1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] Ir-ripezzjoni tal-istess ira jew iri f’għadd ta’ kliem imqiegħed flimkien. Eż: Ta’ ġnien ifuħ, fuq ġilju u ġiżimina (Bjuda ta’ Dun Karm) u ċċekċek iċ-ċombini tal-bizzilla (Mananni ta’ Ġorġ Pisani) Xmejxa, xmejxa, tliſt ix-xuxa, xitwa xxejjen kien min kien, bda x-xita tbexxex, traxxax, xilxa u ħxejjex ġol-widien. Xita, xita, x-xuejn tkemmex, fxilt ix-xejxi tax-xbejbiet, xniexel, ċoffi u xarbitelli int xkupajt bil-kwiet il-kwiet. Xita ta’ Mary Meylak Il-ħila ta’ ċertu kliem li bil-ħsejjes egħu jirriproduċi l-azzjoni jew il-ħoss li l-kliem jirrappreżenta. Eżempji ta’ dan huma bħal baqbaq, żaqżaq, taqtaq, tektek, fexfex, pespes, textex, ċekċek, laqlaq, ħaxwex, meċlaq, ċaflas, paqpaq. Kliem ieħor onomatopejku jista’ jkun ċluff, tuuut, pumm u ħsejjes oħra. Iż-żewġ termini ħafna drabi jkunu marbuta flimkien peress li t-tnejn għandhom x’jaqsmu ma’ ħoss. MEJJU: Mejju bla riħ il-biedja fraħ bih. Meta f’Mejju ma jagħmilx riħ, l-uċuħ tar-raba’ ma jitkagħbrux. Mejju daqs ġuvni ħlejju. Ix-xahar ta’ Mejju hu wieħed mill-isbaħ. Mejju ħobża u sikkina għax kull ġid jagħna. Mejju jagħna ħafna fro. F’Mejju aħsad imqar kien plejju. F’Mejju aħsad għax ma jdumx ma jinxef kollox. Ġ UNJU: F’Ġunju bdiewa għarqana u wċuħ daħkana. Il-biedja f’Ġunju tkun fl-aqwa tagħha. F’Ġunju jsib il-ſtiet, il-bidwi u s-sajjied. F’Ġunju l-bidwi u s-sajjied jiġbru fro ħidmiethom. F’Ġunju s-suq mimli bil-ħut u s-sajjied bil-flus fil-but. F’Ġunju l-bejgħ tal-ħut ikun fl-aqwa egħu. F’Ġunju dħol l-għassa. F’Ġunju l-bidwi jkollu joqgħod għassa mal-fro tal-għalqa egħu. Ġunju ħanin, ixabba’ lill-bidwi u lill-fqir. Ġunju hu x-xahar maħbub mill-bdiewa u l-fqar. Ġunju Ġunje ineħħi l-qmis u d-duble. Is-sħana ta’ Ġunju ġġegħilna nilbsu iktar ħafif. Ma’ Ġunju, il-ġurnata twal u s-siġra tqal. F’Ġunju l-ġurnata tkun twila u s-siġar tal-fro ikunu mimlija ġmielhom. Ma’ Ġunju l-bhejjem għatxana u l-bdiewa għarqana. Ġunju jġib miegħu ħafna xogħol u ħafna sħana.

[email protected] LEĦĦ ILkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/33_lehha.pdf · [email protected] leħħ[email protected] [email protected] [email protected]ĦĦ

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • leħħ

    il-Malti

    Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

    dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

    Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

    u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

    leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

    Ir-ripetizzjoni tal-istess ittra jew ittri f’għadd ta’ kliem imqiegħed flimkien. Eż:

    Ta’ ġnien ifuħ, fuq ġilju u ġiżimina (Bjuda ta’ Dun Karm)

    u ċċekċek iċ-ċombini tal-bizzilla (Mananni ta’ Ġorġ Pisani)

    Xmejxa, xmejxa, tlift ix-xuxa, xitwa xxejjen kien min kien, tibda x-xita tbexxex, traxxax, xilxa u ħxejjex ġol-widien.

    Xita, xita, x-xufftejn tkemmex, fxilt ix-xejxi tax-xbejbiet, xniexel, ċoffi u xarbitelli int xkupajt bil-kwiet il-kwiet.

    Xita ta’ Mary Meylak

    Il-ħila ta’ ċertu kliem li bil-ħsejjes tiegħu jirriproduċi l-azzjoni

    jew il-ħoss li l-kliem jirrappreżenta. Eżempji ta’ dan huma bħal

    baqbaq, żaqżaq, taqtaq, tektek, fexfex, pespes, textex, ċekċek,

    laqlaq, ħaxwex, meċlaq, ċaflas, paqpaq. Kliem ieħor

    onomatopejku jista’ jkun ċluff, tuuut, pumm u ħsejjes oħra.

    Iż-żewġ termini ħafna drabi jkunu marbuta flimkien peress li t-tnejn

    għandhom x’jaqsmu ma’ ħoss.

    MEJJU:

    Mejju bla riħ il-biedja tifraħ bih. Meta f’Mejju ma jagħmilx riħ, l-uċuħ tar-raba’ ma jitkagħbrux.

    Mejju daqs ġuvni ħlejju. Ix-xahar ta’ Mejju hu wieħed mill-isbaħ.

    Mejju ħobża u sikkina għax kull ġid jagħtina. Mejju jagħtina ħafna frott.

    F’Mejju aħsad imqar kien plejju. F’Mejju aħsad għax ma jdumx ma jinxef kollox.

    ĠUNJU:

    F’Ġunju bdiewa għarqana u wċuħ daħkana. Il-biedja f’Ġunju tkun fl-aqwa tagħha.

    F’Ġunju jsib il-ftiet, il-bidwi u s-sajjied. F’Ġunju l-bidwi u s-sajjied jiġbru frott ħidmiethom.

    F’Ġunju s-suq mimli bil-ħut u s-sajjied bil-flus fil-but. F’Ġunju l-bejgħ tal-ħut ikun fl-aqwa tiegħu.

    F’Ġunju tidħol l-għassa. F’Ġunju l-bidwi jkollu joqgħod għassa mal-frott tal-għalqa tiegħu.

    Ġunju ħanin, ixabba’ lill-bidwi u lill-fqir. Ġunju hu x-xahar maħbub mill-bdiewa u l-fqar.

    Ġunju Ġunjett ineħħi l-qmis u d-dublett. Is-sħana ta’ Ġunju ġġegħilna nilbsu iktar ħafif.

    Ma’ Ġunju, il-ġurnata titwal u s-siġra titqal. F’Ġunju l-ġurnata tkun twila u s-siġar tal-frott ikunu mimlija ġmielhom.

    Ma’ Ġunju l-bhejjem għatxana u l-bdiewa għarqana. Ġunju jġib miegħu ħafna xogħol u ħafna sħana.