema’ fil-bidu tal-film ‘A Space Odyssey” tal-2001.

Richard Strauss iżżewweġ lis-soprana

Pauline de Ahna fl-10 ta’ Settembru 1894. Mill-bidu tax-xogħlijiet tiegħu sal-aħħar xogħol ‘Four Last Songs’ tal-1948 kiteb ħafna opri fejn tispikka l-vuċi tas-soprani. Għall-aħħar tas-seklu 19 Strauss ta attenzjoni kbira lill-opra. L-ewwel żewġ xogħlijiet tiegħu kienu ‘Guntram’ fl-1894 u ‘Feuersnot’ fl-1901. Dawn ma kienux ta’ suċċess kbir. Imma fl-1905 meta ik-kompona ‘Salome’ kienet ta’ suċċess kbir u baqa’ jagħmel suċċess wieħed wara l-ieħor. Fost l-opri ta’ suċċess insibu

Elektra, Ariadne auf Naxos, Don Juan, Arabella, Don Quixote, Daphne, Capric-cio u oħrajn.

Richard Strauss miet fit-8 ta’ Settem-bru 1949 fl-età ta’ 85 sena. Għalkemm ġa għaddew 50 sena mill-mewt tiegħu, ix-xogħlijiet mużikali jibqgħu popolari u Strauss jibqa’ ħaj permezz tal-mużika. Ri-chard Strauss huwa meqjus bħala l-aqwa kompożitur tal-mużika klassika tas-seklu 20. ĠR

Richard George Strauss.

Page 7: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2010 Josefoloġija 7

Fl-istħarriġ tal-figura tal-paternità fuq l-art ta’ San Ġużepp, ma setgħet qatt ton-qos li din tkun imwaħħda mal-paternità spiritwali, li, meta mifhuma, tħaddan, taġġorna u tagħti kenn lill-biċċiet tal-mużajk tas-salvazzjoni f’kull iben li jsir bniedem.

Il-baħar mimli ħut tal-ħniena, ifassal f’San Ġużepp il-figura grandjuża li jkun jaf jistenna l-ħin tas-sajda, li jkun jaf juża mhux biss ix-xbiek, iżda anki l-qawwa bżonjuża li dawn jinġibdu lejn id-dagħjsa b’virtù ta’ viġilanza personali u profess-jonali li tagħmel ġid lix-xogħol kollu.

San Ġużepp huwa l-vuċi partikulari tal-kapitlu sħiħ tal-istorja tas-salvazzjoni li jsejjah il-mertu li titħasseb u titħawwad fil-ġurnata ta’ kuljum, iżda bil-ħarsa dejjem fissa lejn Alla. Mertu li mhux b’kumbinazzjoni, isawwar ruħ il-bniedem bil-pjan tal-Mulej.

Il-figura venerabbli ta’ San Ġużepp hija aktar b’saħħitha, bħala statura, mill-quċċata tal-immortalità tar-ruħ li kienet imħaddma minn Kristu.

Il-qdusija tal-bniedem Ġużeppi hija mdawra minn skiet profond li l-għerf tiegħu kien jimmedita, bl-istagħġib prop-ju li l-bniedem sempliċi diffiċli li jagħmel tiegħu l-ħażen u d-dnub fid-dinja.

L-eżordju tal-fidi safja min-naħa l-oħra ma jġibx fix-xejn il-gravità tad-dnub, għaliex dan huwa toqol li, maqgħud mal-għajnuna ta’ Kristu, irid isir toqol fuq is-salib ta’ kull bniedem.

Il-bniedem li huwa mistur, u l-posittività fl-għaġir ta’ San Ġużepp, huma sisien sodi fl-ispiritwalità. Sal-lum il-ġurnata, u qatt iżjed daqs illum, hija meqjusa bħala kontradizzjoni għall-bumbardament tal-imħuħ u tal-qlub fit-tentattiv li r-ruħ tiġi materjalizzata, u b’hekk issir mezz ta’ konsum.

Din il-persistenza fin-nuqqas ta’ ħila tal-qlub, twassal biex il-bniedem jaqa’, u b’hekk iwassal biex il-moħħ u l-ħsieb ikunu bla ħila mentri dawn għandhom ikun mimlijin dawl biex jixgħelu l-ġnus.

Is-sempliċità ta’ San Ġużepp twassal biex iġġib fid-deher in-nuqqas fil-ħsieb uman. In-nuqqas ta’ tagħrif dwar dak li mhux magħruf iħarrab ir-ruħ minn stat inattiv tal-ħsieb, jirrimarka fil-figura ta’ San Ġużepp ir-realtà f’ħidma kostanti, immarkata b’għejja li tifleġ lil kull bnie-dem: l-imħabba f’Ġesù Kristu fit-tfulija tal-qalb uman, imwieled mill-ġdid biex isir dawl, triq, verità u ħajja lil kulħadd, u għal kulħadd.

X’jiswa’ li jsiru konġuri jew ħsarat, jekk f’San Ġużepp u f’dawk li jimitawh, qed tkompli, min-naħa tal-Mulej, il-protez-zjoni tal-opri tiegħu l-aktar importanti bħal ma hi l-Knisja, mhux ta’ b’xejn dik-

jarata invinċibbli minn Kristu stess?

Fl-immortalità tar-ruħ, il-qaddisin ikom-plu jaħdmu mal-bnedmin skont il-pjan divin, u għaldaqstant mhux faċli li d-di-mensjoni atwalissima u perfetta ta’ San Ġużepp tiġi relegata bħala biss ħsieb tal-passat. Dan iwassal biex ħafna qlub ikoll-hom jisktu għaliex ir-rieda t’Alla ssir anki taħt kwalunkwe ġest, ħsieb u kelma.

L-eżistenza ċerta tas-sovranità tal-ispirtu tqawwi l-qdusija ta’ San Ġużepp bħal qlugħ fuq l-arblu l-kbir tax-xini li jwas-sal għas-salvazzjoni. Eżempju metaforiku li jappella għal eżempji oħra possibbli u indispensabbli fil-kors tal-istorja, sabiex ikun hawn qawmien ġdid u fundamentali tal-valuri li, flimkien, joffru bħala l-ikbar eżempju għad-dinja lil San Ġużepp.

Kuraġġ u ħila biex taffronta kull sit-wazzjoni problematika jew ta’ diffikulta, juruna f’San Ġużepp ir-raġel dinamiku, lest għall-ħidma u l-azzjoni, ankrat fit-tradizzjoni iżda dispost sabiex jimxi t-triq imsejħa minn Alla, mingħajr ma jagħti kas ta’ diffikultajiet jew perikli.

L-azzjoni ta’ grazzja mgħotija minn San Ġużepp lill-umanità hija fundament spir-itwali fejn tista’ titqiegħed, bħall-pedes-tall, il-konkretezza u t-telqa totali lejn ir-rieda li t’Alla li poġġa fil-qalb ta’ kull bniedem. San Ġużepp għalhekk jidher mhux biss bħala l-personaġġ mutu tal-presepju, imma bħala s-sies tal-għerf li d-dawl ta’ Kristu jitfa’ fil-qalb li tħobb is-skiet. ĠR

Duncan Brincat

San Ġużepp bħala missier dedikat jaqfel iż-żarbun ta’ ibnu Ġesù.

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “A Manual of Practi-cal Devotion to St. Joseph” miktub mill-Ġiżwita Dun Patrignani.

Dan il-ktieb miktub

fis-sena 1709 għandu messaġġ ewlieni, dak ta’ li kull nisrani għandu “jmur għand Ġużeppi”. Jagħtina ħjiel dwar id-devoz-zjoni lejh u jurina kif dan ir-raġel magħżul minn Alla jirrapreżenta l-idejal tal-mis-sirijiet kollha fis-Sagra Familja.

Il-ktieb jinkludi wkoll talb u innijiet lil San Ġużepp. Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwista kopja. (352 paġni; PB. No. 0088, ISBN 9780895551757). ĠR

San Ġużepp: is-sies tal-għerf

Page 8: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 20108 Spiritwalità

Ħarsa lejn il-Qaddis ĠużeppiĦafna drabi meta nħarsu lejn San Ġużepp, nitkellmu dwaru bħala il-Patrun tal-Knis-ja Universali. Dan kien titlu mogħti lil San Ġużepp snin ilu u li aħna fil-Parroċċa tagħna nħaddnu bħala it-titlu ta’ dan il-missier tant għażiż għalina.

Il-Parroċċa tal-Kalkara mhix sempliċiment iddedikata lil San Ġużepp iżda lil San Ġużepp bħala il-Patrun tal-Knisja Univer-sali. Aħna għandna d-dmir li meta nersqu għand Ġużeppi nitolbuh iħares lill-Knisja kollha u bil-kelma ‘knisja’ ovvjament ma nfissrux għall-bini iżda għall-poplu ta’ Alla li jifforma l-Knisja li waqqaf Kristu fuq l-art. Dan jidher ċar fil-vara titulari tagħna fejn San Ġużepp iħaddan il-Va-tikan li huwa s-simbolu tal-Knisja Univer-sali iżda mhux daqshekk ċar fil-kwadru titulari li aħna għandna fil-Knisja Par-rokkjali tagħna.

Iltqajt ma’ uħud li ma fehmux sew x’jirrapreżenta l-kwadru titulari tagħna. Fil-kwadru titulari tagħna jidher fl-għoli San Ġużepp, raffigurat bħala raġel b’xagħar twil u bid-daqna, bħalma hu wkoll raffigurat fil-vara iżda mhux kbir ħafna fl-età. Liebes ilbies sabiħ jidher jippreżenta lil ibnu Ġesù bħala is-sal-vatur tal-ħolqien. Maġenbu, ibnu Ġesù, rappreżentat bħala tfajjel ta’ madwar għaxar snin, sabiħ, bil-bastun iwarrad f’idu, fuq sħaba għolja, mgħannaq minn Ġużeppi u b’idejh mgħollija jbierek lid-devoti ta’ missieru.

Hemm bosta ħsibijiet fuq l-immaġni ta’ San Ġużepp, tant li jekk tibda, żgur li ma tieqafx. Il-pużizzjoni, l-ilbies, il-kulur ta’ l-ilbies, id-differenzi rqaq li hemm bejn Ġużeppi u Ġesù biex l-artist joħroġ l-idea li Ġużeppi kien il-missier putattiv ta’ Ġesù u mhux dak naturali. Is-sħab ta’ madwar dawn iż-żewġ figuri ukoll jista’ jkun fihom diversi ħsibijiet. Jistgħu jkunu sempliċiment anġli, jistgħu jkunu l-erwieħ li jitolbu lil San Ġużepp jidħol għalihom fl-aħħar mumenti ta’ ħajjithom, jistgħu jkunu l-profeti li fi kliemhom ħabbru t-twelid ta’ Ġesù min-nisel ta’ David li min-nu ġej Ġużeppi.

Taħthom jidhru żewġ figuri oħra, raġel bl-imfietaħ f’idejh li jirrapreżenta lil San Pi-

etru, il-blata li fuqha Kristu bena l-knisja, filwaqt li l-figura l-oħra hi ta’ mara liebsa l-abjad u f’idejha hemm salib u kalċi, is-simboli tal-fidi tagħna. Dawn it-tnejn li huma allura San Pietru u l-Fidi, jinsabu ġo dagħjsa (karatteristika tar-raħal pit-toresk tagħna) f’baħar imqalleb. Dan kollu jirrapreżenta x-xena ta’ Ġużeppi li għandu s-setgħa jitlob lil Alla biex iħares lill-Knisja li tkun għaddejja mill-maltemp tal-ħajja.

Il-knisja hija ħajja u allura dejjem issib xi naqra baħar imqalleb iżda Ġużeppi huwa dejjem lest jidħol għalina lkoll. Dan il-kwadru, kapolavur ta’ Ġużeppi Calì, ilu magħna l-Kalkariżi għal 112-il sena. Il-messaġġ tiegħu huwa wieħed sempliċi iżda l-mod kif pittru huwa wieħed ta’ artistrija liema bħala għax fih tista’ ssib ħafna iktar messaġġi teoloġiċi.

Dan huwa li jistħoqqlu qaddis tant kbir, raġel li fis-silenzju tiegħu jiżboq kull virtù, kull konsagrazzjoni ta’ ħajja, kull martirju, kull ħajja nisranija għax huwa fis-skiet tiegħu wassal lil Kristu fit-truf kollha ta’ l-art. Marija kienet essenzjali

biex l-iben t’Alla jiġi fostna iżda dejjem żommu quddiem għajnejkom li Ġużeppi kien il-mutur wara dan kollu. Permezz ta’ Ġużeppi, Marija setgħet twassal is-Sal-vatur fostna.

Kien Ġużeppi li kabbar lil Ġesù u ħares lil Marija. Kif jista’ jkun li Alla ma jpattilux għal pjaċir tant kbir? U Ġużeppi kien tant bniedem qaddis li ma ried l-ebda ħlas ħlief li ibnu Ġesù jirnexxielu jaqdi l-pjan li kellu u l-kelma tiegħu tkun imħarsa biex fil-waqt tagħha tkun tista’ tifqa l-widnejn torox ta’ tant nies, tiftaħ għajnejn ta’ tant nies oħra u jmexxihom lejn is-salvazzjoni li hu biss seta’ jagħtina.

Iva lil Ġużeppi, bħal Marija għandna nir-ringrazzjawh għax permezz tiegħu ukoll waslitilna s-salvazzjoni.

Ġużeppi ħares dejjem lejna wliedek li aħna tant grati lejk u kompli xerred fuqna l-barkiet mis-sema. ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Jekk il-qamar ta’ Settembru jimla bix-Xlokk, jagħmel ix-Xlokk seba’ xhur fis-sena.

Dan il-qawl huwa wieħed meteoroloġiku u jfisser li jekk f’Settembru l-qamar ikun sħiħ u jimla, u fl-istess waqt ikun riħ mix-Xlokk, ir-riħ jibqa’ xlokk għas-seba’ xhur ta’ wara tal-qamar. ĠR

Il-kwadru titulari ġewwa l-Kalkaraimpitter minn Ġużeppi Calì fl-1898.

Dettall mill-kwadru titulari.

Page 9: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2010 Soċjetà 9

L-Intervista: Joseph CamenzuliF’din il-ħarġa ħsibna sabiex nintervistaw lis-Sur Joseph Camenzuli, li għal dawn l-aħħar snin qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Viċi President tas-Soċjetà, għalkemm ilu jservi fil-Kumitat sa mis-sena 1976, fejn beda bħala Assistent Kaxxier.

M: Min hu Joseph Camenzuli?

T: Għandi 67 sena u membru fil-Kumi-tat taċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara u nokkupa l-kariga ta’ Viċi President. Twelidt kif ukoll ġejt mgħammmed ġewwa Wied il-Għajn. Għaldaqstant tfuliti u żgħożiti qattajthom ngħix iż-Żejtun minħabba li l-familja tiegħi kienu marru jogħqodu hemm. Imbagħad iżżewwiġt lil Jane Camenzuli, dak iż-żmien Spiteri, mill-Kalkara u ġejna nogħqodu l-Kalkara u llum inqis lili nnifsi bħala Kalkariż għax ilni l-Kalkara kważi 48 sena. Il-passatemp prinċipali tiegħi huwa l-mudelli tal-knejjes u l-vari. Infatti jiena flimkien man-neputi Andrew Cilia ntellgħu il-‘Consummatum Est’ ġewwa d-dar tiegħi. Din hija wirja ta’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira u affarijiet oħra relatati ma żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.

M: Kemm ilek midħla ta’ dan il-każin?

T: Ilni midħla ta’ dan il-każin daqs kemm ilni midħla tal-Kalkara. Peress li jiena dil-ettant tal-festi malli ġejt il-Kalkara u kont naf li dan ħa jkun ir-raħal li fih ħa nibda ngħix, mal-ewwel ridt insir midħla ta’ xi każin u peress li inħobb is-serjetà u l-kwalità l-għażla tiegħi kienet Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja.

M: X’inhu l-iskop personali tal-kariga tiegħek, dik ta’ Viċi President f ’Soċjetà bħal din?

Jiena bħala Viċi President nara li nat-tendi l-laqgħat kollha kemm jista’ jkun li jsiru tal-Kumitat Ċentrali. Ovvjament meta l-President tas-Soċjetà minħabba xi raġuni jew oħra jkun assenti minn xi laqgħa jew għal xi stedina nkun jien li nirrappreżenta lis-Soċjetà floku. Jien ma nogħqodx inħares lejn il-kariga biss, f’każin bħal dan ma tistax tagħmel hekk, u fil-fatt xogħol volontarju nagħmel ukoll. Speċjalment bħalissa fir-rikostruz-

zjoni tas-sede tas-Soċjetà tagħna. Infatti tajt l-għajnuna tiegħi fit-tqegħid tal-ma-dum u anki bħalissa fix-xogħol li hemm għaddej fuq it-toilets fl-istess każin.

M: Int midħla ukoll tal-Kummissjoni Banda, x’tikkummenta fuq il-Banda fis-Soċjetà?

T: Il-Banda hija l-qofol ta din is-Soċjetà. Mingħajr banda jkollok apsett importanti nieqes fil-festa għalhekk il-Kummissjoni Banda taħdem bis-sħiħ f’isem il-banda. Bħala membru tal-Kummissjoni Banda jiena nieħu ħsieb nirranġa għat-trasport tal-bandisti meta jkollna servizz barra r-raħal li m’humiex wieħed jew tnejn, ngħin ukoll fit-tqassim kif ukoll fil-ġbir tal-uniformi tal-banda u l-libretti. Ovvja-ment imbagħad ngħin kemm jista’ jkun lid-Delegat tal-Banda u l-Arkivista fix-xogħol tagħhom.

M: X’avvenimenti ma tinsa qatt mill-festa u l-każin fil-passat?

T: Is-Soċjetà tagħna mimlija avvenimenti li ma tista’ tinsa qatt. Naturalment l-is-pazju għal din l-intervista hu dak li hu u ma tistax issemmi kollox għalhekk ħa nagħżel żewġ avvenimenti fost ħafna li ma ninsiex. Nibda billi nsemmi l-ewwel anniversarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ

u il-kxif tal-plakka kommemorattiva ġewwa l-Każin. Dan l-avveniment nibqa’ niftakru għax bħala anzjan meta nħares lejn dawn iż-żgħażagħ nara l-futur tas-Soċjetà tagħna. Ovvjament avveniment akbar u li żgur ma ninsa qatt huma il-Fes-ti Ċentinarji li ġew iċċelebrati mis-Soċjetà fis-sena 1997 u fost dawn il-festi ma ni-stax ninsa l-jum tal-marċ tal-Ġimgħa fejn tliet baned differenti daqqew flimkien l-innu marċ ‘La Sacra Famiglia’ ta’ Mro. Lorenzo Gonzi. Għadni nisma l-ħoss qawwi tal-banda jidwi fix-xatt tal-Kalkara bis-Sagra Familja fin-nofs. Kważi kważi nħares lura lejn dan il-jum u nemozzjona ruħi.

M: X’taħseb fuq din ir-rivista?

T: Rivista tajba ħafna ppubblikata mill-każin u fiha ħafna informazzjoni u tagħlim interessanti. Nawgura li bħal ma bdejna din ir-rivista, inkompluha għax b’hekk inżommu l-partitarji infurmati b’dak kollu li qed jiġri fis-Soċjetà. Prosit minn hawn lill-Bord Editorjali.

M: Għaddi messaġġ lill-qarrejja.

T: Nawgura li l-qarrejja ta’ din ir-rivista jagħtu kasha u apparti minn hekk jagħtu każ dak kollu li qed nagħmlu ġewwa l-każin u meta jiġu msejjħa l-partitarji kemm għall-għajnuna finanzjarja kif ukoll dik manwali dawn iwieġbu numerużi għall-din is-sejħa. Għeżież qarrejja ħarsu lejn il-paġna bl-attivitajiet u qisu li tattendu fejn tistgħu għax il-preżenza tagħkom tkun il-kuraġġ tagħna. Grazzi ukoll lill-Bord Editorjali tal-ispazju li tani fuq din ir-rivista. ĠR

Andrew Cilia

Joseph Camenzuli, Viċi President, waqt xogħol fuq il-bibien tas-sede tas-Soċjetà fis-sena 2003, wieħed minn bosta xogħlijiet li għamel matul iż-żmien fil-każin.

Page 10: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 201010 Tfal

Min kien San Ġużepp?Illum għeżież tfal nixtieq nagħtikom ftit tagħrif dwar min kien San Ġużepp skont l-Evanġelji.

San Mattew u San Luqa t-tnejn jiktbu fuq San Ġużepp. San Mattew jgħid li missier San Ġużepp kien jismu Ġakobb, imma San Luqa jgħid li dan kien jismu Eli.

Mattew u Luqa huma l-unika evanġelisti li jiktbu fuq il-ħajja ta’ Ġesù meta kien għadu żgħir jew tifel.

Skont Mattew, San Ġużepp kien jgħix f’Betlehem, pajjiż David, fejn twieled

Ġesù u kien mar Nażaret mall-familja.

Skont Luqa, San Ġużepp kien jgħix Nażaret, u kien ivjaġġa lejn Betlehem minħabba ċ-ċensiment tar-rumani.

Huwa għex f’Betlehem għal żmien mhux magħruf, sakemm Erodi qatel lit-trabi innoċenti, u kellu jieħu refuġju fl-Eġittu mal-familja tiegħu.

Mall-mewt ta’ Erodi, huwa reġa’ ħa l-familja tiegħu lejn Israel u marru jgħixu ġewwa Nażaret. ĠR

Daniel Seguna

T i x t i e qi d d o q qs t r u m e n t ?Għeżież tfal, qatt ġietkom ix-xewqa li titgħallmu ddoqqu strument u tibdew iddoqqu mall-Banda Sagra Familja?

Il-Kummissjoni Banda tas-Soċjetà qed tagħmel stedina propju lilek! Qed inħeġġuk biex tiġi titgħallem il-mużika ġewwa l-każin tagħna u aktar ‘il qud-diem tkun tista’ tifforma parti mill-Banda Sagra Familja.

It-tagħlim tal-mużika ġewwa l-każin isir mis-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar darba fil-ġimgħa u dan isir mingħajr ħlas. Għalhekk jekk għandkom din ix-xewqa nħeġġukom biex tkellmu lill-ġenituri tagħkom ħalli jiġu jimlew applikazzjoni apposta ġewwa l-każin.

Għal aktar tagħrif tistgħu tkellmu lid-Delegat tal-Banda Mario Attard, jew in-kella billi tibgħatu email fuq [email protected] jew iċċemplu fuq 27352789. Narawkom! ĠR

Page 11: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2010 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena Sportiva KalkariżaWara l-waqfa fl-istaġun tas-Sajf mix-xena sportiva issa li dan l-istaġun jinsab lejn it-tmiem tiegħu u qegħdin fix-xahar ta’ Settembru jerġgħu jidħlu fl-azzjoni t-timijiet Kalkariżi fix-xena sportiva.

Settembru huwa magħruf l-iktar għall-festa tal-Vitorja li tiġi fit-8 ta’ Settembru.Barra l-festi li jkunu għaddejjin mal-irħula Maltin u Għawdxin ma ninsewx ir-regatta tradizzjonali li kull sena r-raħal tagħna jiparteċipa flimkien ma’ 5 irħula oħra li ġejjin minn nofsinhar ta’ Malta. Fl-artiklu ta’ qabel konna semmejna li l-Kalkara kienu kisbu suċċess enormi fir-regatta meta rebħu t-tiġrijiet kollha fil-Kategor-ija B u ġew iddikjarati champions b’punti massimi. Din id-darba jidher li t-tim Kalkariż żamm l-istess skwadra li kkom-petiet fil-31 ta’ Marzu. Minn din il-paġna nifirħu lill-qaddiefa u lill-klabb għar-rebħ tax-shield f’din il-kategorija, minkejja li klabbs żgħar bħalna li ma tantx jisfidaw għall-unuri fil-kategorija maġġuri kienu preparati bħalna biex jippruvaw jiksbu dan it-trofew tassew prestiġjuż. Madana-kollu l-qaddiefa tagħna ħarġu rebbieħin u ta’ dan tassew ħaqqhom prosit!

Ix-xena sportiva tal-futbol dan is-Sajf żgur li laqtet l-għajn għal ħafna spetat-turi. Il-maġġoranza tagħna segwejna t-Tazza tad-Dinja bi ħġarna u nsejna kom-pletament ix-xena tal-futbol lokali. Però propju ftit wara li ntemmet it-Tazza tad-Dinja t-tim Kalkariż beda l-preparamenti taħt it-tmexxija tal-kowċ James Camilleri

għall-istaġun 2010/2011. Kemm għall-istaff tekniku Kalkariż kif ukoll għall-plejers kienet diffiċli hafna li jitrenjaw bis-sħana kontinwa li ħakmet gżiritna l-iktar fix-xahar t’Awwissu. Madanakollu, kien ta’ unur u pjaċir għalina li nsegwu l-ftuħ uffiċjali tal-grawnd b’terf sintetiku nhar it-28 ta’ Lulju. Prosit lill-Kalkara FC!

L-impenji tat-tim Kalkariż beda propju fit-8 ta’ Settembru kontra St. Patrick FC li żgur dan il-klabb m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena domestika tal-futbol. Matul Awwissu t-tim Kalkariż prepara sewwa għall-kompetizzjoni ta’ k/o li barra li se nilagħbu ma’ tim Żabbari se nkunu nvoluti fl-azzjoni wkoll ma’ Luqa St. Andrews u Attard FC. Wara dawn

it-tliet partiti l-klan Kalkariż irid jibda jip-prepara għall-kampjonat li se jibda lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Settembru.

Min-naħa tat-tim tad-darts tas-Soċjetà, dan se jibda l-istaġun tiegħu f’Ottubru fit-tieni diviżjoni nazzjonali u minn hawn nawgurawlu kull suċċess. Nixtieq nagħlaq dan l-artiklu billi nħeġġeġ lill-Kalkariżi anke dawk li forsi m’humiex daqstant dilettanti tal-isport biex jagħtu support meħtieġ lit-timijiet kollha Kalkariżi. Li hu żgur li San Ġużepp Kap tas-Sagra Familja u Missierna l-Kalkariżi kollha jkun qiegħed jgħin lil dawn il-qalbiena Kalkariżi fid-dixxiplini sportivi tagħhom. ĠR

Brady Bugeja

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mis-toqsija: Liema pittur pitter il-kwadru titulari ta’ San Ġużepp fil-Knisja Par-rokkjali tal-Kalkara?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ Ottubru 2010, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ żewġ pizez mingħand Waterline ta’ Triq is-Salini, Wied il-Għajn. ĠR

Ko m p e t i z z j o n i

Żid l-istokk u l-bżar u l-melħ. Ħallih jtek-tek għal madwar 30 minuta. Żid il-mer-aq tal-lumija. Aqsam il-bajd min-nofs. Neħħilhom l-isfar tal-bajda u ħallat mat-tonn taż-żejt. Żid il-mayonnaise mat-taħlita. Imla bit-taħlita tat-tonn taż-żejt l-abjad tal-bajd. Servi billi titfa’ s-sauce tal-curry u l-bajd fuq ir-ross. Żejjen bit-tursin.

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected]. Aktar riċetti jixxandru matul l-iskeda tas-Sajf ta’ Radju Ġilju Rebbieħ, l-istazzjon tas-Soċjetà. ĠR

Ir-riċetta li qed nippreżentalkom f’din il-ħarġa hija tal-bajd mimli bir-ross bil-curry sauce.

Ingredjenti:Sinna tewm;Basla;Magħrfa dqiq;Magħrfa curry powder;Bott tonn taż-żejt;Magħrfa mayonnaise;100g ross;250ml stokk tal-ħut (cube tal-ħut);Bott żgħir juice tat-tadam;Meraq ta’ nofs lumija;2 bajdiet;Bżar u melħ;Tursin.

Metodu:

Għalli l-bajd u għalli r-ross separata-ment. Ġo taġen, qalli il-basla u tewm mqatta’, f’5 magħref ilma għal 5 minuti. Żid it-tadam. Ħawwad id-dqiq u l-curry powder.

Ir-Riċetta:

Bajd mimli bir-ross bil-curry sauceKathleen Grima

Page 12: Gilju Rebbieh Settembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 201012 Aħbarijiet/Kalendarju

Ħidma ambizzjuża

l-kuntatti mal-artisti li se jisfumaw il-pavaljuni ta’ Triq is-Sienja, Triq ir-Rnella u Triq is-Sibi sabiex bl-għajnuna tas-Sagra Familja naraw l-aħħar fażi ta’ dawn il-proġetti kważi lesta. Fix-xhur li ġejjin se tinbeda l-ħjata fuq il-bnadar tat-trufej u proġetti oħra. Min-naħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ bħalissa qed tkompli l-ħidma fuq l-iskultura tal-injam tal-kolonna ta’ San Ġużepp, filwaqt li fil-bidu ta’ Set-tembru nbeda wkoll ix-xogħol fuq l-in-duratura bid-deheb tal-istess kolonna. Il-Kummissjoni qegħdha tagħmel appell

sabiex kulħadd jgħin permezz tad-don-azzjonijiet.

L-Għaqda tan-Nar, wara s-suċċess ta’ din is-sena, bdiet taħdem fuq xi irdieden ġodda u anki fuq il-programm tan-nar għas-sena d-dieħla. Fl-istess waqt, il-bar tal-każin reġa’ għadda f’idejn l-istess għaqda permezz ta’ offerta, sabiex tkun tista’ titkompla l-ħidma meħtieġa. ĠR

Attivitajietma jaqtgħu xejnWara li għaddiet festa kbira u ta’ suċċess, is-Soċjetà kompliet bl-organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet għall-gosti ta’ kulħadd. Il-Banda Sagra Familja kompliet bis-servizzi tagħha, u f’Awwissu tat servizzi mużikali ġewwa Ħal Għaxaq fil-festa ta’ Santa Marija, Ħal Kirkop fil-festa ta’ San Leonardu u f’Raħal Ġdid fil-festa tal-Ma-donna ta’ Lourdes. Barra minn dan, is-Soċjetà tat sehmha ukoll fl-organizazzjo-ni ta’ spettaklu ta’ modelling li ġie mtella’ fil-bidu tax-xahar ta’ Settembru fl-inħawi ta’ Bighi fuq l-inizjattiva tas-Soċjetà stess. Min-naħa l-oħra l-Għaqda tan-Nar sejra torganizza għall-ewwel darba spet-taklu innovattiv ta’ kant u żfin bl-isem ta’ The Kalkara Summer Concert bis-sehem ta’ żeffiena, gruppi unplugged u s-Sagra Familja Brass Band. Din l-attività se tit-tella’ nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Settembru fi Pjazza Sagra Familja. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Settembru-NovembruHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2010. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Settembru, 8.00pmThe Kalkara Summer Concert, spettaklu ta’ kant, dawl, mużika u żfin imtella’ mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja fi Pjazza Sagra Familja. Se jieħdu sehem fost l-oħrajn gruppi mużikali unplugged u s-Sagra Familja Brass Band. Matul l-attività se jkun hemm stands bl-ikel u x-xorb, u se jiġi mniedi b’mod uffiċjali d-dvd tal-festa 2010 mill-Kummissjoni Nisa. Il-prezz tad-dvd huwa ta’ €10 u kopji huma limitati. Kulħadd mistieden jattendi

Il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru, 8.30pmPasta Night fis-sede tas-Soċjetà mtella’ mill-Kummissjoni Banda b’riżq l-aħħar parti tal-proġett ta’ uniformi ġdida għall-bandisti. Kitba mingħand il-membri tal-Kummissjoni u kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi.

Matul ix-xahar ta’ OttubruIl-Kumitat Ċentrali se jsejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-bidu tax-xahar. Aktar tard isiru l-laqgħat ġenerali annwali tal-Kummissjoni Żgħażagħ u Kummissjoni Nisa. Matul dawn il-laqgħat, minbarra r-rapporti amministravi u finanzjarji, is-sir l-elezzjoni għall-Kumitat rispettivi għas-sena 2010/11. Il-membri kollha se jirċievu ittra uffiċjali u huma mħeġġa sa-biex jattendu.

Is-Sibt 6 ta’ Novembru, 6.00pmIl-Kumitat Ċentrali ser jorganizza l-qud-diesa annwali li ssir għall-erwieħ tas-soċji mejtin. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.

Il-Ħadd 7 ta’ Novembru, 10.00amŻjara u tberik tal-oqbra tas-Soċjetà li jin-sabu ġewwa ċ-Ċimiterju ta’ Marija Ad-dolorata ġewwa Raħal Ġdid. Trasport ikun provdut minn quddiem is-sede tas-Soċjetà.

Is-Sibt 20 ta’ Novembru, 5.30pmDelegazzjoni mis-Soċjetà tattendi għall-

quddiesa u l-marċ ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Santa Ċeċilja Patruna tal-mużika u l-mużiċisti.

Attivitajiet oħraMatul dawn ix-xhur se jkunu qed isiru di-versi lotteriji mill-Kumitat u Kummissjoni-jiet. Attivitajiet oħra li se jiġu organizzati se jiġu avżati permezz ta’ ċirkulari u posters man-noticeboard. ĠR

Għalkemm mill-festa ta’ din is-sena għaddew biss kważi xahar u nofs, il-ħidma kbira imwettqa mill-membri mhux biss kompliet permezz taż-żarmar tat-toroq u l-proġett tal-każin, iżda ngħatat bidu l-ħidma b’riżq il-festa 2011.

L-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju, minbarra l-bidu ta’ ħjata għal xi rħula oħra, tat bidu għall-ġbir ta’ fondi b’riżq proġett ġdid ferm ambizzjuż tal-armar. Dan minbarra li diġà saru

Raddiena bl-ingranaġġi xogħol ta’ Alan Grech li ġiet imżanżna fil-festa ta’ din

is-sena. Din tintrama fuq żewġ arbli.

Prosit!Il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà permezz ta’ din il-gazzetta jixtieq ifaħħar l-inizjattiva tas-Sindku u l-Kunsill Lokali bħala l-organ-izzaturi tal-attività li saret b’riżq Puttinu Cares ġewwa l-Kalkara. Barra minn hekk nixtiequ nwasslu t-tifħir tagħna lill-Kalkara F.C. fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tat-turf sintetiku ġewwa l-grawnd ta’ raħalna. Prosit ukoll tmur lill-klabb tar-Regatta u l-qaddiefa għall-unur bil-kisba tax-shield ta’ Kategorija B fit-8 ta’ Settembru. ĠR