12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 21 Settembru 2011 It-tapit grandjuż li nħaraq bħala l-parti finali tal-ispettaklu pirotekniku Thunders of Fire 2011 mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja, uniku fil-madwar. » Aktar f’paġna 2 L-Aħħar Fażi tal-Proġett tal-Bar Area Kien eżżattament f’April tas-sena 2009 li nbeda proġett importanti, dak tar-rino- vazzjoni tal-bar area, proġett li wassal biex f’dawn l-aħħar sentejn saret ħidma sfieqa biex is-sular t’isfel tas-sede tas- Soċjetà jingħata dehra totalment ġdida. Saret ħidma kbira minn diversi membri voluntiera biex dan il-proġett ikun jista’ jirnexxi, anki minħabba l-fatt li proġett bħal dan ifisser spejjeż finanzjarji kbar. Matul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma billi ġiet livellata l-art, ġiet mgħoddija sistema ġdida ta’ drenaġġ, ilma u dawl u saret kċina u store ġdid. Dan minbarra li nksew bil-ġibs il-ħitan kollha. » 3 Il-Banda b’aktar impenji mużikali Minbarra l-festa ta’ San Ġużepp, il- Banda Sagra Familja tkun impenjata matul is-sena kollha f’diversi servizzi mużikali madwar Malta. Din is-sena s- servizzi kienu dawn li ġejjin: il-Ħadd 29 ta’ Mejju fil-festa ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, il-Ħadd 19 ta’ Ġunju fil-festa tat-Trinità Qaddisa l-Marsa, it-Tnejn 15 t’Awwissu fil-festa tal-Assunta ġewwa Ħal Għaxaq, u s-Sibt 20 t’Awwissu fil- festa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid. Dan minbarra t-tagħlim tal- allievi li qed isir kull ġimgħa mis-Surmast Ugo Buhagiar. Il-Kummissjoni Banda fi stqarrija qed tappella lil dawk kollha li għandhom għall-qalbhom il-mużika u l-banda sabiex jaslu wasla sal-każin u jib- dew jitgħallmu l-mużika. Kulħadd jista’ jinkiteb ma’ xi membru tal-Kummissjoni Banda jew inkella permezz ta’ email fuq [email protected]. Bħalissa qiegħed isir ukoll appell lil dawk il-benefatturi kollha li jixtiequ jirregalaw xi strument biex javviċinaw lid-Delegat tal-Banda Mario Attard. Sadanittant ġie mħabbar li f’Diċembru li ġej ser terġa’ tittellgħa ser- ata tal-allievi oħra. ĠR

Gilju Rebbieh Settembru 2011

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Citation preview

Page 1: Gilju Rebbieh Settembru 2011

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 21 Settembru 2011

It-tapit grandjuż li nħaraq bħala l-parti finali tal-ispettaklu pirotekniku Thunders of Fire 2011 mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja, uniku fil-madwar. » Aktar f’paġna 2

L-Aħħar Fażi tal-Proġett tal-Bar AreaKien eżżattament f’April tas-sena 2009 li nbeda proġett importanti, dak tar-rino-vazzjoni tal-bar area, proġett li wassal biex f’dawn l-aħħar sentejn saret ħidma sfieqa biex is-sular t’isfel tas-sede tas-Soċjetà jingħata dehra totalment ġdida.

Saret ħidma kbira minn diversi membri voluntiera biex dan il-proġett ikun jista’ jirnexxi, anki minħabba l-fatt li proġett bħal dan ifisser spejjeż finanzjarji kbar. Matul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma billi ġiet livellata l-art, ġiet mgħoddija sistema ġdida ta’ drenaġġ, ilma u dawl u saret kċina u store ġdid. Dan minbarra li nksew bil-ġibs il-ħitan kollha. » 3

Il-Banda b’aktar impenji mużikaliMinbarra l-festa ta’ San Ġużepp, il-Banda Sagra Familja tkun impenjata matul is-sena kollha f’diversi servizzi mużikali madwar Malta. Din is-sena s-servizzi kienu dawn li ġejjin: il-Ħadd 29 ta’ Mejju fil-festa ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, il-Ħadd 19 ta’ Ġunju fil-festa tat-Trinità Qaddisa l-Marsa, it-Tnejn 15 t’Awwissu fil-festa tal-Assunta ġewwa

Ħal Għaxaq, u s-Sibt 20 t’Awwissu fil-festa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa Raħal Ġdid. Dan minbarra t-tagħlim tal-allievi li qed isir kull ġimgħa mis-Surmast Ugo Buhagiar. Il-Kummissjoni Banda fi stqarrija qed tappella lil dawk kollha li għandhom għall-qalbhom il-mużika u l-banda sabiex jaslu wasla sal-każin u jib-dew jitgħallmu l-mużika. Kulħadd jista’

jinkiteb ma’ xi membru tal-Kummissjoni Banda jew inkella permezz ta’ email fuq [email protected]. Bħalissa qiegħed isir ukoll appell lil dawk il-benefatturi kollha li jixtiequ jirregalaw xi strument biex javviċinaw lid-Delegat tal-Banda Mario Attard. Sadanittant ġie mħabbar li f’Diċembru li ġej ser terġa’ tittellgħa ser-ata tal-allievi oħra. ĠR

Page 2: Gilju Rebbieh Settembru 2011

minn Emmanuel Micallef. Ix-xogħol ta’ karpenterija sar minn Lawrence Cini, il-kanċell minn Anthony Mifsud, filwaqt li d-disinn ta’ din l-opra mill-isbaħ sar minn Jeremy Cachia. Proġett mill-isbaħ li ħadu ħsiebu mill-bidu sal-aħħar il-Kummissjo-ni Żgħażagħ, u ġie mżanżan f’atmosfera mill-isbaħ, bil-kantanta Claudia Faniello tkanta d-diska tal-anniversarju.

Saru diversi opri oħra, fosthom ta’ min insemmu li tkompla l-isfumar tal-pav-aljuni ta’ Triq is-Sienja u Triq is-Sibi, fil-waqt li nħareġ l-ewwel pavaljun minn sett ta’ ħamsa għal Triq Patist Borda, disinn ta’ Silvio Pace. Dan minbarra li ġiet imżanżna pittura oħra fi Triq ir-Rnella, dik ta’ Ġesù misjub fit-tempju, xogħol il-pittur Għawdxi Manuel Farrugia.

Ma nistgħux ma nsemmux is-sehem mill-aqwa tal-Banda Sagra Familja, kemm ma-tul il-marċi akkumpanjati mill-akbar briju fil-Kalkara, kif ukoll fuq il-planċier matul il-programm mużikali tal-festa. Hawn il-banda ħarġet bl-unuri kollha f’diversi biċċiet mużikali, kemm dawk klassiċi kif ukoll dawk aktar kontemporanji.

Is-sehem tal-Għaqda tan-Nar din is-sena nistgħu ngħidu li ħareġ bl-unuri kollha, speċjalment fil-ħarqa spettakolari tal-aħħar tridu, kemm f’dik tal-ajru kif ukoll f’dik tal-art. Ma nistgħux ma nsemmux il-murtali u blalen kbar li nħarqu, kif ukoll

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 20112 Aħbarijiet

» 1 Għalkemm għaddew diġà xahar u nofs mill-ġranet sbieħ tal-festa, żgur li l-memorji tal-festa titulari 2011 għadhom friski f’moħħ kulħadd. Ġimgħa u nofs ta’ festi fejn l-attivitajiet, l-entużjażmu u l-attendenza ma naqsux. Dan minbarra d-diversi proġetti li ġew imżanżna, u x-xow pirotekniku li għadu fuq fomm kulħadd.

L-ewwel proġett imżanżan kien dak tal-pavaljun tad-dawl fi Triq Marina, disinn ta’ Joseph Cauchi, u maħdum kollu mill-Għaqda tal-Armar. Dan fih aktar minn 1,200 bozza u jinsab imponenti f’din it-triq, minbarra li jidher minn kullimkien.

Proġett ieħor imżanżan nhar l-ewwel jum tat-tridu kien dak tal-kolonna ta’ San Ġużepp, li din issa tlestiet fejn tidħol skultura fl-injam minn Eddie Hili, indu-ratura minn Daniel Busuttil u irħamar

Ġbir mill-Kummissjoni NisaIr-rwol tan-nisa fi ħdan is-Soċjetà huwa primarjament dak ta’ ġbir ta’ fondi. Dan isir l-aktar permezz ta’ prumistrati u at-tivitajiet matul is-sena kollha.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Nisa intqal li bħalissa qed isiru diversi prumistrati b’riżq il-festa 2012. Dawn qed isiru minn Jane Camenzuli u Maria Xuereb, Chairperson u Segretarja tal-Kummissjoni Nisa rispettivament. Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-membri u l-partitarji kollha jieħdu sehem f’dan il-ġbir. Sadanittant nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju l-Kummissjoni Nisa organizzat Ġurnata għal Għawdex li kienet suċċess kemm

A f f i l j a t i mall-MQCWara li s-Soċjetà fl-2009 saret mem-bru tal-Għaqdiet Volontarji bin-numru VO/228, u s-sena l-oħra ġiet reġistrata bħala persuna legali skont il-liġi (legal person), matul ix-xahar t’Awwissu sar żvilupp ieħor u din id-darba s-Soċjetà ġiet reġistrata mall-Malta Qualifications Council bħala għaqda li tipprovdi tagħlim informali. Għalhekk issa s-Soċjetà tista’ tipprovdi tagħlim fil-mużika u l-arti li jkun rikonoxxut fl-iSchool Leaving Certifi-cate tal-istudenti li jixtiequ. ĠR

l-irdieden mekkanizzati, waħdiena fil-madwar. L-Għaqda tan-Nar ħadet ħsieb li taħraq fil-ġranet kollha li nieħdu ħsieb, ġifieri t-Tnejn, l-Erbgħa u il-Ġimgħa, fil-waqt li ngħata s-sehem nhar ta’ Ħadd.

Is-sehem tal-membri u partitarji deher matul iċ-ċelebrazzjonijiet li saru matul il-ġimgħa kollha, mhux biss bil-preżenza, imma anki bl-għajuna b’mod speċjali fi-nanzjarja li ħadet is-Soċjetà. ĠR

fl-attendenza u l-organizzazzjoni. Ma-tul dawn il-ġimgħat il-Kummissjoni Nisa qed tbiegħ id-dvd tal-festa 2011. Kull min jixtieq jakkwista kopja jista’ jkellem lil xi membru tal-Kummissjoni. ĠR

Festa 2011: Indimentikabbli

Il-pavaljun tad-dawl fi Triq Marina, disinn tal-Għawdxi Joseph Cauchi.

Dettall mill-kolonna l-ġdida ta’ San Ġużepp, bi skultura kollha fl-injam.

Disinn ta’ Jeremy Cachia.

Page 3: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2011 Aħbarijiet 3

Jinbeda l-ġbir għall-puġġaman» 1 Kif kulħadd jaf sar ukoll taraġ ġdid fin-nofs tond, li propju fil-bidu ta’ din is-sena ġie mlibbes minn irħam mill-isbaħ, u saru wkoll żewġ niċeċ maħdumin fil-ġebla Maltija, li tqiegħdu fl-irkejjen tat-taraġ. Jonqos issa li jsir puġġaman klassiku għal dan it-taraġ. Il-Kumitat ħa ħsieb li jinkariga lid-disinjatur Silvio Pace sabiex joħloq disinn għal dan il-puġġaman. Iżda sadanittant, il-Kaxxier tas-Soċjetà, Sammy Persico, diġà beda l-ġbir għal dan il-puġġaman u permezz ta’ din il-pubblikazzjoni nappellaw lil kull min jista’ jagħmel xi donazzjoni sabiex javviċina xi membru tal-Kumitat.

Matul dawn il-ġimgħat tinsab għaddejja l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett ambizzjuż. Wara li ftit tax-xhur ilu tlestiet il-pjanta tal-bar counter, bħalissa nbeda x-xogħol ta’ karpenterija fuq dan l-istess disinn. Sadanittant qed titkompla l-aħħar fażi tas-suffett tas-saqaf minn Chris Farru-

gia, fuq pjanti ta’ Mario Vassallo. Inxtrat snooker canopy għal meta jiġi biex jin-trama l-billiard, filwaqt li ġew ordnati wkoll il-fittings kollha tad-dawl li se jkun hemm mas-suffett. Dawn mistennija jitqiegħdu f’posthom minn Jesmond Sti-vala eżattament kif jitlesta s-suffett kollu.

Propju matul dawn il-ġimgħat qed jinġiebu stimi għal erba’ bibien ġodda, jiġifieri tnejn tat-toilets, wieħed tal-bar u ieħor għall-maħżen żgħir tal-Kumitat, fejn se jinħażnu affarijiet relatati mall-attivitajiet bħal platti u pożati. Dan il-maħżen żgħir mistenni jiġi mkaħħal u rranġat kollu matul ix-xahar ta’ Settem-bru, sabiex issirlu wkoll għamara adeg-wata aktar tard.

Fl-istess ħin għandhom isiru l-aħħar arranġamenti fuq il-bitħa biex din tkun lesta minn kollox. Dan ix-xogħol kollu qed isir minn membri voluntiera u ta’ dan

il-Kumitat Ċentrali fi stqarrija xtaq irod-dilhom ħajr. Dan minbarra li ringrazzja-ment mistħoqq imur għal kull min għin lis-Soċjetà permezz ta’ xi donazzjoni jew għotjiet oħra, għaliex kull ħaġa li saret s’issa tħallset fil-pront.

Sintendi, l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett tkun tinkorpora fiha tibjida ġenerali u mwejjed u siġġijiet ġodda, skont il-parir tekniku tad-disinjatur Mario Cassar. Dwar dan iżda nitkellmu iżjed fil-ħarġa li jmiss.

Sadanittant, hekk kif se jkun lest dan il-proġett se titkompla parti oħra tas-sede tas-Soċjetà u għalhekk bħalissa qed isiru l-preparamenti kollha meħtieġa mill-Kumitat Ċentrali biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol tentattivament is-sena d-dieħla. Madankollu dwar dan, il-mem-bri se jkunu qed jingħataw aktar dettalji matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali li se ssir f’Ottubru 2011. ĠR

Page 4: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 20114 Editorjal

Is-Sena tal-VolontarjatTħares fejn tħares madwarek, speċjalment f’pajjiżna, żgur li se tara forom differenti ta’ volontarjat. Il-voluntiera huma dawk in-nies li kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu ħinhom għal xi kawża jew għan li jemmnu fih, u dan kollu mingħajr ma jirċievu xejn lura, għajr is-sodisfazzjon li toħroġ mir-riżultati tal-ħidma li tkun saret.

F’dinja globalizzata, fejn il-liġi tal-konsum u l-bejgħ tirrenja f’atmosfera kapitalista, bla ma trid iġġiegħel wieħed jaħseb li jekk oġġett jew ħidma m’hemmx renu-merazzjoni jew ħlas għaliha, din il-ħidma ma tistax issir u hija impossibbli biex isseħħ. Kif kien jgħid il-Malti sa minn żmien twil ilu, “bla flus la tgħannaq u lanqas tbus!”

Iżda fir-realtà l-istorja turina mod dif-ferenti. Turina li bosta drabi, ħidma li ssir b’mod volontarju, bla ħlas jew dħul ieħor, normalment tkun aktar ġejja mill-qalb. Tkun ħidma li ssir b’imħabba u entużjażmu, għaliex ma tridx tagħmilha bilfors.

Mhux kulħadd lest li jkun voluntier. Anzi, xi kultant għax persuna tkun qed tagħti sehmha f’xi qasam jew ieħor b’mod volontarju, hawn min jgħaddieha b’miġnuna jew bħal li qisu qed tagħmel xi ħaġa li ma tagħmilx sens. Għax kif għidt aktar ‘l isfel, għal ċertu nies ħidma li ssir mingħajr ħlas jew dħul ieħor m’għandiex

isseħħ. Qisu kollox fid-dinja jdur mad-war il-flus jew oġġetti materjali. Mur ġib lil dawn in-nies jirrealizzaw li xi drabi l-voluntiera joħorġu flus minn buthom stess biex isostnu l-ħidma tagħhom! Iżda l-voluntier ikun għaraf lat ieħor tal-ħajja: dak li l-ikbar ħlas huwa s-sodisfazzjon li tara r-riżultat tal-ħidma li ħdimt.

F’din is-sena li b’mod internazzjonali qed tiġi ddedikata lill-volontarjat, permezz ta’ dan l-editorjal nixtieq f’ismi u f’isem is-Soċjetà nsellem lil dawk kollha li jagħtu ħinhom u flushom għal ħidma volontarja fid-diversi oqsma tal-ħajja. Sintendi, tis-lima speċjali tmur lil dawk kollha involuti fil-festi madwar Malta u Għawdex, li Alla biss jaf l-ammont kbir ta’ sagrifiċċju li jsir minnhom f’affarijiet bħall-banda, armar u nar. U għalkemm xi drabi jintwera nu-qqas ta’ apprezzament minn xi persuni għal din il-ħidma, ċert li l-maġġoranza tal-poplu Malti għarfet is-sabiħ tal-festi tagħna, sabiħ li jista’ biss ikompli jixxettel jekk inkomplu nsostu l-voluntiera f’kull qasam.

Is-Soċjetà ilha issa sentejn membru mad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni-jiet Volontarji, u barra li konna l-ewwel għaqda fil-Kalkara li għamilna dan, kon-na wkoll waħda mill-ewwel Soċjetajiet Mużikali Maltin li ġejna approvati. Dan għaliex il-Kumitat emmen fis-sħiħ fil-liġi li għaddiet dwar l-għaqdiet volon-tarji, u nemmnu li l-kelma “volontarji” m’għandiex tfisser li għaqda ma tkunx amministrata b’mod professjonali. Anzi nemmnu li għaqda volontarja għandha tkun waħda professjonali u li tagħti stampa ta’ serjetà speċjalment lis-soċjetà ġenerali. Nittamaw biss li mas-snin ikomplu jiġu żviluppati forom differenti ta’ għajnuna lil dawn l-għaqdiet volon-tarji, mhux biss dawk finanzjarji, iżda wkoll għajnuna teknika speċjalment fl-amministrazzjoni. M’għadux iż-żmien li nibqgħu lura, u aħna bħala Soċjetà żgur li avvanzajna f’diversi aspetti, fosthom dak tal-komunikazzjoni. Għad fadal xi jsir, u għalhekk nappella għal iżjed għajnuna minn kulħadd. ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew CiliaServizzi tal-Banda f ’dawn l-aħħar snin.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan BrincatBrady Bugeja

Etienne CamilleriAndrew Cilia

Patri Deo DebonoRyan Fava

Kathleen Grima

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Page 5: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2011 Storja 5

Is-Sagra Familja fl-1921

Fis-sena 1921 il-festa ġewwa r-raħal tal-Kalkara ħadet xejra oħra. Kienet f’din is-sena li s-Soċjetà ordnat l-istatwa titulari preċedenti mingħand l-iskultur Għawdxi Wistin Camilleri. Dan wassal biex il-każin l-ieħor tal-Kalkara Circolo Nazi-onale, li kien twaqqaf ftit tas-snin qabel, ordna statwa ta’ Malta Rebbieħa. Żewġ membri tas-Soċjetà mal-ewwel ġiehom f’moħħhom li jagħmlu u jiġbru statwa tas-Sagra Familja. Dawn kienu Loretu Mintoff u Marianu Stivala.

F’din il-paġna qed nirriproduċu l-minuti ta’ tliet seduti tal-Kumitat li jitrattaw id-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar l-istatwa titulari ta’ San Ġużepp u dik tas-Sagra Familja. Id-diskussjoni l-aktar li daret kienet dwar meta se jsir il-marċ tas-Sa-gra Familja, kif ukoll dwar il-ġbir li kien għaddej speċjalment biex issir il-festa ta’ barra.

Fil-laqgħa tal-Kumitat li saret fit-18 ta’ Ġunju 1921 ġie deċiż dan li ġej (nikkwo-taw mill-minuti):

1. Id-deċiżjoni fuq id-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp ġiet differita għal nhar it-Tnejn 21 ta’ dan fit-8.30 ta’ filgħaxija. Għaddiet unanimament.

2. Id-deċiżjoni fuq id-dimostrazzjoni

tas-Sagra Familja baqgħet illi l-Kumitat tal-Każin San Giuseppe għandu jikkor-rispondi ma’ dak tal-Każin Nazionale bil-miktub fuq il-ftehim kif għandhom jitilgħu l-istatwi tas-Sagra Familja u tal-Malta u jekk issirx dimostrazzjoni waħda. Għaddiet unanimament.

3. Il-banda għad-dimostrazzjoni tas-Sa-gra Familja għandha tinġabar barranija mill-ġbir illi qiegħed isir għall-festi ta’ barra. Din il-laqgħa tkompliet fl-20 ta’ Ġunju 1921, fejn fuq dan il-punt tkom-pliet id-diskussjoni u ġie deċiż li dak li jibqa’ minn tal-vara (ġbir) jista’ jiġġonġa għad-Dimostrazzjoni tal-Ġimgħa. Il-baned għandhom ikunu mistiedna.

Sadanittant, il-laqgħa dwar il-vara titulari ta’ San Ġużepp ġiet posposta għal nhar is-27 ta’ Ġunju 1921. Fiha ttieħdet din id-deċiżjoni:

Seduta fuq id-dimostrazzjoni tal-vara ta’ San Ġużepp, li azzjoni ħażina ma nagħmlu lill-ebda banda la lil ta’ Bormla u lanqas lil tal-Birgu, u li l-vara tiġi bil-banda u nagħmlu mill-aktar ekonomija.

Għaldaqstant ġie deċiż li l-wasla tal-vara ta’ San Ġużepp, ordnata mis-Soċjetà, kel-lha tkun festa kbira. Dan wassal biex anki għall-fini ta’ etika, jiġu mistiedna żewġ

baned: San Giorgio ta’ Bormla u Duke of Edinburgh tal-Birgu.

F’Seduta oħra tal-Kumitat li saret fid-19 ta’ Novembru 1921, ġie diskuss ir-rigal li s-Soċjetà kienet se tagħti lill-iskul-tur Wistin Camilleri tal-opra verament sabiħa li kien għamlet, jiġifieri l-istatwa preċedenti ta’ San Ġużepp:

Deċiżjoni fuq il-kaxxa tar-rigal li għandna nagħtu lill-imgħallem tal-vara ta’ San Ġużepp. Loreto Mintoff u Angelo Vel-la għandhom javviċinaw lil Domenico Camilleri jistaqsuh għadux bil-ħsieb li jaħdem l-istess kaxxa, u filkaż li huwa għadu bil-ħsieb inħalluha f ’idejh, filkaż li le mill-aktar fis nordnawha.

Is-Soċjetà kienet irregalat lil Wistin Camilleri palella tal-fidda li tqegħdet fil-kaxxa imsemmija. Din il-palella għadha miżmuma b’għożża għand il-familja Camilleri Cauchi sal-lum il-ġurnata.

B’dawn il-minuti nikkonfermaw min tassew ordna l-istatwi ta’ San Ġużepp u s-Sagra Familja u li s-Soċjetà mill-1921 ‘il quddiem baqgħet magħrufa bħala dik “tas-Sagra Familja”. Nikkonfermaw ukoll li l-ewwel statwa tas-Sagra Familja saret fl-1921, kif ukoll li l-festi esterni kienet tieħu ħsiebhom is-Soċjetà tagħna. ĠR

Duncan Brincat

Page 6: Gilju Rebbieh Settembru 2011

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

George GershwinILĠILJUREBBIEĦ Settembru 20116 Mużika

Ryan u Owen Fava

Morris Gershovitz, missier George Ger-shwin siefer mir-Russja għal New York fis-sena 1890 biex ifittex il-maħbuba tiegħu Rose Bruskin. Dawn iżżewġu fl-1895. Huma kellhom erba’ ulied: Ira (1896), George (1898), Arthur (1900) u t-tifla Frances (1906). Biex jinstema’ iżjed Amerikan, huma biddlu kunjomhom minn Gershovitz għal Gershwin.

It-tieni tifel tagħhom, George, kienu jqisuh bħala l-iktar imqareb. Ma kienx student tajjeb u anki kien ifalli l-iskola. Imma l-familja Gershwin kollha kienet tħobb il-mużika. Ira kienet tħobb tik-teb il-lirika (kliem għad-diski), Frances kienet kantanta tajba, Arthur kien iħobb jikteb id-diski, filwaqt George kellu jsir kompożitur famuż Amerikan.

Il-familja Gershwin xtrat pjanu meta George kellu 12-il sena biex fuqu titgħallem Ira. Iżda hu kien diġà sab l-imħabba għal mużika permezz ta’ ħabib tiegħu vjolinista ta’ tmien snin, Max Rosen-zweig. Għalhekk meta wasal il-pjanu, huwa beda jitgħallem waħdu kif idoqq. Ftit wara beda jieħu l-lezzjonijiet u anki jmur il-kunċerti.

Aktar tard, George Gershwin beda jmur jitgħallem għand Charles Hambitzer li kien hu li influwenzah ħafna fil-mużika

klassika u fl-imħabba lejn il-mużika jazz. Meta huwa ma riedx imur iżjed skola, beda jaħdem bħala pjanista b’paga ta’ $15 fil-ġimgħa. Huwa kien joqgħod idoqq mużika ġdida biex jisimgħuha n-nies u jagħżlu liema waħda riedu jixtru. Hawnhekk huwa iltaqa’ ma’ ħafna nies importanti, fosthom iż-żeffien u attur Fred Astaire.

L-ewwel diska tiegħu ħariġha meta kellu 18-il sena, bl-isem ta’ When You

Want’Em, You Can’t Get Em (When You’ve Got’Em, You Don’t Want’Em). Sal-1919 George Gershwin kien diġà sar popolari u wara dan iż-żmien kiteb diversi diski, fosthom l-iktar waħda popolari Swanee. Diska oħra li kiteb hu ġġib l-isem ta’ Rhapsody li ntużat fil-Manhattan u fl-1984 intużat ukoll fil-ftuħ tal-Logħob Ol-impiku tas-Sajf f’Los Angeles. Gershwin siefer f’bosta pajjiżi u minn kull pajjiż ġie influwenzat mill-mużika tal-post. Huwa miet f’età żgħira f’Lulju tal-1937. ĠR

George Gershwin (1898-1937)

Page 7: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2011 Josefoloġija 7

...ikompli minn ħarġa 20

Tajna eżempji ta’ qaddisin kbar; iżda anki f’livelli iżjed umli, bħall-każ ta’ nsara twajba, l-eżempju u l-għajnuna ta’ San Ġużepp huma ferm importanti.

Josserva s-serv t’Alla Dun Ewġen Reffo, “Ladarba Ġesù jintilef, kif intilef minn San Ġużepp, għalkemm ma kellu l-ebda tort, u fejn jirtira l-konsolazzjoni tiegħu fuq prova tal-virtù, hija din il-piena tad-desolazzjoni li taħkem bosta erwieħ twajba. Ftakar allura fil-kliem li qal Ġesù lill-Appostli, “jaqblilkom li jiena mmur” (Ġw. 16, 7) u twassal biex tipperswadina li telfa bħal din isseħħ għaliex Alla jridha għal ġid tagħna.

Akkumpanjati allura ma’ San Ġużepp, mifni, ifittex lil Ġesù mat-toroq ta’ Ġerusalemm, u għall-merti ta’ dan id-dulur, nistaqsuh biex jgħinna, jikkunslana u jħallina niksbu l-frott minn prova diffiċli bħal din.”

Din l-esperjenza li għex u sofra San Ġużepp, tikwalifikah bħala interċessur mill-aqwa għall-midinbin. Huma meta jir-rikorru lejh għall-għajnuna u konverżjoni ta’ veru, jistgħu jisimgħu ġewwa qalb-hom, “Ħija, jien ġarrabt mill-esperjenza xi tfisser tkun mingħajr Ġesù. Din hija verament il-mewt tar-ruħ, lejl mudlam, l-infern.

Kuraġġ! Bl-indiema u l-qrar terġa’ ssib lil Ġesù. F’dak il-mument, f’ruħek se tixgħel bid-dija x-xemx u tkun kuntent. Huwa biss Ġesù l-ferħ ta’ veru u s-salvazzjoni!”

3. Ġesù jintilef u jinstab fl-artiDin it-tema, din il-ġrajja skonċertanti u misterjuża, kellha ftit li pittruha fl-istorja tal-arti, li nistgħu narawh bħala nuqqas ta’ interess min-naħa tal-artisti. Minn dawn il-ftit artisti li affrontaw din it-tem, nosservaw li ftit ipittru t-tiftix dramma-tiku li għamlu Ġużeppi u Marija. Kif tis-ta’ tesprimi b’mod adegwat id-dwejjaq, it-turment fuq l-uċuh, l-atteġjament u l-ġesti ta’ Marija u Ġużeppi?

Il-pittur Joseph Janssens, imwieled

f’Anversa (Belġju) fl-1854, peress li ried ipitter is-seba’ duluri ta’ Marija Santissi-ma, ma setax jaħrab minn din it-tema. Fi triq ta’ Ġerusalemm, Ġużeppi għajjien u mifni, jistrieħ fuq il-bastun tal-vjaġġ, jistaqsi lil raġel zopp nofsu mal-art fit-triq dwar Ġesù, filwaqt li jpoġġi idu fuq spalltu għera. Marija fuq il-ġenb l-ieħor, tinsab mitlufa f’talba mill-qalb.

Normalment, l-artisti jippreferu ipittru t-tema ta’ dik li nsejħulha “Ġesù jiddisputa mad-dutturi fit-tempju”. F’dan l-ambjent, ħafna drabi jdaħħlu, normalment fl-is-fond jew anki fuq quddiem, lil Marija u lil Ġużeppi, kuntenti.

Din il-ġrajja hija normalment rappreżentata bħala l-aħħar waħda fl-infanzja ta’ Kristu, u ftit tiġi murija għall-merti tagħha stess. Ma tantx issibha bħala titular jew kwadru ta’ xi artal ta’ xi knisja jew kappella.

Insemmgħu xi artisti tal-epoka Roman-ika u Gotika: Duccio ta’ Boninsegna (1255-1319), Iacopo Giusti (1320-1391), Simone Martini (1284-1344) u Taddeo Gaddi (seklu XIV).

Mill-era Umanistika u Rinaxximentali: Beato Angelico (1387-1455), il-Pintur-icchio (1454-1513), Gaudenzio Ferrari (1471-1546), Bernardino Luini (1490-1523) u Paolo Veronese (1528-1588).

Matul is-snin 1600 u 1700, din il-ġrajja tiġi rappreżentata bħala l-ħames misteru tal-ferħ fil-kwadri ta’ bosta artali tal-Ma-donna tar-Rużarju, fejn jintwerew il-15-il misteru tar-rużarju, bħal fil-każ ta’ Guido Reni (1575-1642).

Fis-snin tal-1800 insibu lil Holman Hunt (1827-1910), Dominique Ingres (1780-1867) u Carl Heinrich Bloch (1843-1890), filwaqt li kontemporanji nistgħu nsem-mu lil F. Bergametti, L. Pellegrini u A. Trivisonno.

F’dawn tal-aħħar, insibu l-ewwel parti tas-sejba ta’ Ġesù, filwaqt li Pellegrini ju-rina lil Ġesù jagħti t-tweġiba, “ma tafux li għandi nkun fid-dar ta’ Missieri?” ĠR

Duncan Brincat

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “Just a Simple Carpen-ter: The Story of Joseph”, miktub minn Benjamin Potter.

X’tagħmel kieku

l-anġli jitolbuk tbiddel il-pjanijiet tiegħek? Hekk kellu jagħmel Ġużeppi, iżżewweġ lil Marija u kiseb imħabba li qatt ma stenna. Dan il-ktieb jagħtina ħarsa lejn il-ħajja ta’ Ġużeppi u Marija fil-waqt li jiskopru kemm Alla jħobbhom u kemm saru jħobbu lil xulxin.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwis-ta kopja. (90 paġna; Loom & Wheel Pub-lishing, ISBN 096776680X). ĠR

Il-Kalvarju ta’ San Ġużepp (3)

San Ġużepp u l-Madonna jfittxu lil Ġesù fit-tempju, bħala wieħed mid-duluri ta’ Marija, impitter minn Joseph Janssens.

Page 8: Gilju Rebbieh Settembru 2011

8 Spiritwalità

San Ġużepp u l-familja llumGħall-knisja Nisranija il-familja hija l-qalba ta’ kollox. Fil-familja, Alla jsib il-mistrieħ tiegħu għax fejn tnejn jew tlieta jkunu qed jitolbu f’ismu, hu jkun magħhom. Hekk kien wiegħed Ġesù lid-dixxipli tiegħu. Mela aħna nem-mnu, li meta l-familja tagħna tkun magħquda, Alla ser ikun magħna. Meta familja tkun magħquda, dik tkun l-isbaħ talba li familja tista’ tagħmel. Sfortunatament llum nsi-bu ħafna taqsimiet fil-familji.

Waħda mill-akbar weġgħat tal-familja Maltija llum hi l-inċertezza fl-imħabba li qed iġġib inċertezzi kbar oħra fil-familji. Jien ma naqbilx ma’ dawk li jitkażaw jew li jiġġieldu ma’ żgħażagħ li qed jgħixu din it-tip ta’ mħabba għax mhix għażla tagħhom dejjem iżda hija wkoll frott tas-soċjetà kollha kemm hi. Din il-problema ilha ġejja numru kbar ta’ snin u llum rridu nieħdu r-respon-sabbiltà li nippruvaw nirranġaw is-sitwazzjoni. M’aħniex ser insibu rimedju malajr għax bħalma proble-ma ddum snin kbar biex tikber, trid tieħu ħafna snin biex titranġa. Nappella lil dawn iż-żgħażagħ biex ma jħarsux lejn is-separazzjoni bħala s-soluzzjoni għall-problemi tal-ħajja miżżewġa. Il-ħajja miżżewġa mhix faċli u dan jafu kulħadd. Min jiltaqa ma’ problemi għandu jfittex l-għajnuna bla mistħija. Min lest li jfittex l-għajnuna huwa bniedem li jagħti valur lill-ħajja. Deċiżjoni ta’ malajr hija dejjem ħażina. Barra minn hekk irridu nibdew ngħixu ta’ vera nsara! Kif tista’ omm tiġi tgħammed lil bintha meta hi stess ma tridx li tintra-bat quddiem Alla? Nieħu pjaċir ħafna li koppja li mhix miżżewġa, xorta tħoss ix-xewqa li tgħammed lil uliedha, iżda hem-mhekk hemm xi ħaġa sejra ħażin għax allura ser ngħixu kontradizzjoni. Ovvja-ment, kull koppja trid tħares lejha bl-istorja partikulari tagħha. Hemm koppji li jixtiequ jiżżewġu iżda minħabba diversi raġunijiet, jibqgħu lura. Lil dawn il-koppji nagħmlilhom il-kuraġġ u nfakkarhom li l-ebda diffikulta ma hi daqshekk kbira li

ma tintrebaħx. Iżda l-problemi fiż-żwieġ jintrebħu meta ma jkunx hemm biża’ tas-sagrament inniffsu.

Jekk aħna verament nħobbu lil San Ġużepp bħala l-kap tas-Sagra Familja, rridu naħdmu flimkien biex insaħħu l-familja. Ma nistgħux nkomplu naqsmu l-familji tagħna iżda rridu nissaħħu. Nissaħħu billi nirrispettaw u nħeġġu lil xulxin biex ningħaqdu. Lil dawk il-familji li għandhom żgħażagħ li għandhom it-tfal u mhumiex jaħsbu fuq iż-żwieġ, ngħidilkom li xejn m’għandu jsir bl-għaġla. Iżda kunu magħhom fil-mumen-ti sbieħ u koroh tagħhom. Il-problema prinċipali hija l-biża ta’ commitment quddiem Alla għax il-commitment ma’ xulxin xorta jagħmluh daqs koppja li tkun miżżewġa. Il-commitment lejn xulx-in hemm qiegħed iżda ż-żwieġ jarawh biss qisu ħabs. Lill-ġenituri nħeġġiġhom biex juru lil uliedhom kemm iż-żwieġ huwa mument ta’ grazzja u mhux mu-ment ta’ debolezza. Liż-żgħażagħ tagħna nuruhom li l-imħabba ma tiġix espres-sa fir-relazzjonijiet sesswali biss iżda f’ħafna modi differenti. Nitolbuh lil San

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2011

Ġużepp biex iħares lill-familji tagħna. Liż-żgħażagħ tagħna nħeġġiġhom biex jibqgħu dejjem qrib tal-knisja u ta’ Alla.

Nwegħdkom it-talb tiegħi sabiex il-familji Kalkariżi jingħaqdu dejjem aktar bejniethom għax il-familja hija t-teżor kbir tal-knisja. Nħarsu lejn il-vara tant sabiħa tas-Sagra Familja tagħna u nieħdu l-messaġġ tagħha. Marija u Ġużeppi jippreżentawlna s-sigriet ta’ familja u ta’ żwieġ b’saħħtu għax Marija u Ġużeppi jippreżentawlna lil Ġesù bħala l-qalba tal-familja. Għalhekk nagħmlu wegħda magħna nfusna li bħal Marija u Ġużeppi ser inpoġġu lil Alla fiċ-ċentru tal-ħajja famil-jari tagħna. Familja magħquda hija familja li titlob għax fit-talb issib l-għaqda.

Lil dawk kollha li qed jgħixu dawn il-problemi fil-familji tagħhom, inħeġġiġkom biex tersqu aktar lejn Ġużeppi għax ħadd ma jista jifhem lilkom aktar minn Ġużeppi. Ftakru li Ġużeppi kien żagħżugħ bħalkom

u li għex misteru hekk kbir. L-istorja ta’ l-imħabba tiegħu ma’ Marija ma ken-itx waħda romantika iżda waħda mim-lija tbatija, dubji, biżgħa, iżda fuq kollox waħda mimlija bl-imħabba t’Alla! Hu jista’ jmexxikom u jurikom is-sbuħija tal-ħajja, tal-familja u taż-żwieġ. ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Lulju l-ħajjatin jibdew jaqilgħu xi kar-lin.

Il-kelma karlin tfisser sistema ta’ flus. F’dan ix-xahar ta’ Lulju l-ħajjata kienu jib-dew jaqilgħu xi ftit tal-flus sewwa għaliex il-ġurnata tkun twila, u jibdew diversi okkażjonijiet soċjali fosthom diversi festi u ħruġ ieħor. ĠR

Is-Sagra Familja, Murillo (1660).

Page 9: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2011 Soċjetà 9

L-Intervista: Duncan BrincatGħal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna li nintervistaw lil Duncan Brin-cat, Segretarju tas-Soċjetà, li eżattament għaxar snin ilu, f’Settembru 2001, inħatar f’din il-kariga importanti tal-Kumitat.

M: Min hu Duncan Brincat?T: Twelidt fl-1981, għalhekk għandi 30 sena. Noqgħod Santa Luċija, iżda b’xorti tajba ġejt mgħammed fix-xahar sabiħ ta’ Marzu fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara. Familti hija kollha Kalkariża, bin-nannu Lorry Brincat li serva bħala Presi-dent ta’ din is-Soċjetà għal diversi snin, u n-nannu l-ieħor Karmenu Consiglio serva wkoll għal xi snin fil-Kumitat tal-istess Soċjetà. Bħala skola mort dik Pri-marja ta’ Ħal Tarxien, il-Liċeo Minuri ta’ San Ġużepp f’Kordin, il-Junior College fl-Imsida u gradwajt fl-Ekonomija mill-Università ta’ Malta fl-2003. Ili minn dik is-sena naħdem fl-amministrazzjoni ta’ kumpanija privata Maltija fl-industrija taż-żejt.

M: Kif dħalt inti f’din is-Soċjetà u x’kienu l-irwoli tiegħek fi ħdan il-festa u l-każin?T: Minn meta kont żgħir ħafna dejjem kont litteralment iffissat fuq il-festa tagħna. Niftakar li kemm-il darba ġejt avviċinat biex insir abbati, iżda jien ta’ erbatax-il sena dħalt fratell għax minn dejjem ridt nagħti sehmi fil-festa. Kont nistenna li nagħlaq 18-il sena ħalli nkun nista’ nidħol soċju fis-Soċjetà, u hekk għamilt ftit wara li għalaqt din l-età. Fil-fatt fis-sena 2000 dħalt bħala As-sistent Segretarju fil-Kumitat, filwaqt li f’Settembru 2001 ġejt maħtur bħala Segretarju, fejn għadni f’din il-kariga sal-lum. Nagħti sehmi b’mod speċjali fil-pubblikazzjonijiet tas-Soċjetà, fosthom fil-ktieb tal-festa, u anki fil-ħjata ta’ di-versi bnadar, bandalori u pavaljuni, li niftaħar ngħid jinstabu imxerrda madwar Malta kollha.

M: Xi rwol tinvolvi l-kariga ta’ Segretarju tas-Soċjetà?T: Is-Segretarju huwa r-rappreżentant legali tas-Soċjetà. Minbarra li jżomm il-minuti tal-laqgħat, u flimkien mal-President jgħajjat is-seduti, għandu rwol ċentrali kemm fil-korrispondenza kollha, kif ukoll f’laqgħat mall-Pulizija, Kunsill

Lokali, Parroċċa, u entitajiet oħra fos-thom dawk reliġjużi u governattivi. Rwol ieħor importanti fl-opinjoni tiegħi huwa dak li żżomm l-għaqda bejn kulħadd. Hija tentazzjoni kbira li kulħadd jiġbed lejn dak li jħobb hu, eżempju nar, ar-mar u banda. Għalhekk ikun hemm bżonn li kull ftit żmien tlaqqa’ lin-nies kollha involuti madwar mejda u tfakkar lil kulħadd li b’din il-ħidma volontarja kulħadd qed jaħdem għal għan wieħed. Dan sintendi minbarra li trid tieħu ħsieb il-koordinament ta’ dak kollu li jkun qed isir, fosthom proġetti u attivitajiet.

M: X’inhuma l-aktar avvenimenti li tgħożż kemm ilek Segretarju?T: Bħala avvenimenti hemm bosta u kull sena taf toffri xi ħaġa differenti mis-sena ta’ qabel. Fuq kollox dak hu s-sabiħ tas-Soċjetà u b’mod speċjali tal-festa. Avven-imenti sbieħ li nsemmi huma l-proġetti tal-armar li żżanżnu f’dawn l-aħħar snin, fosthom dawk li ħadu ħsieb il-Kummiss-joni Żgħażagħ bħall-imrewħa, l-umbrel-la, il-proġett ta’ Triq il-Missjoni Taljana u anki l-kolonna meravilja ta’ San Ġużepp li veru ġiet sabiħa. Insemmi wkoll is-sodi-sfazzjon li nħoss kull darba li nara xi pav-aljun ġdid jittella’ f’postu u li nkun ħadt ħsieb il-ħjata tiegħu jien. Żgur li dak il-ħin tinsa’ dawk is-sagrifiċċji kollha li tkun

għamilt. Avveniment ieħor li ma ninsiex huwa meta erġajna daħħalna n-nar tal-art fil-festa tagħna, u sintendi l-unur li ksibna meta ħadna sehem fil-kompetiz-zjoni tan-nar tal-art fuq il-Fosos tal-Fur-jana. Dan minbarra l-kunċerti li saru jsiru fil-festa mill-banda, li tant huma għal qalbi. Kif għidtlek, kull mument huwa speċjali għalija għax huwa mument fejn flimkien naħdmu, flimkien nibku, imma flimkien niċċelebraw.

M: Kif taħseb li ser ikun il-futur tas-Soċjetà?T: Il-futur tas-Soċjetà jidher wieħed sabiħ, għaliex nara fiha żgħażagħ qalbi-ena li lesti li jagħtu l-enerġija tagħhom u ħinhom b’riżq is-Soċjetà. Dan għandu jagħmilna dejjem iżjed professjonali, u kull ħaġa li tiġri għandha ssir b’imħabba u mill-qalb.

M: X’taħseb fuq din ir-rivista?T: Il-Ġilju Rebbieħ ilu joħroġ sa mis-se-na 2002. L-esperiment irnexxa, tant li ħaddieħor prova jagħmel xi ħaġa simili iżda mhux kulħadd irnexxielu. Jien dejjem nemmen li għandna nżommu kuntatt kontinwu mhux biss mall-membri, iżda mall-Kalkariżi kollha. Naħseb li permezz ta’ din ir-rivista, il-ktieb tal-festa, il-website u l-paġna ta’ Facebook qed nagħmlu dan possibbli.

M: Għaddi messaġġ lill-qarreja.T: Nixtieq nirringrazzja lil kull min jaqra din ir-rivista u jieħu interess f’dak kollu li għandu x’jaqsam mas-Soċjetà. Inkom-pli nħeġġeġ lil kulħadd biex iħoss din is-Soċjetà bħala t-tieni familja u dar tiegħu. Hemm bżonn li kulħadd jifhem li l-każin mhux il-bar biss. Anzi, wara l-bieb ta’ barra tal-każin hemm storja kbira ta’ ħidma, ta’ nies jagħtu ħinhom għal għan wieħed. Jien nieħu din l-opportunità biex inħeġġeġ lil kull min irid sabiex jingħaqad magħna. Is-Soċjetà m’hi ta’ ħadd, imma hija tagħkom kollha li tħobbu s-Sagra Familja. Komplu agħtu sehmkom, komp-lu għinnu lis-Soċjetà, permezz tal-ħidma tagħkom u għajnuna finanzjarja. Is-Soċjetà għandha bżonn anki lilek li qed taqra din l-intervista għax il-ħidma ta’ kulħadd tkompli ssaħħaħ dak kollu li jsir u jseħħ fi ħdanha. ĠR

Andrew Cilia

Duncan Brincat f’mument rilassanti ġewwa l-Bidnija ħdejn il-Kappella

ddedikata lis-Sagra Familja.

Page 10: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 201110 Tfal

Kien żmien fejn il-Musulmani u t-Torok kienu jattakaw ħafna l-gżejjer tagħna, ji-sirqu ż-żgħażagħ u l-irġiel u jħallu ħerba u dmija mat-toroq tal-irħula Maltin. Ġewwa l-Għarb, viċin ħafna tax-xtajta hemm kappella ddedikata lil San Dim-itri. F’dawn l-inħawi l-qaddis San Dimitri kien maħbub ħafna tant li n-nies tar-raħal kienu jitolbu lilu fi żmien l-għawġ. Ftit bogħod minn din il-kappella ħelwa kienet toqgħod waħda mara jisima Na-talizja Cauchi mlaqqma Żgugina. Din romlot meta tilfet lir-raġel tagħha fil-baħar u bagħqet tgħix waħeda mat-tifel tagħha Pawlu ġo dwejra żgħira. Kien fil-għodu kmieni, kemm kemm id-dlam jib-da jiċċara, meta Żgugina qamet maħsuda b’għajjat u storbju fil-bogħod li f’dan il-ħin tal-lejl instemgħu qisom għefiered.

Hi ħarġet fuq l-għatba titawwal biex tara x’kien ġara u fil-bogħod rat ċorma Torok jaqbżu minn ġox-xini għal isfel u bdew resqin lejn darha. Mbeżża’ Żgugina daħlet tiġri ġewwa u sakkret il-bieb bil-firrolli filwaqt li marret titrekken ħdejn it-tifel tagħha. Ma damux wisq sakemm it-Torok waslu wara biebha u b’naqra sforz il-bieb sgassawh. Għalxejn pruvaw jipproteġu ruħhom għax ma damux wisq

ma qabduhom. Lil Żgugina sawtuha u ħallewha fl-art nofsha bla ħajja u lil Paw-lu rabtuh bil-ktajjen u kaxkruh għax-xini tagħhom bħal ilsir.

Meta stembħet Żgugina u ħarġet barra twerżaq għall-għajjut rat fil-bogħod ix-xini li fuqu kien hemm it-tifel għażiż tagħha. Ħadd ma mar jgħina u mbikkma u b’qalbha maqsuma marret tiġri fil-ka-pella ta’ San Dimitri biex issib ftit kenn. Inxteħtet għarkubbtejha taħt l-inkwatru tal-qaddis, inkwatru mil-isbaħ fejn San Dimitri qalbieni jidher fuq iż-żiemel ba-jdani tiegħu. Ħarset fiss f’għajnejh u tal-bet lilu bil-ħerqa u tama biex ikun hu li jsalva lit-tifel tagħha mis-swat tat-Torok. Wegħditu li tixgħellu qasba żejt quddiem dik il-pittura. Ma’ dan il-kliem il-qaddis beda jħarrek għajnejh u xuftejh filwaqt li ż-żiemel tiegħu għolla rasu u mad-daqqa b’dembu għola fuq riġlejh.

F’daqqa waħda San Dimitri fuq iż-żiemel ħareġ minn ġol-pittura, ilebbet lejn ix-xtajta. Iż-żiemel jiżher qabeż fuq il-baħar u qeda jaqbeż fuq il-mewġ bi dritt ix-xini. San Dimitri għeb fl-orizzont u wara ftit minuti tilmah l-istess żiemel reġa’ ġej lura b’San Dimitri u Pawlu. Għanqitu u bisitu u bkiet għax Pawlu tagħha reġa’ ġie. San Dimitri reġa’ daħal fil-pittura daqs li kieku qatt ma ġara’ xejn. Żgugina bħal ma wegħdet xelgħet il-qasba żejt quddiem din il-pittura li rodditilha lura il-ferħ li serqulha l-għedewwa. Bil-ferħ hi xandret l-istorja tagħha mad-war Għawdex kollu u d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kibret minnufih! Ħafna snin wara li seħħet din il-ġrajja seħħ terremot

li qasam l-art fejn kien hemm din il-kap-pella u għerqet iżda baqgħet ma nkisritx. Għalkemm f’qiegħ il-baħar jingħad li ma daħlitx qatra ilma ġo din il-kappella. Is-sajjieda jgħidu li matul l-iljieli bla qamar jidher jiddi dawl minn taħtha, u jgħidu li huwa l-istess dawl li jagħti il-lampier taż-żejt li xelgħet lil dan il-qaddis Żgugina li għadu jixgħel sal-lum taħt il-baħar.

Il-knisja li nsibu ilum hija oħra li nbniet għall-istess patrun fejn fl-inkwatru naraw lil San Dimitri ma’ Pawlu marbut bil-kta-jjen. Ma’ ġenb din il-knisja insibu imarka-ta ir-rifsa taż-żiemel li ħalla warajh meta salva lil Pawlu. ĠR

Leġġendi Maltin: Il-Leġġenda ta’ San Dimitri

Etienne Camilleri

Il-pittura ta’ San Dimitri.

Il-kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb.

ObitwarjuIs-Soċjetà tixtieq turi s-sogħba tagħha għall-mewt ta’ Joseph Bugeja li mar jiltaqa’ mal-Mulej fid-29 ta’ Marzu 2011 fl-età ta’ 55 sena.Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Dan l-avviż qiegħed jinġieb minħabba żball tat-tipa fuq il-ktieb tal-festa 2011.

AVVIŻIs-Soċjetà tappella lil dawk kollha li għandhom xi ritratti jew dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu mal-istor-ja tal-każin sabiex jikkuntattjaw lis-Segretarju jew lil xi membru tal-Kumitat. Ir-ritratt jew dokument jiġi skenjat u jingħata lura lil sidu. Għal aktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected].

Page 11: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 2011 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena Sportiva KalkariżaMatul dawn l-aħħar xhur komplew il-preparamenti għal staġun ieħor sportiv, b’mod speċjali fix-xena tal-futbol u anki dik tad-darts, filwaqt li hemm stennija kbira għal riżultati pożittivi fil-kompetiz-zjoni nazzjonali tar-Regatta tat-8 ta’ Set-tembru li ġej.

Minn dan l-istaġun li ġej, in-Nursery tal-Kalkara se tibda’ tieħu sehem għall-ewwel darba f’kull kategorija li tħaddan il-Youth F.A. Nazzjonali. Għaldaqstant minn din il-paġna nawgurawlhom kull suċċess, speċjalment għax dawn il-plejers għandhom jitqiesu bħala l-futur tal-klabb Kalkariż.

Fuq is-settur tal-kbar, għar-raba’ staġun konsekuttiv il-Kalkara se jkollha tim tal-Under 19. Wara li għal tliet staġuni t-tim tal-kbar kien immexxi minn James Camill-eri bħala kowċ, issa nħatar Gorgi Draganov bħala kowċ tat-tim tal-kbar.

Sadanittant, James Camilleri se jkun il-Head Coach tan-Nursery u se jibqa’ membru wkoll fil-kumitat tal-Kalkara F.C. Tħabbar ukoll li fil-ġimgħat li għaddew William Gauci rreżenja minn President. Minn din il-paġna wkoll nawguraw kull suċċess lit-tim tal-futbol Kalkariż.

Naqilbu x-xena u nitkellmu dwar ir-regat-ta. Fit-2 ta’ Lulju l-Under 18 ħadu sehem f’regatta apposta għalihom li saret fil-ba-jja tar-Rinella. Il-Kalkara klassifikat fit-tielet post fost ħames parteċipanti. Prosit lill-qad-diefa li ħadu sehem, għax għalkemm kien ħaqqhom riżultat aħjar għall-prestazzjoni li taw, żgur urew l-abbiltà tagħhom f’dawn it-tiġrijiet. Ħafna minn dawn il-qaddiefa tal-Under 18 se jkunu qed jikkompetu

fil-Kategorija B tar-Reserves fir-Regatta Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru, filwaqt li l-qaddiefa li fis-sena 2010 kienu kkompetew f’din l-istess kategorija, fit-8 ta’ Settembru se jkunu qed jikkompetu fil-kategorija Open. Sadanittant anki fil-każ tal-klabb tar-Regatta, ftit tal-ġimgħat ilu inbidel il-President tal-klabb, u nħatar Joseph A. Borda bħala l-President il-ġdid. Minn din il-paġna nawguraw lilu u lill-klabb Kalkariż is-suċċess kollu mistħoqq.

Min-naħa l-oħra, fis-Sagra Familja Darts Team inbeda t-training għal dan l-istaġun. Madankollu, aktar dettalji dwar l-anda-ment tat-tim inkun nista’ ngħaddihulkom fil-ħarġa li jmiss. ĠR

Brady Bugeja

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqs-ija: Skont il-Ġnus Magħquda, lil min hi ddedikata b’mod speċjali s-sena li ninsabu fiha?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ Ottubru 2011, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ €5 mingħand il-Bar ta’ Circolo San Giuseppe Filarmoni-ka Sagra Familja. ĠR

Ko m p e t i z z j o n i

Ingredjenti għad-Dip tat-Tuna:Landa ton taż-żejt;2 magħref żebbuġ imqatta’;Mgħarfa kappar;Basla żgħira;4 trijangoli cheese spread;Mayonnaise;Galletti/cocktail crackers/gristini.

Metodu għad-Dip tat-Tuna:Ħallat kollox f’liquidizer sa kemm jiġi qisu paste. Servi bil-galletti, gristini jew cock-tail crackers.

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected] ĠR

Illum se nippreżentalkom żewġ riċetti oħra: il-famuża Bruschetta, u Dip tat-Tu-na. Nibdew bil-Bruschetta:

Ingredjenti għall-Bruschetta:Bezzun tal-Malti mqatta’;5 tadamiet;Basla żgħira;Ħabaq frisk imqatta’ fin jew oregano;Żejt;Ketchup;Mozzarella jew ġbejniet.

Metodu għall-Bruschetta:Aqsam it-tadam f’erbgħa u neħħilu ż-żerriegħa. Qatta’ t-tadam u l-basal f’kubi żgħar ħafna u itfagħhom ġo bowl. Ħallat magħhom il-ħabaq ( jew oregano), mgħarfa mimlija ketchup u ż-żejt. Poġġi mgħarfa mit-taħlita fuq kull slice ħobż. Agħmel fuqu slice mozzarella jew ġbejna u itfahom fil-forn jew taħt il-grill sakemm jinħall il-ġobon.

Inkomplu issa bir-riċetta l-oħra:

Ir-Riċetta:

Bruschetta u Dip tat-TunaKathleen Grima

Page 12: Gilju Rebbieh Settembru 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Settembru 201112 Aħbarijiet/Kalendarju

Attivitajiet matul is-Sajf b’riżq il-festaEżattament mill-għada tal-festa 2011, il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-fergħat bdew bil-ħidma tagħhom b’riżq il-ġbir ta’ fondi għall-festa 2012 u anki b’riżq il-proġett finali tal-parti t’isfel tas-sede tas-Soċjetà, jiġifieri l-puġġaman artistiku tat-taraġ.

L-għada tal-festa, nhar it-Tnejn 11 ta’ Lulju, il-Kumitat Ċentrali organizza Bar-beque fi Pjazza Sagra Familja, li matulu ntwerew filmati meħudha matul il-festa li kienet għadha kif għaddiet. L-atmosfera kienet waħda mill-aqwa.

Sadanittant, nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Nisa organizzat ġurnata għal Għawdex. Kienet attività oħra mill-aktar divertenti, fejn il-grupp telaq minn kmieni filgħodu minn quddiem il-każin, u attenda għall-quddiesa fil-Knisja ta’ Pinu, dawra madwar ir-Rabat Għawdex, ikla mill-aqwa ġewwa Marsalforn, u għawma

f’żewġ postijiet differenti. Aktar tard, nhar il-Ġimgħa 12 t’Awwissu, il-Kumitat Ċentrali organizza Barbeque ieħor, din id-darba fil-bajja tar-Rnella, fejn f’attendenza mill-aqwa, kien hemm varjetà sabiħa ta’ ikel, fosthom platt Malti, kebabs u frott. L-ap-puntament li jmiss issa huwa għal nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru ġewwa t-Torri tal-Qrendi fejn se jkun hemm barbeque ieħor u bl-użu tal-pool. ĠR

Diċina mill-Għaqda tan-NarFi stqarrija maħruġa mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja ntqal li matul ix-xahar ta’ Settembru se tibda tinġabar diċina mingħand il-membri u l-partitarji b’riżq il-ħarqa tan-nar għall-festa 2012. Matul ix-xahar t’Awwissu tqassmu karti f’diversi djar li jindikaw kif se taħdem din id-diċina b’riżq in-nar tal-ajru: jiġifieri €2 fix-xahar jew inkella €25 darba f’sena. Dan il-ġbir qed jiġi koordinat mid-Delegat tan-Nar Joseph Persico, bl-għajnuna ta’ Joe Grech u membri oħra tal-istess għaqda. Barra minn hekk, kull ġimgħa qed isir primus-trat b’riżq il-ħarqa tan-nar tal-art. Dawn il-primustrati flimkien ma’ xi ġbir ieħor qed jiġu koordinati minn Carmen Grech. Sadanittant il-ħidma b’riżq il-ħarqa 2012 diġà bdiet, tant li beda t-tqassim tal-pro-gramm għas-sena d-dieħla, filwaqt li tlesta x-xogħol ta’ tindif fuq l-irdieden minn Alan Grech u Shawn Cauchi. L-istqarrija ntem-met billi appellat lil kulħadd sabiex jikkon-tribwixxi f’dan il-ġbir. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Settembru-NovembruHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2011. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru, 7.00pmIl-Kumitat Ċentrali se jorganizza Bar-beque kbir ieħor din id-darba ġewwa t-Torri tal-Qrendi, ġentilment misluf għall-okkażjoni mingħand il-President Onorarju Dr. Marlene Pullicino. Matul din l-attività se jkun hemm varjetà kbira ta’ ikel flimkien ma’ bar armat. Kull min jattendi se jkun jista’ jagħmel użu mill-pool li jinsab fl-istess torri. Biljetti fuq bażi first come first served għall-prezz ta’ €15, li jinkludu ħlas għat-trasport, jinkisbu mingħand il-mem-bri tal-Kumitat. Trasport jitlaq minn qud-diem is-sede tas-Soċjetà fis-6.30pm.

Is-Sibt 17 ta’ Settembru, 9.00amL-Għaqda tal-Armar se torganizza Car-wash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il-proġetti tal-armar. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3.

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru, 8.30pmL-Għaqda tan-Nar tippreżenta The Ka-lkara End of Summer Concert għat-tieni sena konsekuttiva, din id-darba fl-inħawi ta’ Bighi. Se jkun hemm stands bl-ikel u x-xorb, filwaqt li kantanti u mużiċisti lokali se jallegraw lil dawk kollha preżenti minn fuq il-palk prinċipali. Dħul għal din l-attività huwa mingħajr ħlas.

Is-Sibt 15 ta’ Ottubru, 9.00amL-Għaqda tal-Armar se torganizza Car-wash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il-proġetti tal-armar. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3.

Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru, 8.30pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ ser torgan-izza Lasagna Night ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Aktar dettalji jinkisbu minn fuq in-notice board.

Is-Sibt 5 ta’ Novembru, 5.30pmQuddiesa li fiha niftakru fil-membri mej-tin tas-Soċjetà. Kulħadd mistieden sabiex jattendi.

Il-Ħadd 6 ta’ Novembru, 10.00amŻjara fuq l-oqbra tas-Soċjetà ġewwa ċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata f’Raħal Ġdid. Trasport jitlaq minn quddiem is-sede tas-Soċjetà fid-9.45am. Il-membri kollha huma mħeġġa jattendu.

Il-Ħadd 13 ta’ Novembru, 12.00pmIl-Kummissjoni Nisa ser torganizza l-ħarġa annwali lejn il-Baħrija fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni.

Is-Sibt 19 ta’ Novembru, 9.00amL-Għaqda tal-Armar se torganizza Car-wash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il-proġetti tal-armar. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3.

Attivitajiet oħraMatul ix-xahar t’Ottubru ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà, flimkien ma’ dawk tal-fergħat kollha. Dwar dan il-mem-bri jirċievu ċirkulari. ĠR

Ritratt meħud waqt il-Barbeque li sarnhar it-12 t’Awwissu fil-Bajja tar-Rnella.